Dokument ta' sessjoni
3.12.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
( COM(2012)0512 – C7‑0289/2012 – 2012/0244(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sven Giegold
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 27
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali 32
ANNEX 44
PROĊEDURA 47
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
( COM(2012)0512 – C7‑0289/2012 – 2012/0244(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0512 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0289/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ( A7-0393/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tqis kompletament ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti f'termini ta' baġits u persunal tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tas-servizzi tal-Kummissjoni u possibilment tal-Bank Ċentrali Ewropew;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Fid-29 ta’ Ġunju 2012, il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-euro talbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tipprovdi għal mekkaniżmu superviżorju uniku li jinvolvi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2012 stieden lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jiżviluppa, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-euro u l-President tal-BĊE, pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-kisba ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina, li jinkludi proposti konkreti dwar il-preżervazzjoni tal-unità u l-integrità tas-Suq Uniku fis-servizzi finanzjarji.▐
(1a) Huwa essenzjali li l-unjoni bankarja tinkludi mekkaniżmi ta' responsabbiltà demokratika. Għandha tiġi kkunsidrata l-funzjoni tal-parlamenti nazzjonali.
(2) Il-provvediment għal mekkaniżmu superviżorju uniku huwa l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Bankarja Ewropea, imsejsa fuq ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji u magħmula wkoll minn armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali differenti ta' assigurazzjoni tad-depożiti u qafas komuni Ewropew ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.
(2a) L-unjoni bankarja għandha tkun imsejsa fuq verifiki u bilanċi xierqa u fuq mekkaniżmi ta' responsabbiltà bejn l-istituzzjonijiet politiċi fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali u dawk il-korpi li jeżerċitaw responsabbiltajiet superviżorji kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali.
(2b) L-implimentazzjoni tal-unjoni bankarja għandha tiżgura, fil-fażijiet differenti tagħha kollha, li jiġu kkunsidrati debitament l-effetti kollaterali reċiproċi potenzjali tal-unjoni bankarja fiż-żona tal-euro għal dawk l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Għal dan il-għan, għandhom jinħolqu miżuri xierqa ta' prevenzjoni sabiex jiġi evitat it-taqlib possibbli tas-suq intern. B'mod partikolari, il-BĊE għandu jintalab jiżgura li jwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu b'mod nondiskriminatorju u konsistenti mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
(3) Sabiex il-BĊE jiġi involut kif xieraq fil-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [127(6) Regolament] jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Stati Membri oħra jistgħu jidħlu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Skont dak ir-Regolament, il-BĊE għandu jikkoordina l-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti tal-BĊE. L-awtoritajiet parteċipanti għandhom jaġixxu f'dan ir-rigward b'mod indipendenti u esklussivament fl-interess tal-Unjoni Ewropea.
(4) Il-konferiment ta' kompiti superviżorji lill-BĊE fis-settur bankarju għal parti mill-Istati Membri tal-Unjoni ma għandu bl-ebda mod ifixkel il-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-ABE għandha tippreżerva r-rwol tagħha u żżomm is-setgħat u l-kompiti eżistenti kollha tagħha: għandha tkompli tiżviluppa u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġabra unika ta' regoli li tkun applikabbli għall-Istati Membri kollha u ssaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi.
(4a) Sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-istabbiliment ta' mekkaniżmu superviżorju li jkopri biss uħud mill-Istati Membri jwassal għal frammentazzjoni tal-prattiki superviżorji fis-suq intern, huwa ta' importanza fundamentali li l-ġabra unika tar-regoli tkun akkumpanjata b'manwal Ewropew dwar is-superviżjoni, imfassal mill-ABE b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali,, sabiex jiġu identifikati l-prattiki tal-ogħla kwalità madwar l-Unjoni fir-rigward tal-proċessi u l-metodoloġiji ta' superviżjoni, sabiex il-prinċipji fundamentali ta' Basel u tal-Unjoni ma jiġux ipperikolati. Il-manwal ma għandux jirrestrinġi s-superviżjoni bbażata fuq il-ġudizzju u, meta jkun xieraq u fil-limiti tal-mandat tal-ABE, għandu jinkludi wkoll l-oqsma relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Minbarra linji gwida ċari għall-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni settorjali, inklużi standards tekniċi, il-manwal għandu jistabbilixxi l-metrika u l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju, l-identifikazzjoni ta’ twissijiet bikrija u l-kriterji għal azzjoni ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-manwal b'mod strett u ma għandhomx jittrattawh bħala eżerċizzju li jridu jwettqu sempliċement biex jikkonformaw mar-regoli. Kwalunkwe diverġenza fil-prattiki tagħhom għandha tiġi kkunsidrata bħala element sinifikanti fil-valutazzjoni ta' prattiki ħżiena jew ksur tal-liġi tal-Unjoni.
(4b) L-esperjenza reċenti enfasizzat il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonformaw bis-sħiħ mat-talbiet ta’ informazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fir-rigward tat-testijiet tal-istress u kompiti oħrajn konferiti lilhom permezz ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk jeħtieġ tisħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ tali talbiet, semplifikazzjoni tal-proċessi assoċjati magħhom u, fil-każ ta’ ostruzzjoni jew nuqqas ieħor ta’ konformità jkun xieraq li l-Istati Membri kkonċernati jagħtu tali assistenza lill-ABE skont kif ikun neċessarju sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba, inkluż aċċess għall-bini tal-istituzzjonijiet tal-kreditu jew persuni ġuridiċi oħrajn li jkollhom informazzjoni relevanti, bħal dawk li lilhom ikunu ġew esternalizzati xi funzjonijiet minn istituzzjoni tal-kreditu.
(4c) Is-suq intern u l-koeżjoni tal-UE jridu jiġi żgurati. F'dan ir-rigward, kwistjonijiet ta' tħassib bħalma huma l-governanza u l-arranġamenti ta' votazzjoni fl-ABE għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa u t-trattament indaqs tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-MSU u tal-Istati Membri l-oħra jrid jiġi ggarantit.
(4d) Meta wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-ABE, li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw f'ħidmietha bi drittijiet indaqs, ġiet stabbilita bil-għan li tiżviluppa l-ġabra unika tar-regoli u li tiżgura l-koerenza tal-prattiki superviżorji fi ħdan l-UE u meta wieħed iqis l-istabbiliment tal-mekkaniżmu superviżorju uniku fejn il-BĊE jaqdi rwol ta' tmexxija, l-ABE għandha bżonn tiġi attrezzata bi strumenti adegwati, li se jagħmluha kapaċi twettaq b'effiċjenza l-kompiti fdati lilha rigward l-integrità tas-suq uniku fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
(4e) F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u sabiex tissaħħaħ il-konformità tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea ma' dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, għandu jkun possibbli għall-Awtorità li tippubblika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji għan-nuqqas ta' konformità tagħhom ma' dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.
(4f) Fil-limitu tal-ambitu tas-setgħat ikkonferiti lilha minn dan ir-Regolament, l-ABE għandha tiggwida lill-Bord Superviżorju tal-BĊE u lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-Unjoni Ewropea fil-każ li dawn jimponu kwalunkwe rekwiżit prudenzjali diskrezzjonarju kif previst speċifikament f'xi att leġislattiv tal-Unjoni.
(5) Fid-dawl tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../...[127(6) Regolament], l-ABE għandha tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha anke fir-rigward tal-BĊE bl-istess mod kif tagħmel fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
(5a) Il-mandat tal-ABE li ssolvi n-nuqqas ta' qbil, bl-involviment tal-BĊE fir-rigward ta' każi li jikkonċernaw superviżjoni prudenzjali, jista' jiġi inferit mill-fatt li kemm l-istabbiliment tal-ABE kif ukoll il-konferiment ta' kompiti superviżorji speċifiċi lill-BĊE ġew introdotti permezz tal-leġiżlazzjoni sekondarja.
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Istati Membri kollha jitqiesu b’mod adegwat u biex l-ABE tkun tista’ tiffunzjona b’mod xieraq bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’ fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-modalitajiet tal-votazzjoni fil-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adattati▐.
