Dokument ta' sessjoni

 

A7-0397/2012

4.12.2012

***I

RAPPORT

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

( COM(2011)0876 – C7‑0026/2012 – 2011/0429(COD) )

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Richard Seeber

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

CONTENTS

Page

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  28

PROĊEDURA  32

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

( COM(2011)0876 – C7‑0026/2012 – 2011/0429(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0876 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0026/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ... [2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0397/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Kif stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika tal-Unjoni fuq l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju prekawzjonarju u fuq il-prinċipji li azzjonijiet preventivi għandhom jittieħdu, il-ħsara għall-ambjent trid, bħala prijorità, tkun ikkoreġuta fil-bidu u li minn iniġġes iħallas.

Ġustifikazzjoni

Għar-reviżjoni tal-lista tas-sustanzi prijoritarji, huwa importanti li wieħed jenfasizza l-Artikolu 191(2) li jistabbilixxi l-bażi għall-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent – kif kien sar fil-premessa 2 tad-Direttiva dwar l-EQS.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Attwalment it-trattament tal-ilma tal-wiċċ huwa proċess li jqum ħafna flus: jeħtieġ li jiġi stimolat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi tal-ilma, li jippermettu t-tisfija tal-ilma b’inqas spiża u iżjed effikaċi.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fit-tħejjija tal-politika tagħha dwar l-ambjent, l-Unjoni għandha tikkunsidra d-dejta xjentifika u teknika disponibbli, il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Unjoni, il-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali ta’ azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni b’mod ġenerali u l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni tagħha. Għandhom jiġu kkunsidrati fatturi xjentifiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi, inklużi kunsiderazzjonijiet dwar is-saħħa tal-bniedem fl-iżvilupp ta’ politika kosteffettiva u proporzjonata dwar it-tniġġis kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ, inkluż ir-reviżjoni tal-lista tas-sustanzi prijoritarji skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. Għal dan il-għan jeħtieġ li jkun applikat b'mod konsistenti l-prinċipju fundamentali ta' "min iniġġes iħallas" tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ħafna atti tal-Unjoni ġew adottati mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, li jikkostitwixxu miżuri ta’ kontroll tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva għal sustanzi ta' prijorità individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ protezzjoni ambjentali jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-oħra eżistenti tal-Unjoni. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti minflok l-istabbiliment ta’ kontrolli ġodda. L-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.

(6) Ħafna atti tal-Unjoni ġew adottati mill-adozzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, li jikkostitwixxu miżuri ta’ kontroll tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva għal sustanzi ta' prijorità individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ protezzjoni ambjentali jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-oħra eżistenti tal-Unjoni. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti minflok l-istabbiliment ta’ kontrolli ġodda, sakemm l-objettivi stipulati fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/60/KE jistgħu jintlaħqu b'mod effettiv fil-kuntest tal-istrumenti eżistenti. L-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-istrateġiji għall-kontroll tat-tniġġis kimiku tal-wiċċ tal-ilmijiet fis-sors, inkluż miżuri speċifiċi għas-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali1, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)2 jew id-Direttiva 2011/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem3, stabbiliti fil-kunsiderazzjoni ta’ fatturi soċjoekonomiċi, jistgħu jippermettu lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE b’mod ekonomikament, soċjalment u ambjentalment effettiv, filwaqt li jiġu evitati spejjeż sproporzjonati. Għalhekk, għandha tissaħħaħ il-koerenza bejn id-Direttiva 2000/60/KE, il-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq u leġiżlazzjoni oħra relevanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll mis-sors. Fejn ir-riżultat tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE u d-dejta ta’ monitoraġġ disponibbli juru li l-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri ma jilħqux l-istandards ta’ kwalità għal ċerti sustanzi ta’ prijorità jew l-għan tal-waqfien għal ċerti sustanzi perikolużi ta’ prijorità, għandha tittieħed azzjoni xierqa fil-livell tal-atti relevanti tal-Unjoni jew nazzjonali bil-għan li jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

__________________________

 

1 ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

 

2 ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

 

3 ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Is-sustanzi ta’ prijorità identifikati reċentement u l-EQS tagħhom, u wkoll l-EQS aġġornati għas-sustanzi ta’ prijorità eżistenti stabbiliti f’din id-Direttiva, għandhom jiġu kkunsidrati fil-programmi ta’ miżuri u pjanijiet tal-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar meta jmisshom jiġu riveduti u aġġornati skont l-iskadenzi stipulati, rispettivament, fl-Artikolu 11(8) u l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE. Għal-status kimiku tajjeb, l-EQS għandhom jiġu sodisfatti mit-tmiem taċ-ċiklu tal-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar korrispondenti ta’ sitt snin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE, li jinkludu inter alia dispożizzjonijiet għall-estenzjoni tal-iskadenza biex jintlaħaq status kimiku tajjeb jew il-kisba ta’ objettivi ambjentali inqas riġidi għal korpi speċifiċi tal-ilma fuq il-bażi ta’ spejjeż sproporzjonati u/jew ħtiġijiet soċjoekonomiċi, sakemm ma jkomplix isir aktar deterjorament fl-status tal-korpi tal-ilma affettwati.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat espliċitament li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS għas-sustanzi l-ġodda u l-EQS aġġornati għas-sustanzi eżistenti billi jibdew bl-aġġornament li jmiss tal-programmi ta’ miżuri u tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar li għandu jsir fl-2015, bl-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb fir-rigward ta’ dawn is-sustanzi sal-2021. Barra minn hekk, skadenzi estiżi jew objettivi inqas riġidi jistgħu jiġu ġustiikati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ fatturi soċjoekonomikċi.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) It-tniġġis tal-ilmijiet u l-ħamrija bir-residwi farmaċewtiċi hija problema ambjentali emerġenti. L-evalwazzjoni u l-kontroll attwali tar-riskju għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, tal-prodotti mediċinali, ma tipprovdix attenzjoni adegwata għall-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Studju li għaddej tal-Kummissjoni dwar ir-riskji tal-effetti ambjentali tal-prodotti mediċinali għandu għalhekk l-għan li jipprovdi analiżi tar-rilevanza tal-qafas leġiżlattiv attwali u l-effikaċja tiegħu għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-ambjent akkwatiku, u finalment l-identifikazzjoni ta’ miżuri possibbli sabiex tiġi indirizzata aħjar il-problema.

