Dokument ta' sessjoni
21.11.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( COM(2011)0828 – C7‑0456/2011 – 2011/0398(COD) )
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Jörg Leichtfried
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 32
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel 34
PROĊEDURA 69
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( COM(2011)0828 – C7‑0456/2011 – 2011/0398(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0828 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0456/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Franċiż, il-Bundesrat Ġermaniż u s-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Mejju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0372/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jitnaqqas il-fastidju mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti bi problemi partikolari ta' storbju. Għadd kbir ta' ċittadini tal-UE huma esposti għal livelli għolja ta' storbju li jistgħu jwasslu għal effetti negattivi fuq is-saħħa. | (2) L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jitnaqqas l-istorbju tal-inġenji tal-ajru f’ajruporti bi problemi partikolari ta' storbju u fl-inħawi tagħhom. Għadd kbir ta' ċittadini tal-UE huma esposti għal livelli għolja ta' storbju li jistgħu jwasslu għal effetti negattivi fuq is-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta' titjiriet bil-lejl. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal restrizzjonijiet operattivi, il-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni deskritti fid-Direttiva 2002/49/KE għandhom, fil-futur immedjat, jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri kumplimentari għall-ġestjoni tal-istorbju estern tal-ajruporti, bħall-iżolament tad-djar kontra l-ħsejjes u pjanijiet għal barrieri ġenerali tal-istorbju. |
Ġustifikazzjoni
Sfortunatament il-validità tad-direttiva dwar il-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali tal-2002 qed tintilef minħabba ż-żieda enormi tat-trasport bl-ajru f'dawn l-aħħar snin. Fl-istennija tar-rieżami ta' din id-direttiva, ir-Regolament preżenti għandu jkun kemm jista' jkun kumplimentari għaliha.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Filwaqt li valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom iseħħu fuq bażi regolari, tali valutazzjonijiet għandhom iwasslu biss għal miżuri addizjonali ta' tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju ma tilħaqx l-għanijiet tat-tnaqqis tal-istorbju. | (7) Filwaqt li valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom iseħħu fuq bażi regolari, tali valutazzjonijiet għandhom iwasslu biss għal miżuri addizzjonali ta' tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju, jew il-miżuri stabbiliti bid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward l-istudju u l-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali1, ma jilħqux l-għanijiet tat-tnaqqis tal-istorbju. It-tfassil ta’ miżuri supplimentari għat-tnaqqis tal-istorbju għandu jsir wara proċess sistematiku ta' monitoraġġ u kontroll ambjentali bbażat fuq approċċ konservattiv, bil-għan li jkunu individwati malajr l-Azzjonijiet Korrettivi Bbażati fuq il-Monitoraġġ (MBCA) f'termini ta' ġestjoni u/jew operattivi li huma meħtieġa. |
| __________________ |
| 1 ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12 |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Filwaqt li analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tipprovdi indikazzjoni tal-effetti totali fuq il-benesseri ekonomiku billi tqabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, valutazzjoni tal-kosteffikaċja tiffoka fuq il-kisba ta' għan stabbilit bl-aktar mod kosteffikaċi, u b'hekk teħieġ biss tqabbil tal-ispejjeż. | (8) Filwaqt li għan għat-tnaqqis tal-istorbju għandu jintgħażel billi jsir eżerċizzju kumparattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, l-għodda għall-ilħuq ta' dan il-għan għandha tkun kosteffikaċi, filwaqt li jitqiesu l-aspetti tas-saħħa, ekonomiċi u soċjali. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sospensjoni tal-miżuri tal-mitigazzjoni tal-istorbju hija importanti biex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa għas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-kapaċità tal-ajruporti u l-kompetizzjoni. Filwaqt li proċedura ta' appell kontra restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju jistgħu jikkonċernaw miri ta' tnaqqis tal-istorbju, metodi ta' valutazzjoni u għażla ta’ miżuri kosteffikaċi, l-appell ma jistax jissospendi l-implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għanda tkun kapaċi, ferm qabel l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, li tuża d-dritt ta' skrutinju u tissospendi l-miżuri meqjusa li jipproduċu konsegwenzi mhux meħtieġa jew irriversibbli. Huwa rikonoxxut li s-sospensjoni għandha tkun għal perjodu limitat. | (9) Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tevalwa r-restrizzjonijiet operattivi proposti qabel l-implimentazzjoni tagħhom. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-użu ta’ proċeduri operattivi approvati għat-tnaqqis tal-istorbju għandu jiżgura li s-sikurezza meħtieġa tat-titjira tinżamm billi jitqiesu l-fatturi kollha li jistgħu jolqtu operazzjoni partikolari. Il-miżuri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju ma għandhomx jipprekludu jew jipprojbixxu l-miżuri ta’ sigurtà antiterroristiċi. |
Ġustifikazzjoni
Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet prevalenti fl-avjazzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq informazzjoni eżistenti disponibbli u jiżguraw li din l-informazzjoni hija affidabbli u aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta' monitoraġġ u infurzar meħtieġa. | (10) Skont id-Direttiva 2002/49/KE, il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu li huma komuni għall-Istati Membri kollha. Dik l-informazzjoni għandha tkun affidabbli, tinkiseb b’mod trasparenti, tkun kumparabbli u aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoliġiċi l-aktar riċenti u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħħar sejbiet dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta' monitoraġġ u infurzar meħtieġa. Il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom jitwettqu jew jiġu ssorveljati minn aġenziji esterni indipendenti mill-operatur tal-ajruport. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku kontinwu fit-teknoloġiji tal-magni u l-oqfsa tal-inġenji tal-ajru u l-metodi użati għall-immappjar tal-profili tal-istorbju, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament regolari tal-istandards tal-istorbju għal inġenji tal-ajru msemmija f’dan ir-Regolament u r-referenza għal metodi ta' ċertifikazzjoni assoċjati; l-emendar tad-definizzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi u tal-inġenji tal-ajru ċivili skont dan, u l-aġġornar tar-referenza għall-metodu għall-komputazzjoni tal-profili tal-istorbju. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (13) Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku kontinwu u l-metodi użati għall-immappjar tal-profili tal-istorbju, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament regolari tal-metodu u r-rapport tekniku relatat mal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju f’ajruport. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-affidabilità tal-ippjanar, restrizzjonijiet operattivi u deċiżjonijiet dwar it-tħaddim tal-ajruporti, inklużi deċiżjonijiet tal-qorti u r-riżultati ta’ proċessi ta’ medjazzjoni li diġà kienu introdotti jew kienu qed jiġu eżaminati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament iżda għandhom jiġu indirizzati skont ir-regoli eżistenti. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Dan ir-Regolament jindirizza biss l-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Ma jfittixx li jirregola l-impatt tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ġejjin mit-tħaddim tal-ajruplani jew miżuri mfassla biex inaqqsu dawk l-emissjonijiet. Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw ir-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’att leġiżlattiv separat. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju b'mod konsistenti abbażi ta' ajurporti individwali sabiex jgħin fit-titjib tal-klima tal-istorbju u biex jillimita jew inaqqas l-għadd ta' persuni li jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-effetti ta' ħsara tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, skont l-Approċċ Bilanċjat. | 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju b'mod konsistenti abbażi ta' ajruporti individwali u fejn tkun ġiet identifikata problema ta’ storbju sabiex jgħin fit-titjib tal-klima tal-istorbju u biex jillimita jew inaqqas l-għadd ta' persuni li jkunu affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru, skont l-Approċċ Bilanċjat. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li tiġi ffaċilitata l-kisba ta' għanijiet speċifiċi ta' tnaqqis tal-istorbju ambjentali, kif stabbilit f'regoli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali, u biex tiġi vvalutata l-interdipendenza tagħhom ma' għanijiet ambjentali oħra, fil-livell ta' ajruporti individwali; | (a) li tiġi ffaċilitata l-kisba ta' għanijiet speċifiċi ta' tnaqqis tal-istorbju ambjentali, kif stabbilit f'regoli tal-Unjoni, nazzjonali jew lokali, u biex tiġi vvalutata l-interdipendenza tagħhom ma' għanijiet ambjentali oħra, inklużi aspetti relatati mas-saħħa, fil-livell ta' ajruporti individwali; |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li tkun possibbli l-għażla tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju l-aktar kosteffikaċi skont l-Approċċ Bilanċjat sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli tal-kapaċita tan-netwerk ta' ġestjoni tal-ajruporti u t-traffiku tal-ajru minn perspettiva gate-to-gate. | b) li tkun possibbli l-għażla tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju l-aktar effikaċi, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti kemm tas-saħħa kif ukoll ekonomiċi, skont l-Approċċ Bilanċjat, sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli fit-tul tal-kapaċità tan-netwerk ta' ġestjoni tal-ajruporti u t-traffiku tal-ajru minn perspettiva gate-to-gate. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal inġenji tal-ajru mħaddma fl-avjazzjoni ċivili. | Dan ir-Regolament għandu japplika għal titjiriet tal-inġenji tal-ajru mħaddma fl-avjazzjoni ċivili. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ma għandux japplika għal inġenji tal-ajru fis-servizzi militari, doganali, tal-pulizija jew servizzi simili. | Ma għandux japplika għal titjiriet tal-inġenji tal-ajru fis-servizzi militari, doganali, tal-pulizija jew servizzi simili. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta għal Regolament tista’ tapplika għall-ajruporti b’iżjed minn 50 000 moviment ta’ inġenji tal-ajru ċivili fis-sena. Għalhekk, hija tapplika għat-titjiriet u mhux għall-inġenji tal-ajru.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) “Approċċ Bilanċjat” tfisser il-metodu li, skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitiqes b’mod konsistenti bl-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju bl-aktar mod kosteffikaċi abbażi ta' ajurporti individwali. | (2) “Approċċ Bilanċjat” tfisser il-proċess stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) f'Volum 1, Taqsima V tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta' Chicago li, skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitqies b’mod konsistenti bl-għan li jiġi minimizzat l-istorbju bl-aktar mod effikaċi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-saħħa kif ukoll dawk ekonomiċi, abbażi ta' ajruporti individwali sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa taċ-ċittadini li jgħixu fiż-żoni fil-qrib. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) “Inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru ċivili li jissodisfaw il-limiti ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Chicago) b’marġni kumulattiva ta’ inqas minn 10EPNdB (Storbju Effettivament Ipperċepit f’deċibel), fejn il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f’EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta’ storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta’ storbju permess) f’kull wieħed mit-tliet punti ta’ referenza għall-kejl tal-istorbju kif iddefinit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago; | (4) “Inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru li jkunu ċertifikati skont il-limiti tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago) b'marġni kumulattiva ta’ inqas minn 8EPNdB (Storbju Effettivament Ipperċepit f'Deċibels) waqt perjodu tranżitorju ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u permezz ta’ marġni kumulattiva ta’ mhux aktar minn 10 EPNdB wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu tranżitorju. Il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f'EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta' storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta' storbju permess) f’kull wieħed mit-tliet punti ta' referenza għall-kejl tal-istorbju kif definit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago; |
Ġustifikazzjoni
Huwa propost li tiġi adattata d-definizzjoni li tirrifletti aħjar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-inġenji tal-ajru.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) ‘Restrizzjonijiet operattivi’ tfisser azzjoni relatata mal-istorbju li tillimita l-aċċess jew tnaqqas l-użu ottimali tal-kapaċità ta' ajruport, inklużi r-restrizzjonijiet operattivi mmirati għall-irtirar mill-operat ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'ajruporti speċifiċi kif ukoll restrizzjonijiet operattivi ta' natura parzjali, li jaffettwaw it-tħaddim ta' inġenji tal-ajru ċivili skont il-perjodu ta' żmien. | (6) 'Restrizzjonijiet operattivi' tfisser azzjoni relatata mal-istorbju li tillimita l-aċċess jew tnaqqas l-użu ottimali tal-kapaċità ta' ajruport, inklużi r-restrizzjonijiet operattivi mmirati għall-irtirar mill-operat ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'ajruporti speċifiċi kif ukoll restrizzjonijiet operattivi ta' natura parzjali, li pereżempju japplikaw għal perjodu ta' żmien identifikat waqt il-jum jew għal ċerti runways biss fl-ajruport. |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi parzjali fl-Artikolu 2(6) għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni tal-ICAO (ara paġna I-7-2 tal-Gwida tal-ICAO dwar l-Approċċ Bilanċjat, Dok 9829 tal-ICAO). B’mod partikolari, id-definizzjoni proposta mill-Kummissjoni mhijiex preċiża u konsistenti mal-Approċċ Bilanċjat tal-ICAO billi tillimita r-restrizzjonijiet parzjali għal restrizzjonijiet li jaffettwaw l-operazzjonijiet skont il-perjodu ta’ żmien. L-approċċ bilanċjat huwa bbażat fuq il-prinċipju ewlieni li s-soluzzjonijiet tal-problemi tal-istorbju jeħtieġ li jiġu mfassla fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-ajruport ikkonċernat. Jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-erba’ elementi prinċipali tiegħu, prinċipalment it-tnaqqis tal-istorbju f’ras il-għajn, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art, il-proċeduri operattivi tat-tnaqqis tal-istorbju, u mhux bħala restrizzjonijiet operattivi li jiġu applikati bħala l-ewwel soluzzjoni.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Awtoritajiet kompetenti | Awtoritajiet kompetenti u d-dritt ta’ appell |