(7) Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw ksur tal-liġi tal-Unjoni u s-soluzzjoni ta' nuqqas ta' ftehim għandhom jiġu eżaminati minn panel indipendenti magħmul minn membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri li ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess u esperti bi kwalifik xierqa, maħtura mill-Bord tas-Superviżuri. Id-deċiżjonijiet proposti mill-panel lill-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adottati ▐ b'maġġoranza sempliċi, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi ta' voti minn Stati Membri li jipparteċipaw fl-MSU u minn Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-MSU. Barra minn hekk, sabiex jinżammu l-inċentivi neċessarji għall-integrazzjoni iktar mill-qrib tal-Istati Membri fi ħdan mekkaniżmu ta' superviżjoni uniku għall-Unjoni kollha, meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti domestiċi u dawk ospitanti, għandu jinżamm bilanċ fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma tiddgħajjifx il-kapaċità tal-Istati Membri ospitanti li japplikaw standards prudenzjali iktar stretti, b'mod partikolari meta l-entità fl-Istat Membru ospitanti tkun ta' importanza sistemika jew ta' daqs sistemiku.
(8) ▐ L-ABE għandha tiżviluppa regoli ta’ proċedura għall-panel li jiżguraw l-indipendenza u l-oġġettività tiegħu.
(9) Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u għandha tiġi żgurata rappreżentanza xierqa ta' Stati Membri li jipparteċipaw fl-MSU, Stati Membri li jkunu daħlu f'kooperazzjoni mill-qrib u Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-MSU.
(9a) Il-kap tal-Bord Maniġerjali għandu jkun differenti mill-kapijiet rispettivi tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF).
(9b) Meta r-regolamenti tal-ABE, l-AEAPX u l-AETS jiġu rieżaminati b’mod konġunt fl-2014, dan għandu jinkludi reviżjoni tal-kompożizzjoni tal-bord maniġerjali u valutazzjoni tan-neċessità u l-possibilità li jinħoloq korp Ewropew biex jikkontrolla mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tal-banek li jinkludi Fond Ewropew.
(10) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-ABE u rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri kollha, il-modalitajiet tal-votazzjoni, il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali, u l-kompożizzjoni tal-panel indipendenti u l-effikaċja tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ tilwim għandhom jiġu rieżaminati wara perjodu taż-żmien xieraq ta' sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies kwalunkwe esperjenza miksuba u żviluppi ulterjuri.
(10a) Meta ssir fużjoni ta’ skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożitu, dawn għandhom ikunu taħt is-superviżjoni ta’ kulleġġ ta’ superviżuri skont l-Artikolu 21.
(10b) L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern, b'mod partikolari billi tiżgura livell effikaċi ta' regolazzjoni u superviżjoni effiċjenti fl-UE. L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji, u l-protezzjoni tad-depożitaturi u tal-investituri. L-Awtorità għandha tipprevjeni wkoll l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija tal-UE, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-konsumaturi. F'konformità mal-prinċipju fundamentali tal-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati tal-UE, l-Awtorità għandha tirrispetta d-differenzi fil-kultura superviżorja adottata mill-awtoritajiet kompetenti. F'dan ir-rigward, l-ebda Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri m'għandu jsofri diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, bħala lok għal servizzi finanzjarji, la b'referenza ghall-munita tiegħu u lanqas mod ieħor. L-Awtorità għandha tikkunsidra l-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom b'mod effikaċi sabiex jiddeterminaw l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed fi kwalunkwe ċirkostanza partikolari. Il-kompiti tal-Awtorità għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-attività bankarja, tal-pagamenti u tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-flus elettroniċi, kif ukoll kwistjonijiet relatati dwar il-governanza korporattiva, il-verifika u r-rappurtar finanzjarju.
(10c) L-ABE għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, sabiex tkun tista' tissodisfa b'mod adegwat kwalunkwe kompitu addizzjonali assenjat lilha skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif stabbilita fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawn il-kompiti. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-aqwa standards ta' effiċjenza.
(11) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżgurar tal-ogħla livell ta’ implimentazzjoni effikaċi, konsistenti u ġusta ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali fl-Istati Membri kollha, il-protezzjoni tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament fl-ordni tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji u ż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.
(11a) Mekkaniżmu superviżorju uniku u effikaċi għall-Unjoni kollha għandu jinkludi mhux biss awtorità bis-setgħa li tfassal u tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti madwar l-Unjoni, ta’ ġabra unika tar-regoli, iżda wkoll l-eżekuzzjoni armonizzata min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-ġabra unika tar-regoli. Filwaqt li l-komponent BĊE tal-MSU jista’ jwettaq dan ir-rwol għal uħud mill-Istati Membri, mhuwiex fattibbli li jagħmel dan għal kulħadd minħabba li hemm ostakli istituzzjonali għall-iżgurar tat-trattament ugwali fir-rigward tal-parteċipanti li mhumiex fiż-żona tal-euro u possibilità ta' konflitt bejn il-politika monetarja taż-żona tal-euro u l-politika ta' superviżjoni applikabbli għall-Unjoni kollha. Għaldaqstant, l-eżekuzzjoni armonizzata ta’ korp superviżorju uniku tista’ tinkiseb biss b’mezzi oħrajn. Huwa essenzjali li, meta jkun hemm kunflitt bejn il-politika monetarja taż-żona tal-euro u l-politika superviżorja tal-Unjoni kollha kemm hi, ir-rekwiżiti tal-politika monetarja taż-żona tal-euro ma jiġux imposti fuq pajjiżi li mhumiex parti miż-żona tal-euro meta dan ikun ta' ħsara għall-politika monetarja tagħhom. Analiżi ta' tali kunflitt ma tistax issir biss mill-BĊE, iżda trid tiġi riferita, fost l-oħrajn, lill-BERS. Il-politika monetarja tal-BĊE trid titwettaq b'mod indipendenti.
(11b) Minħabba l-ħtieġa li jkun jista’ jissorvelja swieq u istituzzjonijiet kumplessi ħafna u interkonnessi, inklużi konglomerati, ħaġa li teħtieġ skambji mill-qrib u ta’ kuljum, huwa importanti li l-bord Superviżorju, l-ABE u l-AEAPX ikunu jinsabu fi Frankfurt am Main fejn għandu s-sede tiegħu l-BĊE.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
-1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. L-Awtorità għandha taġixxi fil-qafas tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, id-Direttiva 94/19/KE u, sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-qafas tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, id-Direttiva 2007/64/KE u d-Direttiva 2009/110/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor legalment vinkolanti tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità."
(b) fil-paragrafu 5, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt b:
"(ba) tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-Unità Superviżorja tal-Bank Ċentrali Ewropew fis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji;
(c) fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2, tkattar il-konverġenza superviżorja, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-għan tal-Awtorità."
(d) fil-paragrafu 5, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
"Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament u b’mod mhux diskriminatorju fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha:
(a) tikkunsidra l-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom b'mod effikaċi sabiex jiddeterminaw l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed fi kwalunkwe ċirkostanza partikolari;
(b) tikkunsidra n-natura internazzjonali tas-servizzi finanzjarji u x-xewqa li tinżamm il-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni."
-1a. Fl-Artikolu 2(2) għandu jiżdied il-punt li ġej wara l-punt f:
"(fa) il-Bank Ċentrali Ewropew bħala awtorità kompetenti għas-superviżjoni prudenzjali fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU)."
-1b. L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 3
"Ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet
L-Awtoritajiet li flimkien jiffurmaw is-SESF imsemmija fl-Artikolu 2(2) (a) sa (d) kif ukoll, fir-rigward tal-kompiti konferiti lilha bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru.../... [127(6) TFUE Regolament tal-Kunsill], il-BĊE, għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji msemmija fl-Artikolu 2(2)(f), l-ewwel paragrafu għandu japplika bla ħsara għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-parlamenti nazzjonali.
Fir-rigward tal-Bank Ċentrali Ewropew, dan għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 130 TFUE, u għal kwistjonijiet relatati mal-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru.../... [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] biss."
