Dokument ta' sessjoni
7.12.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
( COM(2011)0877 – C7‑0502/2011 – 2011/0430(COD) )
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Ivailo Kalfin
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur 35
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni 54
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali 77
PROĊEDURA 90
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
( COM(2011)0877 – C7‑0502/2011 – 2011/0430(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0877 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0502/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0404/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta1, |
| ______________ |
| 1Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta tat-18 ta' April 2012 dwar il-'Pakkett ta' Dejta Miftuħa' tal-Kummissjoni Ewropea inkluża Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI). |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Id-dejta u l-informazzjoni prodotta mill-gvernijiet tal-Istati Membri, mis-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jikkostitwixxu ġabra ta' riżorsi vasta, diversa u prezzjuża li tista' tkun ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-għarfien. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, tekniċi jew finanzjarji jew b'restrizzjonijiet minimi, jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-tqabbid tal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija. Madankollu, dan ikun jirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fuq il-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti, u dawn il-kundizzjonijiet indaqs ma jistgħux jinkisbu billi jitħallew f'idejn ir-regoli u l-prattiċi differenti tal-Istati Membri, jew tal-entitajiet pubbliċi kkonċernati. | (2) Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, teknika jew finanzjarja jew b'restrizzjonijiet minimi, u li jippromwovu t-tixrid tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda wkoll għall-membri tal-pubbliku u l-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li f'kull każ jitqiesu kif jixraq id-drittijiet fundamentali, jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-tqabbid tal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija, jistimolaw it-tkabbir ekonomiku u jippromwovu l-impenn soċjali. Madankollu, dan ikun jirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fuq il-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti, u dawn il-kundizzjonijiet indaqs ma jistgħux jinkisbu billi jitħallew f'idejn ir-regoli u l-prattiki differenti tal-Istati Membri, jew tal-entitajiet pubbliċi kkonċernati. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma minn entità tas-settur pubbliku żżid il-valur għal min juża mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti aħħarija u għas-soċjetà b'mod ġenerali, u f'ħafna każijiet, għall-entità pubblika nfisha, billi l-utenti mill-ġdid u l-utenti aħħarija jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-għan li min iżomm l-informazzjoni miġbura ikun jista' jtejjeb il-kwalità tagħha. | (3) L-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tad-dejta u d-dokumenti miżmuma minn entità tas-settur pubbliku żżid il-valur għal min juża mill-ġdid l-informazzjoni, għall-utenti aħħarija, għas-soċjetà b'mod ġenerali, u għall-entità pubblika nfisha, billi tippromwovi t-trasparenza u billi l-utenti mill-ġdid u l-utenti aħħarija jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-għan li min iżomm l-informazzjoni miġbura jkun jista' jtejjeb il-kwalità tagħha. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma fihiex obbligu li jiġi awtorizzat l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, b'mod li d-dokumenti kollha ġeneralment aċċessibbli jistgħu jintużaw mill-ġdid. Fi Stati Membri oħra, ir-rabta bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli hija inqas ċara, u dan huwa sors ta’ inċertezza. | (6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma tiġġustifikax obbligu għall-Istati Membri li jawtorizzaw l-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħhom. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Dik id-Direttiva sempliċement tarmonizza l-kundizzjonijiet dwar kif id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġdid. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, filwaqt li xi Stati Membri oħra għamlu distinzjoni legali bejn id-dritt għall-użu mill-ġdid u r-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' informazzjoni. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-obbligu sabiex id-dokumenti ġeneralment disponibbli kollha jsiru utilizzabbli mill-ġdid u sabiex jingħata permess għall-użu mill-ġdid ta' dokumenti li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett minħabba reġimi tal-aċċess fl-Istati Membri għandu jiġi żgurat fl-ambitu tar-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-garanzija tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali fil-livell tal-Unjoni, b'rispett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u f'konformità sħiħa magħha, inkluż f'użu mill-ġdid transkonfinali tad-dejta. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Ir-regolamenti nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti pubbliċi huma bbażati fuq it-trasparenza u l-libertà tal-informazzjoni. Madankollu f'xi każijiet, dan id-dritt jiġi limitat, pereżempju għal dawk li għandhom interess speċjali f'dawn id-dokumenti jew f'każijiet meta d-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni sensittiva, relatata pereżempju mas-sigurtà nazzjonali jew pubblika. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Id-Direttiva 2003/98/KE ma tistabbilixxix obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu materjal analogu disponibbli f'format diġitali jew li jagħmluh aċċessibbli f'format miftuħ. L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiddeċiedu huma stess meta d-dejta ssir diġitali u taħt liema kundizzjonijiet. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6d) Id-Direttiva 2003/98/KE tapplika għal dawk id-dokumenti li l-provvista tagħhom hija parti mill-kompitu pubbliku tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru inkwistjoni. Dan il-kompitu pubbliku għandu jkun jista' jiġi definit għall-entitajiet ikkonċernati jew b'mod ġenerali jew inkella każ b'każ. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli għall-użu mill-ġdid tagħhom. Billi dan jikkostitwixxi limitazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti, l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu mill-ġdid għandu jitqassar biex ikopru biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. | (7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ġenerali għall-Istati Membri, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, li jipprevedu li d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u li d-dokumenti futuri kollha ta' din ix-xorta jkunu ġġenerati bil-ħsieb li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid. Billi dan jikkostitwixxi limitazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti, l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu mill-ġdid għandu jitqassar biex ikopri biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Id-dokumenti li għalihom id-drittijiet ta' proprjetà intelletwali jkunu skadew u li konsegwentement jidħlu fl-isfera pubblika jikkostitwixxu parti importanti ħafna tal-kollezzjonijiet tal-libreriji, l-arkivji u l-mużewijiet, u għandhom jingħataw prijorità f'kampanji ta’ diġitalizzazzjoni; għaldaqstant ikun opportun li jkun żgurat li tali diġitalizzazzjoni ma tibdilx l-istatus legali tagħhom. L-aċċess għal din id-dejta u l-użu mill-ġdid tagħha għandhom jiġu żgurati sabiex jiġi rispettat id-dritt fundamentali ta' aċċess għall-kultura, l-informazzjoni u l-edukazzjoni. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-identifikazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ beni kulturali huma sfidi kbar biex jiġi żgurat l-aċċess ta' kulħadd għall-kultura, l-informazzjoni u l-edukazzjoni. Huwa importanti għalhekk li nagħżlu utilizzazzjoni għaqlija tal-beni kulturali li tiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għall-patrimonju kulturali tagħhom, filwaqt li jitqies il-fatt li l-beni kulturali mhumiex beni ekonomiċi bħall-oħrajn u li għandhom jiġu mħarsa minn kummerċjalizzazzjoni eċċessiva. L-istituzzjonijiet kulturali li huma ttrattati minn din id-Direttiva għandhom jiġu appoġġati mill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-istabbiliment ta' fondi pubbliċi għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid tad-dejta. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva titwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji. Id-Direttiva ma tapplikax għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet. | (10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jitwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet, għall-entitajiet pubbliċi li jmexxu siti arkeoloġiċi u kulturali u għall-arkivji, filwaqt li titħeġġeġ il-'virtwalizzazzjoni' tas-siti storiċi bil-għan li jiġi ssemplifikat l-aċċess għal dan it-tip ta' informazzjoni. Id-Direttiva ma tapplikax għal istituzzjonijiet ta' riċerka jew edukattivi jew għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet, jew għall-entitajiet ta’ xandir tas-servizz pubbliku. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Peress li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti li jinsabu f'libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji joffri potenzjal soċjali u ekonomiku sostanzjali għall-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll għas-soċjetà permezz tal-estensjoni tal-kollezzjoni tal-Ewropeana, id-diġitalizzazzjoni kontinwa tal-kollezzjonijiet kulturali Ewropej għandha tiġi promossa. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, jeżistu diversi arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet, arkivji u sħab privati li jinvolvu entitajiet tas-settur pubbliku fl-għoti ta' drittijiet esklussivi ta' aċċess u ta' sfruttar kummerċjali lis-sħab ta' kooperazzjoni. Il-prattika wriet li dawn is-sħubiji pubbliċi-privati jistgħu jiffaċilitaw l-użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u fl-istess waqt iżidu l-aċċess għall-partrimonju kulturali għall-pubbliku. Għaldaqstant id-Direttiva 2003/98/KE m'għandhiex teskludi l-konklużjoni ta' ftehimiet għall-għoti ta' drittijiet esklussivi. Barra minn hekk l-istituzzjonijiet kulturali għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu huma stess is-sħab li jixtiequ jikkooperaw magħhom, b'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10c) L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jagħtu eżempju fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u b'hekk jittrasformaw il-ġestjoni tal-informazzjoni fis-settur pubbliku, jippromwovu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 10d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10d) Ċerta dejta personali li tinsab f’dokumenti tal-arkivji li hija suġġetta għall-projbizzjoni ta' kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni għandha tiġi eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE jew, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni fis-seħħ timponi l-komunikazzjoni tagħha, għandha ssir anonima jew id-dejta li tirrigwarda lill-persuni għandha tiġi mistura qabel ma tintuża. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 10e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10e) Id-dejta f'idejn l-istabbilimenti edukattivi u ta' riċerka għandha tibqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). | (11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati miftuħa u flimkien mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Dokument jitqies li jkun f'format li jinqara elettronikament jekk ikun f'format ta' fajl li jkun strutturat b'mod li l-applikazzjonijiet tas-softwer jistgħu faċilment jidentifikaw, jirrikonoxxu u jisiltu dejta ta' interess minnu. Dejta kkodifikata f'fajls li jkollhom struttura li tista' tinqara elettronikament hija dejta li tista' tinqara elettronikament. Formati li jinqraw elettronikament jistgħu jeżistu bħala standards miftuħa formali jew le. L-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' formati miftuħa li jinqraw elettronikament. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. | (12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-forniment u l-ifformattjar, filwaqt li jkunu żgurati l-interoperabilità u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Madankollu, għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur pubbliku li huma mitluba jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat tagħhom imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom kif ukoll l-ispejjeż normali tal-ġestjoni ta' libreriji, mużewijiet u arkivji. Dawk l-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jingħatalhom permess jimponu tariffi aktar għoljin għall-użu mill-ġdid. Dawn it-tariffi lil hinn minn spejjeż marġinali għandhom ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli u d-dħul totali mill-provvista u l-permess tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti m'għandux jisboq in-nefqa tal-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid, flimkien ma' redditu raġonevoli fuq l-investiment. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' kriterji rilevanti. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vjabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, jistgħu jiżvolġu rwol importanti wkoll f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji ta' governanza miftuħa. | (13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vijabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI, preferibbilment tillimitahom għal indikazzjoni tas-sors. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, għandhom jiżvolġu rwol importanti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji miftuħa li biż-żmien għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu rieżami minn awtoritajiet b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. L-Istati Membri għandhom responsabilità li jaħtru awtoritajiet nazzjonali responsabbli xierqa għal dan ir-rieżami. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. |
Ġustifikazzjoni