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura kwalità aħjar tal-ilma għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u bijodiversità. Is-sustanzi farmaċewtiċi li ġew prijoritizzati jiġu identifikati minħabba riskju sinifikanti li joħolqu għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, f’livell tal-Unjoni u mhux minħabba riskju għas-saħħa pubblika permezz tal-konsum dirett tal-bniedem. Il-miżuri ta’ kontroll li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-importanza terapewtika tas-sustanzi farmaċewtiċi u għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2001/83/KE.

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-monitoraġġ għandu jiġi adattat għall-iskala spazjali u temporali tal-varjazzjoni mistennija fil-konċentrazzjonijiet. Minħabba d-distribuzzjoni wiesgħa u ż-żminijiet twal tal-irkupru mistennija għas-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien, l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu n-numru ta’ siti ta’ monitoraġġ u/jew il-frekwenza tal-monitoraġġ għal dawk is-sustanzi, sakemm ikun disponibbli xenarju bażi ta’ monitoraġġ statistikament robust .

(14) Il-monitoraġġ għandu jiġi adattat għall-iskala spazjali u temporali tal-varjazzjoni mistennija fil-konċentrazzjonijiet. Minħabba d-distribuzzjoni wiesgħa u ż-żminijiet twal tal-irkupru mistennija għas-sustanzi li jaġixxu bħala PBTs li jinstabu kullimkien, l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu n-numru ta’ siti ta’ monitoraġġ u/jew il-frekwenza tal-monitoraġġ għal dawk is-sustanzi għal-livell minimu suffiċjenti għal analiżi affidabbli tat-tendenza fuq perjodu ta’ żmien twil, sakemm ikun disponibbli xenarju bażi ta’ monitoraġġ statistikament robust .

Ġustifikazzjoni

Huwa utli li tiġi speċifikata l-frekwenza minima tal-monitoraġġ li għandha tiġi applikata għal sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinstabu kullimkien.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ġdid biex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni ta’ monitoraġġ immirata ta’ kwalità għolja dwar il-konċentrazzjoni tas-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’attenzjoni fuq sustanzi li jniġġsu u sustanzi emerġenti li għalihom id-dejta ta’ monitoraġġ disponibbli mhijiex ta’ kwalità biżżejjed għall-iskop ta' valutazzjoni tar-riskju. Il-mekkaniżmu l-ġdid għandu jiffaċilita l-ġbir ta' dik l-informazzjoni matul il-baċini tax-xmajjar tal-Unjoni. Sabiex l-ispejjeż ta’ monitoraġġ jinżammu f'livelli raġonevoli, il-mekkaniżmu għandu jiffoka fuq numru limitat ta' sustanzi, inklużi temporanjament f'lista ta' sorveljanza, u numru limitat ta' siti ta' monitoraġġ, iżda jagħti dejta rappreżentattiva li hija xierqa għall-iskop tal-proċess ta’ prijoritizzazzjoni tal-Unjoni. Il-lista għandha tkun dinamika, sabiex twieġeb għal informazzjoni ġdida dwar ir-riskji potenzjali imposti mis-sustanzi li jniġġsu emerġenti u tevita l-monitoraġġ ta' sustanzi għal aktar żmien minn dak neċessarju.