1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri dwar restrizzjonijiet operattivi, kif ukoll korp ta’ appell indipendenti. | 1. L-Istati Membri li fihom hemm ajruport għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għas-segwitu tal-proċess tal-adozzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi, kif ukoll korp ta’ appell indipendenti, skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali. |
2. L-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta' appell għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe organizzazzjoni li tista' tiġi affettwata minn azzjoni relatata mal-istorbju. | 2. L-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta' appell għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe organizzazzjoni li tista' tiġi affettwata minn azzjoni relatata mal-istorbju. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati u l-korp ta' appell imsemmi fil-paragrafu 1. | 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw fil-waqt xieraq lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati u l-korp ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni. |
| 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' appell kontra r-restrizzjonijiet operattivi adottati skont dan ir-Regolament quddiem il-korp ta' appell f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw Approċċ Bilanċjat fir-rigward tal-immaniġjar tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Għal dan il-għan, huma għandhom: | 1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-Approċċ Bilanċjat fir-rigward tal-immaniġjar tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, fuq bażi ta’ kull ajruport individwali, fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huma għandhom jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-istorbju f’ajruport individwali skont l-Anness II tad-Direttiva 2002/49/KE, inklużi l-effetti dannużi għas-saħħa tal-bniedem. Fejn tiġi identifikata problema ta’ storbju, huma għandhom: |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-istorbju f'ajruport individwali; | (a) jiżguraw li l-objettiv għat-tnaqqis tal-istorbju għal dak l-ajruport ikun definit, b'kunsiderazzjoni, skont il-każ, tal-Artikolu 8 u l-Anness V tad-Direttiva 2002/49; |
(b)jiddefinixxu l-mira għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali; |
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) jevalwaw l-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri disponibbli; | (d) iwettqu valutazzjoni formali u komprensiva tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri disponibbli; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju; | (c) proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, inkluża l-gwida tar-rotot tat-tluq u l-inżul; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-miżuri disponibbli jistgħu jinkludu l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi, jekk dan jitqies bħala meħtieġ. | Il-miżuri disponibbli jistgħu jinkludu l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi, jekk dan jitqies bħala meħtieġ. L-Istati Membri jistgħu joffru inċentivi ekonomiċi sabiex iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi jużaw inġenji tal-ajru inqas storbjużi waqt il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 2(4). |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jagħmlu distinzjoni fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju skont it-tip ta' inġenju tal-ajru, użu tar-runway u/jew qafas ta' żmien kopert. | 3. L-Istati Membri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jagħmlu distinzjoni fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju skont l-istorbju ġġenerat mill-inġenju tal-ajru, l-użu tar-runway, il-mogħdija tat-titjira u/jew il-qafas ta' żmien kopert. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Miżuri jew kombinazzjoni ta' miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari ma għandhomx ikunu aktar ristrettivi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali stabbilit għal dak l-ajruport. Restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu mhux diskriminatorji, partikolarment abbażi ta' nazzjonalità, identità jew attività tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. | 5. Miżuri jew kombinament ta' miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari għandhom ikunu xierqa biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali stabbilit għal dak l-ajruport. Restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu mhux diskriminatorji, partikolarment abbażi ta' nazzjonalità, identità jew attività tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u m’għandhomx ikunu arbitrarji. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri legali meħtieġa – malajr u mingħajr dewmien bla bżonn – għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti fit-territorju tagħhom fuq bażi regolari, skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/49/KE u r-regoli nazzjonali jew lokali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010. | 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti li għalihom huma responsabbli tkun valutata fuq bażi regolari, skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/49/KE u r-regoli nazzjonali jew lokali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni deskritti fl-Anness I għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u futura tal-istorbju. | 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni deskritti fl-Anness I għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u futura tal-istorbju. |
3. Meta l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju turi li miżuri ġodda huma meħtieġa biex jintlaħaq jew jinżamm l-livell tal-miri għat-tnaqqis tal-istorbju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod xieraq il-kontribuzzjoni ta' kull tip ta' miżura fl-ambitu tal-Approċċ Bilanċjat, skont l-Anness I. | 3. Jekk din il-valutazzjoni tindika li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri operattivi ta' restrizzjoni ġodda biex tiġi indirizzata problema rigward storbju f'ajruport, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li: |
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fil-livell xieraq, jiġi stabbilit forum għall-kooperazzjoni teknika bejn l-operatur tal-ajruport, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għal azzjonijiet li dawn l-operaturi huma responsabbli għalihom, u jqisu b'mod xieraq l-interdipendenza bejn miżuri li jimmitgaw l-istorbju u dawk biex inaqqsu l-emissjonijiet. Il-membri ta' dan il-forum għall-kooperazzjoni teknika għandhom jikkonsultaw regolarment lir-residenti lokali jew rappreżentanti tagħhom, u jipprovdu informazzjoni u konsulenza teknika dwar miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju lill-awtoritajiet kompetenti. | (a) il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni fl-Anness I jiġu applikati sabiex jiġi kkunsidrat kif xieraq il-kontribut ta’ kull tip ta’ miżura taħt l-Approċċ Bilanċjat, |
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-effiċjenza ġenerali tal-miżuri ġodda, kif imsemmi fil-paragrafu 3 skont l-Anness II. Emenda teknika minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċitajiet jew operat ma titqiesx bħala restrizzjoni operattiva ġdida. | (b) fil-livell adegwat, tiġi stabbilita kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tal-ajruport, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru biex jiġu eżaminati miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jiżguraw li jiġu kkonsultati r-residenti lokali, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-awtoritajiet lokali relevanti, u li jingħataw informazzjoni teknika dwar il-miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju. |
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-waqt u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza fir-rigward tad-dejta u l-metodoloġija ta' komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandhom ikollhom mill-inqas tliet xhur qabel l-adozzjoni ta' miżuri ġodda biex jipprovdu kummenti. Il-partijiet interessati għandhom mill-inqas jinkludu: | (c) il-kosteffikaċja ta' kwalunkwe restrizzjoni operattiva ġdida hija evalwata, skont l-Anness II. Emendi tekniċi minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċità jew l-operazzjonijiet ma jitqisux bħala restrizzjonijiet operattivi ġodda. |
(a) rappreżentanti ta' residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti affettwati mill-istorbju tat-traffiku bl-ajru; | (d) il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-waqt u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza fir-rigward tad-dejta u l-metodoloġija ta' komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandu jkollhom tal-inqas tliet xhur, qabel l-adozzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi ġodda, biex iressqu l-kummenti tagħhom. Il-partijiet interessati għandhom jinkludu minn tal-anqas: |
(b) operaturi rilevanti tal-ajruporti; | (i) ir-residenti lokali, li jgħixu fil-viċinanzi tal-ajruporti, li jkunu affettwati mill-istorbju tat-traffiku tal-ajru jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet lokali tagħhom; |
(c) rappreżentanti tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jistgħu jkunu affettwati minn azzjonijiet relatati mal-istorbju; | (ii) rappreżentanti tan-negozji bbażati fl-inħawi tal-ajruporti li l-operazzjonijiet tagħhom huma affettwati mit-traffiku tal-ajru u mit-tħaddim tal-ajruport; |
(d) fornituri rilevanti ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru; | (iii) l-operaturi tal-ajruport relevanti; |
(e) il-Maniġer tan-Netwerk, kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 677/2011. | (iv) rappreżentanti tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jistgħu jkunu affettwati minn azzjonijiet relatati mal-istorbju; |
| (v) fornituri relevanti ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru; |
| (vi) il-Maniġer tan-Netwerk, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 677/2011; |
| (vii) fejn applikabbli, il-koordinatur tas-slots iddeżinjat. |
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju u jieħdu azzjoni kif xieraq. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta fuq bażi regolari lir-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti. | 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju u jieħdu azzjoni kif xieraq. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli onlajn, biex residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti u partijiet interessati oħra jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni mingħajr ħlas. |
| L-informazzjoni relevanti għandha tinkludi: |
| (a) informazzjoni dwar il-ksur allegat minħabba devjazzjonjiet tar-rotta fir-rigward l-impatt ġenerat u r-raġunijiet ta' dik id-devjazzjoni, |
| (b) il-kriterji użati għat-tqassim u l-ġestjoni tat-traffiku f'kull ajruport li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent jew impatt fuq l-istorbju. |
| 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ajruporti jinstallaw sistemi kompjuterizzati għall-kejl tal-istorbju f’punti differenti qrib ir-rotot tat-titjir li jaffettwaw jew x'aktarx li se jaffetwaw il-popolazzjoni lokali. Id-data miġbura minn dawn is-sistemi għall-kejl tal-istorbju tista' tiġi kkonsultata fuq l-internet. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru skont il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni mwettqa skont il-Volum 1 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-ħames edizzjoni ta' Lulju 2008. | 1. Deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru skont il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni mwettqa skont il-Volum 1 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-ħames edizzjoni ta' Lulju 2008. |
2. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja dwar l-Istorbju fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tagħhom li jużaw ajruporti fl-Unjoni: | 2. Fuq talba tal-Kummissjoni, u jekk l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ma jkollhiex diġà l-informazzjoni mitluba, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja dwar l-Istorbju fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tagħhom li jużaw ajruporti fl-Unjoni: |
(a) in-numru tad-denb tal-inġenji tal-ajru; | (a) in-numru tad-denb tal-inġenji tal-ajru; |
(b) iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-istorbju jew ċertifikati tal-inġenji użati, flimkien mal-piż massimu attwali assoċjat għat-tluq; | (b) iċ-ċertifikat tal-istorbju jew ċertifikati tal-inġenji użati, flimkien mal-piż massimu attwali assoċjat għat-tluq; |
(c) kwalunkwe modifika tal-inġenji tal-ajru li tinfluwenza l-prestazzjoni tal-istorbju tagħhom; | (c) kwalunkwe modifika tal-inġenji tal-ajru li tinfluwenza l-prestazzjoni tal-istorbju tagħhom u li hija rreġistrata fiċ-ċertifikat tal-istorbju tagħhom; |
(d) informazzjoni dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru għall-finijiet tal-immudellar tal-istorbju. |
|
Għal kull titjira bl-użu ta' ajruport tal-Unjoni, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-istorbju użat u n-numru tad-denb. | Kull darba li operatur jibdel iċ-ċertifikat tal-istorbju użat għal inġenju tal-ajru, għandu jinforma lill-Kummissjoni. |
Id-dejta għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas, f’għamla elettronika u billi jintuża l-format speċifikat, fejn applikabbli. | Id-dejta għandha tkun ipprovduta, f’għamla elettronika u billi jintuża l-format speċifikat, fejn applikabbli. Il-Kummissjoni għandha terfa’ l-piż ta’ kwalunkwe spiża magħmula sabiex tiġi pprovduta dik id-dejta. |
