Dokument ta' sessjoni
15.11.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti ta' kejl (tfassil mill-ġdid)
( COM(2011)0769 – C7‑0422/2011 – 2011/0353(COD) )
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Zuzana Roithová
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 23
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI 27
PROĊEDURA 30
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti ta' kejl (tfassil mill-ġdid)
( COM(2011)0769 – C7‑0422/2011 – 2011/0353(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0769 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0422/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],
– wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Novembru 2012 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ( A7‑0376/2012 ),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludix emendi ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha sempliċi kondifikazzjoni tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) L-obbligi kollha imposti fuq l-operaturi ekonomiċi b'din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 28a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (28a) Meta l-ħruġ ta' dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE jista' jikkawża problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu ta' dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE tinbidel b'dikjarazzjonijiet individwali ta' konformità tal-UE li jkunu rilevanti għall-istrument tal-kejl partikolari. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 46
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(46) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' strumenti tal-kejl, li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2004/22/KE. | (46) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu li l-operaturi ekonomiċi jkollhom perjodu ta' żmien raġonevoli biex iqiegħdu fis-suq u jqiegħdu fis-servizz strumenti tal-kejl li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2004/22/KE. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jbigħu stokkijiet ta' strumenti tal-kejl li diġà jinsabu fil-katina tad-distribuzzjoni fid-data ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) "subtagħqida" tfisser mezz ta' materjal iebes, imsemmi ta' hekk fl-annessi speċifiċi, li jiffunzjona b'mod indipendenti u jagħmel strument tal-kejl flimkien ma' subtagħqidiet oħra li magħhom huwa kompatibbli, jew ma' strument tal-kejl li magħhom huwa kompatibbli; | (2) "subtagħqida" tfisser mezz ta' materjal iebes, imsemmi bħala tali fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti, li jiffunzjona b'mod indipendenti u jifforma strument tal-kejl flimkien ma' subtagħqidiet oħra li magħhom huwa kompatibbli, jew ma' strument tal-kejl li miegħu huwa kompatibbli; |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) “tidħil fl-użu” ifisser l-ewwel użu ta' strument maħsub għall-utent aħħari għall-għanijiet li għalih kien maħsub; | (7) “tidħil fl-użu” tfisser l-ewwel użu ta' strument tal-kejl maħsub għall-utent aħħari għall-għanijiet li għalih kien maħsub; |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) "tqegħid fis-suq" ifisser li għall-ewwel darba jintgħamel disponibbli strument tal-kejl fis-suq tal-Unjoni | (5) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser il-provvista ta' strument tal-kejl għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bil-ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas; |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' strument tal-kejl għad-distribuzzjoni, jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas; | (6) "tqegħid fis-suq" tfisser li għall-ewwel darba strument tal-kejl isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni; |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur; | (12) "operaturi ekonomiċi" tfisser fabbrikant, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributur; |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea]; | (14) "standard armonizzat" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea]; |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta jeżistu annessi speċifiċi, li jistabbilixxu l-ħtiġijiet essenzjali għas-subtagħqid, din id-Direttiva għandha tapplika mutatis mutandis għal dawn is-subtagħqidiet. | Meta jeżistu annessi speċifiċi għall-istrumenti, li jistabbilixxu l-ħtiġijiet essenzjali għas-subtagħqid, din id-Direttiva għandha tapplika mutatis mutandis għal dawn is-subtagħqidiet. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-ħtiġijiet essenzjali u l-istima tal-konformità | Il-ħtiġijiet essenzjali |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-istrumenti tal-kejl tagħhom ikollhom it-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tagħhom ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl. | 5. Il-fabbrikanti għandhom jassiguraw li l-istrumenti tal-kejl tagħhom ikollhom it-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tagħhom ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl skont il-punt 9.2 tal-Anness I. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-istrument tal-kejl jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kuntattjat il-manifattur. | 6. Il-fabbrikanti għandhom jindikaw, fuq l-istrument tal-kejl, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali jew, jekk ikun disponibbli, il-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, dawk id-dettalji għandhom jiġu pprovduti fuq l-ippakkjar jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl skont il-punt 9.2 tal-Anness I. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista' jiġi kuntattjat il-fabbrikant. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-istrument tal-kejl ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni f'konformità mal-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. | 7. Il-fabbrikanti għandhom jassiguraw li l-istrument tal-kejl ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni f'konformità mal-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Tali struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza kif ukoll kull tip ta' tikkettar għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-istrument tal-kejl jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl skont il-punt 9.2 fl-Anness I. | 3. L-importaturi għandhom jindikaw, fuq l-istrument tal-kejl, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom, u l-indirizz postali jew, jekk ikun disponibbli, il-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, dawk id-dettalji għandhom jiġu pprovduti fuq l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument tal-kejl skont il-punt 9.2 fl-Anness I. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu bil-lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-importaturi għandhom jassiguraw li l-istrument tal-kejl ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni skont il-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat | 4. L-importaturi għandhom jassiguraw li l-istrument tal-kejl ikun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni meħtieġa, u minn struzzjonijiet u informazzjoni skont il-punt 9.3 tal-Anness I, provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li strument tal-kejl li jkun tqiegħed fis-suq legalment qabel [id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1)] jista' jsir disponibbli fis-suq mid-distributuri mingħajr rekwiżiti oħra tal-prodott. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, għal 10 snin: | L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jispeċifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, għal 10 snin: |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bi strument tal-kejl u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew l-istrument tal-kejl. | L-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bi strument tal-kejl u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew l-istrument tal-kejl. L-operaturi ekonomiċi m'għandhomx jinħtieġu jaġġornaw dik l-informazzjoni wara li l-forniment ikun iffinalizzat. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 13a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 13a |
| Obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli jiġu applikati skont l-Artikolu 50. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn dokument normattiv jissodisfa r-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness I u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti, il-Kummissjoni tista' | 1. Fuq talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq: |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
tippubblika r-referenza ta' dak id-dokument normattiv f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje Ċ. | imħassar |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) tidentifika dokumenti normattivi u, f'lista, tindika l-partijiet tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkopru u li huma stabbiliti fl-Anness I u fl-annessi rilevanti speċifiċi għall-istrumenti; |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) tippubblika r-referenza ta' dak id-dokument normattiv f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tinżamm aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-istrument tal-kejl. | 2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tinżamm aġġornata kontinwament. Fuq talba tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, u għandu jiżgura li tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-istrument tal-kejl. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument tal-kejl. | 4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-fabbrikant għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument tal-kejl mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-marka supplementari tal-metroloġija. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni tal-konformità taħt din id-Direttiva. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip(i) tal-istrument(i) tal-kejl li għalih(om) kull korp ikun inħatar u, fejn ikun rilevanti, il-klassijiet ta' preċiżjoni tal-istrument, il-firxa tal-kejl, it-teknoloġija tal-kejl, u kwalunkwe karatteristika oħra tal-istrument li tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika. | 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fil-valutazzjoni tal-konformità taħt din id-Direttiva. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30. | 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti unika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrument tal-kejl jew l-istrumenti tal-kejl inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza. | 3. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tipi ta' strumenti tal-kejl li għalihom kull korp ikun inħatar u, meta jkun rilevanti, il-klassijiet ta' preċiżjoni tal-istrument, il-medda tal-kejl, it-teknoloġija tal-kejl, u kwalunkwe karatteristika oħra tal-istrument li tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istrument tal-kejl jew l-istrumenti tal-kejl inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 41 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri kull sena għandhom jagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-attivitajiet tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom u ta' kwalunkwe pjan għas-sorveljanza tas-suq jew ta' żieda fis-sorveljanza tas-suq, inklużi l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi, iż-żieda fl-effiċjenza u l-bini tal-kapaċità meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 41a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 41a |
| Finanzjament tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq |
| L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu koerenti u effettivi fl-Unjoni kollha. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | 1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 42 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu li l-istrument tal-kejl isir disponibbli fis-suq nazzjonali jew biex l-istrument tal-kejl jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura. | 4. Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji adegwati kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-istrument tal-kejl isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex l-istrument tal-kejl jiġi rtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 42 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-istrument tal-kejl konċernat mingħajr dewmien. | 8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-istrument tal-kejl konċernat, bħall-irtirar tal-istrument tal-kejl mis-suq, mingħajr dewmien. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 48 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att iddelegat li ġie adottat skont l-Artikolu 46 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att iddelegat li ġie adottat skont l-Artikolu 47 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 49 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. | L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f’każ ta’ użu mhux korrett tal-marka. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu sanzjonijiet penali għal ksur serju. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 49 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. | Il-penalitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati għal kemm ikun serju r-reat, u dissważivi. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 49 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51] l-aktar tard u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kull emenda sussegwenti li taffettwahom. | L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51] u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawk id-dispożizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi tippubblikahom fl-internet. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw [daħħal id-data – sentejn wara l-adozzjoni] l-iktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f'konformità mal-Artikoli 4(5) sa (22), 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, [15], 20, 21, 22, 23(1), 23(3), 23(5), 23(6), 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 49, 50 u l-Anness II. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard minn [daħħal id-data – tliet snin wara l-adozzjoni] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f'konformità mal-Artikoli 4(5) sa (22), 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, [15], 20, 22, 23(1), 23(3), 23(5), 23(6), 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 49, 50 u l-Anness II. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 51 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva. | 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawk it-testi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi tippubblikahom fl-internet. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 9 – punt 9.2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9.2. Strument ta' dimensjonijiet żgħar iżżejjed jew ta' kompożizzjoni sensittiva żżejjed sabiex jippermettulu jġorr it-tagħrif rilevanti għandu jkollu mmarkat kif xieraq il-pakkeġġar tiegħu, jekk ikollu minnu, u d-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | 9.2. Strument ta' dimensjonijiet żgħar iżżejjed jew ta' kompożizzjoni sensittiva żżejjed sabiex jippermettulu jġorr it-tagħrif rilevanti għandu jkollu mmarkat kif xieraq l-imballaġġ tiegħu, jekk ikollu minnu, jew id-dokumenti li jakkumpanjawh meħtieġa mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Anness II – parti 2 – modulu A2 – punt 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Korp innotifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jwettaq kontrolli jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli approprjati taż-żmien stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli intern, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika tal-istrumenti u l-kwalità tal-produzzjoni. Kampjun adegwat tal-istrumenti tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq, għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet tal-istandards armonizzati u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, rilevanti jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tkun ikkontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet approprjati li jridu jitwettqu. | Korp akkreditat intern jew korp innotifikat, magħżul mill-fabbrikant, għandu jwettaq kontrolli jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli xierqa taż-żmien stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli interni, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika tal-istrumenti u l-kwalità tal-produzzjoni. Kampjun adegwat tal-istrumenti tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fis-suq, għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, tad-dokument normattiv u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tkun ikkontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' dokument rilevanti, il-korp innotifikat interessat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet xierqa li jridu jitwettqu. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Anness II – parti 5 – modulu C2 – punt 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Korp innotifikat, magħżul mill-fabbrikant, għandu jwettaq kontrolli tal-istrumenti jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli approprjati taż-żmien stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli interni li jsiru fuq l-istrument, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika tal-istrumenti tal-kejl u l-kwantità tal-produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun adegwat tal-istrument tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp innotifikat qabel it-tqegħid fis-suq, u għandhom jitwettqu t-testijiet approprjati kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, id-dokumenti normattivi u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, jew testijiet ekwivalwenti sabiex jiċċekkjaw il-konformità tal-istrument mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-ħtiġijiet rilevanti ta' din id-Direttiva. | Korp akkreditat intern jew korp innotifikat, magħżul mill-fabbrikant, għandu jwettaq kontrolli tal-istrumenti jew iġegħilhom jitwettqu f'intervalli xierqa taż-żmien stabbiliti mill-korp, sabiex jivverifika l-kwalità tal-kontrolli interni li jsiru fuq l-istrument, filwaqt li jitqiesu, fost ħwejjeġ oħra, il-komplessità teknoloġika tal-istrumenti tal-kejl u l-kwantità tal-produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun adegwat tal-istrument tal-kejl finali, meħud fil-post mill-korp innotifikat qabel it-tqegħid fis-suq, u għandhom jitwettqu t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati, id-dokumenti normattivi u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jew testijiet ekwivalwenti, sabiex jiċċekkjaw il-konformità tal-istrument mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-ħtiġijiet rilevanti ta' din id-Direttiva. |
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Dan ir-rapport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2004/22/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-istrumenti ta' kejl. Gie ppreżentat f'Novembru 2011 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala "l-pakkett dwar il-prodotti" li jkopri l-istrumenti komplementari, id-Deċiżjoni 768/2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE u r-Regolament 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93. Il-proposta attwali hija parti minn pakkett, li jallinja disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ.