(17) Hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ġdid biex jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni ta’ monitoraġġ immirata ta’ kwalità għolja dwar il-konċentrazzjoni tas-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’attenzjoni fuq sustanzi li jniġġsu u sustanzi emerġenti li għalihom id-dejta ta’ monitoraġġ disponibbli mhijiex ta’ kwalità biżżejjed għall-iskop ta' valutazzjoni tar-riskju. Il-mekkaniżmu l-ġdid għandu jiffaċilita l-ġbir ta' dik l-informazzjoni matul il-baċini tax-xmajjar tal-Unjoni u jikkumplimenta d-dejta ta’ monitoraġġ mill-programmi skont l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. Sabiex l-ispejjeż ta’ monitoraġġ jinżammu f'livelli raġonevoli, il-mekkaniżmu għandu jiffoka fuq numru limitat ta' sustanzi, inklużi temporanjament f'lista ta' sorveljanza, u numru limitat ta' siti ta' monitoraġġ, iżda jagħti dejta rappreżentattiva u statistikament sinifikanti li hija xierqa għall-iskop tal-proċess ta’ prijoritizzazzjoni tal-Unjoni. Il-lista għandha tkun dinamika u l-validità tagħha taż-żmien għandha tkun limitata, sabiex twieġeb għal informazzjoni ġdida dwar ir-riskji potenzjali imposti mis-sustanzi li jniġġsu emerġenti u tevita l-monitoraġġ ta' sustanzi għal aktar żmien minn dak neċessarju. Sustanza għandha titneħħa mil-lista ta’ sorveljanza jekk il-valutazzjoni tar-riskju b’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE turi li s-sustanza ma tkunx ta’ riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ status kimiku skont it-taqsima 1.4.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, għall-iskopijiet tal-ewwel aġġornament tal-programmi ta' miżuri u tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 11(8) u l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippreżentaw separatament l-impatt fuq l-istatus kimiku ta’ sustanzi ġodda ta’ prijorità u ta’ sustanzi eżistenti b’EQS aġġornati, sabiex l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ġodda ma tiġi ikkunsidrata bi żball bħala deterjorament tal-istatus kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ. Minbarra l-mappa obbligatorja li tkopri s-sustanzi kollha, jistgħu jiġu pprovduti żewġ mapep oħra, waħda tkopri biss is-sustanzi l-ġodda u s-sustanzi b’EQS aġġornati u oħra li tkopri sustanzi oħra.

Ġustifikazzjoni

Mapep li jippreżentaw l-istatus kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ ma għandhomx isiru ħomor (jiġifieri juru n-nuqqas li jinkiseb status tajjeb) sempliċement minħabba l-introduzzjoni ta’ sustanzi ġodda jew EQS aġġornati għal sustanzi eżistenti: L-Istati Membri, għalhekk, għandhom jitħallew jippreżentaw mapep separati għal dawn is-sustanzi għat-tul taċ-ċiklu li jmiss tal-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar, mill-2015 sal-2021.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Huwa importanti li informazzjoni f’waqtha u xierqa dwar l-istatus tal-ilmijiet tal-wiċċ Ewropej u dwar il-kisbiet tal-istrateġiji kontra t-tniġġis kimiku tiġi magħmula disponibbli lill-pubbliku ġenerali. Bil-ħsieb li jissaħħu l-aċċessibilità u t-trasparennza ta’ din l-informazzjoni, għandha tkun disponibbli f’kull Stat Membru websajt unika li tipprovdi informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar u r-reviżjonijiet u l-aġġornamenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu infurmati fil-ħin u b’mod komprensiv dwar l-istatus tal-ilmijiet tal-UE u l-kisbiet tal-istrateġiji stabbiliti kontra t-tniġġis kimiku. Opinjoni pubblika sensibilizzata u infurmata hija l-qofol għas-suċċess tal-politika tal-ilma.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Barra minn hekk, sabiex ittejjeb il-bażi tal-informazzjoni għall-identifikazzjoni fil-futur ta’ sustanzi ta’ prijorità, b’mod partikolari fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu emerġenti, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tfassal lista ta’ sorveljanza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(21) Barra minn hekk, sabiex ittejjeb il-bażi tal-informazzjoni għall-identifikazzjoni fil-futur ta’ sustanzi ta’ prijorità, b’mod partikolari fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu emerġenti, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta’ lista ta’ sorveljanza u ta’ metodi ta’ monitoraġġ użati għall-montoraġġ tas-sustanzi fuq din il-lista ta’ sorveljanza. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(Ara l-emenda għall-Premessa 23)

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ hija parti essenzjali tal-funzjonament tal-lista ta’ sorveljanza, u għalhekk għandu jsir permezz ta’ atti delegati aktar milli atti ta’ implimentazzjoni.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, tal-metodi ta’ monitoraġġ użati għall-monitoraġġ tas-sustanzi fuq il-lista ta’ sorveljanza u tal-formats ta’ rapportar għar-rapportar lill-Kummissjoni tad-dejta u l-informazzjoni ta’ monitoraġġ, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(23) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-formats ta’ rapportar għar-rapportar lill-Kummissjoni tad-dejta u l-informazzjoni ta’ monitoraġġ, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(Ara l-emenda għall-Premessa 21)

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘Livell naturali tal-isfond’ tfisser il-kompożizzjoni naturali tal-ilma safi li hija karatterizzata minn fatturi ambjentali (ħamrija, struttura, fatturi ġeokimiċi u fatturi oħra naturali bħall-vulkaniżmu, nirien naturali eċċ.).

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandhom jiġu kkunsidrati l-valuri naturali tal-isfond fid-determinazzjoni tal-EQS, bl-użu ta’ “approċċ ta’ riskju miżjud”.

Ġustifikazzjoni

Il-preżenza ta’ sustanzi permezz ta’ rilaxx naturali (valuri tal-isfond) għandha tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tal-eċċedenzi tal-EQS. Pereżempju, il-valuri tal-isfond li jinħolqu b’mod naturali tal-metalli minn sorsi ġeoġeniċi, l-idrokarburi poliaromatiċi (PAHs) min-nirien tal-foresti, eċċ., jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni tal-EQS fit-tifsira tal-“approċċ tar-riskju miżjud”. Inkella, is-sejbiet imsemmija mill-każijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jwasslu għal miżuri ta’ ġestjoni tal-ilma mill-awtoritajiet tal-infurzar.