3. L-Aġenzija għandha tivverifika l-istorbju tal-inġenji tal-ajru u d-dejta tal-prestazzjoni għall-finijiet ta' immudellar skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. | 3. L-immudellar tal-istorbju fil-komunitajiet tal-ajruporti għandu jkun ibbażat fuq data dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru pprovduta mill-manifattur u rakkomandata għall-użu mill-komunità internazzjonali u magħmula disponibbli permezz tal-ICAO. L-Aġenzija għandha tivverifika l-istorbju tal-inġenji tal-ajru u d-dejta tal-prestazzjoni għall-finijiet ta' immudellar skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-Aġenzija għandha tirreferi għall-proċess stabbilit tal-Grupp tal-Mudelli u l-Bażijiet tad-Dejta fi ħdan il-Kumitat tal-Avjazzjoni u l-Ħarsien Ambjentali tal-ICAO biex ikunu ddeterminati l-validità tad-dejta u l-aħjar prassi u tkun żgurata armonizzazzjoni kontinwa fost l-aġenziji internazzjonali li jiċċertifikaw li l-inġenji tal-ajru jkun fi stat tajjeb biex itiru. |
4. Id-dejta għandha tkun maħżuna f'bażi tad-dejta ċentrali u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. | 4. Id-dejta għandha tkun maħżuna f'bażi tad-dejta ċentrali u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Qabel l-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż ta' sitt xhur, li jintemm mill-inqas xahrejn qabel id-determinazzjoni tal-parametri ta’ koordinazzjoni tal-islott kif iddefnit fl-Artikolu 2, punt m) tar-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 95/93 għall-ajruport ikkonċernat għall-perjodu tal-iskedar rilevanti, lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati rilevanti. | 1. Meta jkunu qegħdin jintroduċu restrizzjoni operattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw tliet xhur qabel, u li tintemm mill-inqas xahrejn qabel id-determinazzjoni tal-parametri ta’ koordinazzjoni tal-islott kif iddefinit fl-Artikolu 2, punt m) tar-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 95/93 għall-ajruport ikkonċernat għall-perjodu tal-iskedar rilevanti, lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati rilevanti |
2. Wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, in-notifikazzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport miktub li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, il-mira ambjentali stabbilita għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex tintlaħaq dik il-mira, u l-evalwazzjoni tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri differenti meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transfruntier tagħhom. | 2. Wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, in-notifikazzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport miktub li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, il-mira tat-tnaqqis tal-istorbju stabbilita għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex tintlaħaq dik il-mira, u l-evalwazzjoni tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri differenti meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transfruntier tagħhom. |
3. Fejn restrizzjoni operattiva tikkonċerna l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi minn ajruport, l-ebda servizzi ġodda ma għandhom ikunu permessi b'inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'dak l-ajruport sitt xhur wara n-notifikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar ir-rata annwali għat-tneħħija ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi mill-flotta ta' operaturi affettwati f’dak l-ajruport, filwaqt li titiqies l-età tal-inġenju tal-ajru u il-kompożizzjoni tal-flotta totali. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, din ir-rata ma għandhiex tkun iktar minn 20 % tal-flotta ta' dak l-operatur ta' inġenji tal-ajru li jkunu marġinalment konformi li jużaw dak l-ajruport. | 3. Fejn restrizzjoni operattiva tikkonċerna l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi minn ajruport, l-ebda servizzi ġodda ma għandhom ikunu permessi b’inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'dak l-ajruport sitt xhur wara n-notifikazzjoni, li jintemmu mill-inqas xahrejn qabel ma jiġu determinati l-parametri ta’ koordinazzjoni tal-islotts skont il-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar ir-rata annwali għat-tneħħija ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi. Din ir-rata annwali m’għandhiex tkun iktar minn 25% tal-movimenti u għandha tiġi applikata b’mod uniformi għal kull operatur affettwat b’referenza għan-numru ta’ movimenti tiegħu b’inġenji tal-ajru marġinalment konformi f’dak l-ajruport. |
4. Kwalunkwe appell kontra deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandu jiġi organizzati skont il-liġi nazzjonali. |
|
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) inġenji tal-ajru fuq titjiriet operati għal finijiet umanitarji jew diplomatiċi. |
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament kwalunkwe titjira operati b’inġenji tal-ajru marġinalment konformi li ssir għal finijiet umanitarji.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u mingħajr ħsara għal proċedura pendenti ta' appell, il-Kummissjoni tista’ tiskrutinja d-deċiżjoni dwar restrizzjoni operattiva, qabel l-implimentazzjoni tagħha. Fejn il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni ma tirrispettax ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, jew inkella tkun kontra l-liġi tal-Unjoni, tista' tissosspendi d-deċiżjoni. | 1. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u mingħajr ħsara għal proċedura pendenti ta' appell, il-Kummissjoni tista’ f’perjodu ta’ xahrejn wara l-jum li fih tirċievi l-avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), tevalwa l-proċess għall-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju. Fejn il-Kummissjoni ssib li l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju ma ssegwix il-proċess stipulat f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti relevanti jistgħu jikkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li turi konformità ma’ dan ir-Regolament. | 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li turi konformità ma’ dan ir-Regolament. |
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 13(2), parikolarment billi jitqiesu il-kriterji fl-Anness II, jekk l-awtorità kompetenti konċernata tistax tipproċedi bl-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u l-Istat Membru kkonċernat. |
|
4. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tapplika d-deċiżjoni prevista dwar restrizzjoni operattiva. | 3. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx innotifikat l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), l-awtorità kompetenti tista' tapplika d-deċiżjoni prevista dwar restrizzjoni operattiva. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) emendi tad-definizzjonijiet ta' inġenji tal-ajru fl-Artikolu 2, punt (3) u ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi fl-Artikolu 2, punt (4); | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Id-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni għandha tiġi limitata għal adattamenti u bidliet tekniċi. Id-deċiżjonijiet politiċi għandhom jibqgħu fil-kompetenza tal-koleġiżlaturi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 13 | imħassar |
Kumitat |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat istitwit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
Dan il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
3. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob hekk. |
|
Ġustifikazzjoni
Din id-dispożizzjoni ma tibqax aktar valida minħabba li l-Artikolu 10(3) tħassar.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14a |
| Dispożizzjonijiet tranżitorji |
| Ir-restrizzjonijiet operattivi u d-deċiżjonijiet dwar it-tħaddim tal-ajruporti, inklużi d-deċiżjonijiet tal-qorti u r-riżultat ta’ proċessi ta’ medjazzjoni li ġew introdotti jew eżaminati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. Fejn tapplika d-Direttiva 2002/30/KE għandhom jibqgħu soġġetti għaliha u fejn japplika, għar-regoli nazzjonali li jitrasponuha. Għalhekk l-effetti tad-Direttiva 2002/30/KE għandhom jinżammu għal miżuri bħal dawn. Emenda teknika minuri għall-miżura eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi dwar il-kapaċità jew l-operazzjonijiet ma għandhiex titqies bħala restrizzjoni operattiva ġdida. |
Ġustifikazzjoni
Klawżola tad-drittijiet akwiżiti hija meħtieġa sabiex ikun ċar għal kulħadd li r-restrizzjonijiet operattivi eżistenti u l-proċeduri tal-introduzzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet li ġew imnedija qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid jibqgħu soġġetti għar-regoli eżistenti.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness 1 – taqsima 1 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-awtoritajiet kompetenti se użaw metodi ta' valutazzjoni tal-istorbju li ġew żviluppati skont id-Dok 29 tar-Rapport tal-ECAC "Rapport dwar il-Metodu Standard ta' Kkomputar tal-Profili tal-Istorbju madwar l-Ajruporti Ċivili", it-Tielet (3) Edizzjoni. | 1. L-awtoritajiet kompetenti se jużaw metodi ta' valutazzjoni tal-istorbju li ġew żviluppati skont l-Anness II tad-Direttiva 2002/49/KE. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura l-konsistenza tal-metodoloġija preskritta bid-Direttiva 2002/49 u r-Regolament futur.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness 1– taqsima 3 – punt 1 – sottopunt 1.2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1.2 Deskrizzjoni tal-miri tas-sostenibbiltà ambjentali għall-ajruport u l-kuntest nazzjonali. Din se tinkludi deskrizzjoni tal-miri għall-istorbju mill-inġenji tal-ajru għall-ajruport. | 1.2 Deskrizzjoni tal-miri ta’ tnaqqis tal-istorbju għall-ajruport u l-kuntest nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Dan l-anness jitkellem dwar il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju qrib l-ajruporti. Għalhekk, għandu jsir skont l-għan tat-tnaqqis tal-istorbju għal ajruport speċifiku. Il-prattikalitajiet li jinħolqu mit-tieni sentenza mhumiex ċari.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Anness 1– taqsima 3 – punt 1 – sottopunt 1.3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1.3 Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-sena attwali u dawk preċedenti – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru. | 1.3 Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-sena attwali u mill-inqas għas-sentejn preċedenti – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness 1 – taqsima 3 – punt 2.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti (jekk ikun hemm) li diġà ġew approvati u ppjanat li jitwettqu, pereżempju, żieda fil-kapaċità, espansjoni tar-runways u/jew tat-terminals, u t-taħlita futura tat-traffiku pproġettata u t-tkabbir stmat. | 2.1 Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti (jekk ikun hemm) li diġà ġew approvati u ppjanat li jitwettqu, pereżempju, żieda fil-kapaċità, espansjoni tar-runways u/jew tat-terminals, previżjonijiet tal-inżul u tat-tluq, it-taħlita futura tat-traffiku pproġettata u t-tkabbir stmat u studju dettaljat dwar l-impatt tal-istorbju fuq iż-żona tal-madwar kkaġunat mill-espansjoni tal-kapaċità, tar-runways jew tat-terminals, u mill-modifika tar-rotot tal-inżul u tat-tluq. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness 1– taqsima 3 – punt 2 – punt 2.4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Profili tal-istorbju mbassra - inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies li x' aktarx ikunu affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru - jagħmlu distinzjoni bejn iż-żoni residenzjali stabbiliti u ż-żoni residenzjali li jkunu għadhom kemm inbnew. | Profili tal-istorbju previsti – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' persuni li x'aktarx ikunu affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru – jagħmlu distinzjoni bejn iż-żoni residenzjali stabbiliti, iż-żoni residenzjali li jkunu għadhom kemm inbnew u ż-żoni residenzjali futuri ppjanati li diġà ngħataw l-awtorizzazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi evalwat aħjar l-impatt tal-istorbju fuq żoni residenzjali fl-inħawi qrib l-ajruport, ikun xieraq li jiġu kkunsidrati wkoll il-pjanijiet għal żoni residenzjali futuri. Għalhekk, għandhom jingħataw dettalji dwar proġetti li għalihom ikun ħareġ permess tal-bini mill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness 1– taqsima 3 – punt 3 – sottopunt 3.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3.1 Skema tal-miżuri addizzjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tagħhom. Deskrizzjoni ta' dawk il-miżuri magħżula għal analiżi ulterjuri u informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tal-kosteffikaċja, partikolarment l-ispiża tal-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri; l-għadd ta' nies li mistennija jibbenefikaw u l-qafas ta' żmien; u klassifikazzjoni tal-effikaċja ġenerali ta' miżuri partikolari. | 3.1 Skema tal-miżuri addizzjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din id-dispożizzjoni għandha tibqa’ fil-kompetenza tal-koleġiżlaturi. Qed jiġi propost li titneħħa mill-atti delegati.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-kosteffikaċja tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju se jiġu vvalutati filwaqt li se jitqiesu, b'mod xieraq, l-elementi li ġejjin, safejn hu possibbli, f'termini kwantifikabbli: | Il-kosteffikaċja tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju se jiġu vvalutati filwaqt li se jitqiesu, b'mod xieraq, l-elementi li ġejjin, safejn hu possibbli, f'termini kwantifikabbli: |
1) Il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju tal-miżuri previsti, issa u fil-futur; | 1) Il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju, inkluż il-benefiċċji għas-saħħa, tal-miżuri previsti, issa u fil-futur; |
2) Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi; | 2) Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; |
3) Kapaċità tal-ajruport; | 3) Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskju għal partijiet terzi; |
4) Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. | 4) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi u l-ekonomija, inklużi effetti potenzjali fuq l-ekonomiji reġjonali; |
Barra minn hekk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l-fatturi li ġejjin: | 4a) L-impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ajruporti; |
1) Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; | 4b) Kapaċità tal-ajruport; |
2) Is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet; | 4c) Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni; |
3) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi. | 4d) Is-sostenibbiltà ambjentali, inklużi l-interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet; |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-Proposta hi mmirata biex taġġorna miżuri eżistenti sabiex l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jtejbu l-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti fl-Unjoni fi ħdan il-qafas internazzjonali tal-Approċċ Bilanċjat dwar il-Ġestjoni tal-Istorbju tal-ICAO. Huwa meħtieġ li l-Approċċ Bilanċjat jiġi applikat b’mod konsistenti.