It-twaqqif ta' awtorità regolatorja indipendenti jmur kontra l-isforzi tal-Istati Membri lejn tnaqqis fil-burokrazija u l-konsolidament tal-baġits u jidħol b’mod superfluwu fuq is-setgħa ta' organizzazzjoni tal-Istati Membri.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, speċifikament l-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, l-iżgurar tal-użu transkonfinali effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku mill-kumpaniji privati għal prodotti u servizzi ta' informazzjoni b'valur miżjud, u l-limitazzjoni tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq kif xieraq mill-Istati Membri u, għaldaqstant, u fid-dawl tal-ambitu intrinsikament pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulata fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk il-miri. | (15) Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, speċifikament l-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, l-iżgurar tal-użu transkonfinali effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku minn naħa waħda mill-kumpaniji privati, b'enfasi fuq l-impriżi żgħar u medji, għal prodotti u servizzi ta' informazzjoni b'valur miżjud, u min-naħa l-oħra miċ-ċittadini sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid liberu tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ma jistax jintlaħaq kif xieraq mill-Istati Membri u, għaldaqstant, u fid-dawl tal-ambitu intrinsikament pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulata fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk il-miri. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikoxxonuti partikularment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17). Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat jew implimentat b'mod li jkun inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. | (16) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikularment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-aspetti kollha tal-ħajja (Artikolu 8) u d-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17). Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat jew implimentat b'mod li jkun inkonsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta' użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta' użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-entità imparzjali kompetenti sabiex timmonitorja l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet imparzjali, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tkun ta' gwida, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultata mal-partijiet interessati. | (18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tagħmel proposti u tagħti gwida mhux vinkolanti, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet interessati. Għaldaqstant, l-iskambju transkonfinali tal-aħjar prattiki u tal-għarfien bejn il-partijiet interessati, il-korpi pubbliċi u r-regolaturi għandu jkun promoss mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "(b) dokumenti li għalihom partijiet terzi jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi dokumenti li jinżammu minn liberija universitarja li fil-konfront tagħhom l-università għandha drittijiet ta' proprjetà intellettwali;". |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hi maħsuba biex tiċċara li d-Direttiva ma tapplikax għal dokumenti li qed jinżammu minn librerija li tifforma parti minn università li jkollha drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) fid-dokument. Università u l-libreriji tagħha jistgħu jikkostitwixxu entità legali unika. Mingħajr emenda, l-esklużjoni ta' dokumenti suġġetti għal DPI ta' parti terza ma tkunx tapplika fil-każ fejn librerija jkollha d-dokument imma d-DPI huma miżmuma mill-università billi l-università ma tkunx parti (terza) separata.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - punt 1 - punt 1b (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1b) Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| “(c) dokumenti li huma esklużi mill-aċċess minħabba r-reġimi ta’ aċċess fl-Istati Membri, inkluż minħabba raġunijiet ta’: |
| - protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika, |
| - kunfidenzjalità tal-istatistika jew dik kummerċjali; |
| - protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali;''. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
‘(e) "(e) id-dokumenti miżmuma minn stabbilimenti tat-tagħlim jew tar-riċerka, bħal faċilitajiet għar-riċerka, inklużi, fejn relevanti, organizzazzjonijiet imwaqqfa għat-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka, skejjel u universitajiet (għajr il-libreriji universitarji fir-rigward ta' dokumenti li ma jkunux ta' riċerka u protetti minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi) u;" | “(e) id-dokumenti miżmuma minn stabbilimenti tat-tagħlim jew tar-riċerka, inklużi organizzazzjonijiet imwaqqfa għat-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka, skejjel u universitajiet (għajr il-libreriji universitarji fir-rigward ta' dokumenti li ma jkunux ta' riċerka u protetti minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi) u;" |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Fil-paragrafu 2, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (e): |
| "(ea) dokumenti miżmuma minn arkivji, mużewijiet jew libreriji (inklużi l-libreriji universitarji) ta' natura reliġjuża partikolarment sensittiva jew li jinvolvu għarfien tradizzjonali;" |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun żgurat li l-istabbilimenti kulturali li jżommu materjal ta' natura reliġjuża partikolarment sensittiva jew għarfien tradizzjonali se jkunu jistgħu jittrattaw l-użu mill-ġdid ta' dan it-tip ta' materjal b'mod etiku.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| “3. Din id-Direttiva tibbaża fuq ir-reġimi ta’ aċċess fl-Istati Membri u hija mingħajr preġudizzju għalihom.'' |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-paragrafu 5: |
| "5a. L-entitajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-aċċess u l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni." |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod xieraq biex applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod affidabbli dikjarazzjonijiet individwali ta’ fatt u l-istruttura interna tagħhom." | (6) "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod li applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu, f'format miftuħ, jidentifikaw, jirrikonoxxu u jiksbu faċilment u b'mod affidabbli dikjarazzjonijiet individwali ta’ fatt u l-istruttura interna tagħhom." |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 2: |
| "6a. 'anonimità' tfisser it-twettiq tal-proċeduri neċessarji sabiex dejta personali titħassar, tiġi mistura jew ma tkunx tista' tinqara.'' |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2b (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – paragrafu 6b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 2: |
| "6b. "standard formali" tfisser standard li ġie kkodifikat f'forma miktuba, b'dettalji speċifiċi għar-rekwiżiti dwar kif is-softwer isir interoperabbli għall-ġestjoni tal-fajls.". |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2c (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – paragrafu 6c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2c. Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 2: |
