Dokument ta' sessjoni
6.12.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE
( COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – 2011/0341B(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) (III) Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 23
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 25
PROĊEDURA 36
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE
( COM(2012)0465 – C7‑0242/2012 – 2011/0341B(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0465 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114, 197 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0242/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ( A7-0399/2012 ),
A. Billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta tal-Kummissjoni jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
B. Billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[2], il-Parlament enfasizza li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; billi anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-MFF li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-2013, jista' jingħata biss kontribut limitat għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; billi l-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, għandu jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Il-programm innifsu u s-suċċess tiegħu huma ta’ importanza kbira fil-qagħda ekonomika attwali, meta jitqies il-fatt li l-Unjoni għandha bżonn tersaq lejn politika ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni ekonomika, fiskali u baġitarja aktar mill-qrib. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1b) Il-moviment liberu tal-kapital ma jistax jintuża bħala mod kif wieħed jevadi t-taxxa, b'mod partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-attivitajiet tal-programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropea, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tat-taxxa u l-inizjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, il-programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tas-sistemi tat-tassazzjoni fis-suq intern. | (2) L-attivitajiet tal-programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropea, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tat-taxxa u l-inizjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jsaħħu l-funzjonament tas-suq intern, jipprovdu qafas li jappoġġja l-attivitajiet li jsaħħu l-produttività tas-settur pubbliku u jħeġġu l-progress tekniku u l-innovazzjoni. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-kontribwenti tal-Unjoni, il-programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tas-sistemi tat-tassazzjoni fis-suq intern, filwaqt li gradwalment jelimina l-ostakoli u d-distorsjonijiet eżistenti fi ħdan is-suq. |
Ġustifikazzjoni
M’hemmx bżonn spjegazzjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-programm Fiscalis 2020 għandu jinġieb konformi mal-ħtiġijiet kurrenti sabiex jippermetti li jingħata appoġġ għall-attivitajiet b'rabta mat-taxxi kollha li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni u għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tat-tassazzjoni. Għaldaqstant il-programm ma għandux ikopri biss it-taxxi armonizzati fil-livell tal-Unjoni iżda wkoll taxxi oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra | (3) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-programm Fiscalis 2020 għandu jinġieb konformi mal-ħtiġijiet kurrenti sabiex jippermetti li jingħata appoġġ għall-attivitajiet b'rabta mat-taxxi kollha li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni u għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tat-tassazzjoni. Għaldaqstant il-programm ma għandux ikopri biss it-taxxi armonizzati fil-livell tal-Unjoni iżda wkoll, kif ikun xieraq, taxxi oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra. |
Ġustifikazzjoni
Il-programm Fiscalis għandu jiffoka fuq l-għan ewlieni tiegħu, jiġifieri li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa tal-Istati Membri.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Sabiex jappoġġja l-proċess ta’ adeżjoni u assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li għandhom jissieħbu u dawk kandidati kif ukoll il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, f’ċerti attivitajiet. | (4) Sabiex jappoġġja l-proċess ta’ adeżjoni u assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li għandhom jissieħbu u dawk kandidati kif ukoll il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, u għandu jkun limitat għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, b’mod speċjali l-frodi karużell transkonfinali, u għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet tat-taxxa. B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-programm għandu jibqa' jipprevedi l-involviment xieraq ta' esperti esterni f’ċerti attivitajiet. |
Ġustifikazzjoni
Fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux fl-UE, il-programm Fiscalis għandu jkun limitat għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, b’mod speċjali l-frodi karużell transkonfinali, u għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-għanijiet tal-programm iqisu l-problemi u l-isfidi identifikati fil-qasam tat-taxxa fid-deċennju li ġej. Il-programm għandu jibqa' jkollu rwol f'oqsma vitali bħall-implimentazzjoni koerenti tal-liġi tal-Unjoni, il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u t-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa. B’kunsiderazzjoni tad-dinamiċi tal-problemi tal-isfidi ġodda li ġew identifikati, għandha ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn pajjiżi u partijiet terzi. | (5) L-għanijiet tal-programm iqisu l-problemi u l-isfidi identifikati fil-qasam tat-taxxa fid-deċennju li ġej. Il-programm għandu jibqa' jkollu rwol f'oqsma vitali bħall-implimentazzjoni koerenti tal-liġi tal-Unjoni, il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-kontribwenti tal-Unjoni, u t-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa. B’kunsiderazzjoni tad-dinamika tal-problemi tal-isfidi ġodda li ġew identifikati, għandha ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-forom kollha ta’ tassazzjoni doppja u nontassazzjoni doppja, l-evitar aggressiv tat-taxxa, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u, meta jkun xieraq, it-titjib tal-kooperazzjoni bejn pajjiżi u partijiet terzi, b'mod partikolari biex tiżdied it-trasparenza u jkun hemm kontroll aktar strett biex jiġi evitat l-użu ħażin tar-rifuġji fiskali. |
Ġustifikazzjoni
M’hemmx bżonn spjegazzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Intwera li l-għodod tal-programm li applikaw qabel l-2014 kienu adegwati u għalhekk inżammu. Fid-dawl tal-ħtieġa għal kooperazzjoni operazzjonali aktar strutturata, inżiedu għodod addizzjonali, jiġifieri t-timijiet ta' esperti magħmula minn esperti tal-Unjoni u esperti nazzjonali sabiex iwettqu kompiti konġunti f'oqsma speċifiċi u azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li għandhom jipprovdu assistenza speċjalizzata lil dawk il-pajjiżi parteċipanti li jkunu jeħtieġu bini tal-kapaċità amministrattiva. | (6) Intwera li l-għodod tal-programm li applikaw qabel l-2014 kienu adegwati u għalhekk inżammu. Fid-dawl tal-ħtieġa għal kooperazzjoni operazzjonali aktar strutturata, inżiedu għodod addizzjonali, jiġifieri t-timijiet ta' esperti magħmula minn esperti tal-Unjoni u esperti nazzjonali sabiex iwettqu kompiti konġunti f'oqsma speċifiċi u azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li għandhom jipprovdu assistenza speċjalizzata lil dawk il-pajjiżi parteċipanti li jkunu jeħtieġu bini tal-kapaċità amministrattiva. L-istabbiliment ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità jirrikonoxxi r-rwol ta' Fiscalis 2013 fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri meta jkun meħtieġ. |
M’hemmx bżonn spjegazzjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-istimi jindikaw li l-gvernijiet tal-Istati Membri jitilfu madwar EUR 860 000 miljun minħabba l-evażjoni tat-taxxa u madwar EUR 150 000 miljun minħabba l-evitar tat-taxxa. Id-daqs tal-evażjoni tat-taxxa u tal-evitar tat-taxxa jdgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-ġbir tat-taxxa. Billi jitnaqqas bin-nofs id-distakk fiskali, l-Istati Membri jistgħu jiksbu dħul ġdid mit-taxxi mingħajr ma jżidu r-rati tat-taxxa. Kemm il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 20121 u l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2012, sejħu għal modi konkreti sabiex jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, anki permezz ta' kooperazzjoni u ta’ koordinazzjoni amministrattiva bejn is-sistemi ta' tassazzjoni. Għalhekk huwa importanti li ssir enfasi akbar fuq il-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u bħala mezz ta' appoġġ tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni bi skeda komprensiva u mira kwantitattiva. |
| ________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2012)0137 |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Meta jitqies il-livell ta' gloabalizzazzjoni li dejjem qiegħed jiżdied, il-ġlieda effiċjenti kontra l-frodi wkoll għandha jkollha dimensjoni internazzjonali. Għaldaqstant ikun utli li l-Unjoni titpoġġa f'pożizzjoni fejn tkun tista' tikkonkludi ftehimiet dwar kooperazzjoni teknika ma' pajjiżi żviluppati terzi sabiex dawn il-pajjiżi jkunu jistgu jużaw il-komponenti tas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej għall-appoġġ ta' skambju sikur ta' informazzjoni bejniethom u l-Istati Membri fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa. | (8) Meta jitqies il-livell ta' globalizzazzjoni li dejjem qiegħed jiżdied, il-ġlieda effiċjenti kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa wkoll għandu jkollha dimensjoni internazzjonali. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-Unjoni u l-Istati Membri jitpoġġew f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar kooperazzjoni teknika ma' pajjiżi żviluppati terzi sabiex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jużaw il-komponenti tas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej jew tas-sistemi ta' informazzjoni nazzjonali relevanti għall-appoġġ ta' skambju sikur ta' informazzjoni bejniethom u l-Istati Membri fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa. |
Ġustifikazzjoni