L-Approċċ Bilanċjat ikopri l-firxa sħiħa ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tal-istorbju – 1) it-tnaqqis tal-istorbju tal-ajruplani mis-sors, 2) l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art, 3) il-proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju (bl-użu ta’ runways, rotot jew proċeduri speċifiċi) u 4) ir-restrizzjonijiet operattivi – jimponi l-valutazzjoni tal-problema tal-ħoss u jipprovdi għal konsultazzjoni xierqa.
Fuq livell ta' ICAO l-UE tappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp ta’ standards ġodda tal-istorbju għall-inġenji tal-ajru u tinvesti f’teknoloġiji ġodda permezz tal-Programmi ta’ Qafas u l-proġett Sema Nadif. Iżda l-ippjanar tal-użu tal-art, flimkien mal-programmi assoċjati ta' iżolazzjoni u kumpens, huma kompetenza nazzjonali jew lokali. Il-proċeduri operattivi jaqgħu taħt il-kompetenza tal-fornituri tas-servizz tal-ajruport u tat-traffiku tal-ajru, u huma koperti minn leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew.
Il-Proposta għalhekk tkopri restrizzjonijiet operattivi marbuta mal-istorbju flimkien mar-rekwiżiti relatati mal-proċess (l-immappjar, il-valutazzjoni tal-kosteffiċjenza u l-konsultazzjoni) u tittrasponi impenji internazzjonali fil-liġi Ewropea.
Il-kwistjoni tal-istandards tal-istorbju hija indirizzata f’leġiżlazzjoni Ewropea oħra, ‘id-direttiva dwar l-istorbju ambjentali’ (id-Direttiva 2002/49/KE relatata mal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali), li tobbliga lill-Istati Membri jidentifikaw is-sorsi ewlenin tal-istorbju ambjentali, ikejlu l-impatt tal-istorbju u jieħdu azzjoni xierqa. Il-proposta tikkompleta d-Direttiva 2002/49/KE billi tipprovdi l-proċess għat-twettiq ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-istorbju ta’ miżuri kosteffikaċi ta’ mitigazzjoni tal-istorbju fir-rigward tat-traffiku tal-ajru.
Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur
Il-kwistjonijiet ewlenin involuti huma d-dritt ta’ skrutinju għall-Kummissjoni, il-kunċett ta’ kosteffikaċja, id-definizzjoni ta’ inġenju tal-ajru marġinalment konformi u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni.
Id-dritt ta’ skrutinju tal-Kummissjoni (Artikolu 10)
Il-Bundesrat Ġermaniż, il-Bundesrat Awstrijak, is-Senat Franċiż u l-Ewwel Awla Olandiża kkonkludew li d-dritt ta’ skrutinju tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 jikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà tal-Unjoni Ewropea. Diversi Membri tal-Parlament Ewropew urew it-tħassib tagħhom li l-Artikolu 10 jippermetti li l-Kummissjoni ddgħajjef ir-riżultati ta’ ftehimiet ta’ medjazzjoni reġjonali. Dawn il-ftehimiet bejn l-ajruporti, ir-reġjun u ċ-ċittadini huma spiss milħuqa wara snin ta’ negozjati diffiċli u eżawrjenti. Ir-Rapporteur sab oppożizzjoni wiesgħa fost il-partijiet kważi kollha biex jinżamm l-Artikolu 10. Għalhekk, qed tiġi proposta kitba mill-ġdid tat-test sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u l-prinċipju ta’ sussidjarjetà tal-UE huma rispettati b’mod sħiħ.
Il-kosteffikaċja
Kemm il-benefiċċji ekonomiċi kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti għandhom jiġu kkunsidrati b’mod ugwali meta tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti tal-UE. Għalhekk, qed jiġu proposti emendi li jimmiraw lejn it-tisħiħ ta’ dan il-bilanċ, inkluż kunċett ġdid ta "effiċjenza ġenerali" tar-restrizzjonijiet operattivi proposti.
Inġenji tal-ajru marġinalment konformi (l-Artikolu 2(4))
Il-kunċett ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi jaqdi rwol importanti fil-ġestjoni tal-istorbju. L-eliminazzjoni gradwali tal-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar ħoss tista’ tkun miżura pjuttost effettiva biex ittaffi l-istorbju. L-iffukar fuq l-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar storbju jagħti spazju għal aktar tkabbir – waqt li jkun ta’ serħan għaċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti. Fl-istess ħin, l-eliminazzjoni gradwali tal-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar storbju għandha tikkunsidra l-investimenti u ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ inġenju tal-ajru.
Atti delegati (l-Artikolu 11)
Filwaqt li hemm bżonn ta’ ċertu grad ta’ flessibbiltà sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni tlaħħaq mal-iżvilupp teknoloġiku, madankollu għandu jkun hemm valutazzjoni ċara biex jiġi determinat jekk id-delega ta’ setgħat proposta lill-Kummissjoni hix neċessarja fl-oqsma kollha. Hu l-leġiżlatur li għandu jieħu responsabbiltà finali għal testi leġiżlattivi. Għandu jkun hemm distinzjoni bejn adattamenti tekniċi u deċiżjonijiet politiċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega tas-setgħat proposta jidher li hu wiesa’ żżejjed u l-Parlament għandu jirriserva d-dritt li jemenda l-elementi essenzjali politiċi fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
15.10.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( COM(2011)0828 – C7‑0456/2011 – 2011/0398(COD) )
Relatur: Andres Perello Rodriguez
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-Unjoni Ewropea, mexxejja dinjija fil-leġiżlazzjoni ambjentali u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għad għandha rwol pendenti fil-qasam tat-tniġġis mill-istorbju. Mill-Kumitat għall-Ambjent u s-Saħħa Pubblika għandna responsabbiltà speċjali li dan ir-Regolament jimxi 'l quddiem peress li n-numru ta' persuni milquta mill-istorbju fl-ajruporti, speċjalment bil-lejl, qed jikber, b'konsegwenzi negattivi għas-saħħa li ħafna rapporti jinnotaw.
L-ewwel nett, il-parti l-kbira tas-setturi kkonsultati jiddispjaċiha mid-deroga ta' direttiva li kienet tqis valida, filwaqt li dan ir-rapport jipprova jirkupra l-aspetti li jqis essenzjali, bħall-introduzzjoni mill-ġdid tad-definizzjoni tal-partijiet interessati, ir-referenzi għad-direttiva ta' valutazzjoni tal-impatt, jew il-parteċipazzjoni pubblika. Madankollu, għalkemm finalment jiġu adottati l-korrezzjonijiet u l-iżbilanċi li jipprova jintroduċi dan ir-rapport, ir-rapporteur jikkunsidra li d-direttiva tibqa' l-aħjar strument għaliex, lil hinn mill-istabbiliment ta' xi "minimi" komuni li jirriżultaw minn regolament, il-proċess tat-traspożizzjoni inerenti għal direttiva jagħmilha possibbli li l-leġiżlazzjoni tiġi adegwata għal kull każ konkret, filwaqt li jobbliga lill-Istati Membri biex jilħqu l-objettivi u jiksbu r-riżultati f'perjodu speċifikat.
Rigward il-kwistjonijiet marbuta mal-"kosteffikaċja" fl-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi, il-proposta tal-Kummissjoni tidher li tistrieħ wisq f'termini ta' effikaċja ekonomika. Għalhekk, ir-rapporteur jikkunsidra li jeħtieġ li tiġi kkoreġuta t-terminoloġija użata mill-Kummissjoni meta titkellem dwar "kosteffikaċja" b'referenza għall-miżuri operattivi. Jekk irridu nippreservaw fl-istess livell il-profitabilità ekonomiku, ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa, huwa meħtieġ li r-referenza "kosteffikaċja" tiġi sostitwita b'"effikaċja" u b'relazzjoni tajba "bejn l-ispiża u l-benefiċċju", kif użata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-riżoluzzjonijiet tagħha.
Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' "partijiet interessati", li jestendi l-proċessi ta' "parteċipazzjoni" għar-rwol ta' "konsultazzjoni" riżervat għall-istess partijiet interessati. Qed jiġi propost, fl-istess ħin, li jinħolqu korpi ta' medjazzjoni qabel il-litiġju u fl-Artikolu 10 jiddaħħal id-dritt uniku ta' protezzjoni li jistgħu jirrikorru għalihom dawk milquta quddiem il-Kummissjoni Ewropea fil-każ, mhux biss li restrizzjoni operattiva tiġi adottata b'mod mhux konformi mar-Regolament, iżda fil-każ li jkun hemm rifjut mill-awtoritajiet biex jistabbilixxu restrizzjoni operattiva meta jintwera li din hi meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa tal-popolazzjoni. Fil-fatt, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-direttiva preċedenti nħolqot biex issolvi l-kunflitti potenzjali ta' kompetenza internazzjonali, l-għan hawnhekk huwa li jiġu evitati l-ilmenti preżentati lill-Kummissjoni Ewropea jew il-bosta lmenti ta' tniġġis mill-istorbju eċċessiv li issa huma għaddejjin f'ħafna qrati tal-Istati Membri u li s-sentenza riċenti dwar it-titjiriet bil-lejl fl-ajruport ta' Frankfurt huwa eżempju mill-aktar emblematiku ta' dan.
Ukoll dwar l-Artikolu 10, ir-rapporteur ma jaqbilx mad-dritt ta' skrutinju dirett li l-Kummissjoni trid riserva għaliha dwar restrizzjoni operattiva determinata u jissuġġerixxi li l-kontribut tagħha jiffoka aktar fuq proċess ta' rieżami u rakkomandazzjoni lill-Istati Membri.
Ir-rapporteur jilqa' wkoll id-delimitazzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi, għalkemm jemmen li l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru u l-faċilitajiet tal-ajruporti, sabiex ikunu iktar sostenibbli, għandhom jagħżlu l-prevenzjoni aktar milli t-taffija mistennija mill-istabbiliment ta' restrizzjoni operattiva. F'dan is-sens, b'osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u filwaqt li jitqies il-fatt li l-problema kbira li għandha tiġi solvuta huma t-titjiriet bil-lejl, qed jiġi rakkomandata li jiddaħħal il-kunċett ta' "terminal ta' bil-lejl," kif diġa jiġri f'xi ajruporti. Dawn it-"terminals ta' bil-lejl" jistgħu jkunu ajruporti żgħar li għadhom jinbnew jew inkella jinbnew f'runways adatti, 'l bogħod mill-qalba tal-popolazzjoni u mir-rotot l-iktar li jagħmlu storbju.
