Dokument ta' sessjoni

 

A7-0365/2012

9.11.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar European statistics on safety from crime

( COM(2011)0335 – C7‑0155/2011 – 2011/0146(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Timothy Kirkhope

 

PR_COD_1rej

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6

PROĊEDURA.............................................................................................................................8

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar European statistics on safety from crime

( COM(2011)0335 – C7‑0155/2011 – 2011/0146(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0335 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0155/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0365/2012 ),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u biex tieħu l-miżuri neċessarji flimkien mal-Parlament biex tippreżenta waħda ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

 

Introduzzjoni

 

Statistika komuni mal-UE kollha hija bażi importanti għall-iżvilupp tal-politiki tal-UE. Dan japplika aktar u aktar fil-qasam tal-liġi kriminali bħala kompetenza mħallta (l-Artikolu 4 tat-TFUE) fejn l-UE hija marbuta bil-principju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5 tat-TUE) u li bih il-liġi kriminali tolqot il-fehim tad-drittijiet fundamentali essenzjali f'soċjetà ħielsa. Għaldaqstant, fuq il-bażi ta' data statistika komuni soda u koerenti biss, għandha tiġi żviluppata u adottata informazzjoni xierqa dwar l-isfond u l-istrumenti neċessarji tal-UE. L-importanza tal-istatistika ġiet enfasizzata bosta drabi, bħal fil-programm tal-Aja fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kriminalità[1], kif ukoll fil-programm reċenti ta' Stokkolma[2], fejn dan tal-aħħar jiddikjara li "statistika adegwata, affidabbli u komparabbli (kemm maż-żmien u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni) hija prerekwiżit meħtieġ fost l-oħrajn għad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza dwar il-ħtieġa għal azzjoni, dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u dwar l-effettività tal-azzjoni" (Punt 4.3.3.). Ġew proposti u adottati wkoll żewġ pjanijiet ta' azzjoni, il-Pjan ta' Azzjoni 2006-2010[3] u l-aktar riċenti, il-Pjan ta' Azzjoni 2011-2015[4].

 

Madankollu, il-ħtieġa għal tali data ma tfissirx li se tingħata "carte blanche" fir-rigward tal-aċċettazzjoni awtomatika ta' strument propost. Kwalunkwe strument propost għandu jkun metodoloġikament sod u koerenti , u għandu jkun ukoll ibbażżat fuq analiżi xierqa tal-ispejjeż u tal-benefiċċji fir-rigward tal-fondi użati u l-eżitu previst. F'dan ir-rigward, il-maġġoranza kienet tal-opinjoni li l-proposta qajmet bosta mistoqsijiet essenzjali li ma twieġbux mill-Kummissjoni, minkejja li saru konsultazzjoni estensiva u mistoqsijiet lill-Kummissjoni mir-Rapporteur u x-shadow rapporteurs fil-qafas tal-laqgħat tal-LIBE u l-laqgħat speċjali organizzati mir-Rapporteur.

 

Metodoloġija

 

Il-proposta qajmet mistoqsijiet dwar il-metodoloġija użata, b'mod partikolari rigward it-tipi ta' mistoqsijiet li saru, peress li wħud minnhom huma sensittivi u huwa diffiċli li wieħed jimmaġina l-valur miżjud jew l-affidabbiltà tat-tweġibiet. Pereżempju, il-mistoqsijiet dwar l-espożizzjoni għall-problemi tad-droga ta' konvenut, il-pusses tiegħu ta' arma tan-nar u l-biża' mit-terroriżmu ġew enfasizzati bħala miftuħa għal miżinterpretazzjoni. Mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattitu dwar il-metodoloġija statistika b'mod ġenerali, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tipproponi strumenti totalment koerenti u ċari li, l-ewwel u qabel kollox, ma għandhomx iqajmu problemi u inkoerenzi metodoloġoċi. L-istħarriġ dwar il-vittimizzazzjoni jirrappreżenta tip ta' stħarriġ "soġġettiv" li jkejjel il-livell ta' vittimizzazzjoni u l-opinojni ta' persuna fir-rigward tal-kriminalità. Essenzjalment il-mistoqsijiet għandhom jiġu abbozzatti b'mod ċar u preċiż li jippermetti t-tweġibiet l-aktar ċari possibbli, li l-analiżi tagħhom tista' tintuża għall-abbozzar ta' politika futura. It-tweġibiet iridu jħallu l-inqas marġini possibbli ta' interpretazzjonijiet diverġenti, peress li l-"istatistika dwar il-biża' mill-kriminalità" malajr tista' tiġi interpretata ħażin. Tali tħassib tqajjem mill-membri matul bosta laqgħat komuni u bilaterali mal-Kummissjoni u mal-Eurostat. Sfortunatament l-ispjegazzjonijiet mogħtija tqiesu bħala mhux sodisfaċenti mill-maġġornaza. Barra minn hekk il-karattru aleatorju tal-istħarriġ qajjem xi mistoqsijiet oħra għal uħud mill-Membri.