M’hemmx bżonn spjegazzjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet. | (14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet. Huwa evidenti li l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa fl-interess stess tal-Istati Membri u jista' jitqies ukoll bħala strument importanti għall-Istati Membri biex iżidu d-dħul nazzjonali tagħhom. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Fiscalis 2020 għall-implimentazzjoni tal-programm. | (17) Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Fiscalis 2020 għall-implimentazzjoni tal-programm inkluża l-evalwazzjoni tiegħu fuq bażi regolari. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Programm pluriennali "Fiscalis 2020" ("il-programm") qiegħed jiġi stabbilit b'dan għat-titjib tal-operat tas-sistemi tat-taxxa fis-suq intern. | 1. Programm pluriennali "Fiscalis 2020" ("il-programm") qiegħed jiġi stabbilit b'dan għat-titjib tal-operat tas-sistemi tat-taxxa fis-suq intern u l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni b'rabta miegħu. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) il-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-kundizzjoni li dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta’ approssimazzjoni tal-metodi legiżlattivi u amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni. Il-pajjiżi msieħba kkonċernati għandhom jipparteċipaw fil-programm skont id-dispożizzjonjiet li għandhom jiġu determinati ma’ dawk il-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ Ftehimiet Qafas li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni. | (2) fir-rigward biss ta' kwistjonijiet marbuta mal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, b'mod partikolari l-frodi karużell transkonfinali u t-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet tat-taxxa, il-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-kundizzjoni li dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta’ approssimazzjoni tal-metodi legiżlattivi u amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni. Il-pajjiżi msieħba kkonċernati għandhom jipparteċipaw fil-programm skont id-dispożizzjonjiet li għandhom jiġu determinati ma’ dawk il-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ Ftehimiet Qafas li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-programm Fiscalis għandu jiffoka fuq l-għan ewlieni tiegħu, jiġifieri li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa tal-Istati Membri. Sa ċertu punt, din il-kooperazzjoni tista' tinkludi wkoll lill-pajjiżi kandidati u aderenti kif ukoll lill-kandidati potenzjali u lill-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, iżda għandha tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Esperti esterni jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet taħt il-programm kull fejn dan ikun ta’ siwi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 5. Dawn l-esperti għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni, abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li huma rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi. | Meta jkun xieraq, esperti esterni jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet taħt il-programm kull fejn dan ikun ta’ siwi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 5. Dawn l-esperti għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni, abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li huma rilevanti għall-attivitajiet speċifiċi, filwaqt li jitqies kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali, u filwaqt li jinstab bilanċ bejn ir-rappreżentanti kummerċjali u l-esperti tas-soċjetà ċivili. Il-lista tal-esperti magħżula għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tiġi aġġornata regolarment. |
Ġustifikazzjoni
L-esperti esterni għandhom ikunu involuti biss sa ċertu punt f'ċerti attivitajiet.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-għan ġenerali tal-programm għandu jkun li jsaħħaħ is-suq intern permezz ta’ sistemi tat-tassazzjoni effiċjenti u effettivi. | 1. L-għan ġenerali tal-programm għandu jkun li jsaħħaħ is-suq intern permezz ta’ sistemi tat-tassazzjoni effiċjenti u effettivi u, permezz tal-kooperazzjoni, biex jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar aggressiv tat-taxxa. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-għan speċifiku tal-programm għandu jkun li jtejjeb l-operat tas-sistemi tat-tassazzjoni, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom, l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom. | 2. L-għan speċifiku tal-programm għandu jkun li jtejjeb l-operat tas-sistemi tat-tassazzjoni u li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar aggrerssiv tat-taxxa, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom, l-uffiċjali u, meta jkun xieraq u rakkomandabbli, l-esperti esterni tagħhom. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) id-disponibbiltà tan-Netwerk ta' Komunikazzjoni Komuni għas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej; | (1) id-disponibbiltà, l-aċċess sħiħ u l-iżvilupp tajjeb tan-Netwerk ta' Komunikazzjoni Komuni għas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) l-informazzjoni min-naħa tal-parteċipanti f'azzjonijiet tal-programm u utenti tal-programm. | (2) l-informazzjoni min-naħa tal-parteċipanti f'azzjonijiet tal-programm u utenti tal-programm, abbażi ta' sett ta' kriterji pubblikati u predefiniti li jsiru pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni