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jippubliċizzaw fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz ta’ azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, ir-riżultati u l-impatt tal-miżuri adottati biex jiġi miġġieled it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, b’mod partikolari billi jiġi żgurat il-ħolqien ta’ websajt uniku li jipprovdi informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ ġestjoni aġġornati tal-baċini tax-xmajjar, u l-aċċess għalihom, magħmula b’konformità mal-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu infurmati fil-ħin u b’mod komprensiv dwar l-istatus tal-ilmijiet tal-UE u l-kisbiet tal-istrateġiji stabbiliti kontra t-tniġġis kimiku. Opinjoni pubblika sensibilizzata u infurmata hija l-qofol għas-suċċess tal-politika tal-ilma.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 3 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu żviluppati linji gwida tekniċi dwar il-kampjunar tal-bijota u l-monitoraġġ tas-sustanzi taħt il-proċess eżistenti ta’ implimentazjoni tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tindirizza n-nuqqas ta’ metodi standardizzati għall-kampjunar u l-analiżi ta’ sustanzi ġodda. L-iżvilupp ta’ standards għall-kampjunar u l-monitoraġġ tal-bijota għal kull sustanza huwa proċess twil u ta’ spiża. Fl-interess tal-effiċjenza, it-tnaqqis tal-ispejjeż u l-produzzjoni ta’ dejta komparabbli, il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri billi toħroġ gwida teknika taħt il-proċess ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2000/60/KE.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

‘Artikolu 5a

 

Koordinazzjoni u kontrolli

 

1. Għas-sustanzi ta’ prijorità li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ir-Regolament (KE) Nru 528/2012, id-Direttiva 2010/75/UE jew id-Direttiva 2001/83/KE, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tar-riżultat tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE stipulata fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, tevalwa jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi ta’ prijorità u l-għan tal-waqfien għas-sustanzi perikolużi ta’ prijorità skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sal-[...]* u wara dik id-data kull erba' snin.

 

3. Meta r-riżultati tar-rapport juru li miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE fir-rigward ta' sustanza partikulari, l-Istati Membri jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni, għandhom jirrevedu, jekk ikun il-każ, l-awtorizzazzjoni mogħtija għal dik is-sustanza partikulari skont il-leġiżlazzjoni relevanti. Fil-każ ta' sustanzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) sabiex tħejji dossier skont dak ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport, jekk ikun il-każ, bi proposti leġiżlattivi dwar miżuri ta' kontroll jew tieħu l-azzjoni xierqa fil-leġiżlazzjoni settorjali relevanti għall-kisba ta' standards ta' kwalità għas-sustanzi ta' prijorità u l-għan tal-waqfien għal sustanzi perikolużi ta’ prijorità skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

__________________________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 5

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jippreżentaw l-informazzjoni dwar l-istat kimiku separatament minn dik għall-bqija tas-sustanzi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, bla preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għal dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku ġenerali, u/jew

(a) iħejju mapep addizzjonali fil-format ta' distanza għall-objettiv (distance-to-target) li jippreżentaw l-informazzjoni dwar l-istat kimiku separatament minn dik għall-bqija tas-sustanzi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, bla preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għal dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku ġenerali, u/jew

Ġustifikazzjoni

Permezz tal-prinċipju "one out, all out" jiġu possibilment koperti sustanzi li jistgħu jiġu nnegozjati fil-livell tal-UE. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti mapep addizzjonali biex jirrappreżentaw l-istat kimiku ta’ kull waħda minn dawn is-sustanzi, li minnhom ikun ġie determinat livell eċċessiv tal-istandards tal-kwalità ambjentali li x'aktarx, madankollu, ma jkunux jistgħu jitnaqqsu aktar b’mod suffiċjenti la fil-livell nazzjonali u lanqas fil-livell Ewropew. Għal dawn il-mapep huwa propost format ta’ distanza għall-mira (distance-to-target).

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jimmonitorjaw b’mod inqas intensiv minn dak li hu meħtieġ għas-sustanzi ta’ prijorità skont l-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, sakemm il-monitoraġġ ikun wieħed rappreżentattiv u diġà tkun teżisti linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, li tkopri mill-inqas ċiklu wieħed tal-ippjanar tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ta’ sitt snin.

(b) jimmonitorjaw b’mod inqas intensiv minn dak li hu meħtieġ għas-sustanzi ta’ prijorità skont l-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, tal-inqas darba kull tliet snin sabiex jipprovdu biżżejjed dejta għal analiżi tat-tendenzi fuq perjodu twil b’konformità mal-Artikolu 3(6), sakemm il-monitoraġġ ikun wieħed rappreżentattiv u diġà tkun teżisti linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku, li tkopri mill-inqas ċiklu wieħed tal-ippjanar tal-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ta’ sitt snin.