1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(1) "istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser "istituzzjonijiet ta’ kreditu" kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, "kumpaniji tal-investiment" kif definit fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE, u "konglomerati finanzjarji" kif definit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE u "skemi ta’ garanzija ta’ depożitu" rikonoxxuti uffiċjalment b’konformità mad-Direttiva 94/19/KEE, ħlief li, fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, "istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif definit rispettivament, fl-Artikolu 3(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva;"
(b) fil-punt 2, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(i) Awtoritajiet kompetenti kif definit fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, inkluż il-BĊE għal kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/…*[127(6) TFUE Regolament tal-Kunsill], fid-Direttiva 2007/64/KE, u kif imsemmi fid-Direttiva 2009/110/KE. "
1a. L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 7
Sede
L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt am Main."
1b. L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
(a) li tistabbilixxi standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni u deċiżjonijiet oħrajn li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);
(aa) li tiżgura l-implimentazzjoni ta’ ġabra unika tar-regoli ta’ superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji kollha fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fl-Unjoni;
(ab) li tiżviluppa u taġġorna, filwaqt li tikkunsidra l-prattiki kummerċjali u l-istrutturi tas-suq li qed jinbidlu, Ġabra Unika tar-Regoli ta’ Superviżjoni madwar l-Unjoni kollha bil-qalba ta’ metodoloġiji u proċessi sabiex jiġu identifikati u mkejla r-riskji fil-banek;
(b) li tinforza l-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b’mod partikolari billi tistabbilixxi kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, twettaq medjazzjoni u tirriżolvi n-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
(c) li tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
(d) li tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;
(e) li torganizza u twettaq analiżi tar-reviżjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti,inkluż il-ħruġ ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f’eżiti superviżorji;
(f) li timmonitorja u tevalwa żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha, inkluż fejn adegwat xejriet fil-kreditu, partikolarment, għall-familji u l-SMEs;
(g) li twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;
(h) li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;
(i) li tiżgura l-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-depożituri u l-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ strumenti ta’ finanzjament adegwati, konformement mal-Artikoli 21 sa 26;
(j) li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;
(k) li tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku;
(ka) li tippromwovi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-ġestjoni ta’ kriżijiet li jikkonċernaw istituzzjonijiet transkonfinali li jkollhom il-potenzjal li joħolqu riskju sistemiku;
(kb) li tikkunsidra n-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u r-riskji inerenti fil-mudelli kummerċjali u żżomm in-natura pluralistika tal-industrija bankarja Ewropea u tirrispetta b’mod speċjali l-mudell kummerċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ż-żgħar fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament."
(b) fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Fit-tħadddim tas-setgħat imsemmija f'dan il-paragrafu u fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tikkunsidra debitament il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi r-riżultati tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ġġenerati f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament."
1c. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"4. L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tal-Awtorità, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u jiġu pprovduti pariri lill-Awtorità biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni."
(b) fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"5. L-Awtorità tista' tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament ċerti tipi ta' attivitajiet finanzjarji li ma jidħlux fil-mandat tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u li jkunu ta' theddida għall-operat ordnat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni fil-każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun meħtieġ, fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza konformement ma' u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18."
(c) fil-paragrafu 5, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
"L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attività finanzjarja, u fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni u lill-Unità Superviżorja tal-Bank Ċentrali Ewropew sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni."
1d. Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. L-Awtorità, bl-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Unità Superviżorja tal-BĊE u lil awtoritajiet kompetenti jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-Unjoni Ewropea."
1e. L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. L-Awtorità tista’ tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. Tali rakkomandazzjoni għandha tinkludi skadenza biex l-awtorità tikkonforma mar-rakkomandazzjoni. Ħlief f’każijiet ta’ urġenza, l-iskadenza m’għandhiex tkun inqas minn għaxart ijiem minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi r-rakkomandazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni."
(b) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità."
2. L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità għandha tiffaċilita b’mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti.
Bil-għan li tkun tista’ twettaq dak ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa ▐ fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.
(aa) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-Kunsill jew il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-BERS u, fejn xieraq, l-ASE, jistgħu jadottaw deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, wara talba mill-Awtorità, l-Unità Superviżorja tal-Bank Ċentrali Ewropew jew il-BERS, jew fuq inizjattiva proprja. Il-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jeżamina dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa u mill-inqas darba fix-xahar. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx fi tmiem perjodu ta’ xahar, hija għandha tiskadi awtomatikament. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jiddikjaraw il-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi kwalunkwe ħin.
Meta l-BERS jew l-Awtorità jqisu li tista’ tinqala' sitwazzjoni ta’ emerġenza, huma għandhom joħorġu rakkomandazzjoni kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jipprovduhom b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Imbagħad, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk hemmx bżonn li ssir laqgħa. F’dak il-proċess, għandha tiġi garantita l-attenzjoni xierqa fir-rigward tal-kunfidenzjalità.
Jekk il-Kunsill jew il-Kummissjoni jiddeterminaw l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huma għandhom jinformaw b’mod xieraq lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien."
(ab) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta l-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali meta azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġislazzjoni."
(b) il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3:
"3a. Meta l-Awtorità titlob lil awtorità kompetenti biex tieħu l-azzjoni meħtieġa jew toqgħod lura milli tieħu azzjoni speċifika skont il-paragrafu 3, dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma magħha jew għandha tipprovdi fi żmien li ma jaqbiżx 48 siegħa ġustifikazzjoni adegwata lill-Awtorità għan-nonkonformità tagħha.” Din il-ġustifikazzjoni għandha titqiegħed mingħajr dewmien għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikun hemm trasparenza akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet."
(ba) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"4. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-awtorità msemmija fil-paragrafi 3 u 3a fil-perijodu stipulat f’dik id-deċiżjoni, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) inkluż fi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġislazzjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika. Dan għandu japplika biss f'sitwazzjonijiet fejn awtorità kompetenti ma tapplikax l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta' implimentazzjoni adottati f'konformità ma' dawk l-atti, jew tapplikahom b'mod li jidher li jkun ksur evidenti ta' dawk l-atti, u meta r-rimedjar urġenti jkun meħtieġ sabiex jitreġġgħu lura l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni."
3. Fl-Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17, meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew in-nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti oħra f'każijiet speċifikati fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew aktar, għandha tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu."
3a. L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 20:
"Artikolu 20a
Il-Konverġenza tal-Pilastru 2
L-Awtorità għandha tiżgura li l-proċess ta' rieżami u valutazzjoni superviżorji, ("Pilastru 2") li skontu l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw ir-rekwiżiti ogħla tagħhom dwar il-fondi skont id-Direttiva .../...UE [CRD4], ikun konverġenti kif meħtieġ sabiex fl-Unjoni jiddaħħlu standards superviżorji b'saħħithom."
3b. L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-Awtorità għandha tiżgura l-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u trawwem il-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bl-għan li ssir konverġenza bejn l-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar."
(b) fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"2. L-Awtorità tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess tieħu t-tmexxija tal-kulleġġi tas-superviżuri għal istituzzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tar-riskju sistemiku maħluq minn istituzzjonijiet finanzjarji msemmi fl-Artikolu 23."
3c. Fl-Artikolu 22, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:
"1a. L-Awtorità għandha twettaq tal-inqas darba fis-sena testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 u tipprovdi żvelar xieraq tar-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanti."
3d. Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. L-Awtorità għandha tiużgura li jiġu żviluppati pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni effikaċi u konsistenti għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u li jinżammu aġġornati. L-Awtorità għandha wkoll, jekk ikun xieraq u previst fil-leġislazzjoni tal-UE, tgħin fl-iżvilupp ta’ proċeduri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u fl-iżvilupp ta’ miżuri preventivi biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe falliment."
