Dokument ta' sessjoni

 

A7-0385/2012

23.11.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

( COM(2011)0914 – C7‑0513/2011 – 2011/0454(COD) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Monica Luisa Macovei

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits  32

PROĊEDURA  45

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

( COM(2011)0914 – C7‑0513/2011 – 2011/0454(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0914 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0513/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Mejju 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ( A7‑0000/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq qbil fuq il-proposta għal regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni:Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[2]; jisħaq li fil-QFP li jmiss jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed riżorsi addizzjonali sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet tal-politika attwali tagħha u l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jindika li anke biż-żieda fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss ta’ mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, jista’ jingħata biss kontribut limitat għall-ksib tal-għanijiet u l-impenji maqbula tal-Unjoni u l-prinċipju tas-solidarjetà fl-Unjoni; jisfida lill-Kunsill biex, jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema prijoritajiet tal-politika jew proġetti tiegħu jistgħu jaqgħu kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew ippruvat tagħhom;

4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxwew l-għan li jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-kuntrabandu tas-sigaretti u l-iffalsifikar. Flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jorganizzaw koperazjoni mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet kompetenti.

(1) L-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxwew l-għan li jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-kuntrabandu tas-sigaretti u l-iffalsifikar. Sabiex jitjieb l-impatt fit-tul tal-infiq u tiġi evitata d-duplikazzjoni, kooperazzjoni u koordinament regolari u mill-qrib għandhom jiġu żgurati fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-attivitajiet li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni aħjar, taħriġ speċjalizzat jew assistenza teknika jew xjentifika jgħinu b’mod sinifikattiv biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fl-istess ħin biex jintlaħaq livell ugwali ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(2) L-attivitajiet li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni aħjar, taħriġ speċjalizzat jew assistenza teknika jew xjentifika jgħinu b’mod sinifikattiv biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fl-istess ħin biex jintlaħaq livell ugwali ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha. L-allokazzjoni ta' riżorsi lid-diversi punti ta' dħul għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju u mekkaniżmi ta' allokazzjoni għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Permezz tal-appoġġ għal inzjattivi bħal dawn fil-passat kien possibbli li l-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni u mill-Istati Membri jittejbu mil-lat tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe atti illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-għanijiet tal-programm Hercule intlaħqu b’suċċess kemm fis-snin 2004-2006 kif ukoll fis-snin 2007-2013.

(3) Permezz tal-appoġġ għal inzjattivi bħal dawn fil-passat kien possibbli li l-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni u mill-Istati Membri jittejbu mil-lat tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe atti illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a) Il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-kisbiet tal-programm Hercule II li jirraporta dwar xi ddaħħal fil-programm u x'ħareġ minnu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impatt sħiħ tal-programm Hercule II u l-ksib tal-għanijiet tiegħu jiġu identifikati f'rapport estern u indipendenti sal-31 ta' Diċembru 2014, li r-riżultati tiegħu għandhom jintużaw għall-modifikazzjoni u t-titjib tat-twettiq tal-programm Hercule III (il-Programm).

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Biex jitkomplew u anki biex jiġu żviluppati l-attivitajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-glieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-glieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-iffalsifikar, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-awsterità baġitarja, jeħtieġ li jiġi adottat programm ġdid. Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) No.

(5) Biex jitkomplew u anki biex jiġu żviluppati l-attivitajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-glieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-glieda kontra l-kuntrabandu u l-iffalsifikar tas-sigaretti, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-awsterità baġitarja, jeħtieġ li jiġi adottat programm ġdid b'indikaturi ta’ prestazzjoni mtejba u bbażat fuq ir-riżultati ta' analiżi tal-programmm eżistenti. Għandha tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà għal-livell ta' kofinanzjament f'każijiet ta' Stati Membri vulnerabbli u f'riskju għoli.

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Kif ukoll rapport finali dwar l-ilħuq tal-għanijiet ta’ dan il-programm.

(9) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport interim indipendenti dwar l-implimentazzjoni tal-Programm u rapport finali dwar il-ksib tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, fuq bażi annwali, informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni annwali tal-programm, inklużi r-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati u informazzjoni dwar il-konsistenza u l-kumplimentarjetà ma' programmi u attivitajiet oħra fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb it-trasparenza il-Kummissjoni għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni annwali.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Dan ir-Regolament josserva l-prinċipji ta' sussidjaretà u proporzjonalità. Il-programm Hercule III jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, iżda mingħajr ma jaffettwa r-responsabilitajiet tal-Istati Membri u permezz ta’ użu tar-riżorsi iktar effiċjenti mill-użu li kieku jagħmlu fil-livell nazzjonali. L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa u ġustifikata peress li b’mod ċar tgħin lill-Istati Membri kollettivament biex jipproteġu l-baġits tal-UE u dawk nazzjonali u tħeġġeġ l-użu ta' strutturi komuni tal-UE biex jiżdiedu l-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(10) Dan ir-Regolament josserva l-prinċipji ta' sussidjaretà u proporzjonalità. Il-Programm jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ użu tar-riżorsi iktar effiċjenti mill-użu li kieku jagħmlu fil-livell nazzjonali. L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa u ġustifikata peress li b’mod ċar tgħin lill-Istati Membri kollettivament biex jipproteġu l-baġits tal-UE u dawk nazzjonali u tħeġġeġ l-użu ta' strutturi komuni tal-UE biex jiżdiedu l-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-Programm ma għandux, madanakollu, jaffettwa r-responsabilitajiet tal-Istati Membri.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, li jinkludu l-prevenzjoni, l-iżvelar u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru tal-fondi li ntilfu, li tħallsu bi żball jew li ntużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1;

 

_____________

 

1 ĠU L 298, 26.10.2012, p.1.