Ġustifikazzjoni

Il-frekwenza minima tal-monitoraġġ li għandha tiġi applikata għal sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinstabu kullimkien għandha tiġi speċifikata b’mod ċar.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar id-dejta ta’ monitoraġġ minn madwar l-Unjoni sabiex tappoġġja l-eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni futuri skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar id-dejta ta’ monitoraġġ minn madwar l-Unjoni sabiex tappoġġja, flimkien ma’ dejta minn karatterizzazzjonijiet u programmi ta’ monitoraġġ skont l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni futuri skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi kwalunkwe ħin, il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha mhux aktar minn 25 sustanza jew grupp ta' sustanzi u għandha tindika l-matriċi ta' monitoraġġ għal kull sustanza. Is-sustanzi għandhom jintgħażlu minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jimponu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku. Fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta' sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli inkluż proġetti ta’ riċerka, il-karatterizzazzjoni u l-programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri taħt l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti, inkluż dik miġbura skont id-Direttivi 98/8/KE, 2001/82/KE u 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Fi kwalunkwe ħin, il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha mhux aktar minn 25 sustanza jew grupp ta' sustanzi u għandha tindika l-matriċi ta' monitoraġġ għal kull sustanza. Is-sustanzi għandhom jintgħażlu skont proċedura teknika trasparenti u kriterji oġġettivi relevanti minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jimponu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku u, għall-finijiet ta’ prijoritizzazzjoni, tkun disponibbli dejta ta’ monitoraġġ ta' kwalità għolja insuffiċjenti. Fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta' sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli inklużi r-riżultati tar-reviżjoni regolari l-aktar riċenti tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE stipulata fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, proġetti ta’ riċerka, il-karatterizzazzjoni u l-programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri taħt l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, rakkomandazzjonijiet mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2000/60/KE, u l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi, id-daqs tal-partikoli, il-konċentrazzjonijiet u l-preżenza naturali fl-ambjent u l-effetti, inkluż dik miġbura skont id-Direttivi 98/8/KE, 2001/82/KE u 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inklużi riżultati ta’ valutazzjonijiet robusti tar-riskji abbażi ta’ metodi analitiċi aċċettati b’mod wiesgħa u validati u dejta xjentifika minn studji avvanzati.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 dwar it-tfassil tal-lista ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 dwar it-tfassil tal-lista ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-inklużjoni u t-tneħħija ta' sustanzi mil-lista ta' sorveljanza u l-iffissar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tkun valida għal perjodu massimu ta’ erba' snin mid-data tal-adozzjoni tagħha, jew sakemm titfassal lista ġdida mill-Kummissjoni jekk dan isir qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba' snin. Meta tkun qed tfassal il-lista ta' sorveljanza l-ġdida, il-Kummissjoni għandha tneħħi minnha kull sustanza li dwarha jintwera li ma tkun tirrappreżenta ebda riskju sinifikanti lill-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 3 – nota ta' qiegħ il-paġna

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 12-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

1 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fi żmien 3 xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ sorveljanza.

4. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fi żmien sitt xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ sorveljanza.

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-inqas stazzjon wieħed għal kull, bħala medja, 15000 km2 ta’ erja ġeografika, b’minimu ta’ wieħed għal kull Stat Membru.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-inqas stazzjon ta’ monitoraġġ wieħed, kif ukoll stazzjon wieħed għal kull medja ta' 30 000 km2 ta’ erja ġeografika, kif ukoll stazzjon wieħed għall kull medja ta' 5 miljun abitant.

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-għażla tal-istazzjonijiet rappreżentattivi, tal-frekwenza tal-monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

Fl-għażla tal-istazzjonijiet rappreżentattivi, tal-frekwenza tal-monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darbtejn fis-sena.

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8b – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza u l-formati tekniċi għar-rapportar lill-Kummissjoni, tar-riżultati ta’ monitoraġġ u l-informazzjoni relatata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formati tekniċi għar-rapportar lill-Kummissjoni, tar-riżultati ta’ monitoraġġ u l-informazzjoni relatata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 8c

 

Regoli tranżitorji għall-informazzjoni pubblika u r-rekwiżiti ta’ rapportar

 

Għas-sustanzi li ġew assenjati n-numri 2, 15, 20, 22, 23, 34, 36, 38, 39, 40, 41, 42, 45, 46, 47 u 48 tal-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni dwar l-istatus kimiku separatament minn dik dwar l-istatus ta' sustanzi oħrajn fil-pjanijiet tal-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar b’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE; b'referenza għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V għal din id-Direttiva, f'dan il-każ l-istatus kimiku ġenerali għandu jiġi vvalutat u ppreżentat separatament. Dan għandu jkun bla ħsara għall-għanijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(6) ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6b (ġdid)

Direttiva 2008/105/KE

Artikolu 8d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

‘Artikolu 8d

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi farmaċewtiċi

 

Skont l-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn, tfassal strateġija kontra t-tniġġis tal-ilma mis-sustanzi farmaċewtiċi. L-istrateġija għandha tinkludi:

 

- proposti li jippermettu, sakemm ikun meħtieġ, li jitqiesu b'mod aktar effiċjenti l-impatti ambjentali tal-mediċini fil-proċedura għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali (Direttiva 2001/83/KE, Direttiva 2011/83/UE, Regolament (KE) Nru 726/2004);

 

- valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-preżenza ta' mediċini fl-ambjenti akkwatiċi u proposti biex dawn jitnaqqsu;

 

- informazzjoni li biha jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-kost-effettività tal-miżuri proposti.