3e. Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sistema Ewropea ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti billi taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha f’dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 94/19/KE bil-għan li jiġi żgurat li l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti kollha jkunu ffinanzjati b’mod adegwat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet finanzjarji inkluż minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u li jieħdu depożiti fi ħdan l-Unjoni iżda li jkollhom il-kwartieri ġenerali barra l-Unjoni kif tipprevedi d-Direttiva 94/19/KE u li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożituri kollha f’qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li tħalli r-rwol ta’ salvagwardja tal-iskemi ta’ garanzija reċiproka intatti, sakemm ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni."
3f. Fl-Artikolu 27(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"2. L-Awtorità għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ sistema ta’ mekkaniżmi ta' finanzjament koerenti, robusti u kredibbli, bi strumenti ta’ finanzjament adatti relatati ma’ sett ta’ arranġamenti kkoordinati għall-ġestjoni ta’ kriżijiet nazzjonali jew multinazzjonali."
3g. L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
"(b) il-promozzjoni ta' skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(c) il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji ta’ kwalità għolja u uniformi, fosthom standards ta' żvelar u ta' rapportar;"
(b) fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Għal dan l-għan, l-Awtorità għandha toħroġ manwal superviżorju Ewropew sabiex tidentifika l-prattiki li għandhom jitqiesu tal-ogħla kwalità fir-rigward tal-metodoloġiji u l-proċessi superviżorji."
3h. L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Abbażi ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16. F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistinkaw biex isegwu dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Meta tkun qed tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 10 sa 15, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari u kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha biex tiżgura konverġenza tal-istandards u l-prattiki tal-ogħla kwalità."
(b) il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3:
"3a. L-Awtorità għandha tindirizza opinjoni lill-Kummissjoni kull meta r-reviżjoni bejn il-pari u kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha juru li jkun hemm bżonn ta’ inizjattiva leġislattiva biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni sħiħa tad-definizzjonijiet u r-regoli prudenzjali. L-opinjoni għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri."
3i. Fl-Artikolu 31, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"L-Awtorità għandha tippromwovi rispons ikkoordinat tal-Unjoni, fost l-oħrajn, billi:
(a) tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(b) tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u tivverifika, kull meta jkun possibbli, l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;
(c) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, twettaq medjazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(d) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ emerġenza;
(e) tieħu l-miżuri kollha adatti f’każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb tal-koordinament ta’ azzjonijiet neċessarji;
(f) tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal għand l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 21 u 35 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra;
(fa) tistabbilixxi sottokumitati għall-bord tas-superviżuri fejn jitqies neċessarju;
(fb) tippubblika manwal ta’ superviżjoni Ewropew uniku."
3j. L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"2. L-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:
(a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni;
(b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
(c) metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq istituzzjoni; u
(ca) f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-assi skont kif jitqies neċessarju għall-fini tat-testijiet tal-istress."
(b) il-paragrafi li ġejjin jiddaħlu wara l-paragrafu 3:
"3a. Sabiex isir l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju fl-Unjoni kollha kif deskritt f’dan l-Artikolu, l-Awtorità tista’ tirrikjedi l-informazzjoni meħtieġa kollha direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Matul l-eżerċizzju, l-Awtorità tista’ tinteraġixxi direttament mal-istituzzjonijiet finanzjarji, titlobhom informazzjoni direttament u tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu reviżjonijiet speċifiċi, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, filwaqt li tiġi prevista wkoll il-parteċipazzjoni tal-Awtorità, biex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati. L-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mat-talbiet tal-Awtorità."
"3b. Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jordnaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3a skont kriterji speċifiċi stabbiliti mill-Awtorità."
4. L-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa f’formati speċifikati sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament, dejjem jekk ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti ▌. L-informazzjoni għandha tkun preċiża, integrali, kompluta u f'waqtha.
2. L-Awtorità tista' wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati jew mudelli komparabbli approvati mill-Awtorità. Tali talbiet għandhom, fejn possibbli, isiru bl-użu ta’ formati komuni ta’ rapportar.
3. Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali u fl-Artikolu 70.”
4. Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.
5. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax f’waqtha mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tista’ tindirizza talba lil awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.
6. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax f’waqtha, l-Awtorità tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew deċiżjoni tirrikjedi informazzjoni minn:
- istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti,
- kumpaniji azzjonarji u/jew il-fergħat ta' istituzzjoni finanzjarja rilevanti,
- entitajiet operattivi mhux regolati fi ħdan grupp jew konglomerat finanzjarju li jkunu sinifikanti għall-attivitajiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti,
- persuni involuti fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti,
- awdituri, aġenziji tal-ikklassifikar tal-kreditu, infrastrutturi finanzjarji u kwalunkwe parti terza oħra li pprovdew servizzi jew li lilhom l-istituzzjonijiet finanzjarji esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali.
Dawk indirizzati b’tali talba għandhom jipprovdu lill-Awtorità informazzjoni ċara, preċiża u kompluta fil-pront u bla dewmien bla bżonn.
L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f’konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 5.
Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.
7. L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.
7a. Sabiex tirċievi l-informazzjoni neċessarja biex twettaq il-kompiti kkonferiti lilha, l-Awtorità tista’ twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji kollha tal-persuni msemmija fil-paragrafu 6. Għal dak l-għan, l-Awtorità tista’ tirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti, teżamina l-kotba u r-reġistri, tieħu kopji tal-kotba u r-reġistri u tikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali. Meta dawk indirizzati bi kwalunkwe talba għal informazzjoni skont dan l-Artikolu jostakolaw it-twettiq tal-investigazzjoni, l-Istat Membru, fejn ikunu jinsabu l-bini jew il-persuni rilevanti, għandu jagħti l-assistenza neċessarja inkluż l-aċċess mill-Awtorità għall-bini kummerċjali."
4a. L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 4 it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan."
(b) fil-paragrafu 5 it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Kunsill u lill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Meta l-awtorità kompetenti tinforma lill-Kunsill u lill-BERS, hija għandha tinforma wkoll lill-Kummissjoni."
4b. L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa’ fuq inizjattiva tiegħu stess kull meta jitqies neċessarju, iżda mill-anqas erba’ darbiet fis-sena."
(b) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"4. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali kif stabbilit fl-Artikolu 70 u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Tali kumpens għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont l-Anness V, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla."
4c. Fl-Artikolu 38, il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-paragrafu 5:
"5a. Dan l-Artikolu mhuwiex applikabbli għall-Istati Membri li huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru …/… [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE].
5b. Meta deċiżjoni tal-Awtorità tiġi revokata mill-Kunsill, l-Awtorità tista' tieħu l-kaz quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea."
4d. Fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f’dan ir-Regolament u fejn ikun possibbli, l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(3)."
4e. Fl-Artikolu 40(1), il-punt d huwa ssostitwit b’dan li ġej:
"(d) rappreżentant wieħed tal-Bank Ċentrali Ewropew li jirrappreżenta l-attivitajiet tiegħu għajr dawk mogħtija lilu mir-Regolament (UE) Nru …/… [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE], li m'għandux ikollu vot;"
5. L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:
"1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkun jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u li la għandhom xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata.
Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.
Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas 5 membri tal-panel jivvutaw favur id-deċiżjoni."
(b) Il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:
"2. Għall-finijiet tal-Artikolu ▌19, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun jikkonsisti mill-President, żewġ esperti indipendenti kkwalifikati kif xieraq u tal-anqas żewġ membri tiegħu, li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu parti għan-nuqqas ta’ qbil u li ma jkollhom la xi interess fil-kunflitt u lanqas rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Jekk il-Bank Ċentrali Ewropew bħala awtorità kompetenti u Stat Membru li la huwa Stat Membru parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] u lanqas ma jkun daħal f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew skont dak ir-Regolament ikunu soġġetti għal proċess ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19, tal-anqas membru tal-panel indipendenti għandu jkun minn Stat Membru li la huwa Stat Membru parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [127(6) TFUE Regolament tal-Kunsill] u lanqas ma jkun daħal f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew skont dak ir-Regolament.
3. Il-membri tal-panels għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv b'konformità mal-Artikolu 42, u m'għandhomx ikunu f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess. . Il-panels għandhom jipproponu deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, skont il-proċeduri stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 44(1).