Dawn il-kriterji predefiniti għandhom isiru pubbliċi għal raġunijiet ta’ trasparenza u responsabilità.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tfassal indikaturi ulterjuri oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex tivvaluta l-ilħiq tal-objettiv. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-appoġġ għat-tħejjija, l-applikazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tat-taxxa tal-Unjoni | (a) l-appoġġ għal tħejjija koordinata mill-bidu, l-applikazzjoni koerenti, mingħajr distorsjonijiet, u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tat-taxxa tal-Unjoni |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, partikolarment permezz tat-tisħiħ ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u effiċjenti u l-iskambju ta' informazzjoni | (b) il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar aggressiv tat-taxxa u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-kontribwenti tal-Unjoni, permezz ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u effiċjenti u l-iskambju ta' informazzjoni regolari, abbażi ta' regoli ċari u trasparenti u mezzi operazzjonali ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati, li ma jżidux il-piż jew li ma joħolqux il-burokrazija |
Ġustifikazzjoni
M’hemmx bżonn spjegazzjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) it-titjib tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni koerenti tal-politika tat-taxxa tal-Unjoni. | (e) l-appoġġ u t-titjib tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni koerenti tal-politika u l-liġi tat-taxxa tal-Unjoni. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) it-titjib tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet governattivi oħrajn, pajjiżi terzi, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u effiċjenti u skambju ta' informazzjoni, li żżid il-konformità tat-taxxa u t-titjib tal-amministrazzjoni tat-taxxa. | (f) it-titjib tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet governattivi oħrajn, pajjiżi terzi, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u effiċjenti u skambju ta' informazzjoni, filwaqt li jkun hemm xogħol kontinwu lejn il-ġeneralizzazzjoni u l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku, kif ukoll li żżid il-konformità tat-taxxa u t-titjib tal-amministrazzjoni tat-taxxa. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Kull waħda mill-prijoritajiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandha titkejjel b'kombinazzjoni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tfassal indikaturi oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex jiġi evalwat l-ksib tagħhom. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – punt a – subpunt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) kontrolli multilaterali, awditi konġunti u attivitajiet oħrajn previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva organizzati minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew aktar, fosthom mill-anqas Stat Membru wieħed, għat-twettiq ta' kontroll koordinat tar-responsabbiltà tat-taxxa ta' persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar | (3) kontrolli multilaterali, awditi konġunti u attivitajiet oħrajn previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva organizzati minn tliet pajjiżi parteċipanti jew aktar, fosthom mill-anqas żewġ Stati Membri, għat-twettiq ta' kontroll koordinat tar-responsabbiltà tat-taxxa ta' persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tiżgura dimensjoni vera tal-UE/Ewropea, billi Fiscalis m'għandux jappoġġja proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – punt a – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet fl-amministrazzjoni pubblika u ta’ appoġġ; | (6) azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet fl-amministrazzjoni pubblika, b’mod partikolari bl-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar aggressiv tat-taxxa, u azzjonijiet ta’ appoġġ; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – punt a – punt 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5. | (9) kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5, sakemm il-ħtieġa għal tali attività oħra tkun ġustifikata kif xieraq. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) bini tal-kapaċitajiet fl-IT: żvilupp, manutenzjoni, l-operat u l-kontroll tal-kwalità tal-komponenti tal-Unjoni tas-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness u Sistemi ta’ Informazzjoni Ewoprej ġodda stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni | (b) bini tal-kapaċitajiet fl-IT biex jissaħħaħ l-iżvilupp tal-awtoritajiet tat-taxxa u jiġu appoġġjati b’mod aktar effettiv għall-finijiet ta’: żvilupp, manutenzjoni, l-operat u l-kontroll tal-kwalità tal-komponenti tal-Unjoni tas-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness u Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej ġodda stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ir-riżorsi għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati b'mod bilanċjat, u approporzjon tal-ħtiġijiet reali ta' dawk l-azzjonijiet. Bħala parti mill-programm annwali u fl-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiddaħħlu limiti massimi baġitarji għall-azzjonijiet eliġibbli differenti. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li jiġu nominati uffiċjali bi profil u kwalifiki adegwati sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti. | 1. Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jiżguraw li jiġu nominati uffiċjali bi profil u kwalifiki adegwati, inklużi ħiliet fil-lingwa, sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta’ EUR 234.370.000 (fi prezzijiet attwali). | 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni f'materji baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jkun ta’ EUR 234 370 000 (fi prezzijiet attwali), sakemm dak l-ammont ikun kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali mill-2014 sal-2020. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu deċiżi b'osservanza tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-objettivi tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjez l-oħra kollha ta’ assistenza amministrattiva u teknika magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm. | 2. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa fuq bażi regolari għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-objettivi tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni tal-Unjoni relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjez l-oħra kollha ta’ assistenza amministrattiva u teknika magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex timplimenta l-programm il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali li għandhom jistabblixxu l-għanijiet li jkunu jridu jitwettqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkun fihom ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni u skeda indikattiva ta' implimentazzjoni. Għall-għotjiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). | Sabiex timplimenta l-programm il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali li għandhom jistabblixxu l-għanijiet li jkunu jridu jitwettqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkun fihom ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni u skeda indikattiva ta' implimentazzjoni. Għall-għotjiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. Tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat abbażi ta' rapport annwali tal-Kummissjoni li jivvaluta l-implimentazzjoni u r-riżultati konkreti u, meta jkun possibbli, kwantifikati tal-programm annwali preċedenti, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiddefinixxi indikaturi ta' prestazzjoni oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Evalwazzjoni | Evalwazzjoni u rieżami |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni finali tal-programm, fir-rigward tal-aspetti msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Ir-riżultati għandhom jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar rinnovament, modifika jew sospensjoni possibbli ta’ programmi sussegwenti. Evalwatur indipendenti estern għandu jwettaq dawn l-evalwazzjonijiet. | 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni regolari tal-programm u tressaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni finali lill-Parlament u lill-Kunsill, fir-rigward tal-aspetti msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Ir-riżultati għandhom jiġu integrati fid-deċiżjonijiet dwar rinnovament, modifika jew sospensjoni possibbli ta’ programmi sussegwenti. Evalwatur indipendenti estern għandu jwettaq dawn l-evalwazzjonijiet abbażi ta' sett ta' indikaturi pubblikati u predefiniti. Abbażi tal-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni tista', jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni laqgħet it-talba tal-Parlament u tal-Kunsill biex il-programm propost FISCUS jinqasam, u fid-29 ta' Awwissu adottat proposti emendati għal żewġ programmi separati, Fiscalis 2020 u Dwana 2020.
Il-programm Fiscalis 2020, bħal ta' qablu, għandu l-għan li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa li tgħin biex tiġi massimizzata l-effiċjenza tagħhom u li jiġi evitat nuqqas ta' taqbil fil-ħidma tagħhom, li jista' jfixkel is-suq intern. Dan jiffaċilita n-netwerking, l-azzjonijiet konġunti u t-taħriġ fost il-persunal tat-taxxa, filwaqt li jiffinanzja wkoll is-sistemi tal-IT biex ikun żgurat l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa.
L-objettivi ta' Fiscalis 2020 ikunu li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri u li jittejbu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa. Il-Kummissjoni tipproponi li ssir enfażi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-frodi, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.
Ir-Regolament dwar il-Programm Fiscalis 2020 fih qafas baġitarju ta' EUR 234 370 000 (fi prezzijiet attwali) għall-perjodu 2014-2020.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
·Tkomplija tal-programm
Ir-Rapporteur jilqa' l-fatt li l-attività ta' suċċess tal-programm preċedenti Fiscalis 2013 se titkompla fil-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni tal-UE.
Il-programm Fiscalis 2013 ġie vvalutat b'mod pożittiv ferm fir-rieżami tiegħu ta' nofs it-term fl-2010 mill-partijiet interessati involuti kollha (i.e. l-uffiċjali mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa), u l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa talbu li jitkompla wara l-2013.
Il-programm jagħti valur miżjud Ewropew veru, u jissodisfa t-talba tal-Parlament Ewropew għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u n-nontassazzjoni doppja, kif ukoll għal tnaqqis tal-piż amministrattiv, tax-xkiel għas-Suq Uniku u tat-tassazzjoni doppja. Barra minn hekk, il-programm għandu l-għan li jappoġġja l-innovazzjoni u l-progress tekniku fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, u għalhekk itejjeb ukoll il-produttività tal-amministrazzjonijiet nazzjonali.