 

Sabiex tfassal l-istrateġija msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tuża l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Rigward il-punti 1, 2, 5, 9 u 10 tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet għall-ewwel darba għar-reviżjoni u l-aġġornament tal-programmi ta’ miżuri u l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 11(8) u l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat espliċitament li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS għas-sustanzi l-ġodda u l-EQS aġġornati għas-sustanzi eżistenti billi jibdew bl-aġġornament li jmiss tal-programmi ta’ miżuri u tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar li għandu jsir fl-2015, bl-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb fir-rigward ta’ dawn is-sustanzi sal-2021.

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Anness II – tabella – ringieli 46, 47 u 48

Direttiva 2008/105/KE

Anness I – tabella – ringieli 46, 47 u 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

(46)

17alfa-etinlestradjol

57-63-6

3,5 10-5

7 10-6

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

(47)

17beta-estradjol

50-28-2

4 10-4

8 10-5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

(48)

Diklofenak

15307-79-6

0,1

0,01

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

 

Emenda

(46)

17alfa-etinlestradjol1

57-63-6

–

–

–

–

–

(47)

17beta-estradjol1

50-28-2

–

–

–

–

–

(48)

Diklofenak1

15307-79-6

–

–

–

–

–

___________________

1 L-EQS għal dawn is-sustanzi għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tal-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità b’konformità mal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawn l-EQS għandhom jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni sussegwenti tal-programmi ta’ miżuri u l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar b’konformità mal-Artikolu 11(8) u l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, bl-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ għal dawn is-sustanzi sa tmiem iċ-ċiklu tal-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar korrispondenti ta’ sitt snin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2000/60/KE, għal dawn is-sustanzi d-data msemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2000/60/KE għandha tkun is-27 ta’ Diċembru 2016.

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

It-tniġġis kimiku huwa fost il-kawżi tal-pressjoni li dejjem qed tiżdied fuq l-ambjent akkwatiku u d-disponibilità u l-kwalità ta’ ilma nadif u mingħajr danni għas-soċjetà tagħna: l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi kkontrollat it-tniġġis kimiku huwa għalhekk aspett ċentrali ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma.

 

It-tniġġis tal-ilma huwa wkoll waħda mill-preokkupazzjonijiet ambjentali espressi miċ-ċittadini tal-UE: Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, il-Parlament Ewropew innota li “skont stħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Marzu 2012, 68 % tal-Ewropej jaħsbu li l-problemi dwar il-kwantità u l-kwalità tal-ilma huma serji, 80 % jemmnu li t-tniġġis kimiku huwa theddida għall-ambjent tal-ilma, 62 % jħossu li mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-problemi li jistgħu jaffettwaw l-ilma ta’ taħt l-art, il-lagi, ix-xmajjar u l-ilmijiet kostali ta’ pajjiżhom, 67 % jaħsbu li l-iktar mod effettiv biex jiġu trattati l-problemi dwar l-ilma huwa żieda fil-kuxjenza dwar il-problemi relatati mal-ilma, u 73 % jaħsbu li l-UE għandha tipproponi miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi dwar l-ilma fl-Ewropa.”

 

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD), adottata fl-2000, tassumi approċċ integrat għall-politika tal-ilma li jiffoka fuq il-ġestjoni tal-ilma fil-livell tal-baċini tax-xmajjar, u tistabbilixxi mira għas-sostenibilità f’termini ta’ “status tajjeb” ekoloġiku, kimiku u kwantitattiv, li għandu jintlaħaq mill-korpi tal-ilma Ewropej sal-2015. B’mod parikolari, id-WFD tistabbilixxi strateġiji kontra t-tniġġis.

 

F’dan il-kuntest, id-Direttiva tidentifika lista ta’ sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma, li huma sustanzi kimiċi li jippreżentaw riskju sinifikanti lill-ambjent akkwatiku jew permezz tal-ambjent akkwatiku fil-livell tal-UE. Sabiex jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ, il-korpi tal-ilma għandhom jissodisfaw l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali (EQS) stabbiliti għal dawn is-sustanzi. L-aktar perikolużi fost dawn is-sustanzi huma identifikati bħala sustanzi perikolużi ta’ prijorità (PHS) minħabba l-persistenza, il-bijoakkumulazzjoni u/jew it-tossiċità tagħhom. Il-miżuri adottati fil-kuntest tad-WFD jimmiraw lejn it-tnaqqis progressiv ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi ta’ prijorità fl-ambjent akkwatiku jew fil-każ ta’ PHS, il-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tagħhom.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni temenda d-WFD, u d-Direttiva dwar l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali, biex taġġorna l-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif jirrikjedi d-WFD mill-inqas kull erba’ snin. Il-proposta:

-iżżid 15-il sustanza ta’ prijorità fil-lista, li sitta minnhom huma mmarkati bħala PHS;

-tirrevedi l-EQS għal seba’ sustanzi ta’ prijorità eżistenti;

-tidentifika żewġ sustanzi ta’ prijorità eżistenti bħala PHS;

-tintroduċi r-rekwiżit li titkejjel il-konċentrazzjoni ta’ diversi sustanzi fil-bijota, jiġifieri f’organiżmi akkwatiċi bħall-ħut jew il-krustaċji;

-tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward sustanzi li jaġixxu bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinstabu kullimkien (PBT li jinsabu kullimkien);

-tinkludi mekkaniżmu ġdid ta’ lista ta’ sorveljanza bil-ħsieb li jimmonitorja sustanzi ta’ tħassib potenzjali biex tinġabar dejta bil-ħsieb ta’ eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni fil-ġejjieni.