4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panels imsemmija fil-paragrafu 2, inklużi regoli li jimplimentaw ir-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu.”
▐
7. L-Artikolu 44(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.
Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) u l-Kapitolu VI u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali. Sakemm ħames Stati Membri jew aktar ma jkunux qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru .../...[li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] dik il-maġġoranza kkwalifikata għandha tinkludi tal-anqas nofs l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE kif ukoll tal-anqas nofs l-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE. Fi kwalunkwe każ, l-ebda "minoranza li timblokka" eventwali ma tista' tkun magħmula biss minn tliet awtoritajiet kompetenti jew anqas.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17 u 19, u permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata sakemm ma tiġix irrifjutata b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha. Sakemm ħames Stati Membri jew aktar ma jkunux qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru .../...[li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] dik il-maġġoranza sempliċi għandha tinkludi tal-anqas nofs l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE kif ukoll tal-anqas nofs l-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fil-mekkaniżmu superviżorju tal-BĊE. Fi kwalunkwe każ, l-ebda "minoranza li timblokka" eventwali ma tista' tkun magħmula biss minn tliet awtoritajiet kompetenti jew anqas.
Il-Membru tal-Bord li jkun il-Kap tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li huwa soġġett għad-deċiżjoni tal-panel m'għandux jivvota.
▐
Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-panel skont l-Artikolu 41(2), il-Bord tas-Superviżuri għandu jimmira għal kunsens. Fin-nuqqas ta’ kunsens, id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.”
8. L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri oħrajn maħtura mill-Parlament Ewropew wara seduta tal-kandidati maħtura mill-Kunsill minn fost persuni li r-reputazzjoni u l-esperjenza professjonali tagħhom fi kwistjonijiet bankarji huma rikonoxxuti. Il-lista tal-kandidati għandu tkun ibbilanċjata bejn is-sessi u differenti biżżejjed fir-rigward tal-għarfien u l-bilanċ ġeografiku."
(b) fil-paragrafu 1 it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“It-terminu tal-kariga tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak it-terminu jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun differenti biżżejjed fir-rigward tal-għarfien, il-bilanċ bejn is-sessi u l-bilanċ ġeografiku u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi tal-anqas żewġ rappreżentanti mill-Istati Membri li la jkunu Stati Membri parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] u lanqas ma jkunu għażlu l-parteċipazzjoni mal-BĊE skont dak ir-Regolament. Rappreżentant addizzjonali minn dawk l-Istati Membri għandu jiġi inkluż jekk in-numru tal-Istati Membri li la jkunu Stati Membri parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE] u lanqas ma jkunu għażlu l-parteċipazzjoni mal-iskema superviżorja tal-BĊE ikun anqas minn ħamsa. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni.”
8a. Fl-Artikolu 48, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:
"2a. F’sitwazzjoni ta' emerġenza, il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jiddelega ċerti setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjoni speċifikati lill-President. Ir-regoli li jikkonċernaw id-delega ta’ dawk is-setgħat u r-revoka ta’ tali delega għandhom jiġu stipulati fir-regoli ta’ proċedura adottati mill-Bord tas-Superviżuri."
8b. L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 53:
"Artikolu 53a
Il-President u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat li jkunu saru u l-ospitalità li jkunu rċevew. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament skont ir-regolamenti tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea."
8c. L-Artikolu 60(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"5. Il-Bord tal-Appell jista’ jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat, jew l-Awtorità għandha tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea."
8d. Fl-Artikolu 63, jitħassar il-paragrafu 7.
8e. L-Artikolu 81(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta’ skala pan-Ewropea u b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-Awtorità b’responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam. Ir-rapport għandu jiddetermina jekk l-Artikolu 114 TFUE bħala bażi legali ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità huwiex xieraq għal kull bidla futura fir-rwol tiegħu."
8f. L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 81:
"Artikolu 81a
Rieżami tal-impatt tal-MSU fuq il-fergħat u s-sussidjarji
"L-awtorità għandha tissorvelja mill-qrib l-impatt tal-MSU fuq il-fergħat u s-sussidjarji tal-bank u tirrapporta lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe xejra ta' tibdiliet. Ir-rapport għandu jingħata wkoll lill-awtoritajiet kompetenti."
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sal-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’:
(a) l-adegwatezza tal-modalitajiet tal-votazzjoni;
(b) il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali; ▐
(c) il-kompożizzjoni tal-panel indipendenti li jħejji d-deċiżjonijiet għall-finijiet tal-Artikoli 17 u 19 u
(ca) r-relazzjoni bejn l-ABE u l-MSU
Ir-rapport għandu jqis b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp fl-għadd ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew li l-awtoritajiet tagħhom daħlu f’kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 6 tar-Regolament …/… u għandu jeżamina jekk fid-dawl tat-tali żviluppi jkunux meħtieġa aktar aġġustamenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-ABE jittieħdu fl-interess taż-żamma u t-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji.
Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti ta’ akkumpanjament, inklużi, iżda mhux limitati għal kull tibdil meħtieġ tat-Trattat, jekk dan jitqies neċessarju.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
7.11.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
( COM(2012)0512 – C7‑0289/2012 – 2012/0244(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Meta l-kriżi finanzjarja nfirxet għall-Ewropa fl-2008, kien hemm 27 sistema regolatorja differenti għall-qasam bankarju, sistemi li kienu kollha bbażati fuq regoli nazzjonali u mekkaniżmi ta' salvataġġ nazzjonali. Kienet teżisti xi forma ta' koordinament Ewropew, imma kienet relatata mal-iskambji ta' informazzjoni u ma' proċeduri ta' koperazzjoni pjuttost informali. Dan ma kienx biżżejjed biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi tas-settur finanzjarju li l-Unjoni kellha tgħaddi minnha f'dawn l-aħħar snin. Ittieħdu l-ewwel passi biex jiġu affrontati dawn il-problemi, kemm permezz tal-introduzzjoni ta' regoli aktar stretti għas-servizzi finanzjarji, kif ukoll permezz tat-twaqqif ta' aġenziji ġodda għas-superviżjoni finanzjarja, fosthom l-Awtorità Bankarja Ewropea.
L-Awtorità Bankarja Ewropea twaqqfet fl-2011 biex tgħin fil-koordinament tal-ħidma tar-regolaturi nazzjonali u biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-UE. Però xorta, effettivament, is-sorveljanza tal-banek baqgħet prinċipalment f'idejn ir-regolaturi nazzjonali. L-ABE barra minn hekk tipprovdi konsulenza kkwalifikata għall-istituzzjonijiet tal-UE, wettqet is-"simulazzjoni ta' kriżi" bankarja u ssorveljat l-eżerċizzju attwali ta' rikapitalizzazzjoni għall-banek tal-UE.
Allavolja l-aġenziji għas-superviżjoni finanzjarja għadhom fil-fażi inizjali tagħhom u għad iridu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, f'Ġunju il-Kunsill Ewropew talab miżuri addizzjonali għat-tisħiħ tas-superviżjoni bankarja li ġew ippreżentati mill-Kummissjoni Ewropea f'Settembru. Għaldaqstant, fl-aħħar il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropej qed isegwu l-linja li ħa l-Parlament, li ilu jappella għal superviżjoni bankarja supranazzjonali sa mill-2002.
L-unjoni bankarja proposta għandha tbiddel il-mod kif jiġu sorveljati l-banek fiż-żona Euro peress li tistabbilixxi mekkaniżmu superviżorju uniku, li għandu jitwaqqaf fil-Bank Ċentrali Ewropew.
Waqt li tappoġġa mekkaniżmu superviżorju uniku għaż-żona Euro, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li l-Awtorità Bankarja Ewropew tkompli tissaħħaħ b'mod parallel sabiex jiġi żgurat li tiffunzjona kif suppost sabiex tapprofondixxi s-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tevita qasma bejn il-membri fiż-żona Euro u dawk li mhumiex fir-rigward tar-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju.