Id-Direttiva 2004/22/KE eżistenti dwar l-istrumenti ta' kejl tistabbilixxi rekwiżiti essenzjali u tagħżel il-proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità li l-fabbrikanti jridu japplikaw sabiex juru li l-prodotti tagħhom jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali, qabel ma jsiru disponibbli fis-suq tal-UE.
Il-QLĠ ġie adottat bħala rimedju għan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sabiex jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b'kompetizzjoni ġusta u bi prodotti sikuri. Implimentazzjoni u infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha dejjem aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet biex jinterpretaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni korrettament, u dan iwassal għal kundizzjonijiet inugwali tas-suq kif ukoll għat-tqegħid ta' prodotti mhux sikuri fis-suq. "Il-pakkett dwar il-prodotti" jagħti l-qafas ġenerali biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, sabiex issir aktar uniformi u komprensibbli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jibbenefikaw mit-titjib tal-QLĠ, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.
Wara l-adozzjoni tal-qafas legali fil-QLĠ fl-2008, il-Kummissjoni bdiet proċess ta' evalwazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni armonizzata Ewropea dwar il-prodotti sabiex tidentifika l-istrumenti li għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi implimentat il-QLĠ.
Hawnhekk ġew identifikati għadd ta' direttivi li se jeħtieġu reviżjoni fit-tliet snin jew il-ħames snin li jmiss minħabba klawżoli ta' reviżjoni jew għal raġunijiet speċifiċi għas-setturi (il-ħtieġa ta' kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni, il-ħtieġa ta' aġġornament tar-rekwiżiti tas-sikurezza, eċċ.). Il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti dwar il-prodotti se jkollha tiġi riveduta għal dawn ir-raġunijiet u tkun ittrattata individwalment skont il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.
Id-disa' proposti fil-pakkett ippreżentat f'Novembru 2011, inkluża d-Direttiva 2004/22/KE, mhumiex parti mill-grupp ta' direttivi dwar il-prodotti msemmi hawn fuq, iżda ġew identifikati bħala adatti għal allinjament mal-QLĠ minħabba l-istruttura komuni tagħhom. Is-setturi koperti bid-direttivi kollha huma setturi industrijali importanti ħafna li huma soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali qawwija, u skont il-valutazzjonijiet, dawk l-industriji se jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet indaqs għall-kumpaniji Ewropej li huma fil-mira tal-QLĠ.
Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkonċernaw: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, is-suppożizzjoni ta' konformità pprovduta permezz tal-istandards armonizzati, id-dikjarazzjoni ta' konformità (DtK), il-marka CE, il-korpi nnotifikati, il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja u l-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità.
L-għan tal-proposta huwa limitat għal sempliċi allinjament mad-dispożizzjonijiet orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mat-terminoloġija l-ġdida fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi r-regoli l-ġodda dwar il-komitoloġija.
Proċedura
L-allinjament mad-Deċiżjoni tal-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. It-teknika ta' tfassil mill-ġdid intgħażlet b'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2011.
Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta, abbażi tar-rapporti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv (servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni), u qies li ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew dawk identifikati mill-GĦK.
Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur tqis dan l-allinjament ta' disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ bħala pass importanti lejn l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE.
Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju simplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tan-normi tekniċi, u dan jgħin biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiżgura t-trattament ugwali tal-prodotti mhux konformi u tal-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi nnotifikati fis-suq kollu tal-UE.
Fil-fehma tar-Rapporteur, allinjament tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ iżid il-fiduċja kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi, billi jikkjarifika l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jagħti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għodod aktar effikaċi biex iwettqu kontrolli ta' sorveljanza tas-suq, u dan kollu jwassal għal tnaqqis tal-prodotti mhux konformi u mhux sikuri fis-suq.