 

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u jemmen li numru ta’ modifiki jagħmlu d-Direttiva iktar ċara, iktar effettiva fil-konfront tal-kisba ta' “status tajjeb” mal-ilmijiet kollha tal-wiċċ fl-UE, kif ukoll iktar faċli għall-implimentazzjoni għall-Istati Membri. Il-punti prinċipali indirizzati mill-emendi huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

 

Sustanzi ta’ prijorità ġodda

 

Il-proposta żżid 15-il sustanza kimika fil-lista ta’ 33 sustanza li jniġġsu, li huma mmonitorjati u kkontrollati fl-ilmijiet tal-wiċċ tal-UE, inkluż sustanzi kimiċi industrijali, bijoċidi, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u, għall-ewwel darba, tliet sustanzi ta’ relevanza farmaċewtika. Dawn is-sustanzi ntagħżlu fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika li jistgħu jippreżentaw riskju sinifikanti.

 

L-ewwel nett, ir-rapporteur jemmen li l-ebda sustanza addizzjonali ġdida ma għandha tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità. Għalkemm iż-żieda u t-tneħħija ta’ sustanzi hija b’mod innegabbli l-prerogattiva tal-koleġiżlaturi, huwa importanti li jiġu rispettati l-integrità xjentifika u t-trasparenza tal-proċess ta’ prijoritizzazzjoni teknika li tkun segwiet il-Kummissjoni.

 

Ir-Rapporteur huwa pjuttost imħasseb dwar l-inklużjoni ta’ tliet sustanzi ta’ relevanza farmaċewtika fil-lista: L-ormon naturali 17 Beta-estradjol u l-ormon sintetiku 17 Alfa-ethinlestradjol, li t-tnejn li huma għandhom proprjetajiet li jinterferixxu mas-sistema endokrinali, u l-mediċina mhux sterojdali u antiinfjammatorja Diklofenak. L-istabbiliment ta’ EQS għal dawn is-sustanzi fl-istat preżenti tal-għarfien tal-okkorrenza tagħhom u l-effetti tagħhom fuq l-ambjent akkwatiku jista’ joħloq problemi minħabba l-importanza prevalenti tal-kunsiderazzjoni tas-saħħa tal-bniedem: il-politika tal-ilma ma għandhiex tiddetermina direttament il-politika tas-saħħa tal-Istati Membri.

 

Mill-banda l-oħra, il-proċess tekniku segwit mill-Kummissjoni u approvat minn SCHER juri li fir-realtà hemm problema għall-ilmijiet tal-UE li ma tistax sempliċement tiġi injorata. Il-proposta tar-Rapporteur hija li t-tliet sustanzi jinżammu fil-lista ta’ prijorità, imma li jitħassru l-EQS tagħhom. L-EQS se jiġu proposti mill-Kummissjoni fir-reviżjoni l-ġdida tal-lista fi żmien erba’ snin. Dan se jippermetti l-ġbir ta’ dejta iktar komprensiva, bil-kunsiderazzjoni tal-istudji xjentifiċi l-aktar reċenti u kunsiderazzjoni aktar xierqa tal-benefiċċji għas-saħħa pubblika fil-valutazzjonijiet tar-riskji korrispondenti, u b’hekk jiġu indirizzati l-parti l-kbira tal-preokkupazzjonijiet tal-partijiet interessati. Is-sustanzi mbagħad se jiġu inklużi fil-Pjan ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara fl-2021 bl-għan li jiġu sodisfatti l-EQS sal-2007.

 

Qafas ta’ żmien u effikaċja tal-implimentazzjoni fil-konfront tal-ispejjeż

 

Id-WFD huwa ambigwu fir-rigward tal-qafas ta’ żmien preċiż għall-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu sodisfatti l-EQS għal sustanzi ġodda jew l-EQS aġġornati għas-sustanzi eżistenti: ovvjamnet huwa impossibbli li s-sustanzi li l-EQS tagħhom huma inklużi jew aġġornati llum jistgħu jiġu kkunsidrati għal “status tajjeb” fl-2015, għalhekk huwa importanti li t-test jiġi ċċarat biex jiġu evitati inċertezzi legali dwar dan il-punt: fl-aġġornament li jmiss tal-Pjan ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara fl-2015 għandhom jiddaħħlu miżuri biex jiġi limitat it-tniġġis minn dawn is-sustanzi, bl-għan li jiġu sodisfatti l-EQS sal-2021.

 

Barra minn hekk, filwaqt li analiżi tal-benefiċċji fil-konfront tal-ispejjeż magħmula ġiet inkluża għal dawn is-sustanzi fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, għandu jiġi enfasizzat li l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw il-miżuri l-aktar effettivi li għandhom jiddaħħlu biex jinkisbu l-objettivi tad-WFD. Implimentazzjoni effettiva fil-konfront tal-ispejjeż tista’ tiġi segwita permezz ta’ mekkaniżi ta’ kontroll mis-sors li huma diġà disponibbli fil-leġiżlazzjoni eżistenti bħar-REACH u li jieħdu kont xieraq tal-importanza ta’ fatturi soċjoekonomiċi.. Ta’ min jiġi mfakkar ukoll li, skont id-WFD, l-Istati Membri jistgħu jiġġustifikaw skadenzi aktar tard fiż-żmien jew objettivi ambjentali inqas riġidi fuq il-bażi ta’ spejjeż sproporzjonati.