| "6c. ''format miftuħ'' tfisser format li jkun indipendenti minn pjattaforma, jinqara elettronikament u disponibbli għall-pubbliku mingħajr restrizzjonijiet legali, tekniċi jew finanzjarji li jimpedixxu l-użu mill-ġdid ta' dik l-informazzjoni''. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Soġġett għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. | (1) Soġġett għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti tal-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV, bil-kundizzjoni li skont ir-regolamenti eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, dawn huma dokumenti kklassifikati bħala aċċessibbli. Fejn possibbli, dawn id-dokumenti għandhom jinxterdu f'format miftuħ li jinqara elettronikament. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Għad-dokumenti li l-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jkollhom id-drittjiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid tad-dokumenti, id-dokumenti jkunu jistgħu jintużaw għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. | (2) Għad-dokumenti li l-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jkollhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid tad-dokumenti, id-dokumenti jkunu jistgħu jintużaw għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV, bil-kundizzjoni li skont ir-regolamenti eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, dawn huma dokumenti kklassifikati bħala aċċessibbli. Fejn possibbli, dawn id-dokumenti għandhom jinxterdu f'format miftuħ. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "(1) L-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid permezz ta' mezzi elettroniċi. Huma għandhom jagħmlu, permezz ta' mezzi elettroniċi, fejn ikun possibbli u xieraq, id-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tinħtieġ liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li huwa konsistenti mal-perjodi ta' żmien stabbiliti għall-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt -2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fi tmiem il-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja: | (2) Fi tmiem il-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja: |
"Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata." | "Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni mill-entità imparzjali rispettiva fl-Istat Membru li tirregola l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata." |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 4: |
| (5a) Din id-Direttiva hija konformi bis-sħiħ mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Jekk dejta pubblika li ssir disponibbli għall-użu mill-ġdid tikkonċerna dejta personali, għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta li skonthom se jkun permissibbli l-użu mill-ġdid, jekk prattikabbli permezz ta' liċenzja. Dik il-valutazzjoni għandha tiżgura li jkun hemm bażi legali adegwata għat-trasferiment u l-użu mill-ġdid tad-dejta skont il-liġi nazzjonali, li l-użu mill-ġdid ikun disponibbli biss għal għan kompatibbli u li l-applikanti u l-utenti sussegwenti jintalbu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex din ma tiksirx il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Fil-paragrafu 1, il-kliem "b'mod elettroniku" jinbidel bil-kliem "f'format li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta korrispondenti.". | (1) Il-paragrafu 1 huwa sostiwit b'dan li ġej: |
| "(1) L-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli fi kwalunkwe format jew lingwa eżistenti qabel u, fejn possibbli u xieraq, f'format miftuħ li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta korrispondenti, li t-tnejn għandhom kemm jista' jkun jikkonformaw ma' standards formali u miftuħa. Id-dokumenti li jinħolqu wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom fil-prinċipju jsiru disponibbli f'format li jinqara elettronikament. Dan m'għandux jimplika obbligu għal adattament fil-każ fejn l-adattament ta' dokumenti eżistenti, inkluż il-forniment ta' estratti, ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, skont kriterji trasparenti, oġġettivi u verifikabbli.''. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid." | 1. Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-forniment u t-tixrid." |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafi 2 u 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F'każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u soġġett għall-approvazzjoni tal-entità imparzjali msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. | 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin: |
| (a) entitajiet tas-settur pubbliku li huma mitluba jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-produzzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid tad-dokumenti; |
| (b) libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji. |
| Dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jsiru bil-kundizzjoni li dan isir fl-interess pubbliku u skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jistgħu jimponu tariffi 'l fuq mill-ispejjeż marġinali għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti li jaħżnu." | 3. It-tariffi imposti lil hinn mill-ispejjeż marġinali tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 huma suġġetti għal rieżami min-naħa ta' entità imparzjali kif imsemmi fl-Artikolu4(4). |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 6: |
| "4a. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-entità jew l-entitajiet xierqa, għajr l-entità tas-settur pubbliku nnifisha, kompetenti sabiex jistabbilixxu l-kriterji għall-ħlasijiet 'il fuq mill-ispejjeż marġinali kif stabbilit fil-paragrafu 4.". |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Jiddaħħal il-paragrafu 5 ġdid: | imħassar |
"Jibqa' f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffi għall-użu mill-ġdid, li tagħti evidenza li t-tariffi jikkonformaw ma' dan l-Artikolu." |
|
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fl-Artikolu 7 (It-trasparenza), jiddaħħal il-kliem "'l fuq mill-ispejjeż marġinali jew" wara l-kliem "il-kalkolu tat-tariffi". | (7) Fl-Artikolu 7, it-tielet sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: |
| ''Is-settur pubbliku inkwistjoni għandu jindika wkoll liema fatturi għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tat-tariffi kif imsemmi fl-Artikolu 6.". |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid mingħajr kundizzjonijiet, jew jistgħu jimponi kundizzjonijiet, bħall-indikazzjoni tas-sors, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.". | "1. L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti mingħajr kundizzjonijiet, jew jistgħu jimponu kundizzjonijiet, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja li tittratta kwistjonijiet rilevanti. Dawn il-kondizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu għal xejn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu implimentati arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi deċentralizzati ta’ assi." | L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format miftuħ u li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi deċentralizzati ta’ assi. |
| Dan m'għandux jimplika xi obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li joħolqu jew jadattaw dokumenti sabiex jikkonformaw mat-talba, u lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu pprovduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9a. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 9a |
| Sabiex tikkontribwixxi lejn implimentazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida b'lista ta' ġabriet tad-dejta rakkomandati u disponibbli għall-użu mill-ġdid." |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9b. L-Artikolu 11(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "2. Iżda, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta’ servizz fl-interess pubbliku, il-validità tal-arranġament għal drittijiet esklussivi għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari mill-awtorità msemmija f'Artikolu 4(4), u għandha, f’kull każ, tiġi riveduta kull tlett snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u magħmula pubbliċi min-naħa tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati.'' |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9c (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9c. Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 11: |