Il-proposti tal-Kummissjoni fil-pakkett ta' allinjament huma bbażati fuq konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati, inklużi diversi mijiet ta' SMEs u l-esperjenzi tagħhom bil-pakkett dwar il-prodotti, fatt li huwa apprezzat ħafna mir-Rapporteur.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni ta' allinjament sempliċi tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-miżuri orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008, iżda madankollu tissuġġerixxi xi bidliet fid-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti ta' kejl għal kjarifika u aġġustamenti settorjali addizzjonali bl-objettivi li ġejjin:
1.L-Allinjament Addizzjonali tad-Direttiva mal-QLĠ u l-Iżgurar taċ-Ċertezza Legali
Ir-Rapporteur tqis li huwa importanti li jsiru għadd ta' bidliet fid-Direttiva proposta sabiex jinkiseb livell ogħla ta' konsistenza mat-termini użati fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u sabiex jitneħħew l-inkonsistenzi possibbli fit-test li jistgħu joħolqu l-inċertezza legali.
Huwa importanti wkoll li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq legalment b'konformità mad-Direttiva attwali qabel ma tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, iżda li għadhom disponibbli. In-natura mhux retroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tiġi enfasizzata u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti xorta jistgħu jsiru disponibbli fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur tqis li l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tippubblika fl-internet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Direttiva trasposta u s-sanzjonijiet rilevanti (il-prinċipju tat-trasparenza).
2.It-Tisħiħ tal-Ħarsien tal-Konsumatur
Il-QLĠ jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq uniku. Għalhekk, għadd ta' emendi huma marbuta wkoll mal-objettiv tar-Rapporteur li jittieħed il-benefiċċju sħiħ tad-dispożizzjonijiet tal-QLĠ marbuta mal-ħarsien tal-konsumatur. F'dak ir-rigward, xi emendi jippermettu lid-Direttiva l-ġdida tkopri ambitu usa' ta' sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza, meta anke l-użu previst b'mod raġonevoli għandu jitqies matul il-fażi ta' diżinn tal-prodott (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament 765/2008 dwar ir-rekwiżiti ġenerali). Il-ħarsien tal-konsumatur jissaħħaħ ukoll billi jiġi ppreċiżat li l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tikketti għandhom ikunu affidabbli, jinftiehmu u trasparenti.
3.It-Tnaqqis tal-Burokrazija
Il-QLĠ għandu jikkontribwixxi biex jitjieb il-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, burokrazija ingombranti xxekkel il-fluss liberu tal-merkanzija. Għalhekk, ir-Rapportuer skrutinizzat id-Direttiva proposta sabiex tnaqqas il-burokrazija kull meta possibbli. Għaldaqstant, ir-rapport jipproponi l-modernizzazzjoni tal-proċeduri attwali billi jiġi permess li d-DtK tal-UE tingħata mhux biss f'forma stampata, iżda anke permezz ta' mezzi elettroniċi, u jipproponi wkoll li titnaqqas il-burokrazija għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi.
Kif intqal qabel, ir-Rapporteur tappoġġa s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċedura prevista fil-QLĠ, iżda fl-istess ħin tixtieq tissottolinja li tista' tkun meħtieġa l-flessibbiltà fir-rigward ta' xi obbligi maħluqa mill-qafas il-ġdid. Pereżempju, qed jiġi propost li tiġi miżjuda eċċezzjoni għar-regola dwar "DtK unika" għal każijiet li fihom l-għoti ta' dokument wieħed joħloq problemi speċifiċi minħabba l-kobor jew il-kumplessità tiegħu. F'dan il-każ, għandu jkun possibbli li d-DtK kollha rilevanti jingħataw separatament.
Hija permessa aktar flessibbiltà fir-rigward tad-DtK unika tal-UE, li bħar-regola mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni hija supplementata b'eċċezzjoni għall-każijiet li joħolqu problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew il-kobor tagħhom.
4.L-Iżgurar ta' Sorveljanza tas-Suq Aħjar għall-Prodotti tagħna
Anke jekk ir-Rapporteur hija konxja mir-Regolament il-ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-aħħar sett ta' bidliet qed jiffoka fuq l-iżgurar ta' livell ogħla ta' sorveljanza tas-suq tal-prodotti. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur tipproponi li tiżdied is-sorveljanza tas-suq fil-bejgħ mill-bogħod billi jiġi żgurat li r-rekwiżiti rilevanti kollha dwar l-informazzjoni jintwerew ukoll fil-kummerċ elettroniku, li jiġi stabbilit rekwiżit biex l-Istati Membri kull sena jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, u li l-Istati Membri jiġu mistiedna jipprovdu l-finanzjament xieraq lill-awtoritajiet tagħhom ta' sorvlejanza tas-suq. Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tenfasizza il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet xierqa kontra l-użu ħażin tal-marka CE.
Ir-Rapporteur iddaħħal ukoll bidliet settorjali f'dan it-test. Sabiex jiġi ċċarat id-dritt tal-fabbrikanti li jużaw korpi akkreditati interni ta' valutazzjoni tal-konformità skont il-moduli A1, A2, C1 u C2, li ddaħħlu bid-Deċiżjoni 768/2008/KE u li minn dak iż-żmien 'l hawn kienu l-prassi għall-fabbrikanti ta' strumenti tal-kejl, dan issa ġie inkluż b'mod espliċitu fit-test tal-Anness II, parti 2 u parti 5.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
Brussell, 8 ta' Ottubru 2012
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti ta' kejl
COM(2011)769 tal-21.11.2011 – 2011/0353(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fit-13 ta' Frar, fl-24 ta' Mejju u fil-5 ta' Lulju 2012 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt din il-laqgħa[3], b’riżultat tal-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-31 ta' Marzu 2004 dwar strumenti ta’ kejl, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota, bi qbil komuni, dan li ġej.
1) Fir-rigward tal-memorandum ta’ spjegazzjoni, bil-għan li l-abbozzar isir f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali dan id-dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti ma jinbidlux fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta’ dak il-ftehim.
2) Fit-test imfassal mill-ġdid, il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu identifikati billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet materjali:
– fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, it-tħassir propost tal-kliem “dan l-Istat Membru jew”, li attwalment jinstab fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2004/22/KE;
– fl-Artikolu 43(4), is-sostituzzjoni proposta tal-kliem finali “il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati, tressaq il-materja malajr kemm jista jkun quddiem il-Kumitat approprjat tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 riferit fl-Artikoli 14 u 15" bil-kliem “tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 17”;
– it-test kollu ta’ paragrafu 2 tal-Artikolu 46;
– fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) il-kliem "Artikoli 4(5) sa (22), 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, [15], 20, 21, 22, 23(1), 23(3), 23(5), 23(6), 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 49, 50 u l-Anness II", kif ukoll it-test kollu tas-sentenza finali li jaqra kif ġej: "Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva";
– fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1), il-kliem “minn [il-jum ta' wara d-data stipulata fl-ewwel subparagrafu]”.
– fil-punti 2.2, 3.3, it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż, 7.2, 9.2, 11.2, l-ewwel subparagrafu u 12.2, l-ewwel subparagrafu tal-Anness II, il-kliem “Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli”;
– fil-punti 3.3, it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż, 7.2, 9.2, 11.2, l-ewwel subparagrafu, 12.2, l-ewwel subparagrafu u 14.4.2, , it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż, tal-Anness II, il-kliem “u għandha tinkludi analiżi u stima adegwati tar-riskju jew riskji”;
– fil-punt 2.4, l-ewwel subparagrafu, 3.3, it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż, 3.4.2, 3.4.3, 3.4.4, 5.3, l-ewwel subparagrafu, 6.3.3, it-tieni subparagrafu, 7.5.3, it-tieni subparagrafu, 8.3.3 it-tieni subparagrafu, 9.5.3, it-tieni subparagrafu, 10.4.1, l-ewwel subparagrafu, 10.5.2, 11.5.1, 11.6.3, 12.4, l-ewwel subparagrafu, 13.3.2, it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż, 13.3.3, it-tieni subparagrafu, 14.3.3, l-ewwel subparagrafu u 14.4.2, it-tieni subparagrafu, ir-raba' inċiż tal-Anness II, iż-żieda proposta tal-kliem “u/jew speċifikazzjoni teknika” jew “u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi” ;
– fil-punt 3.8 tal-Anness II, it-tħassir propost tal-kliem “jew il-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat”;
– fil-punti 3.9, l-ewwel subparagrafu, 14.3.6 u 14.4.5 tal-Anness II, il-kliem “jinforma lill-awtoritajiet notifikanti”;
– fil-punt 3.9, it-tielet subparagrafu tal-Anness II, iż-żieda proposta tal-kliem “kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi ta' miegħu u ż-żidiet”;
– fil-punt 5.1 tal-Anness II, iż-żieda proposta tal-kliem “fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu”;