Fl-aħħarnett, minħabba ż-żieda kbira fit-traffiku bl-ajru u espansjonijiet numerużi tal-ajruporti li seħħew fis-snin riċenti, ir-rapporteur jirrakkomanda, bħala miżura komplimentari, reviżjoni tad-Direttiva 2002/49/KE dwar il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-istorbju fl-ambjent, li jikkontempla wkoll kapitolu speċifiku għall-faċilitajiet tal-ajruport, flimkien mal-miżuri imposti, b'mod ġenerali wisq, id-direttiva dwar l-impatt ambjentali. Sadanittant, fir-rapport ir-rapporteur jinkludi formuli għall-koordinazzjoni bejn id-direttiva msemmija u r-regolament il-ġdid, b'tali mod li ż-żewġ strumenti jkunu jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin biex jaffrontaw is-sitwazzjoni l-ġdida ta' żieda kbira fl-attività tal-ajruporti fl-Unjoni.
Il-persuni li jgħixu qrib l-ajruporti u fl-inħawi ta' madwarhom jissaportu tniġġis triplu tal-istorjbu, tal-atmosfera u tal-kimika. Hu għalhekk li l-isforzi kollha huma meħtieġa biex tintlaħaq is-sostenibilità sħiħa tal-ajruporti. Hekk kif qalli wieħd mill-viċi presidenti tal-UECNA, "il-progress li jeffettwa s-saħħa u l-benessri tal-persuni mhuwiex progress".
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Għan ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jesiġi metodu integrat bl-għan li jiżgura kemm il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' trasport tal-Unjoni u l-ħarsien tal-ambjent. | (1) Għan ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jesiġi metodu integrat bl-għan li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' trasport tal-Unjoni flimkien mal-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jitnaqqas il-fastidju mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti bi problemi partikolari ta' storbju. Għadd kbir ta' ċittadini tal-UE huma esposti għal livelli għolja ta' storbju li jistgħu jwasslu għal effetti negattivi fuq is-saħħa. | (2) L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jitnaqqas il-fastidju mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru partikolarment fl-ajruporti u fl-inħawi tagħhom bi problemi partikolari ta' storbju. Għadd kbir ta' ċittadini tal-UE huma esposti għal livelli għolja ta' storbju li jistgħu jwasslu għal effetti negattivi fuq is-saħħa, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-titjiriet ta’ bil-lejl. |
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda fit-trasport bl-ajru ta' bil-lejl ta' dawn l-aħħar snin huwa ta' riskju għas-saħħa tal-persuni u jitfa' dubju fuq is-sostenibilità tal-ajruporti. Għalhekk jeħtieġ trattament speċifiku fil-qafas ta' dan ir-regolament (id-direttiva).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Ir-Riżoluzzjoni A33/7 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tintroduċi l-kunċett ta' "Metodu Bilanċjat" għall-ġestjoni tal-istorbju u tistabbilixxi metodu koerenti li jindirizza l-istorbju mill-inġenji tal-ajru. L-"Approċċ Bilanċjat" tal-ICAO għandu jibqa' l-pedament tar-regolazzjoni tal-istorbju għall-avjazzjoni, bħala industrija globali. L-Approċċ Bilanċjat jirrikonoxxi l-valur ta' obbligi legali rilevanti, ftehimiet eżistenti, liġijiet attwali u poltiki stabbiliti u ma jippreġudikahomx. L-inkorporazzjoni tar-regoli internazzjonali tal-Approċċ Bilanċjat f'dan ir-Regolament għandha tnaqqas sostanzjalment ir-riskji ta' tilwim internazzjonali f'każ li trasportaturi ta' pajjiżi terzi jiġu affettwati minn restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju. | (4) Ir-Riżoluzzjoni A33/7 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tintroduċi l-kunċett ta' "Metodu Bilanċjat" għall-ġestjoni tal-istorbju u tistabbilixxi metodu koerenti li jindirizza l-istorbju mill-inġenji tal-ajru. Dan ir-Regolament jikkompleta dan l-approċċ, bil-għan li jnaqqas ħafna mill-effetti tal-avjazzjoni ċivili li huma ta’ dannu għall-ambjent, permezz tal-applikazzjoni ta' mizuri integrati li jinkludu: il-progress teknoloġiku, il-proċedimenti operattivi xierqa, l-organizzazzjoni adegwata tat-trasport bl-ajru u l-użu xieraq tal-mekkaniżmi tal-ippjanar tal-ajruporti, il-mezzi tal-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art. L-"Approċċ Bilanċjat" jiffoka fuq erba’ elementi ewlenin: it-tnaqqis tal-istorbju mis-sors; l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art ; il-proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju; u r-restrizzjonijiet operattivi fuq l-inġenji tal-ajru. Dawn il-prinċipji għandhom jibqgħu l-pedament tar-regolazzjoni tal-istorbju għall-avjazzjoni, bħala industrija globali. L-Approċċ Bilanċjat jirrikonoxxi l-valur ta' obbligi legali rilevanti, ftehimiet eżistenti, liġijiet attwali u poltiki stabbiliti u ma jippreġudikahomx. L-inkorporazzjoni tar-regoli internazzjonali tal-Approċċ Bilanċjat f'dan ir-Regolament għandha tnaqqas sostanzjalment ir-riskji ta' tilwim nazzjonali u internazzjonali f'każ li trasportaturi ta' pajjiżi terzi jiġu affettwati minn restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju. |
Ġustifikazzjoni
Din il-korrezzjoni tipprovdi qafas aħjar għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Min-naħa l-oħra, anke jekk id-direttiva preċedenti rriżultat minn tilwim internazzjonali, jeħtieġ li wieħed jippreċiża li l-kunflitti marbuta mal-ġestjoni tal-istorbju llum il-ġurnata qed ikunu solvuti fil-parti l-kbira tagħhom fil-qrati nazzjonali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju fl-Ajruporti tal-UE indika l-ħtieġa li tkun iċċarata, fit-test tad-Direttiva, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-obbligi preċiżi u d-drittijiet tal-partijiet interessati matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-istorbju sabiex jiġi ggarantit li jittieħdu miżuri kosteffikaċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' tnaqqis tal-istorbju. | (5) Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju fl-Ajruporti tal-UE indika l-ħtieġa li tkun iċċarata, fit-test tad-Direttiva, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-obbligi preċiżi u d-drittijiet tal-partijiet interessati matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-istorbju sabiex jiġi ggarantit li jittieħdu miżuri kosteffikaċi, msejsa fuq ir-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju ekonomiku u ambjentali, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' tnaqqis tal-istorbju. |
Ġustifikazzjoni
Fil-forma attwali tagħha, il-proposta tal-Kummissjoni tistrieħ wisq fuq it-termini tar-rentabilità ekonomika. F'dan il-każ, kwalunkwe evalwazzjoni tal-ispiża u l-benefiċċju għandha ssib bilanċ bejn l-implikazzjonijiet ekonomiċi fl-istess livell bħal dawk ambjentali, inkluża s-saħħa pubblika.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni abbażi ta' każijiet individwali, filwaqt li tillimita l-kapaċità, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti. Madankollu, hemm il-possibilità li jiġu introdotti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew xkiel għall-effiċjenza ġenerali tan-netwerk tal-avjazzjoni tal-Unjoni permezz tal-użu ineffiċjenti tal-kapaċità eżistenti. Peress li l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk ikunu aktar effettivament milħuqa mill-Unjoni permezz ta' regoli armonizzati fuq l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi bħala parti mill-proċess ta' ġestjoni tal-istorbju, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Tali metodu armonizzat ma jimponix miri għall-kwalità tal-istorbju, li jkomplu joħorġu mid-Direttiva 2002/49/KE jew regoli oħra Ewropej, nazzjonali jew lokali, u ma jippreġudikax l-għażla konkreta ta' miżuri. | (6) L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni għandhom jitwettqu abbażi ta' każijiet individwali. Approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” ma jkunx adegwat peress li l-ebda żewġ ajruporti ma huma l-istess. Huwa importanti li jiġu stabbiliti objettivi lokali li l-partijiet interessati jkollhom rwol ewlieni fl-għażla tagħhom. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni abbażi ta' każijiet individwali, filwaqt li tillimita l-kapaċità, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti. Madankollu, hemm il-possibilità li jiġu introdotti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew xkiel għall-effiċjenza ġenerali tan-netwerk tal-avjazzjoni tal-Unjoni permezz tal-użu ineffiċjenti tal-kapaċità eżistenti. Peress li l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk ikunu aktar effettivament milħuqa mill-Unjoni permezz ta' regoli armonizzati fuq l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi bħala parti mill-proċess ta' ġestjoni tal-istorbju, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Tali metodu armonizzat ma jimponix miri għall-kwalità tal-istorbju, li jkomplu joħorġu mid-Direttiva 2002/49/KE jew regoli oħra Ewropej, nazzjonali jew lokali, u ma jippreġudikax l-għażla konkreta ta' miżuri. | (6) L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni abbażi ta' każijiet individwali, filwaqt li tillimita l-kapaċità, tista' u għandha tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti. Madankollu, hemm il-possibilità li jiġu introdotti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew xkiel għall-effiċjenza ġenerali tan-netwerk tal-avjazzjoni tal-Unjoni permezz tal-użu ineffiċjenti tal-kapaċità eżistenti f'termini tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju. Peress li l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk ikunu aktar effettivament milħuqa mill-Unjoni permezz ta' regoli armonizzati fuq l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi bħala parti mill-proċess ta' ġestjoni tal-istorbju, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Tali metodu armonizzat ma jimponix miri għall-kwalità tal-istorbju, li jkomplu joħorġu mid-Direttiva 2002/49/KE jew regoli oħra Ewropej, nazzjonali jew lokali, u ma jippreġudikax l-għażla konkreta ta' miżuri. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Fl-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni tagħha dwar id-Direttiva 2002/49/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-Istati Membri urew approċċi u livelli ta’ ambizzjoni differenti ħafna fir-rigward tal-valuri limitu u l-għanijiet għall-emissjoni tal-ħsejjes; l-Unjoni għandha, minbarra regoli ta’ armonizzazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet operattivi proposti mir-Regolament attwali, tikkunsidra l-ħtieġa li jiġu adottati standards fl-Unjoni kollha għall-armonizzazzjoni tal-emissjoni tal-istorbju fl-ajruport u l-valuri limiti tal-interferenza. |
Ġustifikazzjoni
.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Fir-rapport ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li jeżistu wisq valuri limitu, valuri ta’ livell limitu u ta’ orjentezzjoni u li jkun siewi jekk dawn il-limiti jiġu stipulati skont il-valutazzjonijiet li saru mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal restrizzjonijiet operattivi, il-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni deskritti fid-Direttiva 2002/49/KE għandhom, fil-futur immedjat, jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri kumplimentari għall-ġestjoni tal-istorbju estern tal-ajruporti, bħal soundproofing ta’ djar u pjanijiet għal ostakli ġenerali tal-istorbju. |
Ġustifikazzjoni
Sfortunatament qed tibda tintemm il-validità tad-direttiva dwar il-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali tal-2002 minħabba ż-żieda enormi tat-trasport bl-ajru fl-aħħar snin. Fl-istennija ta' reviżjoni possibli tagħha, dan ir-Regolament għandu jkun kemm jista' jkun kumplimentari għad-direttiva imsemmija.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Filwaqt li valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom iseħħu fuq bażi regolari, tali valutazzjonijiet għandhom iwasslu biss għal miżuri addizjonali ta' tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju ma tilħaqx l-għanijiet tat-tnaqqis tal-istorbju. | (7) Filwaqt li valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom iseħħu fuq bażi regolari, tali valutazzjonijiet għandhom iwasslu biss għal miżuri addizzjonali ta' tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju, jew il-miżuri stabbiliti bid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali1, ma jilħqux l-għanijiet tat-tnaqqis tal-istorbju. L-adozzjoni ta’ miżuri supplimentari ta’ tnaqqis tal-istorbju għandha ssir permezz ta' proċess ta' monitoraġġ u kontroll ambjentali sistematiku bbażat fuq approċċ ta’ stil konservattiv, bil-għan li jkunu individwati malajr il-miżuri korrettivi eventwali ta’ tip ġestjonali u/jew operattiv li huma meħtieġa ("MBCA" – Monitoring Based Corrective Actions). |
| __________________ |
| 1 ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12 |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Filwaqt li analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tipprovdi indikazzjoni tal-effetti totali fuq il-benesseri ekonomiku billi tqabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, valutazzjoni tal-kosteffikaċja tiffoka fuq il-kisba ta' għan stabbilit bl-aktar mod kosteffikaċi, u b'hekk teħieġ biss tqabbil tal-ispejjeż. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