 

Valur miżjud jista' jinkiseb biss jekk tali stħarriġ jitwettaq fl-Istati Membri kollha tal-UE, mingħajr ċerti eċċezzjonijiet, bħalma huwa l-każ bħalissa (ara l-Artikolu 3 li jiddikjara li "Franza u l-Irlanda ma għandhomx ikunu mitluba jiġbru data dwar il-vjolenza bejn il-membri tal-istess unità domestika"). Skont il-maġġoranza, mingħajr stħarriġ komprensiv fl-Istati Membri kollha tal-UE, it-twettieq ta' stħarriġ li jiswa l-flus u li hu kkumplikat huwa dibattibbli. Barra minn hekk, il-maġġoranza tenfasizza l-mistoqsija tal-valur miżjud reali tal-istħarriġ fir-rigward tan-nuqqas ta' informazzjoni konkreta dwar kif ir-riżultati tiegħu se jintużaw fi proposti leġiżlattivi futuri. Qatt ma rċevejna tweġiba ċara għall-mistoqsija dwar x'se jkun il-benefiċċju tal-istħarriġ għall-istituzzjonijiet tal-UE.

 

Finanzjament

 

Fl-istess ħin in-nefqa indikata ta' EUR 12,000,000 hi nieqsa minn spjegazzjoni ċara u xierqa. F'dan ir-rigward ikun meħtieġ li l-Kummissjoni turi l-għadd ta' Stati Membri li diġà qed jagħmlu tali stħarriġ u l-ispejjeż ta' tali stħarriġ f'dawn l-Istati Membri u tqabbel u tanalizza l-valur miżjud u l-ispejjeż ta' stħarriġ li sar qabel u li kien kofinanzjat mill-Kummissjoni, bħall-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kriminalità u s-Sikurezza (EU ICS)[5] sabiex ikun hemm tweġiba għall-mistoqsija ta' koordinazzjoni possibbli mingħajr att leġiżlattiv (pereżempju, permezz tal-Grupp ta' Ħidma tal-Eurostat, eċċ.). L-ispjegazzjoni attwali fid-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja, li "lezzjonijiet [li ttieħdu] minn esperjenzi simili fil-passat", ma tagħtix tweġiba sodisfaċenti. Abbażi ta' tali indikazzjoni ineżatta, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara għall-ammont indikat ta' EUR 12,000,000, speċjalment fi żmien ta' kriżijiet finanzjarji u tbatija fejn l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu eżempju ta' analażi xierqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji mwettqa fis-settur pubbliku.

 

Konklużjoni

 

Fid-dawl tan-natura mhux konvinċenti tal-argumenti mressqa biex jappoġġaw l-istħarriġ, ir-Rapporteur, abbażi tal-konsultazzjonijiet estensivi max-shadow Rapporteurs tiegħu u abbażi tad-deċiżjoni tal-maġġoranza tal-gruppi politiċi, jipproponi rifjut tal-proposta leġiżlattiva msemmija hawn fuq. Jistenna li l-Kummissjoni twieġeb il-problemi u l-mistoqsijiet indikati fit-tħejji ta’ kwalunkwe proposta leġiżlattiva ġdida dwar is-suġġett imsemmi.

PROĊEDURA

Titolu

L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità

Referenzi

COM(2011)0335 – C7-0155/2011 – 2011/0146(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.6.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

9.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.6.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

6.7.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Timothy Kirkhope

19.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.1.2012

11.10.2012

6.11.2012

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

19

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Stanimir Ilchev, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Kārlis Šadurskis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson

Data tat-tressiq

9.11.2012

 

 

[1] ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.
[2] ĠU C 105, 4.5.2010, p. 1.
[3] COM(2006) 437  finali.
[4] COM(2011) 713  finali.
[5] http://www.europeansafetyobservatory.eu