Ġustifikazzjoni

Klawsola standard speċjali għandha tkun inkluża fl-att leġiżlattiv

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11 a) Sabiex jiġi previst qafas dettaljat iżda flessibbli għall-implimentazzjoni, għandha tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-reviżjoni tal-għanijiet operattivi u l-allokazzjoni ġenerali ta' fondi, l-adozzjoni ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin u l-azzjonijiet eliġibbli, l-istabbiliment ta' kriterji li jiddefinixxu Stati Membri vulnerabbli u f'riskju għoli rigward il-kofinanzjament, u l-aġġornament jew ir-rieżami tal-pjanijiet multiannwali stabbiliti skont dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, hija u tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura illi d-dokumenti relevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta’ valutazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni.

(12) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali li jistipulaw id-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma multiannwali u l-iskedi indikattivi għas-sejħa għal proposti għall-perjodu kopert mill-pjan ta' ħidma multiannwali. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom ikunu fihom ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament għall-għotjiet kif ukoll evalwazzjoni annwali ta' liema Stati Membri jistgħu jitqiesu vulnerabbli u f'riskju għoli. Indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni ewlenin għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni, li jispjegaw, inter alia, ir-relazzjoni bejn l-irkupri annwali ta' prodotti kkuntrabandati jew foloz u l-assistenza offruta taħt il-programm. Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu livelli ta' miri u linji bażi sabiex ir-riżultati miksuba jkunu jistgħu jiġu evalwati. Attivitajiet ta' taħriġ għandhom jiġu organizzati li jirrispettaw it-teknoloġija SMART, b'tali mod li l-effetti tagħhom jistgħu jitkejlu b'mod aktar preċiż.

Ġustifikazzjoni

Indikaturi miżurabbli għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r-riżultati.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) żieda fil-koperazzjoni transnazzjonali fil-livell tal-Unjoni u b’mod partikolari

fl-effikaċja tal-operazzjonijiet transkonfinali;

(b) żieda fil-koperazzjoni u koordinament transnazzjonali fil-livell tal-Unjoni u b’mod partikolari fl-effikaċja u fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet transkonfinali;

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) trasparenza akbar fl-użu tal-fondi relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti;

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) żieda fil-koperazzjoni u l-koordinament fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri differenti.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ġenerali tal-Programm għandu jkun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni biex b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u jiġi żgurat li d-dħul mit-taxxi jkun protett.

L-għan ġenerali tal-Programm għandu jkun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni biex b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u jiġi żgurat li d-dħul mit-taxxi jkun protett.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, inklużi livelli ta' mira u linji bażi, għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-effikaċja tal-programm, u b'mod partikolari l-objettiv speċifiku tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Indikaturi miżurabbli għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r-riżultati.

 

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12a li jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi ewlenin.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni permezz ta' atti delegati.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-għan għandu jitkejjel, fost affarijiet oħrajn, permezz tal-ammonti rkuprati wara każijiet ta' frodi li jkunu ġew skoperti permezz ta' azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet transkonfinali, taż-żieda fil-perċentwali tal-operazzjonijiet konġunti li jintemmu b'suċċess u ż-żieda fl-għadd ta’ każijiet li jiġu aċċettati mill-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali.

L-għan speċifiku għandu jitkejjel, fost affarijiet oħrajn u b'kunsiderazzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin, permezz tal-ammonti sekwestrati, ikkonfiskati u rkuprati wara każijiet ta' frodi li jkunu ġew skoperti permezz ta' azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet transkonfinali, taż-żieda fil-valur u l-użu effettiv ta' tagħmir tekniku ffinanzjat skont dan ir-Regolament, taż-żieda fil-perċentwali tal-operazzjonijiet konġunti li jintemmu b'suċċess u l-għadd u t-tip ta' attivitajiet ta' taħriġ, kif ukoll l-effetti diretti u indiretti tagħhom fuq l-iskoperta, il-qbid, is-sekwestru u l-irkupru ta' prodotti kkuttrabandati u falsifikati.

Ġustifikazzjoni

Indikaturi miżurabbli għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r-riżultati.

 

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 12a li jikkonċernaw il-modifika tal-għanijiet operattivi tal-Programm, kif stabbilit fl-Artikolu 4a.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 12a dwar l-allokazzjoni ġenerali ta' fondi għall-għanijiet operattivi tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 4a u d-definizzjoni tal-għanijiet operazzjonali għall-użu tal-fondi mhux allokati skont ir-Regolament (KE, Eurotom) Nru 966/2012.