| "2a. Fil-każ fejn sabiex riżorsi kulturali jsiru diġitali huwa meħtieġ dritt esklussiv li jagħti kundizzjonijiet għal sfruttament kummerċjali preferenzjali, tali sfruttament preferenzjali m'għandux jaqbeż seba' snin b'mod ġenerali. Dawn l-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u magħmula pubbliċi. Fil-każ fejn sabiex riżorsi kulturali jsiru diġitali huwa meħtieġ dritt esklussiv li jagħti sfruttament kummerċjali preferenzjali, l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata għandha tingħata kopja mingħajr ħlas tar-riżorsi kulturali diġitalizzati bħala parti minn dak il-ftehim. Irrispettivament minn kull kundizzjoni kuntrattwali li tmur kontra dan, sa tmiem il-perjodu ta' esklussività kull kopja diġitali għandha ssir disponibbli mill-istituzzjoni kulturali għall-użu mill-ġdid min-naħa tal-pubbliku.''. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Fl-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), tiżdied is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu 3: | (10) Fl-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), tiżdied is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu 3: |
"Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jinvolvu l-istabbilimenti kulturali u l-libreriji tal-università għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].". | ''Arranġamenti eżistenti li jinvolvu libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt''. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 13 – paragrafi 1 u 2a (ġodda)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fl-Artikolu 13 (Reviżjoni), id-data tal-1 ta’ Lulju 2008 tinbidel bid-data [tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni], u jiżdied il-paragrafu li ġej: | (12) Fl-Artikolu 13 (Reviżjoni), id-data tal-1 ta’ Lulju 2008 tinbidel bid-data [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u jiżdied il-paragrafu li ġej: |
"L-Istati Membri għandhom iressqu rapport ta' kull sena lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jkun sar mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4)." | "2a. "L-Istati Membri għandhom iressqu rapport kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jkun sar mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-entità imparzjali fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(4). Il-Kummissjoni għandha tippubblika tabella ta' valutazzjoni rilevanti kull sentejn li jkun fiha indikaturi tal-prestazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku." |
15.10.2012
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
( COM(2011)0877 – C7‑0502/2011 – 2011/0430(COD) )
Rapporteur: Rafał Trzaskowski
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) L-użu mill-ġdid, mingħajr burokrazija u ekonomiku, tal-informazzjoni tas-settur pubbliku huwa offrut b’appoġġ għall-gruppi importanti ta’ utenti li ġejjin: l-SMEs, b'mod partikolari fil-qasam tal-ICT; ġurnalisti; u xjentisti. Minbarra dan, it-titjib fl-aċċess għall-informazzjoni fis-settur pubbliku jippromwovi t-trasparenza u ċ-ċarezza fix-xogħol tal-korpi pubbliċi fir-rigward taċ-ċittadini. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma fihiex obbligu li jiġi awtorizzat l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, b'mod li d-dokumenti kollha ġeneralment aċċessibbli jistgħu jintużaw mill-ġdid. Fi Stati Membri oħra, ir-rabta bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli hija inqas ċara, u dan huwa sors ta’ inċertezza. | (6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma tiġġustifikax obbligu għall-Istati Membri li jippermettu l-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku u l-użu mill-ġdid tagħhom. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Id-Direttiva sempliċement tarmonizza l-kundizzjonijiet dwar kif id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġdid. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, filwaqt li xi Stati Membri oħra għamlu distinzjoni legali bejn id-dritt għall-użu mill-ġdid u r-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' informazzjoni. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Ir-regolamenti tal-Istati Membri għall-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku huma bbażati fuq it-trasparenza u l-libertà tal-informazzjoni. Madankollu, f'xi każijiet dan id-dritt jiġi limitat, pereżempju għal dawk li għandhom interess speċjali f'dawn id-dokumenti jew f'każijiet meta d-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni sensittiva, relatata pereżempju mas-sigurtà nazzjonali jew pubblika. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Id-Direttiva 2003/98/KE tapplika għal dawk id-dokumenti li l-provvista tagħhom taqa' fl-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru inkwistjoni. Dan il-kompitu pubbliku għandu jkun jista' jiġi definit għall-entitajiet ikkonċernati b'mod ġenerali jew każ b'każ; |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli għall-użu mill-ġdid tagħhom. Billi dan jikkostitwixxi limitazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti, l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu mill-ġdid għandu jitqassar biex ikopru biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. | (7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tirregola kif l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha disponibbli għall-użu mill-ġdid. Għaldaqstant l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu għandu jitqassar biex ikopri biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Billi l-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn libreriji (inklużi libreriji universitarji), mużewijiet jew arkivji, għandu potenzjal soċjali u ekonomiku sostanzjali għal industriji kulturali u kreattivi, għandha tiġi promossa diġitalizzazzjoni gradwali tal-kollezzjonijiet kulturali Ewropej. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Fir-rigward tal-utilizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, hemm diversi każi ta’ kooperazzjoni bejn libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet, arkivji u sħab privati, fejn entitajiet tas-settur pubbliku jikkonċedu d-drittijiet esklussivi ta' aċċess u utilizzazzjoni kummerċjali lis-sħab kooperattivi. Il-prattika wriet li dawn is-sħubiji pubbliċi-privati jistgħu jippermettu użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u fl-istess ħin iżidu l-aċċess għall-partrimonju kulturali għaċ-ċittadin. Għaldaqstant id-Direttiva 2003/98/KE ma għandhiex teskludi l-konklużjoni ta' ftehimiet għall-għoti ta' drittijiet esklussivi. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet kulturali għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu huma stess is-sħab li jixtiequ jikkooperaw magħhom, b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). | (11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati teknoloġikament newtrali li jinqraw elettronikament u b’mod teknoloġikament newtrali, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Dokument jitqies bħala dokument f'format li jista' jinqara elettronikament jekk ikun dokument diġitali f'format ta' fajl li permezz tiegħu applikazzjonijiet tas-softwer jistgħu jidentifikaw, jirrikonoxxu u jieħdu faċilament data minnu. Dokumenti f’forma ta’ code f'fajls li jillimitaw, bi kwalunkwe mod, tali pproċessar, jew li jeħtieġu teknoloġija speċifika għall-ipproċessar ma għandhomx jitqiesu bħala dokumenti f'formati li jistgħu jinqraw elettronikament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta' formati miftuħa li jistgħu jinqraw elettronikament, bl-eċċezzjoni ta' data fejn l-użu ta’ formati miftuħa jkunu inġustifikabbli għal raġunijiet teknoloġiċi jew ekonomiċi. Kull użu ta’ format ta’ dejta li jista’ jinqara mekkanikament mhux miftuħ għandu jkun ġustifikat u għandha tiġi provduta deskrizzjoni teknika tal-format użat.