Sabiex l-Awtorità Bankarja Ewropea tkun kompletament funzjonali anke fl-unjoni bankarja l-ġdida, li hu kważi ċert li se żżidilha l-ammont ta' xogħol, hemm bżonn jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi baġitarji u umani.
Fil-kuntest usa' tal-proposti kollha tal-Kummissjoni għall-unjoni bankarja, ir-Rapporteur hi tal-opinjoni li s-sehem tal-baġit tal-BĊE li hu mbassar għall-attivitajiet superviżorji l-ġodda tiegħu għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet baġitarji, il-Parlament u l-Kunsill, peress li dawn il-kompiti mhumiex marbutin mad-dmir prinċipali tal-BĊE, li hu t-twettiq ta' politika monetarja indipendenti. Id-dispożizzjonijiet tat-trattat li jistipulaw li l-baġit tal-BĊE mhuwiex parti minn dak tal-Unjoni kienu intenzjonati biex jiżguraw l-indipendenza tal-BĊE rigward il-politika monetarja tiegħu. Il-funzjonijiet ġodda li huma fl-ambitu tas-suq intern għandhom għaldaqstant jiġu ttrattati f'termini baġitarji bħala parti mill-baġit tal-Unjoni u jiġu deċiżi b'dan il-mod.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba1 għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-baġit fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit; |
| _______________ |
| 1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1b. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tqis kompletament ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex ir-rekwiżiti f'termini ta' baġits u persunal tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tas-servizzi tal-Kummissjoni u possibilment tal-Bank Ċentrali Ewropew jiġu sodisfatti; |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1c. Ifakkar lill-Istat ospitanti dwar id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati u l-Anness tagħha, iffirmata fid-19 ta' Lulju 2012, b'mod partikulari l-paragrafi 8 u 9 tad-Dikjarazzjoni Konġunta; |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) L-ABE għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, sabiex tkun tista' tissodisfa b'mod adegwat kwalunkwe kompitu addizzjonali assenjat lilha skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif stabbilita fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawn il-kompiti. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jiġu sodisfatti l-aqwa standards ta' effiċjenza. |
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament (UE) Nru .../... li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu | |||
Referenzi | COM(2012)0512 – C7-0289/2012 – 2012/0244(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 22.10.2012 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 22.10.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Jutta Haug 26.9.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 27 2 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Alexander Alvaro, Peter Jahr, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Jens Nilsson | |||
27.11.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru…/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
( COM(2012)0512 – C7‑0289/2012 – 2012/0244(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Paulo Rangel
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Nhar it-12 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat pakkett proposti għat-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) li jinkludi:
·Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mal-kompiti ta' superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (il-proposta għal MSU); kif ukoll
·Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/… li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-proposta dwar l-ABE).
Il-proposta dwar l-ABE, imfassla biex ir-Regolament Nru 1093/2010 eżistenti li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) jiġi allinjat mal-qafas modifikat għas-superviżjoni bankarja, hi s-suġġett ta' din l-opinjoni.
Madankollu, l-għadd u l-firxa tal-emendi li għandhom jiġu introdotti għar-Regolament Nru 1093/2010 jiddependu fuq id-disinn konkret tal-mekkaniżmu superviżorju uniku u fuq ir-rwol li l-ABE għandu jiżvolġi fi ħdanu.
Għaldaqstant, iż-żewġ proposti għandhom jiġu kkunsidrati b'mod parallel u hu importanti li tingħata perspettiva globali dwar dan il-pakkett leġiżlattiv għas-superviżjoni bankarja.
Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u r-rwol tal-ABE
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali enfasizzat il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tevolvi u tiċċaqlaq lejn integrazzjoni ekonomika u politika aktar profonda.
F'dan il-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina, qed jiġi kkunsidrat li hu essenzjali li jiġi stabbilit qafas finanzjarju integrat – l-hekk imsejħa unjoni bankarja Ewropea – biex tiġi żgurata l-istabilità tas-sistema finanzjarja, biex titreġġa' lura l-kredibilità tas-settur u biex tiġi promossa s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.
Wieħed mill-elementi kruċjali tal-unjoni bankarja hu t-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU), ospitat mill-Bank Ċentrali Ewropew, li jkun ikopri ż-żona tal-euro u li jkun miftuħ għall-Istati Membri kollha li mhumiex fiż-żona tal-euro. L-għoti ta' kompiti superviżorji lill-BĊE se jkun ibbażat fuq l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jippermetti li l-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Bank Ċentrali Ewropew, "jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni tal-impriżi ta' assigurazzjoni".
Hemm bosta raġunijiet biex jitqies li l-BĊE għandu jkun l-istituzzjoni responsabbli għas-superviżjoni bankarja. Tabilħaqq, apparti l-fatt li t-TFUE, fl-Artikolu 127(6) tiegħu, jistipula li jistgħu jingħataw kompiti superviżorji lill-BĊE, aħna nemmnu li l-involviment tal-BĊE, meta titqies il-kompetenza qawwija tiegħu fir-rigward tal-istabilità finanzjarja, se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kredibilità u l-effikaċja tal-mekkaniżmu superviżorju integrat. Min-naħa l-oħra, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, il-banek ċentrali huma responsabbli għas-superviżjoni bankarja, u għaldaqstant, bħala parti mill-viżjoni fit-tul għal unjoni ekonomika u monetarja aktar b'saħħitha, hu importanti wkoll li nisfruttaw din l-opportunità biex ir-rwol tal-BĊE bħala bank ċentrali ta' vera jissaħħaħ. Barra minn hekk, meta nqabbluha mal-proposti għall-ħolqien futur ta' awtorità Ewropea ġdida responsabbli għas-superviżjoni bankarja, din is-soluzzjoni għandha l-vantaġġ li ma żżidx il-kumplessità tal-istruttura istituzzjonali tal-UE.
Madankollu, it-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku taħt il-patroċinju tal-Bank Ċentrali Ewropew joħloq xi dubji kostituzzjonali, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mas-sitwazzjoni tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro imma li jixtiequ jieħdu sehem fl-unjoni bankarja.
L-ewwel nett, peress li l-Artikolu 139 tat-TFUE jeskludi lill-Istati Membri li jkollhom deroga mill-applikazzjoni tal-Artikolu 132 tat-TFUE, jidher għalhekk li kwalunkwe att adottat mill-BĊE, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, jista' japplika biss għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, u għaldaqstant hu dubjuż jekk il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro hijiex kompletament kompatibbli mat-Trattat. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 6 tal-proposta għal MSU jistipula li l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro se jkunu jistgħu jidħlu f'kooperazzjoni superviżorja mill-qrib mal-BĊE, soġġetta għall-ilħuq ta' kundizzjonijiet speċifiċi. Dawn jinkludu l-impenn ta' dawk l-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' kwalunkwe miżura relatata mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE u jadottawha, kif ukoll l-obbligu li jadottaw atti ġuridiċi nazzjonali biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom jiġu obbligati jadottaw kwalunkwe miżura relatata mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE. Għaldaqstant qed jiġi stabbilit li s-sottomissjoni għall-atti adottati mill-BĊE hi waħda volontarja u dan hu kompletament konsistenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.
It-tieni problema għandha x'taqsam mal-involviment fil-proċess deċiżjonali min-naħa tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jagħżlu li jipparteċipaw.
F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-proposta għal MSU tipprevedi l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' dawn l-Istati Membri fl-attivitajiet tal-Bord Superviżorju mwaqqaf minn dan ir-Regolament għall-iżvolġiment tal-ippjanar u t-twettiq tal-kompiti tal-BĊE fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-kundizzjonijiet skont liema jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Bord Superviżorju huma stipulati fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kooperazzjoni mill-qrib u għandhom "jippermettu l-akbar involviment possibbli ta’ dawk ir-rappreżentanti filwaqt li jitqiesu l-limiti skont l-Istatut tal-SEBĊ u tal-BĊE, b’mod partikolari fir-rigward tal-integrità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu" (premessa 29).