Ġustifikazzjoni

L-allokazzjoni ġenerali ta' fondi għall-objettivi operazzjonali issa tranġat skont il-kodeċiżjoni. L-emenda tipprovdi flessibbiltà għal bdil ma' atti ddelegati.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-għanijiet operattivi tal-Programm

 

L-għanijiet operattivi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 

(a) it-titjib tal-prevenzjoni u tal-investigazzjoni tal-frodi u ta’ attivitajiet illegali oħrajn lil hinn mil-livelli milħuqa s’issa billi tittejjeb il-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinari;

 

(b) iż-żieda fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni, tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki, inkluż l-iskambju ta' impjegati;

 

(c) it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn permezz tal-għoti ta’ appoġġ tekniku u operattiv fl-investigazzjoni nazzjonali, u b’mod partikolari lill-awtoritajiet tad-dwana u tal-infurzar tal-liġi;

 

(d) il-limitazzjoni ta’ kemm l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma esposti għall-frodi, il-korruzzjoni u għal attivitajiet illegali oħrajn, kif imqabbel mal-livell ta’ espożizzjoni attwali, bil-għan li jitnaqqas l-iżivlupp ta’ ekonomija illegali f'żoni prinċipali ta' riskju bħall-frodi organizzata, il-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni, speċjalment tas-sigaretti;

 

(e) it-titjib tal-grad ta’ żvilupp tal-protezzjoni speċifika legali u ġudizzjarja tal-interessi finanzjarji kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni tal-analiżi komparattiva tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Dan it-test joqgħod aħjar fl-artikoli milli fl-anness.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rappreżentanti ta’ pajjiżi li jagħmlu parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi fix-Xlokk tal-Ewropa, għall-Federazzjoni Russa u għal ċerti pajjiżi li magħhom l-Unjoni laħqet ftehim dwar l-għajnuna reċiproka fil-kwistjonijiet marbuta mal-frodi, u r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti, jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati fil-Programm kull meta dan ikun utli biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4. Dawn ir-rappreżentanti għandhom jintagħżlu skont il-kapaċitajiet, l-esperjenzi u l-għarfien tagħhom rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi.

3. Rappreżentanti ta’ pajjiżi li jagħmlu parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi fix-Xlokk tal-Ewropa, għall-Federazzjoni Russa u għal ċerti pajjiżi u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali li magħhom l-Unjoni laħqet ftehim dwar l-għajnuna reċiproka fil-kwistjonijiet marbuta mal-frodi jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati fil-Programm kull meta dan ikun utli biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4. Dawk ir-rappreżantattivi għandhom jipparteċipaw fil-Programm b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, il-Programm għandu jipprovdi l-appoġġ finanzjarju fl-azzjonijiet li ġejjin:

Bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, il-Programm għandu jipprovdi l-appoġġ finanzjarju xieraq fl-azzjonijiet li ġejjin:

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– żieda fl-iskambju ta’ dejta, l-iżvilupp u l-għoti ta’ għodod tal-IT għall-investigazzjonijiet u għax-xogħol ta’ monitoraġġ tas-servizzi sigrieti.

– żieda fl-iskambju ta’ dejta, anke bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-iżvilupp u l-għoti ta’ għodod tal-IT għall-investigazzjonijiet u għax-xogħol ta’ monitoraġġ tas-servizzi sigrieti;

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– finanzjament għall-ispejjeż ta' manutenzjoni ta' tagħmir tekniku mixtri skont il-Programm;

Ġustifikazzjoni

Il-manutenzjoni ta' xi tipi ta' tagħmir tekniku bħal skanners tista' tkun għalja ħafna u għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni skont l-azzjonijiet eliġibbli.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat u ta’ gruppi ta’ ħidma li jiffukaw fuq taħriġ dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll ta’ konferenzi bl-għan li:

(b) L-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat immirat u ta’ gruppi ta’ ħidma li jiffukaw fuq taħriġ dwar l-analiżi tar-riskji, kif ukoll, fejn ikun xieraq, ta’ konferenzi bl-għan li:

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ikun hemm skambju tal-esperjenzi bejn l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), kif ukoll mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi;

– ikun hemm skambju tal-esperjenzi u l-aħjar prassi bejn l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(3);

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jiġu żviluppati attivitajiet ta’ riċerka ta' livell għoli, inklużi studji;

– jiġu żviluppati attivitajiet ta’ riċerka ta' livell għoli, inklużi studji tal-liġi komparattiva;

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'konformità mal-Artikolu 3, it-tagħmir kofinanzjat mill-programm irid jintuża esklussivament għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe duplikazzjoni potenzjali bejn sistemi u databases differenti kofinanzjati mill-programm tiġi evitata;

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12a dwar emendi ta' dan l-Artikolu sabiex jitqiesu indikaturi ewlenin speċifiċi tal-prestazzjoni u ta' żviluppi mhux previsti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiżgura li l-azzjonijiet eliġibbli huma deċiżi skont proċedura ta' kodeċiżjoni u jekk il-modifiki ulterjuri huma meħtieġa, dawn se jsiru skont atti delegati. L-emeda zzid il-flessibbiltà.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perijodu 2014 sa 2020, għandu jkun ta’ EUR 110 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali.

Fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ xxx/yyy dwar il-koperazzjoni f’materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali f’termini tal-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu 2014 sa 2020, għandu jkun ta’ EUR 110 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Qed issir enfasi fuq ir-rwol tal-awtorità baġitarja.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għotjiet;

(a) għotjiet, inklużi dawk relatati mal-manutenzjoni tal-materjal tekniku mixtri taħt il-Programm;

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-benefiċjarji tal-programm għandhom jibagħtu, fuq talba tal-Kummissjoni, dejta dettaljata dwar l-attivitajiet tagħhom iffinanzjati skont il-programm, sabiex ikun hemm trasparenza u responsabbiltà akbar u biex tiġi evalwata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, b'konformità mal-Artikolu 11.

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija skont il-programm m’għandhiex tkun iktar minn 80% tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati li huma ddefiniti fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90% tal-ispejjeż eliġibbli.

4. Ir-rata ta' kofinanzjament għal għotjiet aġġudikati taħt il-programm ma għandhiex tkun anqas minn 50% u ma għandhiex taqbeż it-80% tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati u f'każijiet ta' Stati Membri vulnerabbli u f'riskju għoli, li huma ddefiniti fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90% tal-ispejjeż eliġibbli. Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-Programm m’għandhiex tkun iktar minn 30 % tal-ispejjeż eliġibbli meta tikkonċerna l-finanzjament tal-manutenzjoni tal-materjal tekniku mixtri skont il-Programm. Fil-każ tal-iffinanzjar tal-manutenzjoni, id-deċiżjoni għall-għoti għandha tkun soġġetta għat-tressiq ta' rapport mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni, li jagħti dettalji dwar l-eżitu, ir-riżultati u l-valur miżjud tal-implimentazzjoni tat-tagħmir tekniku li nxtara skont il-Programm.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun proporzjonali b'mod invers għall-ammont totali kull sena li l-Istati Membri jirċievu bħala dħul derivat mill-ftehimiet konklużi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri ma' erba' kumpaniji maġġuri tat-tabakk.

Ġustifikazzjoni

Mill-erba' ftehimiet l-Istati Membri għandhom jirċievu madwar EUR 1.6 biljun matul is-snin li ġejjin, flimkien ma' ammont sostanzjali mill-multi bbażati fuq dawn il- ftehimiet, (somma kbira fuq l-eqdem ftehim ma' Philip Morros fejn ammont sostanzjali diġà tqassam skont l-Istati Membri parteċipanti). Il-Kummissjoni li tieħu madwar 10% tas-somom użat dan il-flus biex prinċipalment iżżid il-programmi Hercule. Il-livell ta' kofinanzjament għandu fost fatturi oħra jiddependi fuq id-dħul addizzjonali disponibbli mill-Istati Membri minn dawn il-ftehimiet.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja skont ir-rata ta' kofinanzjament għal għotjiet mogħtija skont il-Programm.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribuzzjoni finanzjarja akbar tal-Istati Membri se jsaħħu l-motivazzjoni tagħhom għas-suċċess tal-programm u fl-istess ħin se tirriżulta f'żieda tad-dħul statali.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 12a dwar l-istabbiliment ta' kriterji għad-definizzjoni ta' Stati Membri vulnerabbli u f'riskju għoli, ibbażati inter alia fuq il-lokalità ġeografika u tal-fruntiera, il-volum tal-merkanzija, l-operazzjonijiet doganali u l-aħħar statistika disponibbli relevanti ppubblikati minn Eurostat sabiex ikun jista' jiġi analizzat u evalwat ir-riskju ta' attivitajiet illegali.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' kriterji ċari li jiddefinixxu l-Istati Membri vulnerabbli u f'riskju għoli hija ddelegata lill-Kummissjoni, iżda l-leġiżlatur jagħti xi gwidi billi jipproponi xi elementi li għandhom jitqiesu għad-definizzjoni u jirreferi għal valutazzjoni tar-riskju kull sena.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Programmi ta' Ħidma Annwali

Pjanijiet ta' ħidma multiannwali u programmi ta' ħidma annwali

Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni se tadotta programmi ta’ ħidma annwali. Dawn il-programmi għandhom jistipulaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija u l-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni. Fil-każ tal-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritjiet, il-kriterji essenzjali ta' valutazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 12a dwar l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' ħidma multiannwali għall-Programm. Il-pjanijiet ta' ħidma multiannwali għandhom jistipulaw l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Għandhom jinkludu għal għotjiet il-prijoritajiet u l-kriterji essenzjali ta' valutazzjoni.

 

2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali għat-twettiq tal-pjanijiet ta' ħidma multiannwali u skedi indikattivi għas-sejħa għal proposti għall-perjodu kopert mill-pjan ta' ħidma multiannwali. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jispeċifikaw ukoll il-kriterji biex tingħata għotja li tkopri l-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku mixtri taħt il-Programm. Għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni. Dawn għandhom jinkludu fir-rigward ta' għotjiet ir-rata massima ta' kofinanzjament.