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 11b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) “miftuħ” ifisser li l-ispeċifikazzjoni tal-format tinżamm minn organizzazzjoni mhux bi skop ta’ profitt; l-iżvilupp kontinwu tagħha jsir abbażi ta’ proċedura miftuħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li tkun disponibbli għall-partijiet kollha interessati; id-dokument ta’ speċifikazzjoni tal-format huwa liberament disponibbli; il-proprjetà intellettwali tal-istandard titqiegħed għad-dispożizzjoni b’mod irrevokabbli fuq bażi ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. |
Ġustifikazzjoni
Definizzjoni abbażi ta’ definizzjoni provduta mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. | (12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba fil-proċess biex tiġi ssodisfata talba partikolari għall-użu mill-ġdid. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. Għandu jkun dejjem f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. Dawk it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti skont kriterji trasparenti, oġġettivi u verifikabbli. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vjabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, jistgħu jiżvolġu rwol importanti wkoll f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji governattivi miftuħa. | (13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vjabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI, filwaqt li preferibbilment tillimitahom għall-indikazzjoni tas-sors. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, għandhom jiżvolġu rwol importanti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji miftuħa li biż-żmien għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jittrasferixxu din il-funzjoni lill-awtorità rispettiva. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. F’każijiet ta’ konflitt rigward l-implementazzjoni, wieħed jista' jirrikorri għal sistemi nazzjonali tal-Ombudsmen jew l-Ombudsman Ewropew. |
Ġustifikazzjoni
It-twaqqif ta' awtorità regolatorja indipendenti jmur kontra l-isforzi tal-Istati Membri lejn tnaqqis fil-burokrazija u l-konsolidament tal-baġits u jidħol b’mod superfluwu fuq is-sovranità ta' organizzazzjoni tal-Istati Membri.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta' użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward id-disponibbiltà tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tkun ta' gwida, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultata mal-partijiet interessati. | (18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tagħmel proposti u tistabbilixxi linji gwida, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultata mal-partijiet interessati. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1 a) F’paragrafu 2, il-punt (c) jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| '(c) id-dokumenti li huma esklużi mill-aċċess bis-saħħa tar-reġimi ta’ aċċess fl-Istati Membri, inkluż minħabba raġunijiet ta’: |
| - il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża jew is-sigurtà pubblika, |
| - il-kunfidenzjalità tal-istatistika jew dik kummerċjali; |
| - il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali; |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – punt 6 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod xieraq biex applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod affidabbli dikjarazzjonijiet individwali ta’ fatt u l-istruttura interna tagħhom. | 6. "dokument f'format li jista' jinqara elettronikament" tfisser dokument diġitali f'format ta' fajl li jħalli applikazzjonijiet tas-softwer jidentifikaw, jirrikonoxxu u jieħdu faċilment dejta ta' interess minn dak id-dokument b'mod teknoloġikament newtrali. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (- 1) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-użu mill-ġdid permezz ta' mezzi elettroniċi. Huma għandhom jagħmlu, permezz ta' mezzi elettroniċi, fejn ikun possibbli u xieraq, id-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tinħtieġ liċenzja, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenzja lill-applikant fi żmien raġonevoli li huwa konsistenti mal-perjodi ta' żmien stipulati għall-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess tad-dokumenti. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata." | Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu r-referenza dwar il-possibilità ta’ reviżjoni minn awtorità fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni
It-twaqqif ta' awtorità regolatorja indipendenti jmur kontra l-isforzi tal-Istati Membri lejn tnaqqis fil-burokrazija u l-konsolidament tal-baġits u jidħol b’mod superfluwu fuq is-sovranità ta' organizzazzjoni tal-Istati Membri.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – point 2 (ġdid)
2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu ġdid
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Din id-Direttiva hija konformi bis-sħiħ mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Jekk data pubblika li ssir disponibbli għal użu mill-ġdid tikkonċerna data personali, għandu jkun stabbilit taħt liema kundizzjonijiet u soġġett għal liema salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data se jkun permissibbli l-użu mill-ġdid, jekk prattikabbli permezz ta' liċenzja. Din il-valutazzjoni għandha tiżgura li jkun hemm bażi legali adegwata għat-trasferiment u l-użu mill-ġdid tad-data skont il-liġi nazzjonali, li l-użu mill-ġdid ikun disponibbli biss għal għan kompatibbli u li l-applikanti u l-utenti sussegwenti jiġu mitluba jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib jekk l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun fi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tad-data. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fil-paragrafu 1, il-kliem "b'mod elettroniku" jinbidel bil-kliem "f'format li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta korrispondenti." | 1. Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| ‘1. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli fil-formati jew il-lingwi eżistenti minn qabel u, fejn possibbli u xieraq, f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadata korrispondenti. Dan ma għandux jimplika xi obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li joħolqu, jiddiġitalizzaw jew jadattaw dokumenti jew jagħmluhom f'formati li jinqaraw elettronikament b'mod teknoloġikament newtrali sabiex jikkonformaw mat-talba, lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu provduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur 'l hinn minn operazzjoni sempliċi.'' |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid." | 1. Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-provvista u t-tixrid." |
| 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal: |
2. F'każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr ħsara għall-parafrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu." | a) każijiet eċċezzjonali, fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jkunu meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopri parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali |
‘3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jistgħu jimponu tariffi 'l fuq mill-ispejjeż marġinali għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti li jaħżnu." | b) libreriji (inklużi libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji. |
| 3. Meta jsiru imposti skont il-paragrafu 2, dawn għandhom ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli. Id-dħul totali mill-provvista u mill-permess li dokumenti jintużaw mill-ġdid, ma għandux jaqbeż l-ispiża tal-ġbir, il-produzzjoni, ir-riproduzzjoni, il-forniment u t-tixrid, flimkien ma' dħul raġonevoli fuq l-investiment. Jekk applikabbli, ma għandux jeċċedi, l-anonimimizzazzjoni tad-data personali jew tal-investimenti bil-għan li d-data ssir disponibbli għal użu mill-ġdid permezz ta' mezzi elettroniċi. L-imposti skont il-paragrafi 1 u 2, għandhom ikunu orjentati skont in-nefqa matul il-perjodu xieraq ta’ kontabilità u kalkolati skont il-prinċipji ta’ kontabilità applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti. |