Madankollu, skont it-Trattati attwali, il-Bord Superviżorju jista' jitfassal biss bħala korp li jkollu l-kompitu li jħejji s-superviżjoni bankarja imma mhux li jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwarha. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jibqa' responsabbli fl-aħħar mill-aħħar għad-deċiżjonijiet tiegħu u l-kompożizzjoni tiegħu ma tistax titbiddel permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja sabiex tinkludi l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro.
Sabiex jingħelbu dawn il-limitazzjonijiet, se jkun hemm bżonn li t-Trattat jinbidel fuq żmien medju. Emenda ta' dan it-tip għat-Trattat tista' tkun:
·dispożizzjoni ġdida li għandha tiddaħħal fl-Istatut tal-SEBĊ u tal-BĊE u li tistabbilixxi li l-Bord Superviżorju hu l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet fir-rigward tas-superviżjoni bankarja; jew
·modifika tal-Artikolu 283 tat-TFUE u l-Artikolu 10.1 tal-Istatut, li tipprevedi kompożizzjoni speċjali tal-Kunsill Governattiv, li fuqu huma rappreżentati l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, applikabbli fl-eżerċitar tas-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 127(6) tat-TFUE, bi qbil ma' dak li jiġri fil-funzjonament tal-ECOFIN u tal-Grupp tal-euro.
Sadattant u bħala soluzzjoni temporanja, l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom jingħataw parteċipazzjoni sħiħa u ndaqs fil-Bord Superviżorju, anke f'dak li jirrigwarda d-drittijiet ta' votazzjoni. Minn din il-prospettiva, hu importanti wkoll li jissaħħaħ, sal-livell massimu possibbli, ir-rwol tal-Bord Superviżorju, billi pereżempju jiġi previst obbligu biex il-Kunsill Governattiv jiġġustifika kull devjazzjoni mill-proposti u l-abbozzi ta' deċiżjonijiet imħejjijin mill-Bord Superviżorju.
Barra minn hekk, u għal darb'oħra biex tiġi preżervata l-integrità tas-suq finanzjarju uniku, l-ABE għandha tippreżerva r-rwol tagħha u żżomm is-setgħat u l-kompiti eżistenti tagħha: se tkompli tiżviluppa u tiżgura l-implimentazzjoni ta' ġabra unika ta' regoli li tkun applikabbli għall-Istati Membri kollha u se ssaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi. Apparti dan, l-ABE għandha issa tingħata l-kompitu li tħejji manwal ta’ superviżjoni uniku li jikkomplementa l-ġabra unika ta' regoli tal-UE u jiżgura l-konsistenza fis-superviżjoni bankarja. Għal dan il-għan, hu essenzjali li jiġi ggarantit li l-proċess deċiżjonali tal-ABE jibqa' wieħed ibbilanċjat u li l-BĊE jsir awtorità kompetenti konformi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Fil-fatt, meta jitqies il-fatt li hu impossibbli li l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u li jixtiequ jingħaqdu mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jingħataw sehem indaqs fid-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE, it-tneħħija tad-dispożizzjoni "kkonforma jew spjega" tista' tiġi kkunsidrata bħala soluzzjoni fuq żmien medju sakemm din il-problema titranġa permezz ta' tibdil tat-Trattat, sabiex tiġi żgurata pożizzjoni aktar ibbilanċjata għal dawn il-pajjiżi.
Minn prospettiva kostituzzjonali, għandhom jiġu indirizzati b'mod xieraq il-problemi tas-separazzjoni ċara bejn il-politika monetarja tal-BĊE u l-funzjonijiet superviżorji tiegħu u tal-obbligu demokratiku tas-superviżur uniku ġdid li jagħti rendikont ta' għemilu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-provvediment għal mekkaniżmu superviżorju uniku huwa l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Bankarja Ewropea, imsejsa fuq ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji u magħmula wkoll minn qafas komuni ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u ta’ riżoluzzjoni. | (2) B'segwitu għall-adozzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-provvediment għal mekkaniżmu superviżorju uniku, hu pass fundamentali biex jitkisser iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-pajjiżi sovrani u biex ikun hemm il-possibilità li l-banek jiġu rikapitalizzati b'mod dirett. Huwa wkoll l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Bankarja Ewropea, imsejsa fil-livell tal-UE fuq ġabra tassew unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji u li jeħtieġ tiġi kkomplementata minn mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u l-garanziji tad-depożiti tal-klijenti. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Sabiex jipprovdi għall-mekkaniżmu superviżorju uniku, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [127(6) Regolament] jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Stati Membri oħra jistgħu jidħlu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Skont dak ir-Regolament, il-BĊE għandu jikkoordina u jesprimi l-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti tal-BĊE. | (3) Sabiex jipprovdi għall-mekkaniżmu superviżorju uniku, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [127(6) Regolament] jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Stati Membri oħra jistgħu jidħlu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Skont dak ir-Regolament, il-BĊE għandu jikkoordina l-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti tal-BĊE u fejn dawk l-Istati Membri ikunu direttament involuti fil-kwistjoni kkonċernata. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-BĊE fis-settur bankarju għal parti mill-Istati Membri tal-Unjoni ma għandu bl-ebda mod ifixkel il-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-ABE wara dak il-konferiment. | (4) Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-BĊE fis-settur bankarju għal parti mill-Istati Membri tal-Unjoni ma għandu bl-ebda mod ifixkel il-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-ABE għandha tippreżerva r-rwol tagħha u żżomm is-setgħat u l-kompiti eżistenti kollha tagħha: għandha tkompli tiżviluppa u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġabra unika ta' regoli l tkun applikabbli għall-Istati Membri kollha u ssaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Sabiex tiżgura konsistenza fil-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi, l-ABE għandha tiżviluppa wkoll manwal ta’ superviżjoni uniku li jikkomplementa l-ġabra unika ta' regoli tal-UE.
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Meta wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-ABE, li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw f'ħidmietha bi drittijiet indaqs, ġiet stabbilita bil-għan li tiżviluppa l-ġabra unika ta' regoli u li tiżgura l-koerenza tal-prattiki superviżorji fi ħdan l-UE u, minħabba l-istabbiliment tal-mekkaniżmu superviżorju uniku fejn il-BĊE jiżvolġi rwol ta' tmexxija, l-ABE għandha bżonn tiġi attrezzata bi strumenti adegwati, li jippermettulha twettaq b'effiċjenza l-kompiti fdati lilha rigward l-integrità tas-suq uniku fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Fid-dawl tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../...[127(6) Regolament], l-ABE għandha tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha anke fir-rigward tal-BĊE. Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi eżistenti għas-soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil u azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jibqgħu effikaċi, għandu jkun hemm provvediment għal proċedura speċifika. B’mod partikolari, jekk il-BĊE ma jikkonformax ma’ azzjoni mill-ABE biex issolvi nuqqas ta’ qbil jew biex tindirizza sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandu jkun meħtieġ jispjega r-raġunijiet tiegħu. F’dak il-każ, kull meta, abbażi ta' rekwiżiti stabbiliti f'liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, l-ABE tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lill-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, għandha tagħmel hekk.