It-test ippreżentat mill-Kummissjoni jidher li jiffoka prinċipalment fuq l-ilħiq tal-objettivi bl-iktar mod ekonomiku possibbli. Madankollu, f'ċerti każijiet, mhuwiex possibbli li jingħata prezz lill-miżuri li jiggarantixxu s-saħħa pubblika u s-sostenibilità tal-ajruporti. Barra minn hekk, wieħed għandu jqis li l-effetti negattivi tal-problemi tas-saħħa wkoll għandhom spiża ekonomika diretta jew indiretta.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq informazzjoni eżistenti disponibbli u jiżguraw li din l-informazzjoni hija affidabbli u aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta' monitoraġġ u infurzar meħtieġa. | (10) Skont id-Direttiva 2002/49/KE, il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu, u li huma komuni għall-Istati Membri kollha. Din l-informazzjoni għandha tkun affidabbli, tinkiseb b’mod trasparenti, tkun kumparabbli u aċċessibbli għall-partijiet interessati. |
| Il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-iktar tekniki reċenti u l-iskambji tal-aħħar sejbiet rigward il-proċeduri li għandhom jintużaw. |
| L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta' monitoraġġ u infurzar meħtieġa. |
| Il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom jitwettqu jew jiġu ssorveljati minn aġenziji esterni li huma indipendenti mill-operaturi tal-ajruport. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ċentralizzazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istorbju se tnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv kemm għall-inġenji tal-ajru kif ukoll għall-operaturi tal-ajruporti. Tali informazzjoni hija attwalment ipprovduta u mmaniġġjata fuq il-livell individwali tal-ajruport. Din id-dejta jeħtiġilha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għal finijiet operattivi. Huwa importanti li wieħed juża l-bank tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-Aġenzija) li jikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-istorbju bħala għodda ta' validazzjoni mad-dejta tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) dwar titjiriet individwali. Tali dejta bħalissa hija diġà sistematikament mitluba għal finijiet ta’ ġestjoni ċentrali tal-fluss, iżda jeħtieġ li tiġa speċifikata għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għar-regolazzjoni tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Aċċess tajjeb għal dejta tal-immudellar ivvalidata għandu jtejjeb il-kwalità tal-immappjar ta' profili tal-istorbju ta' ajruporti individwali u l-immappjar strateġiku biex jiġu appoġġati deċiżjonijiet ta' politika. | (12) Ċentralizzazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istorbju se tnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv kemm għall-inġenji tal-ajru kif ukoll għall-operaturi tal-ajruporti. Tali informazzjoni hija attwalment ipprovduta u mmaniġġjata fuq il-livell individwali tal-ajruport. Din id-dejta jeħtiġilha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għal finijiet operattivi, u ta’ partijiet interessati oħra jekk dawn jitolbu dan. Huwa importanti li wieħed juża l-bank tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-Aġenzija) li jikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-istorbju bħala għodda ta' validazzjoni mad-dejta tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) dwar titjiriet individwali. Tali dejta bħalissa hija diġà sistematikament mitluba għal finijiet ta’ ġestjoni ċentrali tal-fluss, iżda jeħtieġ li tiġa speċifikata għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għar-regolazzjoni tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Aċċess tajjeb għal dejta tal-immudellar ivvalidata għandu jtejjeb il-kwalità tal-immappjar ta' profili tal-istorbju ta' ajruporti individwali u l-immappjar strateġiku biex jiġu appoġġati deċiżjonijiet ta' politika. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Id-Direttiva 2011/92/KE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent diġà tipprevedi valutazzjoni komprensiva tal-proġetti tal-ajruporti li tinkludi l-mitigazzjoni tal-istorbju. Dan jista’ jitqies bħala parzjalment konformi mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE u r-Regolament attwali, speċjalment fil-każ ta' proġetti ta' estensjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti. L-estensjoni tal-infrastruttura tal-ajruporti għandha tiġi ffaċilitata biex jitħares l-iżvilupp sostenibbli tal-attivitajiet tat-trasport bl-ajru. |
Ġustifikazzjoni
Qed jerġgħu jiddaħħlu l-premessi 13 u 17 tad-direttiva l-antika peress li fil-qafas tal-introduzzjoni possibbli ta' restrizzjonijiet operattivi huwa essenzjali li jkunu tqiesu r-regoli tad-direttiva ta' impatt, speċjalment fil-każ tal-estensjoni tal-ajruporti.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Dan l-att leġiżlattiv jindirizza biss l-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Ma jipprovax jirregola l-impatti tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u li ġejjin mit-tħaddim ta’ ajruplani u t-tnaqqis tagħhom. Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw ir-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’att leġiżlattiv ieħor. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li tiġi ffaċilitata l-kisba ta' għanijiet speċifiċi ta' tnaqqis tal-istorbju ambjentali, kif stabbilit f'regoli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali, u biex tiġi vvalutata l-interdipendenza tagħhom ma' għanijiet ambjentali oħra, fil-livell ta' ajruporti individwali; | (a) li tiġi ffaċilitata l-kisba ta' għanijiet speċifiċi ta' tnaqqis tal-istorbju ambjentali għal kull ajruport individwali, kif stabbilit f'regoli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali, u biex tiġi vvalutata l-interdipendenza tagħhom ma' għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali oħra, fil-livell ta’ ajruporti individwali; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li tkun possibbli l-għażla tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju l-aktar kosteffikaċi skont l-Approċċ Bilanċjat sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli tal-kapaċita tan-netwerk ta' ġestjoni tal-ajruporti u t-traffiku tal-ajru minn perspettiva gate-to-gate. | (b) li tkun possibbli l-għażla tal-miżuri effikaċi ta' mitigazzjoni tal-istorbju skont l-Approċċ Bilanċjat, li jikkunsidraw kemm l-aspetti tas-saħħa, kif ukoll dawk ekonomiċi, sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli fit-tul tal-kapaċità tan-netwerk ta' ġestjoni tal-ajruporti u t-traffiku tal-ajru minn perspettiva gate-to-gate. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) li tiġi garantita t-trasparenza fl-iżvolġiment tal-konsultazzjonijiet u fil-proċessi parteċipattivi tal-partijiet interessati, anki permezz tal-użu ta’ sistemi informatiċi innovattivi onlajn li jippermettu l-komunikazzjoni tad-data u tal-informazzjoni ambjentali u jiggarantixxu lill-pubbliku l-possibilità li jindika problemi possibbli, fil-kuntest tal-akbar trasparenza possibbli, b’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent1. |
| __________________ |
| 1 ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) “Approċċ Bilanċjat” tfisser il-metodu li, skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitiqes b’mod konsistenti bl-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju bl-aktar mod kosteffikaċi abbażi ta' ajurporti individwali. | (2) “Approċċ Bilanċjat” tfisser il-metodu li, skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitqies b’mod konsistenti bl-għan li jiġi minimizzat l-istorbju bl-aktar mod effikaċi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-saħħa kif ukoll dawk ekonomiċi, abbażi ta' ajurporti individwali sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa taċ-ċittadini li jgħixu fiż-żoni fil-qrib. |
Ġustifikazzjoni
L-abbozz ppreżentat mill-Kummissjoni jidher li jiffoka prinċipalment fuq l-ilħiq tal-objettivi bl-iktar mod ekonomiku possibbli. Madankollu, f'ċerti każijiet, wieħed ma jistax jagħti prezz lill-miżuri li jiggarantixxu s-saħħa tal-popolazzjoni u s-sostenibilità tal-ajruporti.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) “Partijiet interessati”: persuni fiżiċi jew legali milquta, jew li jistgħu jintlaqtu jew jibbenefikaw mill-introduzzjoni ta' miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju jew min-nuqqas ta' introduzzjoni tagħhom, inklużi restrizzjonijiet operattivi, jew li jkollhom interess leġittimu fl-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri. |
Ġustifikazzjoni
Adattament tad-definizzjoni "partijiet interessati" tad-direttiva preċedenti, li għandha tinżamm fl-Artikolu dwar id-definizzjonijiet bil-għan li jkun hemm garanzija ikbar tat-trasparenza u tal-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Min-naħa l-oħra, jekk fl-Artikolu 5 jiġu definiti azzjonijiet konkreti għall-partijiet interessati, jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni dwarhom ukoll fl-Artikolu 2.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri dwar restrizzjonijiet operattivi, kif ukoll korp ta’ appell indipendenti. | L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri dwar restrizzjonijiet operattivi, kif ukoll korp ta' medjazzjoni imparzjali u korp ta’ appell indipendenti. |
Ġustifikazzjoni
L-għażla ta' korp ta' medjazzjoni qabel l-appell tista' tevita r-rikors għall-qrati fil-każ tal-adozzjoni jew in-nuqqas ta’ adozzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 - titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Awtoritajiet kompetenti | Awtoritajiet kompetenti, is-smigħ u d-dritt li jitressaq appell |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Qabel ma tiġi adottata r-restrizzjoni operattiva, għandu jkun hemm proċedura ta’ konsultazzjoni għas-smigħ tal-partijiet kkonċernati. |
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li l-proposta tar-Regolament mid-Direttiva 2002/30/KE tassumi l-istruttura tal-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta’ appell indipendenti responsabbli mill-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi, huma nieqsa l-obbligu ta’ smigħ u r-regolament, li jistgħu jressqu appell kontra l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva. Għalhekk, tinħoloq l-impressjoni li proċedura ta’ appell biss tiġi stabbilita fl-uffiċċju tal-eżaminazzjoni ġudizzjarja amministrattiva.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt li jressqu appell kontra l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li l-proposta tar-Regolament mid-Direttiva 2002/30/KE tassumi l-istruttura tal-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta’ appell indipendenti responsabbli mill-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi, huma nieqsa l-obbligu ta’ smigħ u r-regolament, li jistgħu jressqu appell kontra l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva. Għalhekk, tinħoloq l-impressjoni li proċedura ta’ appell biss tiġi stabbilita fl-uffiċċju tal-eżaminazzjoni ġudizzjarja amministrattiva.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jidentifikaw il-miżuri disponibbli biex inaqqsu l-impatt tal-istorbju; | (c) jidentifikaw il-miżuri disponibbli biex inaqqsu l-impatt tal-istorbju, inklużi l-użu aktar effikaċi ta’ slots eżistenti minn inġenji tal-ajru akbar, it-tnaqqis ta’ slots ta’ feeder service mhux ekonomiku, u jiżdied is-servizz minn punt għal punt biex jitnaqqsu t-titjiriet ta’ feeder service b’inġenji tal-ajru żgħar; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) jevalwaw l-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri disponibbli; | (d) jevalwaw l-effikaċja probabbli tal-miżuri disponibbli fid-dawl tal-għan ambjentali stabbilit; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 3 - titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Awtoritajiet kompetenti | Awtoritajiet kompetenti, is-smigħ u d-dritt li jitressaq appell |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a(ġdid) (mhux innumerat)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Għal dan il-għan, huma jistgħu, jekk iqisu li jkun adegwat, joħolqu inċentivi ekonomiċi biex jinkoraġixxiu n-negozji jużaw inġenji tal-ajru anqas storbjużi qabel l-iskadenza stabbilita; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom iqisu, meta jieħdu azzjoni relatata mal-istorbju, il-kombinazzjoni li ġejja tal-miżuri disponibbli, bl-għan li jiddeterminaw l-aktar kombinazzjoni kosteffikaċi ta' miżuri: | 2. L-Istati Membri għandhom iqisu, meta jieħdu azzjoni biex jiġi minimizzat l-impatt tal-istorbju fuq it-territorju, il-kombinazzjoni li ġejja tal-miżuri disponibbli, bl-għan li jiddeterminaw l-aktar kombinazzjoni effikaċi ta' miżuri, kif ukoll l-ordni jew il-prijorità tal-applikazzjoni tagħhom f'kull każ konkret: |
Ġustifikazzjoni
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' restrizzjoni operattiva partikolari għandha tkun ġustifikata b’mod xieraq.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art ; | (b) l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art u, speċjalment; |