– fil-punti 6.3.3, it-tieni subparagrafu, 7.5.3, it-tieni subparagrafu, 8.3.3, it-tieni subparagrafu, 9.5.3, it-tieni subparagrafu, 13.3.3, it-tieni subparagrafu u 14.3.3, l-ewwel subparagrafu tal-Anness II, iż-żieda proposta tal-kliem “l-elementi tas-"
– fil-punt 10.6.1 tal-Anness II, iż-żieda tal-kliem “u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat riferit fil-punt 3, in-numru tal-identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar”;
– fil-punt 11.7.1 tal-Anness II, iż-żieda tal-kliem “u, fuq ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat li ssir referenza għalih fil-punt 4, in-numru tal-identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar”;
– fil-punt 13.3.3, it-tielet subpargarfu tal-Anness II, iż-żeda tal-kliem “fil-valutazzjoni”;
– fil-punt 14.3.6 tal-Anness II, iż-żieda tal-kliem “jew wara talba” u “għall-awtoritajiet notifikanti tiegħu”;
– fil-punt 14.4.4, it-tieni subparagrafu tal-Anness II, it-tħassir propost tal-kliem “fundamentali” u “jew il-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jintuża l-istrument”.
Għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 47 tal-abbozz ta’ test imfassal mill-ġdid, ġie diskuss jekk il-lista tal-punti (a), (b), (c) u (d) li jinstabu f’dak l-artikolu kellhiex tiġi identifikata billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet materjali. Minn naħa, is-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni kkunsidraw li l-preżentazzjoni użata f’dak l-artikolu għall-identifikazzjoni tas-sostituzzjoni tat-test inizjali tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/22/KE b’test ġdid, meħud minn testi standard miftiehma bejn it-tliet istituzzjonijiet, tiddeskrivi b’mod suffiċjenti l-emenda materjali proposta għal dik id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, is-Servizz Legali tal-Kunsill ikkunsidra li l-bidla fil-proċedura ma tistax tiġi separata mill-punti li għalihom il-proċedura tirreferi u li t-test kollu tal-Artikolu 47, inklużi l-erba’ punti msemmija, kellu għalhekk jiġi identifikat permezz tat-tipa ta’ kulur griż. Madankollu, it-tliet servizzi legali kkondividew il-fehma li l-abbozz ta’ test preżentat mill-Kummissjoni għall-Artikolu 47 għandu jinftiehem bħala li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb tipproponi biss li r-referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li attwlament tinstab fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/22/KE tiġi sostitwita b’delega lill-Kummissjoni tas-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE. F’dan ir-rigward, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu wkoll li, bħala parti mill-eżerċizzju ta’ tfassil mill-ġdid, il-leġiżlatur jista’ jipprevedi delega ta’ setgħat għall-iskop tal-emendar tal-annessi fir-rigward tal-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 47, jew alternattivament jagħżel, fir-rigward ta’ wieħed u aktar minn dawn il-punti, li ma jiddelegax is-setgħat tiegħu lill-Kummissjoni (b’hekk tkun applikabbli l-proċedura leġilżlattiva ordinarja għall-imsemmija emendi) jew jagħżel li jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lil dik l-istituzzjoni jew lill-Kunsill skont l-Artikolu 291 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/20011.
Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil materjali ħlief dak identifikat bħala tali f’din il-proposta jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma kkonstata wkoll, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil materjali.
C. PENNERA H. LEGAL L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu | L-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti ta’ kejl (Tfassil mill-ġdid) | |||
Referenzi | COM(2011)0769 – C7-0422/2011 – 2011/0353(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 21.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 30.11.2011 | JURI 30.11.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ITRE 19.12.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Zuzana Roithová 29.11.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 9.1.2012 | 28.2.2012 | 31.5.2012 | 10.7.2012 |
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 36 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Konstantinos Poupakis, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Jürgen Creutzmann, Marielle Gallo, María Irigoyen Pérez, Kyriacos Triantaphyllides | |||
Data tat-tressiq | 15.11.2012 | |||