Il-baġit allokat għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, għandu jkopri wkoll il-komunikazzjonijiet korporattivi tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

Approprjazzjonijiet tal-baġit allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea, sakemm ikunu relatati mal-objettiv ġenerali tal-Programm.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-programm. Għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar il-konsistenza u l-komplimentarjetà ma' programmi u attivitajiet oħrajn fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ kontinwament ixxerred ir-riżultati tal-attivitajiet appoġġjati minn dan il-Programm. Il-pajjiżi kollha parteċipanti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm.

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq bażi annwali, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni annwali tal-Programm, inklużi l-objettivi miksuba, ir-riżultati u l-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin identifikati fil-programm annwali. Informazzjoni dwar il-konsistenza u l-komplimentarjetà ma' programmi u attivitajiet oħrajn fil-livell tal-Unjoni għandha tkun dettaljata u inkluża fil-komunikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ xxerred, anke fil-websajts relevanti, ir-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati u l-attivitajiet appoġġjati minn dan il-Programm, sabiex issaħħaħ it-trasparenza għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE. Sabiex jintwera l-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tirrapporta dwar il-miżuri li ttieħdu biex itejbu l-koordinazzjoni u biex tiġi evitata duplikazzjoni ma' attivitajiet eżistenti, relatati fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarja tal-UE. Il-pajjiżi u r-rappreżentanti kollha parteċipanti msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni annwali tal-Programm, fejn relevanti, u tal-Programm inġenerali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ittejjeb it-trasparenza il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-Programm. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tkun ħejjiet rapport ta’ valutazzjoni dwar l-ilħuq tal-għanijiet tal-miżuri, tar-riżultati u tal-impatti kollha, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tagħha fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. Barra minn hekk il-valutazzjoni għandha tindirizza jekk hemmx lok għas-simplifikazzjoni, il-koereza interna u esterna tiegħu, ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet kif ukoll il-kontribut tal-miżuri fil-prijoritajiet tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni dwar l-impatt fuq perjodu ta’ żmien twil tal-miżuri preċedenti.

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-Programm. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tkun ħejjiet rapport ta’ valutazzjoni intermedjarja dwar l-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjonijiet, tar-riżultati u tal-impatti kollha, tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tagħha fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-azzjonijiet. Barra minn hekk il-valutazzjoni għandha tindirizza jekk hemmx lok għas-simplifikazzjoni, il-koereza interna u esterna tiegħu, ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet kif ukoll il-kontribut tal-azzjonijiet fil-prijoritajiet tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni dwar il-kisbiet tal-objettivi tal-programm Hercule II li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2014.

Barra minn hekk, sal-31 ta’ Diċembru 2021 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-objettivi tal-programm.

Barra minn hekk, sal-31 ta’ Diċembru 2021 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet tal-objettivi speċifiċi u ġenerali tal-Programm u l-valur miżjud tiegħu u l-impatt tal-attivitajiet jew l-azzjonijiet kollha ffinanzjati skont il-Programm.

L-impatti fuq perjodu ta’ żmien itwal u l-effetti tas-sostenibilità tal-Programm għandhom jiġu valutati bil-għan li jiddaħħlu f’deċiżjoni dwar il-possibilità ta’ tiġdid, modifika jew sospensjoni ta’ Programm sussegwenti.

Barra minn hekk, l-impatti fuq perjodu ta’ żmien itwal u l-effetti tas-sostenibilità tal-Programm għandhom jiġu valutati bil-għan li jiddaħħlu f’deċiżjoni dwar il-possibilità ta’ tiġdid, modifika jew sospensjoni ta’ programm sussegwenti.

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu verifika, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, tal-benefiċjarji ta' għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu verifika, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, tal-benefiċjarji ta' għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post tal-operaturi ekonomiċi milquta direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbilti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni dwar għotja jew ma’ kuntratt li jirrigwarda l-iffinanzjar mill-Unjoni.

 

Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni sottoparagrafi, il-ftehimiet ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF is-setgħa li jwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post bħal dawn.

 

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jkun inkluż fil-paragrafu ġdid.

 

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)1 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra bil-ħsieb li tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

 

___________

 

1 ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

 

2 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

Ġustifikazzjoni

Klawsola standard speċjali għandha tkun inkluża fl-att leġiżlattiv

 

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Bla preġudizzju għall-paragrafi 2 u 2a, ftehimiet ta' koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun fihom b'mod espliċitu dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Klawsola standard speċjali għandha tkun inkluża fl-att leġiżlattiv

 

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 12a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1b) u (2a), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4c) u l-Artikolu 10(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin minn... *.

 

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 4(1b) u (2a), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4c) u Artikolu 10(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(1b) u (2a), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, Artikolu 9(4c) u l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_______________

 

* ĠU: jekk joġgħbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jispjega l-eżerċizzju tad-delegazzjoni, li tagħti lill-leġiżlaturi s-setgħa li jirrevokaw id-delegazzjoni u jobbliga lill-Kummissjoni tinnotifika lill-leġiżlaturi meta tkun qed tadotta att iddelegat.