| 4. L-imposti li jsiru skont il-paragrafu 3 huma soġġetti għal reviżjoni mill-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fl-Artikolu 7 (It-trasparenza), jiddaħħal il-kliem "'l fuq mill-ispejjeż marġinali jew" wara l-kliem "il-kalkolu tat-tariffi". | (7) Fl-Artikolu 7 (It-trasparenza), it-tielet sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej: |
| ''Is-settur pubbliku inkwistjoni għandu wkoll jindika liema fatturi għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi skont l-Artikolu 6.'' |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid mingħajr kundizzjonijiet, jew jistgħu jimponi kundizzjonijiet, bħall-indikazzjoni tas-sors, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. | "L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti mingħajr kundizzjonijiet, jew, jekk xieraq, jimponu kundizzjonijiet fl-ambitu ta' liċenzja, li fiha jiġu stipulati regoli essenzjali. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom isiru disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi u ma għandhomx jirrestrinġu għal xejn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Għall-fini tal-implementazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għal liċenzji standard u miftuħa rakkomandati għall-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku. Dawn il-linji gwida għandhom jinkludu klawsola speċifika għall-protezzjoni tad-data. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu implimentati arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi deċentralizzati ta’ assi." | L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid madwar l-Unjoni, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi ta’ assi." |
Ġustifikazzjoni
L-introduzzjoni ta' possibilitajiet ta' tiftix b'ilsna differenti huwa sinifikanti u diġà qed jiġu offruti fuq bażi volontarja. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-settur pubbliku, l-introduzzjoni ta' rekwiżit ġenerali sabiex tali għażla ta' tiftix jiġi pprovdut dejjem f'lingwi Ewropej oħra, se jkun marbut ma' spejjeż sproporzjonalment għoljin.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) (9 a) L-Artikolu 11, paragrafu 2 huwa emendat b’dan li ġej: |
| ‘2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta' servizz fl-interess pubbliku, il-validità tal-arranġament ta' dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari, u għandha, f'kull każ, tiġi riveduta kull erba' snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipju ta' trasparenza u jiġu ppubblikati mill-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati.'' |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Fl-Artikolu 11, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| ‘2a. Minkejja l-paragrafu 1, fejn dritt esklużiv jingħata b'rabta mal-isfruttar kummerċjali neċessarju għad-diġitalizzazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, l-isfruttar kummerċjali ma jistax ikun ta' aktar minn seba' snin. Tul dan iż-żmien, id-dritt esklussiv ma għandux ikun soġġett għal kontroll. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u jiġu ppubblikati.'' |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – parti introduttorja
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Fl-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklużivi), tiżdied is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu 3: | (10) Paragrafu 3 tal-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), għandu jinqara kif ġej: |
| ‘3. L-arranġamenti eżistenti esklużivi li ma jikkwalifikawx għal eċċezzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu terminati fl-aħħar tal-kuntratt u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jikkonċernaw libreriji (inklużi libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji, u li ma jikkwalifikawx għal eċċezzjoni skont il-paragrafi 2 jew 2a, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]." |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – parti introduttorja
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fl-Artikolu 13 (Reviżjoni), id-data tal-1 ta’ Lulju 2008 tinbidel bid-data [tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni], u jiżdied il-paragrafu li ġej: | (12) Fl-Artikolu 13 (Reviżjoni), id-data tal-1 ta’ Lulju 2008 tinbidel bid-data [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ], u jiżdied il-paragrafu li ġej: |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 13 – paragrafu 3 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom iressqu rapport ta' kull sena lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jkun sar mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4)." | L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar id-disponibbiltà ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku għall-użu mill-ġdid, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4)." |
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku | |||
Referenzi | COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Rafał Trzaskowski 29.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 8.5.2012 | 20.6.2012 | 18.9.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 11.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 28 0 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Gesine Meissner, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Olga Sehnalová, Kyriacos Triantaphyllides, Kerstin Westphal | |||
17.7.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
( COM(2011)0877 – C7‑0502/2011 – 2011/0430(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Sabine Verheyen
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal Direttiva tniedi tibdil paradigmatiku lejn politika ta' ''aċċess miftuħ'' għad-data pubblika f'era diġitali. L-idea bażika hija, li l-pubbliku ġenerali jkollu dritt għad-data, li tkun inġabret f'isem l-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-introjtu mit-taxxa.
Ir-rapporteur tilqa' l-passi li huma adegwati, għall-promozzjoni ta' aċċess permanenti u miftuħ għall-informazzjoni kulturali u tappoġġa l-isforzi li jaċċeleraw id-diġitalizzazzjoni tal-patrimonju kulturali Ewropew. Hija konxja tal-importanza ekonomika u soċjali tad-data pubblika u tad-disponibilità diġitali tagħhom.
Id-diġitalizzazzjoni tal-kollezzjonijiet kulturali tiffaċilita l-aċċess għall-patrimonju kulturali Ewropew għaċ-ċittadini kollha. Għalhekk, ir-rapporteur tilqa' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għal-libreriji (inklużi libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji. L-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha potenzjal ekonomiku, soċjali u innovattiv kbir. Huwa mistenni, li l-industrija kreattiva u kulturali se tibbenefika partikolarment minn estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni.
Sabiex l-opportuntajiet offruti jintużaw bl-aħjar mod, ir-rapporteur hija tal-fehma li għandu jsir xi titjib f'ċertu punti, billi l-proposta għal Direttiva jista' jkollha effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u l-isforzi għad-diġitalizzazzjoni fis-settur pubbliku (kulturali).
§Setgħa ta' deċiżjoni tal-entitajiet pubbliċi:Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq bażi nazzjonali (jew lokali) għandu jibqa' jkollhom is-setgħa jiddeċiedu huma stess dwar l-użu tal-informazzjoni tagħhom u li jkunu kapaċi jkopru parti kbira mill-ispejjeż tagħhom li rriżultaw mit-twettiq tal-kompitu pubbliku tagħhom. Ir-rapporteur hija tal-fehma, li għandu jkun possibbli barra minn hekk, li ċerti dokumenti jiġu esklużi mill-użu mill-ġdid, pereżempju, fil-każ ta' ħafna data li ma tkunx ġietx ipproċessata tirriżulta sitwazzjoni ta' ġbir mhux kontrollat, u għalhekk ssir adegwata biss għall-użu mill-ġdid wara fażijiet ta' trattament ulterjuri. L-interoperabilità: Ir-rapporteur taqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tad-data, id-data u l-metadata li diġà jeżistu f'format diġitali biss għandhom isiru disponibbli fil-format ta' data standard b'mod teknoloġikament newtrali u li jinqraw elettronikament.