 

Parallelament, għandhom jiġu evitati messaġġi qarrieqa lill-pubbliku: mapep li jindikaw l-istatus kimiku tal-ilmijiet tal-UE ma għandhomx juru f’daqqa waħda li l-ilmijiet tal-wiċċ ma jirnexxilhomx jiksbu status kimiku tajjeb meta dan ikun biss konsegwenza ta’ rekwiżiti aktar stretti jew iż-zieda ta’ sostanzi ġodda: dispożizzjoni tranżitorja għandha tippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu mapep separati, mingħajr preġudizzju għall-mira globali li jintlaħaq status kimiku tajjeb sal-2021.

 

PBTs li jinstabu kullimkien

 

Ir-Rapporteur jilqa’ d-dispożizzjonijiet fil-proposta li jippermettu lill-Istati Membri jnaqqsu l-isforzi ta’ monitoraġġ għal sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jirriżultaw fuq skala kbira ħafna fl-ambjent akkwatiku u li jippermettu preżentazzjoni separata tal-konċentrazzjonijiet tagħhom biex jiġi evitat li t-titjib miksub għal sustanzi oħra jinħeba. Qed jiġi propost li l-frekwenza minima tal-monitoraġġ għal dawn is-sustanzi tiġi speċifikata.

 

Lista ta’ sorveljanza

 

Ir-rapporteur jilqa’ mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza propost mill-Kummissjoni bħala mod effettiv biex tisfaxxa d-dilemma bejn il-ħtieġa ta’ monitoraġġ tas-sustanzi biex jiġu regolati u tar-regolazzjoni tas-sustanzi biex jiġu mmonitorjati. Biex taħdem skont il-mod intenzjonat, il-lista ta’ sorveljanza għandha tkun obbligatorja, kif jinsab fil-proposta.

 

Ir-Rapporteur qed jipproponi li l-validità tal-lista tiġi limitata għal erba’ snin, sabiex jiġi evitat li l-obbligi tal-monitoraġġ jibqgħu validi indefinittivament, partikolarment fil-każ li s-setgħat delegati lill-Kummissjoni biex tfassal u taġġorna l-lista jiġu revokati. Qed tiġi suġġerita sistema ġdida biex jiġi determinat in-numru ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ biex jitnaqqsu l-iżbilanċi bejn stati b’erjas ta’ superfiċje differenti ħafna, u qed tiġi proposta żieda fil-frekwenza tal-monitoraġġ biex tissaħħaħ ir-relevanza statistika tad-dejta.

 

 

 

Sensibilizzazzjoni pubblika

 

Kif imsemmi hawn fuq, it-tniġġis kimiku tal-ilma huwa preokkupazzjoni ambjentali ewlenija għaċ-ċittadini tal-UE. Ir-Rapporteur jemmen li pressjoni politika ġejja minn opinjoni pubblika sensibilizzata u infurmata hija l-uniku mod biex jinkiseb suċċess fil-qasam tal-politika tal-ilma: miżuri kontra t-tniġġis tal-ilma ma għandhomx jiġu perċepiti bħala miżuri bi prezz għoli imposti minn Brussell, imma pjuttost bħala l-interess kollettiv taċ-ċittadini.

 

Għalhekk, qed jiġi propost li s-sensibilizzazzjoni pubblika tissaħħaħ permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-miżuri kontra t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti websajts li jipprovdu aċċess għall-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara, stabbiliti mill-Istati Membri.

 

* * *

 

Ir-Rapporteur laqa’ bosta suġġerimenti magħmula lilu mix-Shadow Rapporteurs u minn kollegi fil-Parlament Ewropew. Sabiex nirrendu l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni trasparenti daqs l-ilma li rridu, huwa organizza żewġ seduti ta’ smigħ għall-partijiet interessati biex rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li jinkludu CEFIC, EEB, EPPA, EUREAU, Greenpeace, Novartis, SustainPharma u WWF jingħataw l-opportunità li jesprimu t-tħassib tagħhom. Saru laqgħat individwali ma organizzazzjonijiet umbrella bħal CEFIC, VCI, WKÖ, u ma’ rappreżentanti ta’ delegazzjonijiet nazzjonali. Huwa qed jawspika wkoll laqgħat mal-Presidenzi tal-Kunsill, dik Daniża u dik Ċiprijotta. Ir-Rapporteur huwa unikament responsabbli għall-proposti li għażel li jinkludi f'dan l-abbozz ta' rapport.

PROĊEDURA

Titolu

Sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

Referenzi

COM(2011)0876 – C7-0026/2012 – 2011/0429(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.2.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.2.2012

AGRI

14.2.2012

PECH

14.2.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

27.2.2012

AGRI

21.6.2012

PECH

29.2.2012

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Richard Seeber

13.3.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.9.2012

5.11.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

7

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Nessa Childers, Yves Cochet, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Chrysogelos, Vicky Ford, Julie Girling, Georgios Koumoutsakos, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Britta Reimers, Birgit Schnieber-Jastram, Alda Sousa, Rebecca Taylor, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emma McClarkin

Data tat-tressiq

4.12.2012

 

 

[1] ĠU C 229, 31.7.2009, p. 116.
[2] Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali