Dokument ta' sessjoni
12.11.2012
***I
RAPPORT
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa
( COM(2012)0090 – C7‑0061/2012 – 2012/0040(COD) )
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Horst Schnellhardt
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) III. Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar zur Änderung der Richtlinie 92/65/EWG des Rates hinsichtlich der tierseuchenrechtlichen Bedingungen für den Handel innerhalb der Union mit Hunden, Katzen und Frettchen und deren Einfuhr in die Union
( COM(2012)0090 – C7‑0061/2012 – 2012/0040(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0090 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0061/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7‑0000/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur jista’ jiddistingi tliet kategoriji ta’ emendi li ġew proposti, li huma fil-maġġor parti ta’ natura teknika.
L-ewwel nett, ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li għandu jitħassar, għandhom jiġu sostitwiti bir-referenzi għar-Regolament il-ġdid, li qed jiġi eżaminat b’mod parallel mal-proposta attwali.
It-tieni nett, qed jiġi propost, fir-rigward tat-test attwali, li fl-Artikolu 10 tiddaħħal referenza għar-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru.1255/97 [2], li japplika wkoll għall-klieb, il-qtates u l-inmsa.
It-tielet emenda proposta, li hija l-unika li hija rilevanti mill-aspett tal-kontenut, tirrigwarda l-perjodu li fih l-annimali għandhom jiġu suġġetti għal eżami kliniku qabel it-trasport tagħhom, li jsir minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex jikkonferma li l-annimali huma f’kundizzjoni tajba għall-vjaġġ intenzjonat. Qiegħed jiġi propost li l-perjodu ta’ żmien attwali ta’ 24 siegħa jiġi adattat għar-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, li tipprevedi 48 siegħa.
Għal raġunijiet prattiċi u wkoll minn feedback li rċieva mis-settur, ir-rapporteur jiddikjara li huwa jaqbel mal-emendi proposti.
PROĊEDURA
Titolu | Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa | |||
Referenzi | COM(2012)0090 – C7-0061/2012 – 2012/0040(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 5.3.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | Kumitat ENVI 13.3.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 13.3.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | AGRI 23.4.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Horst Schnellhardt 29.3.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 19.9.2012 | 10.10.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 49 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Anne Delvaux, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Julie Girling, Riikka Manner, Justas Vincas Paleckis, Pavel Poc, Britta Reimers, Andrea Zanoni | |||
Data tat-tressiq | 12.11.2012 | |||