| il-possibilità li jinħolqu żoni qrib tal-ajruporti li fihom ma jkunux jistgħu jinqabżu l-livelli massimi tal-istorbju stipulati fil-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni tagħhom; |
| - il-possibilità li jiġu introdotti miżuri ta' pjanifikar tat-territorju, bħal restrizzjonijiet fuq kwalunkwe kostruzzjoni ġdida; |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm l-ippjanar tat-territorju ma jaqax taħt il-kompetenza Komunitarja, ir-Regolament jista' jdaħħal sensiela ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'dan ir-rigward.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju; | (c) proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, inklużi bidliet fir-rotot tal-inżul u tat-tluq; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) restrizzjonijiet operattivi, iżda mhux bħala l-ewwel soluzzjoni. | (d) sakemm ikunu meħtieġa, restrizzjonijiet operattivi. |
Ġustifikazzjoni
L-għan prinċipali tar-Regolament huwa li tkun żgurata s-sostenibilità tal-faċilitajiet tal-ajruporti u tiġi protetta s-saħħa tal-popolazzjoni. Dan il-punt jiċċara dan il-għan.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jagħmlu distinzjoni fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju skont it-tip ta' inġenju tal-ajru, użu tar-runway u/jew qafas ta' żmien kopert. | 3. L-Istati Membri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jagħmlu distinzjoni fil-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-istorbju skont it-tip ta’ inġenju tal-ajru, użu tar-runway, direzzjoni fl-ajru u/jew qafas ta’ żmien kopert. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Miżuri jew kombinazzjoni ta' miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari ma għandhomx ikunu aktar ristrettivi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali stabbilit għal dak l-ajruport. Restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu mhux diskriminatorji, partikolarment abbażi ta' nazzjonalità, identità jew attività tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. | 5. Miżuri jew kombinazzjoni ta' miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari ma għandhomx ikunu aktar ristrettivi milli meħtieġ biex jiġu ssodisfati t-termini tal-linji gwida tal-WHO dwar l-istorbju ta’ billejl għall-Ewropa u biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali u relatati mas-saħħa stabbiliti għal dak l-ajruport u l-iżvilupp tar-reġjun li jservi. Restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu mhux diskriminatorji, partikolarment abbażi ta' nazzjonalità, identità jew attività tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fil-livell xieraq, jiġi stabbilit forum għall-kooperazzjoni teknika bejn l-operatur tal-ajruport, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għal azzjonijiet li dawn l-operaturi huma responsabbli għalihom, u jqisu b'mod xieraq l-interdipendenza bejn miżuri li jimmitgaw l-istorbju u dawk biex inaqqsu l-emissjonijiet. Il-membri ta' dan il-forum għall-kooperazzjoni teknika għandhom jikkonsultaw regolarment lir-residenti lokali jew rappreżentanti tagħhom, u jipprovdu informazzjoni u konsulenza teknika dwar miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju lill-awtoritajiet kompetenti. | 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fil-livell xieraq, jiġi stabbilit forum għall-kooperazzjoni teknika bejn l-operatur tal-ajruport, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għal azzjonijiet li dawn l-operaturi u l-uffiċjali tekniċi tal-amministrazzjonijiet lokali milquta mill-istorbju huma responsabbli għalihom, u jqisu b'mod xieraq l-interdipendenza bejn miżuri li jimmitgaw l-istorbju u dawk biex inaqqsu l-emissjonijiet. Il-membri ta' dan il-forum għall-kooperazzjoni teknika għandhom jikkonsultaw regolarment lill-partijiet interessati l-oħra, u jipprovdu informazzjoni u konsulenza teknika dwar miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju lill-awtoritajiet kompetenti. F’dan il-forum jiġu kkonsultati l-miżuri ta’ ppjanar, tekniċi u organizzattivi ta’ mitigazzjoni tal-istorbju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. |
Ġustifikazzjoni
Peress li ħafna amministrazzjonijiet lokali jimpjegaw uffiċjali tekniċi speċjalizzati fil-ġestjoni tal-istorbju u tat-territorju, dawn ir-rappreżentanti għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fix-xogħlijiet tal-forum "tekniku". Min-naħa l-oħra, l-assoċjazzjonijiet ta' dawk milquta u r-rappreżentanti tar-residenti lokali mhumiex l-istess fil-każijiet kollha. Assoċjazzjoni ta' dawk milquta, f’livell ogħla minn assoċjazzjoni ta' ġirien, tista' tkun affiljata ma’ federazzjoni nazzjonali jew Ewropea u tista' tikkontribwixxi s-sejbiet tal-uffiċjali tekniċi tagħha fil-proċessi ta' parteċipazzjoni u konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-istorbju. Din l-emenda tqis il-kritika frekwenti li l-persuni kkonċernati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru jiġu kkonsultati biss b’mod marġinali u mbagħad ukoll mill-korpi li jirrappreżentaw l-interess tal-industrija tal-avjazzjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kosteffikaċja tal-miżuri ġodda, kif imsemmi fil-paragrafu 3 skont l-Anness II. Emenda teknika minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċitajiet jew operat ma titqiesx bħala restrizzjoni operattiva ġdida. | 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-effikaċja tal-miżuri ġodda, kif imsemmi hawn fuq skont l-Anness II. Emenda teknika minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċitajiet jew operat ma titqiesx bħala restrizzjoni operattiva ġdida. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-waqt u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza fir-rigward tad-dejta u l-metodoloġija ta' komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandhom ikollhom mill-inqas tliet xhur qabel l-adozzjoni ta' miżuri ġodda biex jipprovdu kummenti. Il-partijiet interessati għandhom mill-inqas jinkludu: | 6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw il-proċess ta’ parteċipazzjoni mal-partijiet interessati fil-waqt u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza fir-rigward tad-dejta u l-metodoloġija ta' komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandhom ikollhom mill-inqas erba’ xhur qabel l-adozzjoni ta' miżuri ġodda biex jipprovdu kummenti. |
| Meta l-miżuri jinvolvu bidliet u estensjonijiet kbar, bħal dawk dwar deskritti fl-Artikolu 4(2b), il-partijiet interessati għandu jkollhom mill-inqas disa’ xhur qabel l-adozzjoni tal-miżuri l-ġodda biex jikkummentaw. |
| Il-partijiet interessati, barra minn dak li hu previst fl-Artikolu 2, għandhom mill-inqas jinkludu: |
Ġustifikazzjoni
Ir-rwol tar-rappreżentanti territorjali, tal-assoċjazzjonijiet ta' dawk milquta u ta' partijiet oħra interessati ma jistax jibqa' restritt għal konsultazzjonijiet biss, għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom. Minbarra dan, tliet xhur għall-eżami tal-adozzjoni ta' miżuri ġodda jistgħu jitqiesu bħala ftit wisq meta l-azzjoni li tittieħed tista’tinvolvi tibdil operattiv tal-ajruporti. Fil-każ ta' inizjattivi ewlenin, l-iskala ta’ żmien għandha tkun ta' minimu ta’ disa’ xhur.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) rappreżentanti ta' residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti affettwati mill-istorbju tat-traffiku bl-ajru; | (a) rappreżentanti ta' residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti affettwati mill-istorbju tat-traffiku bl-ajru, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet ta' dawk milquta; |
Ġustifikazzjoni
L-assoċjazzjonijiet ta' dawk milquta u r-rappreżentanti tar-residenti lokali mhumiex l-istess fil-każijiet kollha. Assoċjazzjoni ta' dawk milquta, f’livell ogħla minn assoċjazzjoni ta' ġirien, tista' tkun affiljata ma’ federazzjoni nazzjonali jew Ewropea u tista' tikkontribwixxi s-sejbiet tal-uffiċjali tekniċi tagħha fil-proċessi ta' parteċipazzjoni u konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-istorbju.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) rappreżentanti ta’ negozji lokali, awtoritajiet reġjonali u lokali, partijiet interessati pubbliċi u privati u negozji bbażati fl-inħawi tal-ajruporti, li l-operazzjonijiet tagħhom jkunu affettwati mit-traffiku bl-ajru u l-operazzjoni tal-ajruport; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju u jieħdu azzjoni kif xieraq. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta fuq bażi regolari lir-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti. | 7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju u jieħdu azzjoni kif xieraq. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli onlajn, biex b’hekk tippermetti lir-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti, u lill-partijiet interessati oħra li jaċċessaw l-informazzjoni bla ħlas. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fost din l-informazzjoni relevanti għandu jkun hemm ukoll: |
| (a) informazzjoni dwar il-ksur allegat minħabba devjazzjonjiet tar-rotta fir-rigward l-impatt ġenerat u r-raġunijiet ta' dik id-devjazzjoni, |
| (b) il-kriterji użati għat-tqassim u l-ġestjoni tat-traffiku f'kull ajruport li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent jew impatt tal-istorbju. |
Ġustifikazzjoni
Id-devjazzjonijiet tar-rotot, jekk ikunu frekwenti ħafna, iżidu b'mod sinifikanti l-impatt tal-istorbju stabbilit fil-previżjonijiet tal-pjanijiet akustiċi. Attwalment, mhux il-partijiet interessati kollha jirċievu din it-tip ta' informazzjoni meta, minħabba t-trasparenza, għandha tkun magħrufa biex jiġu evitati l-abbużi li jkollhom effett dirett fuq iż-żieda tal-impatt tal-ħsejjes ġenerati.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ajruporti jinstallaw sistemi kompjuterizzati tal-kejl tal-istorbju f’punti differenti qrib ir-rotot tat-titjir li jaffettwaw jew probabbli jaffetwaw il-popolazzjoni lokali. Din id-data tista' tiġi kkonsultata permezz tal-internet. |
Ġustifikazzjoni
Ara eżempju konkret tal-applikazzjoni tas-sistema fl-ajruport ta' Barċellona: http://bcn331.webtrak-lochard.com
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Id-dejta għandha tkun maħżuna f'bażi tad-dejta ċentrali u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. | 4. Id-dejta għandha tkun maħżuna f'bażi tad-dejta ċentrali, għallinqas għal ħames snin, u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. Il-partijiet interessati l-oħra, kif deskritti fl-Artikoli 2 u 5, se jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni jekk huma jitolbu dan. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, in-notifikazzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport miktub li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, il-mira ambjentali stabbilita għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex tintlaħaq dik il-mira, u l-evalwazzjoni tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri differenti meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transfruntier tagħhom. | 2. Wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, in-notifikazzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport miktub li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, il-mira ambjentali stabbilita għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex tintlaħaq dik il-mira, u l-evalwazzjoni tal-ispiża f’relazzjoni mal-benefiċċju tal-miżuri differenti meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transfruntier tagħhom. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 7 a |
| Ir-restrizzjonijiet operattivi eżistenti |
| Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għar-restrizzjonijiet operattivi diġà implimentati fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istess regolament. |
Ġustifikazzjoni
Qed terġa' tiddaħħal parti mill-Artikolu 7 tad-direttiva preċedenti. Kif determinat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-riżoluzzjoni A 33/7 tagħha, jitqies li l-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet operattivi li diġà huma fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida saret fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/30/KE, u allura m'għandhomx jiġu rieżaminati. Fil-każ li jinstab li restrizzjoni operattiva antika ma tkunx konformi mar-Regolament il-ġdid, il-kunflitt għandu jiġi solvut permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 8 | imħassar |
Nazzjonijiet li qed jiżviluppaw |
|
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw l-inġenji tal-ajru marġinalment konformi reġistrati f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw minn restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju sakemm tali mezzi tal-ajru: |
|
(e) huma mogħtija ċertifikat tal-istorbju skont l-istandards speċifikati fil-Kapitolu 3, Volum 1 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(f) kienu jitħadmu fl-Unjoni matul perjodu ta' ħames snin li jippreċedi d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu fuq ir-reġistru tan-nazzjon li qed jiżviluppa konċernat u għadhom jiġu mħaddma minn persuna naturali jew legali stabbilita f'dak in-nazzjon. |