·Il-bażi legali proposta
Il-Kummissjoni tipproponi tliet bażijiet legali għall-programm Fiscalis 2020:
– L-Artikolu 197 TFUE għall-kooperazzjoni amministrattiva
– L-Artikolu 114 TFUE għall-aspetti tal-bini tal-kapaċitajiet tal-IT
– L-Artikolu 212 TFUE għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi żviluppati bħala t-tielet bażi legali supplementari.
Filwaqt li r-Rapporteur tal-fehma li tliet bażijiet legali huma inużwali ferm u jiddubita n-neċessità ta' dan l-approċċ, dan fi kwalunkwe każ ma jillimitax il-kompetenzi tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur, u għalhekk jaċċetta l-bażijiet legali proposti.
·L-estensjoni proposta tal-programm għal Pajjiżi Terzi u l-involviment ta' esperti esterni
Il-Kummissjoni tipproponi li l-programm Fiscalis jiġi estiż għal pajjiżi aderenti u kandidati kif ukoll għal kandidati potenzjali u pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Ir-Rapporteur jilqa' din il-proposta bħala prinċipju, iżda jillimita u jiffoka din il-kooperazzjoni biss għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, minħabba r-riżorsi limitati tal-programm.
Il-Kummissjoni tipproponi wkoll il-possibbiltà tal-involviment ta' esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet.
Ir-Rapporteur jipproponi li dan l-involviment jiġi limitat għal ċerti attivitajiet, billi l-programm Fiscalis għandu jibqa' jiffoka fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, li hija l-objettiv ewlieni tiegħu.
·Il-programm ta' ħidma annwali / L-atti delegati
Il-proposta tal-Kummissjoni tindika li s-setgħat ta' implimentazzjoni jingħataw lill-Kummissjoni, u li jiġi adottat programm ta' ħidma annwali skont il-proċedura msemmija fir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011).
Ir-Rapporteur lest jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni, sakemm l-elementi u l-linji gwida ewlenin jiġu inklużi fit-test legali, u lista definita sew tal-objettivi, li jeħtieġ li jqisu l-interessi tal-kontribwenti Ewropej u mhux biss l-interessi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
·Baġit
B'konformità mal-approċċ f'kumitati oħra tal-PE li qed jaħdmu fuq programmi futuri ta' finanzjament tal-UE, dan ir-rapport ma jagħtix opinjoni dwar il-proposta tal-baġit, billi din tkun indirizzata fin-negozjati dwar l-MFF 2014-2020.
19.7.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta u dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCALIS) u r-revoka tad-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE
( COM(2011)0706 – C7‑0398/2011 u COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – 2011/0341(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Hynek Fajmon
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-programm FISCUS, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea jkun suċċessur uniku għall-programmi eżistenti Dwana 2013 u Fiscalis 2013. Il-programm FISCUS, imħabbar fil-bidu ta’ Novembru bħala parti mill-pakkett usa’ tal-MFF, għandu l-għan li jgħaqqad iż-żewġ programmi flimkien f'isem is-semplifikazzjoni.
Il-programm Dwana 2013, li jirregola l-attivitajiet doganali, li jappoġġjaw il-ħidma vitali tal-Unjoni Doganali u l-attivitajiet tagħha, huwa ta' kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, Fiscalis 2013 jimmira li jsaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern permezz ta' operazzjoni mtejba tas-sistemi ta’ tassazzjoni fi ħdan l-UE billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan huwa programm tal-UE li ma għandux ikollu impatt fuq il-politika tat-tassazzjoni, li primarjament hija kompetenza tal-Istati Membri.
Ir-Rapporteur għandu riżervi serji dwar il-fużjoni proposta taż-żewġ bażijiet legali. Iż-żewġ programmi għandhom għanijiet, objettivi u kuntesti diverġenti u distinti; konsegwentement, dawn għandhom igawdu minn arranġamenti legali differenti għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll.
Barra minn hekk, minkejja l-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni, l-ebda mill-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu ma pproponew fużjoni u jeżisti nuqqas ta' evidenza ta' appoġġ għal proposta bħal din. Skont l-evalwazzjonijiet imwettqa minn konsulenti indipendenti, kemm Fiscalis u kemm il-programm Dwana kienu qed joperaw tajjeb separatament.
Barra minn hekk, ladarba l-Kummissjoni żammet separati l-pakketti baġitarji għaż-żewġ programmi u esprimiet l-interess tagħha li tippreżerva l-identità tal-programmi, jidher loġiku li l-aħjar mod kif dan jiġi żgurat huwa li l-programmi jinżammu separati.