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness

imħassar

L-għanijiet operattivi tal-Programm

 

L-għanijiet operattivi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 

(1) it-titjib tal-prevenzjoni u tal-investigazzjoni tal-frodi u ta’ attivitajiet illegali oħrajn li jmur lil hinn mil-livelli milħuqa s’issa billi tittejjeb il-koperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinari;

 

(2) iż-żieda fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni, tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki, inkluż l-iskambju ta' impjegati;

 

(3) it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn permezz tal-għoti ta’ appoġġ tekniku u operattiv fl-investigazzjoni nazzjonali, u b’mod partikolari lill-awtoritajiet tad-dwana u tal-infurzar tal-liġi;

 

(4) il-limitazzjoni ta’ kemm l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma esposti għall-frodi, l-korruzzjoni u għal attivitajiet illegali oħrajn, kif imqabbel mal-livell ta’ espożizzjoni attwali, bil-għan li jitnaqqas l-iżivlupp ta’ ekonomija illegali f'żoni prinċipali ta' riskju bħall-frodi organizzata, il-kuntrabandu u l-iffalsifikar, speċjalment tas-sigaretti;

 

(5) it-titjib tal-grad ta’ żvilupp tal-protezzjoni legali u ġudizzjarja speċifika tal-interessi finanzjarji kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni ta’ analiżi ta’ liġi kumparattiva.

 

Ġustifikazzjoni

Dan it-test joqgħod aħjar fl-artikoli milli fl-anness.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.11.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

( COM(2011)0914 – C7‑0513/2011 – 2011/0454(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Richard Ashworth

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F’Diċembru 2011, il-Kummissjoni approvat proposta għal Regolament dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Il-programm il-ġdid ikompli jqiegħed enfasi speċifika fuq il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-iffalsifikar tas-sigaretti b'riflessjoni tal-obbligi legali tal-Kummissjoni li jirriżultaw minn ftehimiet ma' erba' manifatturi internazzjonali tat-tabakk.

 

Ir-Rapporteur jilqa' l-inizjattiva kontra l-korruzzjoni, il-frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, imma madankollu għad fadal dubji dwar l-effikaċja tat-tali programmi, l-ispejjeż amministrattivi proposti għall-programm u l-impatt tiegħu fuq il-baġit globali fil-kuntest tan-negozjati attwali rigward il-QFP u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-rażan baġitarju jidher fil-baġit tal-UE.

 

Ir-Rapporteur jemmen li, fi ħdan dil-proposta, għad hemm bżonn li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jnaqqsu l-potenzjal għal elementi li jikkoinċidu u duplikazzjonijiet fir-rigward tal-programmi u l-istrumenti kontra l-frodi l-oħrajn tal-UE u l-Istati Membri. Hu importanti li jiġi żgurat li jissaħħu s-sinerġiji ma' inizjattivi nazzjonali oħra, sabiex jittejjeb l-impatt fuq żmien twil tal-infiq taħt il-programm u fl-aħħar mill-aħħar sabiex jiġi żgurat li l-flus ta' min iħallas it-taxxi jiġu protetti.

 

Ir-Rapporteur jinnota d-dewmien fil-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri[3], li kienet tkun utli u ta' għajnuna kieku kienet disponibbli aktar kmieni fil-proċess deċiżjonali sabiex l-osservazzjonijiet tagħha setgħu jiġu kompletament ikkunsidrati fid-deċiżjonijiet dwar Hercule III. Madankollu, ir-Rapporteur jilqa' u, fil-biċċa l-kbira, jappoġġa l-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, b'mod partikulari l-ħtieġa li, fil-ġejjieni, ir-rapporti ta' evalwazzjoni jkunu indipendenti, b'valutazzjoni bir-reqqa tal-valur miżjud għall-UE, b'mod partikulari f'termini ta' assistenza teknika, ħtieġa li l-punt fokali jkunu r-riżultati meta mqabbla mal-objettivi pjanati, indikaturi aħjar tal-prestazzjoni u applikazzjoni tat-tagħlim meħud għall-programmi futuri inkluż il-programm 2014-2020.

 

Ir-Rapporteur jikkondividi wkoll il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward ir-rata ta' kofinanzjament għall-programm Hercule propost u jaqbel li, fil-ġejjieni, ma jkunx xieraq aktar kofinanzjament, peress li, pereżempju, it-tagħmir tekniku mixtri permezz tal-programm x'aktarx jintuża għal affarijiet fl-interess nazzjonali u mhux esklużivament għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-UE, u għaldaqstant ir-Rapporteur jemmen li r-rata massima ta' kofinanzjament għandha tibqa' 50 % biex jiġi żgurat bilanċ bejn l-interess tal-UE u dak nazzjonali. F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġġustifikati kif dovut, din tista' tiżdied għal 80 %.