|
2. Fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet li jkun ta. |
|
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) inġenji tal-ajru għal operazzjonijiet umanitarji |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dritt ta' skrutinju | Awtorità ta' eżami u rakkomandazzjoni |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur iqis pożittiv li l-Kummissjoni tista' tintervjeni billi teżamina każ konkret ta' restrizzjoni operattiva u anke billi tirrakkomanda lill-Istat Membru l-aħjar triq li għandha tiġi segwita, imma ma jqisx li hu meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-piż tar-responsabilità tal-"iskrutinju" deskritta fl-Artikolu 10 (dritt ta' skrutinju) tal-abbozz tar-regolament.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness I – "Indikaturi" – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-impatt tal-istorbju tat-traffiku tal-ajru se jiġi deskritti, mill-inqas, f’termini tal-indikaturi Lden u Lnight li huma ddefiniti u kkalkulati skont l-Anness I għad-Direttiva 2002/49/KE. | 1. L-impatt tal-istorbju tat-traffiku tal-ajru se jiġi deskritt, mill-inqas, f’termini tal-indikaturi Lden, Lnight u LAmax li huma ddefiniti u kkalkulati skont l-Anness I għad-Direttiva 2002/49/KE. Bħala referenza għal dawn il-kalkoli għandhom jittieħdu ġranet sinifikanti differenti tat-traffiku tal-ajru tal-ajruport ikkonċernat. |
Ġustifikazzjoni
Il-problema li jintużaw biss l-indikaturi Lden u Lnight hija li dawn inaqqsu s-saħħa tal-punti għoljin tal-enerġija akustika milquta mit-titjir ta' ajruplan fil-ħinijiet li ma jgħaddux ajruplani li, peress li jinvolvi żieda bruska ta' enerġija, il-fastidju li toħloq ma jibqax irrappreżentat mill-indikatur. L-indikatur Lamax għall-kuntrarju ta' dan, jirrifletti ż-żieda fl-enerġija b'rabta mal-istorbju bażiku u ma jnaqqasx s-saħħa tar-riżultat totali fil-minuti li fihom ma jkunx hemm titjir ta' ajruplani. Barra minn hekk, it-tkejjil għandu jkun fi ġranet sinifikanti sabiex il-medja totali annwali ma tnaqqasx ir-riżultati tal-perjodi tal-ikbar traffiku tal-ajru.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 1 – paragrafu 1.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1.1. Deskrizzjoni tal-ajruport inkluża l-informazzjoni dwar id-daqs tiegħu, il-lok, l-inħawi madwaru, il-volum tat-traffiku tal-ajru u t-taħlita tiegħu. | 1.1. Deskrizzjoni tal-ajruport inkluża l-informazzjoni dwar il-kapaċità tiegħu, il-lok, l-inħawi madwaru, iż-żoni sensittivi (skejjel u ċentri edukattivi, kulturali u sportivi, sptarijiet, djar tal-anzjani ħdejn l-ajruport jew milquta mir-rotot ta' approssimazzjoni u tat-tluq) il-volum tat-traffiku tal-ajru u t-taħlita tiegħu u l-impatt speċifiku u kumulattiv potenzjali u l-fatturi ta’ riskju, fir-rigward tal-livelli ta’ storbju, fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali u ambjentali. |
Ġustifikazzjoni
L-ippjanar u l-ġestjoni territorjali huma importanti daqs l-ippjanar u l-ġestjoni, kemm preżenti kif ukoll futuri, tal-infrastruttura ajrunawtika u tal-mod operattiv li bih tiffunzjona, peress li dan hu dak li verament iġib miegħu impatt akustiku fil-popolazzjonijiet qrib l-ajruport.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 1 – paragrafu 1.3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-sena attwali u dawk preċedenti - inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru. | Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-sena attwali u mill-inqas l-aħħar sentejn preċedenti – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE. |
Ġustifikazzjoni
Wieħed mill-punti li joħolqu l-iktar problemi fil-proċedimenti ġudizzjarji kurrenti fl-Istati Membri differenti huwa d-diskrepanza fir-riżultati li tiddependi mill-ġbir ta' data għall-evalwazzjonijiet. Għalhekk, l-inventarju attwali għandu jirrispetta l-istess metodi ta' evalwazzjoni bħad-Drettiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 1 – paragrafu 1.4.3 – introduzzjoni
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1.4.3. Għal miżuri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, safejn dawn il-miżuri ma jirrestrinġux il-kapaċità ta’ ajruport: | 1.4.3. Għal miżuri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju: |
Ġustifikazzjoni
L-għan ta’ dan ir-regolament mhuwiex biss li jissalvagwardja l-attività ekonomika relatata mat-traffiku; huwa jipprova wkoll jiżgura li din l-attività ssir b’mod bilanċjat u sostenibbli sabiex ma jkollhiex riperkussjonijiet fuq is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ madwar.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 1 – paragrafu 1.4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1.4a Deskrizzjoni qasira tar-relazzjoni u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u tar-rapporti u l-informazzjoni ppreżentati minnhom. |
Ġustifikazzjoni
L-inventarju attwali, li jiddetermina n-nuqqasijiet eżistenti, għandu jinkludi referenza għall-allegazzjonijiet li ġew preżentati mill-partijiet interessati differenti.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness I – Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju – punt 1 – paragrafu 1.4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1.4b Lista ta’ eżenzjonijiet mogħtija kull sena, kif deskritti fl-Artikoli 8 u 9. |
Ġustifikazzjoni
Minħabba t-trasparenza u biex jiġu evitati l-abbużi possibbli tar-regoli, hu rakkomandabbli li l-inventarju jiġbor din it-tip ta' informazzjoni.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 2 – paragrafu 1.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti (jekk ikun hemm) li diġà ġew approvati u ppjanat li jitwettqu, pereżempju, żieda fil-kapaċità, espansjoni tar-runways u/jew tat-terminals, u t-taħlita futura tat-traffiku pproġettata u t-tkabbir stmat. | Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti (jekk ikun hemm) li diġà ġew approvati u ppjanat li jitwettqu, pereżempju, żieda fil-kapaċità, espansjoni tar-runways u/jew tat-terminals, previżjonijiet ta’ approssimazjoni u tat-tluq, it-taħlita futura tat-traffiku pproġettata u t-tkabbir stmat u studju fid-dettal tal-impatt tal-istorbju fit-territorju li tirriżulta minn dik l-espansjoni tal-kapaċità, tar-runways jew tat-terminals, u modifika tar-rotot ta' approssimazzjoni u tat-tluq. |
Ġustifikazzjoni
L-iċċarar tal-għanijiet desrkitti fit-test tar-Regolament u d-Direttiva 49/2002/KE. Fi kliem ieħor, jeħtieġ li ż-żidiet fil-kapaċità jew fl-infrastruttura, jew it-tibdiliet fil-funzjonament tal-ajruport jinvolvu miżuri korrispondenti ġodda għall-mitigazzjoni u t-tnaqqis tal-impatt tal-istorbju, li għandhom jiġu preveduti minn qabel.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 2 – paragrafu 3.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Deskrizzjoni tal-effett fuq il-klima tal-istorbju mingħajr miżuri ulterjuri, u ta' dawk il-miżuri diġà ppjanati għat-titjib tal-impatt tal-istorbju fuq l-istess perjodu. | Deskrizzjoni tal-effett fuq il-klima tal-istorbju u tan-numru ta' persuni milquta mingħajr miżuri ulterjuri, u ta' dawk il-miżuri diġà ppjanati biex jimminimizzaw l-impatt tal-istorbju fuq l-istess perjodu. |
Ġustifikazzjoni
Qed jiġi propost li terġa' tiddaħħal in-nomenklatura tad-direttiva preċedenti li kienet tuża t-terminu "jimminimizzaw" li jaqbel iktar mal-volontà tal-protezzjoni ambjetnali u taċ-ċittadini fid-dawl tal-impatti tal-istorbju ġenerati mill-fatt li jtiru ajruplani fuqhom.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness I – "Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju" – punt 1 – paragrafu 3.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Skema tal-miżuri addizjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tagħhom. Deskrizzjoni ta' dawk il-miżuri magħżula għal analiżi ulterjuri u informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tal-kosteffikaċja, partikolarment l-ispiża tal-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri; l-għadd ta' nies li mistennija jibbenefikaw u l-qafas ta' żmien; u klassifikazzjoni tal-effikaċja ġenerali ta' miżuri partikolari. | Skema tal-miżuri addizjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tagħhom. Deskrizzjoni ta' dawk il-miżuri magħżula għal analiżi ulterjuri u informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tal-ispiża f’relazzjoni mal-benefiċċju, partikolarment l-ispiża tal-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri; l-għadd ta' nies li mistennija jibbenefikaw u l-qafas ta' żmien; u klassifikazzjoni tal-effikaċja ġenerali ta' miżuri partikolari. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness II − titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Valutazzjoni tal-kosteffikaċja ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju | Valutazzjoni tal-ispiża f’relazzjoni mal-benefiċċju ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-kosteffikaċja tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju se jiġu vvalutati filwaqt li se jitqiesu, b'mod xieraq, l-elementi li ġejjin, safejn hu possibbli, f'termini kwantifikabbli: | Ir-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju se jiġu vvalutati filwaqt li se jitqiesu, b'mod xieraq, l-elementi li ġejjin, safejn hu possibbli, f'termini kwantifikabbli: |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness II − punti
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1) Il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju tal-miżuri previsti, issa u fil-futur; | 1) Il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju tal-miżuri previsti, issa u fil-futur; |
2) Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi; | 2) Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi; |
3) Kapaċità tal-ajruport; | 3) Kapaċità tal-ajruport; |
4) Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. | 4) Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. |
Barra minn hekk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l-fatturi li ġejjin: |
|
1) Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; | 5) Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; |
2) Is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet; | 6) Is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet; |
3) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi. | 7) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi. |
Ġustifikazzjoni
Il-valutazzjoni tal-ispiża f'relazzjoni mal-benefiċċju għandha tevalwa fl-istess livell l-aspetti importanti bħas-saħħa u s-sikurezza tal-popolazzjoni jew is-sostenibilità ambjentali.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a) il-bidliet fil-valur ta’ proprjetajiet ikkawżati mill-istorbju; |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4b) l-impatti fuq il-kriterji tal-lokalità qrib tal-ajruporti; |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4c) l-impatti fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ajruporti; |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4d) l-impatti fuq it-trasport bit-triq u ferrovjarju; |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt 4e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4e) l-impatti fuq l-ispejjeż esterni; |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 2 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi. | 3) Effetti diretti u indiretti fuq l-impjiegi, b’mod speċjali fis-setturi affettwati mit-traffiku tal-ajru. |
Ġustifikazzjoni
Bl-użu tal-kelma “kataliċi” jistgħu jirriżultaw biss effetti pożittivi fuq l-impjiegi. Madankollu, il-valutazzjoni tal-kosteffikaċja għandha tqis ukoll l-effetti negattivi taż-żieda fil-kapaċità, għalhekk il-proposta biex titħassar il-kelma “katalitiċi”.
PROĊEDURA
Titolu | L-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat | |||
Referenzi | COM(2011)0828 – C7-0456/2011 – 2011/0398(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Andres Perello Rodriguez 12.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 21.6.2012 | 20.9.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 54 3 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Sabine Wils | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Adam Gierek, Julie Girling, Esther Herranz García, Csaba Sándor Tabajdi, Vladimir Urutchev, Anna Záborská, Andrea Zanoni | |||
PROĊEDURA
Taqsima | L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan approċċ bilanċjat | |||
Referenzi | COM(2011)0828 – C7-0456/2011 – 2011/0398(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 1.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Jörg Leichtfried 10.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 8.5.2012 | 18.9.2012 | 5.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 33 9 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Hubert Pirker, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Michael Gahler, Petra Kammerevert, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Anna Rosbach, Ramon Tremosa i Balcells, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Patricia van der Kammen | |||
Data tat-tressiq | 21.11.2012 | |||