Filwaqt li r-Rapporteur jappoġġja l-ħidma taż-żewġ programmi Fiscalis u Dwana, jirrakkomanda li jew il-Parlament Ewropew iqis li jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, jew li l-kumitati ewlenin tal-Parlament jieħdu kwalunkwe forma ta’ azzjoni oħra li twassal għal żewġ bażijiet legali separati għall-programmi Fiscalis u Dwana rispettivament. Dan jippermetti li kwistjonijiet distinti u importanti li jaqgħu taħt żewġ proposti leġiżlattivi ġodda li mbagħad jiġu eżaminati u nnegozjati separatament.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport(i) tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Premessa -A (ġdida)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| -A. Billi l-programmi Fiscalis u Dwana għandhom għanijiet, objettivi u kuntesti diverġenti u distinti u skont l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-konsulenti indipendenti kienu qed jaħdmu tajjeb bħala programmi separati, |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu -1 (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| -1. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020; |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu -1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| -1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-QFM li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jindika li anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| ______________ |
| 1Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 4
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Iqis li l-programmi Fiscalis u Dwana għandhom ikollhom arranġamenti legali differenti għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll u li l-aħjar mod kif tiġi ppreżervata l-identità tal-programmi huwa li jinżammu separati; |
Emenda 5
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1b. Għaldaqstant se jieħu azzjonijiet adegwati, u anki possibbilment jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, biex jiżgura l-adozzjoni ta’ żewġ bażijiet legali separati għall-programmi Fiscalis u Dwana rispettivament; |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) L-attivitajiet tal-Programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tad-dwana u tat-taxxa u l-inzjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, il-Programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali u tas-suq intern. | (3) L-attivitajiet tal-Programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tad-dwana u tat-taxxa u l-inzjattivi komuni ta’ taħriġ, se jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jsaħħu l-funzjonament tas-Suq Uniku, jipprovdu qafas li jappoġġa l-attivitajiet li jsaħħu l-produttività tas-settur pubbliku u jħeġġu l-progress tekniku u l-innovazzjoni fl-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa nazzjonali u Ewropej. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji, jippromwovu l-impjiegi u jirrazzjonalizzaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex iħarsu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tagħhom u dawk tal-Unjoni, il-Programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali u tas-suq intern. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Is-settur doganali tal-programm għandu jwassal għal kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-dwana li hija essenzjali għas-Suq Uniku. It-tariffi doganali huma wkoll sors importanti ta' dħul kemm għall-Unjoni u kemm għall-baġits nazzjonali u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala strument importanti għal finanzjament pubbliku effiċjenti. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-istimi jindikaw li n-nefqa marbuta mal-evażjoni tat-taxxa kull sena tiswa lill-gvernijiet tal-Istati Membri madwar EUR 860 biljun u l-evitar tat-taxxa madwar EUR 150 biljun. Id-daqs tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jdgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-ġbir tat-taxxi. Billi jitnaqqas bin-nofs id-distakk fiskali, l-Istati Membri jistgħu jiksbu dħul fiskali ġdid mingħajr ma jżidu r-rati fiskali. Kemm il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 20121 u l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2012, sejħu għal modi konkreti sabiex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, anki permezz ta' kooperazzjoni u ta’ koordinazzjoni amministrattiva bejn is-sistemi ta' tassazzjoni. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm iffukar akbar fuq il-ġlieda kontra l-frodi, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u bħala mezz ta' appoġġ tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE, bi skeda komprensiva u mira kwantitattiva. |
| ________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2012)0137 |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet. | (14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet. Huwa evidenti li l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa fl-interess stess tal-Istati Membri u jista' jitqies ukoll bħala strument importanti għall-Istati Membri biex iżidu d-dħul nazzjonali tagħhom. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan l-objettiv jitkejjel, inter alia permezz tal-indikatur li ġej: l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm lejn il-funzjonament tal-Unjoni Doganali u t-tisħiħ tas-suq intern. | Dan l-objettiv jitkejjel, inter alia permezz tal-indikatur li ġej: l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm lejn il-funzjonament tal-Unjoni Doganali u t-tisħiħ tas-suq intern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tfassal indikaturi ulterjuri oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex jiġi evalwat il-ksib tal-objettiv. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-prevenzjoni tal-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u sabiex tiżdied il-kompetittività, is-sikurezza u s-sigurtà biż-żieda ta' kooperazzjoni mal- organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet governattivi l-oħra, il-pajjiżi terzi, l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom, | (c) il-prevenzjoni tal-frodi, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa u sabiex tiżdied il-kompetittività, is-sikurezza u s-sigurtà biż-żieda ta' kooperazzjoni mal- organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet governattivi l-oħra, il-pajjiżi terzi, l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom, |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, | (e) il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz tal-ġlieda kontra l-frodi, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Kull objettiv speċifiku t’hawn fuq għandu jitkejjel b’indikatur abbażi tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm għar-realizzazzjoni tal-objettivi speċifiċi. | 2. Kull objettiv speċifiku t’hawn fuq għandu jitkejjel b’taħlita ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tfassal indikaturi oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex jiġi evalwat l-ksib tal-objettivi għal kull wieħed mill-punti msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 777.600.000 (fi prezzijiet attwali). | 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jkun ta’ EUR 777.600.000 (fi prezzijiet attwali). |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu deċiżi b'osservanza tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm permezz ta’ programm annwali ta’ ħidma għal kull settur tal-Programm, inkluż il-prijoritajiet għall-Programm, l-analiżi statistika tal-baġit u l-kriterji tal-evalwazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) u r-Regolament Finanzjarju. | 1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm permezz ta’ programm annwali ta’ ħidma għal kull settur tal-Programm, inklużi l-prijoritajiet għall-Programm, l-analiżi statistika tal-baġit u l-kriterji tal-evalwazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Dawn il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jirrispettaw sew l-ekwilibriju bejn il-partijiet doganali u dawk tat-taxxa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setghat ta’ implimentazzjoni1, il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) u r-Regolament Finanzjarju. |
| ________________ |
| 1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għandu jintuża grupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2), inter alia, sabiex jitkejlu l-effetti u l-impatti tal-Programm. Huma għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni. | 2. Għandu jintuża grupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2), inter alia, sabiex jitkejlu l-effetti u l-impatti tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiddefinixxi dawn l-indikaturi ta' prestazzjoni bħala oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu. L-indikaturi ta' prestazzjoni għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Evalwazzjoni | Valutazzjoni u rieżami |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm sa mhux iżjed tard minn nofs l-2018. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod addizzjonali s-simplifikazzjoni, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi, kif ukoll il-kontribut tal-Programm għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inkużiv. | 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm sa mhux iżjed tard minn nofs l-2018. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod addizzjonali s-simplifikazzjoni, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi, kif ukoll il-kontribut tal-Programm għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inkużiv. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, u jekk xieraq, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-awtoritajiet leġiżlattivi biex jemendaw dan ir-Regolament. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness – parti I – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. It-twaqqif ta’ azzjonijiet relatati mal-oqsma doganali u tat-taxxa li jinvolvu pajjiżi terzi u esperti esterni. | 6. It-twaqqif ta’ azzjonijiet relatati mal-oqsma doganali u tat-taxxa li jinvolvu pajjiżi terzi u esperti esterni, partikolarment biex tiżdied it-trasparenza u jissaħħaħ il-kontroll sabiex jiġi evitat l-użu ta' rifuġji fiskali. |
PROĊEDURA
Titolu | L-istabbiliment ta’ programm ta’ azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCALIS) u r-revoka tad-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE | |||
Referenzi | COM(2011)0706 – C7-0145/2012 – 2011/0341B(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 14.6.2012 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 14.6.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Hynek Fajmon 20.6.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 20.6.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 25 2 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan | |||
PROĊEDURA
Titolu | L-istabbiliment ta’ programm ta’ azzjoni għat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCALIS) u r-revoka tad-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE | |||
Referenzi | COM(2012)0465 – C7-0242/2012 – COM(2011)0706 – C7-0145/2012 – 2011/0341B(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 23.8.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 14.6.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 14.6.2012 | IMCO 14.6.2012 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | IMCO 10.7.2012 |
|
|
|
Rapporteur Data tal-ħatra | Theodor Dumitru Stolojan 25.10.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 25.6.2012 | 8.10.2012 | 6.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 29.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 0 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Lajos Bokros, Philippe De Backer, Vicky Ford, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Sophia in ‘t Veld, Mojca Kleva Kekuš, Thomas Mann, Gianni Pittella, Nils Torvalds, Emilie Turunen | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Kozłowski | |||
Data tat-tressiq | 6.12.2012 | |||