| (5) Fid-dawl tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../...[127(6) Regolament], l-ABE għandha tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha anke fir-rigward tal-BĊE bl-istess mod kif tagħmel fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Istati Membri kollha jitqiesu b’mod adegwat u biex l-ABE tkun tista’ tiffunzjona b’mod xieraq bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’ fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-modalitajiet tal-votazzjoni fil-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adattati, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-ABE b’maġġoranza sempliċi. | (6) Sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-Istati Membri kollha jitqiesu b’mod adegwat u biex l-ABE tkun tista’ tiffunzjona b’mod xieraq bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’ fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, hu essenzjali li tiġi żgurata rappreżentanza ġusta tal-Istati Membri kollha fil-proċess deċiżjonali tal-ABE. Il-modalitajiet tal-votazzjoni fil-Bord tas-Superviżuri għandhom jiġu adattati, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-ABE b’maġġoranza sempliċi. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "L-obbiligu tal-Awtoritajiet li jagħtu rendikont ta' għemilhom |
| L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) sa (d), kif ukoll il-BĊE meta jkun qed iwettaq il-kompiti superviżorji kkonferiti lilu mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [Regolament tal-Kunsill skont it-tifsira tal-Artikolu 127(6) tat-TFUE], għandhom ikunu obbligati jagħtu rendikont ta' għemilhom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill." |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-punt li ġej hu miżjud mal-Artikolu 8(2): |
| "(k) tiżviluppa u taġġorna, filwaqt li tikkunsidra l-prattiki kummerċjali u l-istrutturi tas-suq li dejjem jinbidlu, manwal ta' superviżjoni uniku madwar l-Unjoni kollha bil-qalba tal-metodoloġiji sabiex jiġu identifikati u mkejla r-riskji fil-banek, il-qafas biex jiġu vvalutati l-politiki tal-banek maħsuba biex jillimitaw dawn ir-risjki u l-kriterji biex jiġu definiti l-azzjonijiet korrettivi possibbli." |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1093/2010
Artikolu 18 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "3. Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żviluppi bħal dawn billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġislazzjoni." |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Regolament (UE) Nru 1093/2010
Artikolu 18 – paragrafu 3a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 3: | imħassar |
"3a. Meta l-Awtorità titlob lill-BĊE bħala awtorità kompetenti biex jieħu l-azzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3, il-BĊE għandu jikkonforma magħha jew għandu jipprovdi fi żmien li ma jaqbiżx 48 siegħa ġustifikazzjoni adegwata lill-Awtorità għan-nonkonformità tiegħu.” |
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 1093/2010
Artikolu 19 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17, meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti oħra f'każijiet speċifikati fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew aktar, tista' tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu. |
| F'każijiet speċifikati fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u fejn abbażi ta' kriterji oġġettivi jista' jkun determinat nuqqas ta' qbil bejn awtoritajiet kompetenti [...] differenti, l-Awtorità tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tassisti lill-awtoritajiet biex jiksbu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4." |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 1093/2010
Artikolu 19 – paragrafu 3a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fl-Artikolu 19 jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 3: | imħassar |
"3a. Meta l-Awtorità titlob lill-BĊE bħala awtorità kompetenti biex jieħu azzjoni speċifika jew biex iżomm lura milli jieħu azzjoni skont il-paragrafu 3, il-BĊE għandu jikkonforma magħha jew għandu jipprovdi fi żmien għaxart ijiem minn meta jirċievi t-talba ġustifikazzjoni adegwata lill-Awtorità għan-nonkonformità tiegħu.” |
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Fl-Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "2. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek inkluża Awtorità Ewropea li jkollha s-setgħa li tattiva fondi permezz ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Garanzija ta' Kontinġenza." |
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament (UE) Nru .../... li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu | |||
Referenzi | COM(2012)0512 – C7-0289/2012 – 2012/0244(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 22.10.2012 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFCO 22.10.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Paulo Rangel 19.11.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 9.10.2012 | 19.11.2012 | 26.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 27.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 1 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Andrew Henry William Brons, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, József Szájer, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Elmar Brok, Sylvie Guillaume, Helmut Scholz, György Schöpflin, Rainer Wieland | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Mirsky, Ramon Tremosa i Balcells | |||
ANNEX
ref. D(2012)57330
Ms Sharon Bowles
Chair
Committee on Economic and Monetary Affairs
BRUSSELS
Subject: Proposal for a regulation of the Council conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions ( COM(2012)0511 - 2012/0242(CNS) )
and
Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1093/2010 establishing a European Supervisory Authority (European Banking Authority) as regards its interaction with Council Regulation (EU) No…/… conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions ( COM(2012)0512 - 2012/0244(COD) )
Dear Chair,
On account of the tight schedule in your Committee, and following a proposal by the JURI rapporteur, Mr Sergio Cofferati, the Committee on Legal Affairs decided at its meeting of 10 October 2012 to issue an opinion to your Committee on the above proposals in letter form in order to draw attention to some of the key aspects of the Commission's proposals concerning new specific tasks of the European Central Bank relating to the supervision of credit institutions, and the modified tasks of the European Banking Authority as regards its interaction with the new functions of the European Central Bank.
The present opinion in letter form was drafted by Mr Sergio Cofferati and was adopted (unanimously by the Committee with 00 votes in favour and no abstentions[3]) on 6 November 2012.
The Committee on Legal Affairs calls on the Committee on Economic and Monetary Affairs, as the Committee responsible, to pay particular attention to the following points when drawing up its report on the Commission proposals:
·The Legal Basis
Following a cursory examination, the rapporteur is satisfied with the choice of the legal basis. Regarding the Proposal for a regulation of the Council conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions, Article 127 TFEU was chosen as legal basis. It defines the legislative procedure for conferring "specific tasks upon the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions and other financial institutions with the exception of insurance undertakings"; the Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1093/2010 establishing a European Supervisory Authority (European Banking Authority) is based on Article 114 TFEU, since it amends Regulation (EU) No 1093/2010 which was adopted under that same legal basis.
·The Single Supervisory Mechanism (SSM)
The Commission assigns the role of head of the Single Supervisory Mechanism to the ECB. However, clarification is required concerning the nature of the relationship between the ECB and national supervisors. In particular, the role of national supervisors in micro-supervision in their respective Member States should be defined in greater detail. A mechanism for the resolution of internal disputes between the European supervisory authority and the national supervisor should be established.
·Geographical Scope of the Proposals
It is important to encourage those Member States whose currency is not the Euro to join the new SSM with the same duties and rights as those Member States whose currency is the Euro. In that regard, it is necessary to move beyond mere 'association status', derived from a close cooperation with the ECB, and to allow for 'full membership' for Member States whose currency is not the Euro and who wish to join the SSM and the Banking Union framework.
·The Practical Scope of the Proposals
The Regulation should clearly identify the tasks to be carried out by the ECB and those to be carried out by the national supervisors. It must be highlighted that, the Commission is proposing that, to be effective, the SSM should ensure universal coverage, and that the ECB should be ultimately responsible for all aspects of the supervision of all banks. A system must be established which would allow for differentiation of the tasks of the ECB and of the national supervisors on the basis of the risk profile and market impact of the banks in question. This could take into account factors such as cross-border activities, structure and governance, business model and interconnectivity as well as the relative size and dimension of an institution to a market.
·Governance
Given its new role as Supervisory Authority, the governance of the ECB needs to be clarified. The ECB´s decision-making and administrative procedures relating to its monetary tasks must be clearly separated from those procedures relating to its new supervisory tasks. The membership of the Supervisory Board should reflect, faithfully and in a balanced manner, both those Member States whose currency is the Euro and those Member States whose currency is not the Euro.
·Accountability and Transparency
The ECB has to play its role in maintaining independence and transparency in its actions, with complete accountability to democratic institutions. When carrying out supervisory tasks, the ECB must be fully accountable, though a system of regular reporting, to the European Parliament. Consideration should be given to involving the European Parliament in the appointment of the supervisory board.
On behalf of the Committee on Legal Affairs, I would be grateful if your Committee would take these points into account in its further work.
Furthermore, the Committee on Legal Affairs decided at its meeting of 10 October 2012 that, should your Committee decide to postpone the vote scheduled on 28 November 2012, the Committee on Legal Affairs would then deliver an ordinary legislative opinion on the above proposals.
Yours sincerely,
Klaus-Heiner Lehne
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament (UE) Nru .../... li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu | |||
Referenzi | COM(2012)0512 – C7-0289/2012 – 2012/0244(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 12.9.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 22.10.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 22.10.2012 | JURI 22.10.2012 | AFCO 22.10.2012 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | JURI 18.9.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Sven Giegold 11.9.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 26.9.2012 | 22.10.2012 | 19.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 28.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 34 7 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Lajos Bokros, Philippe De Backer, Vicky Ford, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Sophia in ‘t Veld, Mojca Kleva, Marisa Matias, Gianni Pittella, Nils Torvalds | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Jan Kozłowski | |||
Data tat-tressiq | 3.12.2012 | |||