 

Qed jiġi ddikjarat li l-pakkett finanzjarju sħiħ għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu 2014-2020 hu ta' EUR 110 miljun. Din żieda sostanzjali fuq Hercule II. Waqt li l-pakkett finanzjarju totali hu soġġett għall-konklużjonijiet tan-negozjati attwali dwar il-QFP 2014-2020, ir-Rapporteur jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar rażan baġitarju. Għaldaqstant, ir-Rapporteur jixtieq jara tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi proposti.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020;

Ġustifikazzjoni

Il-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

 

 

 

 

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju [Pluriennali (QFP)] ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1; jisħaq li fil-QFP li jmiss jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed riżorsi addizzjonali sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet tal-politika attwali tagħha u l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għall-avvenimenti mhux previsti; jinnota li anke biż-żieda fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss ta’ mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, jista’ jingħata biss kontribut limitat għall-ksib tal-għanijiet u l-impenji maqbula tal-Unjoni u l-prinċipju tas-solidarjetà fl-Unjoni; jisfida lill-Kunsill biex, jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema prijoritajiet tal-politika jew proġetti tiegħu jistgħu jaqgħu kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew ippruvat tagħhom;

 

___________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxwew l-għan li jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-kuntrabandu tas-sigaretti u l-iffalsifikar. Flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jorganizzaw koperazjoni mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet kompetenti.

(1) L-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxew l-għan għalihom infushom li jiġġieldu kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-kuntrabandu u l-iffalsifikar tas-sigaretti. Flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jorganizzaw koperazjoni u sinerġiji mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet kompetenti sabiex itejbu l-impatt fit-tul tal-infiq u sabiex jevitaw id-duplikazzjoni.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Permezz tal-appoġġ għal inzjattivi bħal dawn fil-passat kien possibbli li l-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni u mill-Istati Membri jittejbu mil-lat tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe atti illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-għanijiet tal-programm Hercule intlaħqu b’suċċess kemm fis-snin 2004-2006 kif ukoll fis-snin 2007-2013.

(3) Permezz tal-appoġġ għal inzjattivi bħal dawn fil-passat kien possibbli li l-attivitajiet imwettqa mill-Unjoni u mill-Istati Membri jittejbu mil-lat tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe atti illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-kisbiet tal-programm Hercule II li jirraporta dwar xi ddaħħal fil-programm u x'ħareġ minnu. L-impatt sħiħ tal-programm Hercule II u l-ksib tal-għanijiet tiegħu se jiġu identifikati f'rapport estern u indipendenti sal-31 ta' Diċembru 2014, li r-riżultati tiegħu għandhom jintużaw għall-modifikazzjoni u t-titjib tat-twettiq tal-programm Hercule III.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Biex jitkomplew u anki biex jiġu żviluppati l-attivitajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-glieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-glieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-iffalsifikar, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-awsterità baġitarja, jeħtieġ li jiġi adottat programm ġdid.

(5) Biex jitkomplew u anki biex jiġu żviluppati l-attivitajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-glieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-glieda kontra l-kuntrabandu u l-iffalsifikar tas-sigaretti, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-awsterità baġitarja, jeħtieġ li jiġi adottat programm ġdid b'indikaturi mtejba tal-prestazzjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Kif ukoll rapport finali dwar l-ilħuq tal-għanijiet ta’ dan il-programm.

(9) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm, rapport interim dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll rapport finali dwar l-ilħuq tal-għanijiet ta’ dan il-programm.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' iżjed rappurtaġġ. Ir-rappurtaġġ, fil-forma tar-rapport annwali, tar-rapport interim u tar-rapport finali, għandu jsir mill-Kummissjoni nnifisha. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-użu korrett tal-flus mill-baġit tal-UE.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-għan għandu jitkejjel, fost affarijiet oħrajn, permezz tal-ammonti rkuprati wara każijiet ta' frodi li jkunu ġew skoperti permezz ta' azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet transkonfinali, taż-żieda fil-perċentwali tal-operazzjonijiet konġunti li jintemmu b'suċċess u ż-żieda fl-għadd ta’ każijiet li jiġu aċċettati mill-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali.

Dan l-għan għandu jitkejjel, fost affarijiet oħrajn, permezz tal-ammonti rkuprati wara każijiet ta' frodi li jkunu ġew skoperti permezz ta' azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet transkonfinali, taż-żieda fil-perċentwali tal-operazzjonijiet konġunti li jintemmu b'suċċess u ż-żieda fl-għadd ta’ każijiet li jiġu aċċettati mill-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali, u taż-żieda fl-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba bil-materjal tekniku mixtri skont il-Programm.

 

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rappreżentanti ta’ pajjiżi li jagħmlu parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi fix-Xlokk tal-Ewropa, għall-Federazzjoni Russa u għal ċerti pajjiżi li magħhom l-Unjoni laħqet ftehim dwar l-għajnuna reċiproka fil-kwistjonijiet marbuta mal-frodi, u r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti, jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati fil-Programm kull meta dan ikun utli biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4. Dawn ir-rappreżentanti għandhom jintagħżlu skont il-kapaċitajiet, l-esperjenzi u l-għarfien tagħhom rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi.

3. Rappreżentanti ta’ pajjiżi li jagħmlu parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi fix-Xlokk tal-Ewropa, għall-Federazzjoni Russa u għal ċerti pajjiżi li magħhom l-Unjoni laħqet ftehim dwar l-għajnuna reċiproka fil-kwistjonijiet marbuta mal-frodi, u r-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti, jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati fil-Programm kull meta dan ikun utli biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4. Il-parteċipazzjoni fil-Programm ta’ dawn ir-rappreżentanti għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni għandha tiġi organizzata f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, il-Programm għandu jipprovdi l-appoġġ finanzjarju fl-azzjonijiet li ġejjin:

Bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, il-Programm għandu jipprovdi l-appoġġ finanzjarju xieraq fl-azzjonijiet li ġejjin:

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - punt a - inċiż 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– żieda fl-iskambju ta’ dejta, l-iżvilupp u l-għoti ta’ għodod tal-IT għall-investigazzjonijiet u għax-xogħol ta’ monitoraġġ tas-servizzi sigrieti.

– żieda fl-iskambju ta’ data, anke bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-iżvilupp u l-għoti ta’ għodod tal-IT għall-investigazzjonijiet, u l-monitoraġġ tas-servizzi sigrieti.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt b – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat u ta’ gruppi ta’ ħidma li jiffukaw fuq taħriġ dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll ta’ konferenzi bl-għan li:

(b) L-organizzazzjoni ta’ taħriġ speċjalizzat immirat u ta’ gruppi ta’ ħidma li jiffukaw fuq taħriġ dwar l-analiżi tar-riskji, kif ukoll, fejn ikun xieraq, ta’ konferenzi bl-għan li:

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt b – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– ikun hemm skambju tal-esperjenzi bejn l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), kif ukoll mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi;

– ikun hemm skambju tal-esperjenzi bejn l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), inklużi s-servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(3);

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt b – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jiġu żviluppati attivitajiet ta’ riċerka ta' livell għoli, inklużi studji;

– jiġu żviluppati attivitajiet ta’ riċerka ta' livell għoli, inklużi studji tad-dritt komparattiv;

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perijodu 2014 sa 2020, għandu jkun ta’ EUR 110 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali.

Fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ xxx/yyy dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali f’termini tal-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu 2014 sa 2020, għandu jkun ta’ EUR 110 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit.

Ġustifikazzjoni

Enfasi fuq ir-rwol tal-awtorità tal-baġit.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għotjiet;

a) għotjiet, inkluż dawk relatati mal-manutenzjoni tal-materjal tekniku mixtri taħt il-Programm;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija skont il-programm m’għandhiex tkun iktar minn 80% tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati li huma ddefiniti fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90% tal-ispejjeż eliġibbli.

4. Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-Programm m’għandhiex tkun inqas minn 50 % u m'għandhiex tkun iktar minn 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif dovut, meta l-benefiċjarju jkun istitut għar-riċerka u l-edukazzjoni u entità mingħajr skop ta’ qligħ, kif iddefinit fil-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

 

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-Programm m’għandhiex tkun iktar minn 30 % tal-ispejjeż eliġibbli meta tikkonċerna l-finanzjament tal-manutenzjoni tal-materjal tekniku mixtri skont il-Programm. Fil-każ tal-finanzjament tal-manutenzjoni, id-deċiżjoni dwar l-għotja għandha tkun soġġetta għas-sottomissjoni mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni ta’ rapport bid-dettalji dwar l-eżitu, ir-riżultati u l-valur miżjud tal-implimentazzjoni tat-tagħmir tekniku mixtri taħt il-Programm.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 235 tat-TFUE, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji huwa kompitu komuni tal-UE u tal-Istati Membri. Minħabba l-fatt li dan il-Programm għandu jiffinanzja lilu nnifsu mid-dħul iġġenerat (90 % tad-dħul imur għand l-istat membru, 10 % lejn il-baġit tal-UE), ir-rata ġenerali ta’ kofinanzjament għandha tiġi stabbilita fil-livell ta’ 50 %.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – subparagrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni se tadotta programmi ta’ ħidma annwali. Dawn il-programmi għandhom jistipulaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija u l-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni. Fil-każ tal-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritjiet, il-kriterji essenzjali ta' valutazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament.

Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistipulaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija u l-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jispeċifikaw ukoll il-kriterji biex tingħata għotja li tkopri l-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku mixtri taħt il-Programm. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni. Fil-każ tal-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritjiet, il-kriterji essenzjali ta' valutazzjoni u r-rata massima ta' kofinanzjament. Wara l-adozzjoni, dawn il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' iżjed rappurtaġġ.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġit allokat għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, għandu jkopri wkoll il-komunikazzjonijiet korporattivi tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

L-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, għandhom ikopru wkoll il-komunikazzjonijiet korporattivi tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni safejn dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni ffinanzjati permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ffinanzjati biss safejn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-programm Hercule III għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2011)0914 – C7-0513/2011 – 2011/0454(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

19.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Richard Ashworth

29.2.2012

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Alexander Alvaro, Peter Jahr, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-programm Hercule III għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2011)0914 – C7-0513/2011 – 2011/0454(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

LIBE

19.1.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

28.2.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Monica Luisa Macovei

12.1.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Jan Mulder, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Ivailo Kalfin, Olle Schmidt, Derek Vaughan

Data tat-tressiq

23.11.2012

 

 

[1] ĠU C, 201 7.7.2012, p. 1.
[2]  Testi adottati, P7_TA(2011)0266
[3] Opinjoni nru°3/2012, ĠU C201, 07.7.2012.