§It-twaqqif ta' awtorità indipendenti u t-treġġigħ lura tal-piż tal-prova: It-talba għat-twaqqif ta' awtorità indipendenti b'setgħat regolatorji speċjali tmur kontra l-isforzi tal-Istati Membri għat-tnaqqis fil-burokrazija u l-konsolidament tal-baġit. L-obbligi għar-rappurtar u t-treġġigħ lura tal-piż tal-prova fir-rigward tar-rispett għar-rekwiżit tat-tariffi se jġibu magħhom spejjeż addizzjonali sproporzjonati għall-amministrazzjoni pubblika. Ir-rapporteur tipproponi li d-deċiżjoni dwar liema entità nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva għandha tkun f'idejn l-Istati Membri. L-applikant xorta għandu l-possibilità li jieħu passi legali f'każ li proċedura ta' oppożizzjoni ma jkollhiex eżitu tajjeb.
§Tariffi u kriterji għat-tariffi: Ir-rapporteur turi tħassib li l-libreriji (inklużi libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji b'forma legali u amministrazzjoni pubbliċi spiss ikollhom jiffinanzjaw l-operat tagħhom sa punti varjabbli. Barra minn hekk, l-ispejjeż attwali tal-arkivjar fuq perjodu twil ta' data diġitali huma għoljin ħafna. Għaldaqstant permezz ta' din id-Direttiva għandhom jiġu introdotti prinċipji adegwati dwar it-tariffi, li jippermettu li jiġu imposti tariffi li jkopru bis-sħiħ l-ispejjeż tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni sabiex ikunu koperti l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-distribuzzjoni tad-data. Inkella hemm ir-riskju ta' effetti negattivi fuq il-kwalità tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-kapaċità ta' investiment f'dan is-settur. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni għal skopijiet kummerċjali tibda sseħħ fl-aħħar nett sempliċiment bi spejjeż tal-entitajiet pubbliċi, b'effetti negattivi fuq il-proġetti ta' diġitalizzazzjoni.
§Ftehimiet ta' esklussività: Fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, hemm diversi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn libreriji (inklużi libreriji universitarji), mużewijiet, arkivji u sħab privati, li jinvolvu lill-entitajiet tas-settur pubbliku fl-għoti ta' drittijiet esklussivi ta' aċċess u utilizzazzjoni kummerċjali lis-sħab kooperattiv. Il-prattika wriet, li dawn is-sħubiji pubbliċi-privati jistgħu jippermettu użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u l-aċċess rapidu għall-partrimonju kulturali. Fil-każ ta' proġetti ta' diġitalizzazzjoni kbar li jimplikaw piż finanzjarju għoli għas-sħab privati, huwa neċessarju li jingħataw drittijiet ta' esklussività għat-twettiq ta' proġetti li huma fl-interess pubbliku. Għaldaqstant ir-rapporteur hija tal-fehma li d-Direttiva 2003/98/KE m'għandhiex teskludi l-għoti ta' drittijiet esklussivi, iżda li għandhom li l-ftehimiet inkwistjoni għandhom jiġu limitati għal perjodu ta' seba' snin.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, tekniċi jew finanzjarji jew b'restrizzjonijiet minimi, jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-tqabbid tal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija. Madankollu, dan ikun jirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fuq il-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti, u dawn il-kundizzjonijiet indaqs ma jistgħux jinkisbu billi jitħallew f'idejn ir-regoli u l-prattiċi differenti tal-Istati Membri, jew tal-entitajiet pubbliċi kkonċernati. | (2) Il-politiki tad-dejta miftuħa li jinkoraġġixxu d-disponibbiltà wiesgħa u l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal finijiet privati jew kummerċjali, bl-ebda restrizzjoni legali, tekniċi jew finanzjarji jew b'restrizzjonijiet minimi, u li jippromwovu t-tixrid tal-informazzjoni mhux biss għall-operaturi ekonomiċi iżda wkoll għall-membri tal-pubbliku u l-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kif jixraq f'kull każ id-drittijiet fundamentali, jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-tqabbid tal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda msejsa fuq mezzi ġodda biex tiġi kkombinata u użata l-informazzjoni msemmija. Madankollu, dan ikun jirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fuq il-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti, u dawn il-kundizzjonijiet indaqs ma jistgħux jinkisbu billi jitħallew f'idejn ir-regoli u l-prattiċi differenti tal-Istati Membri, jew tal-entitajiet pubbliċi kkonċernati. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma fihiex obbligu li jiġi awtorizzat l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, b'mod li d-dokumenti kollha ġeneralment aċċessibbli jistgħu jintużaw mill-ġdid. Fi Stati Membri oħra, ir-rabta bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli hija inqas ċara, u dan huwa sors ta’ inċertezza. | (6) Id-Direttiva 2003/98/KE ma fihiex obbligu għall-Istati Membri li jiġi awtorizzat l-aċċess għal, u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ f'idejn l-Istati Membri jew l-entità tas-settur pubbliku kkonċernata. Id-Direttiva sempliċement tarmonizza l-kundizzjonijiet dwar kif id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġdid. Fl-istess nifs, id-Direttiva tibni fuq regoli nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Ċerti Stati Membri rabtu espressament id-dritt tal-użu mill-ġdid ma' dan id-dritt ta' aċċess, filwaqt li xi Stati Membri għamlu distinzjoni legali bejn id-dritt għall-użu mill-ġdid u r-regoli nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' informazzjoni. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-arranġamenti tal-Istati Membri għall-aċċess għad-dokumenti tas-settur pubbliku huma bbażati fuq it-trasparenza u l-libertà ta' informazzjoni. Madankollu f'xi każijiet dan id-dritt jiġi limitat, pereżempju għal dawk li għandhom interess speċjali f'dawn id-dokumenti jew f'każijiet meta d-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni sensittiva, relatata pereżempju mas-sigurtà nazzjonali jew pubblika. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Id-Direttiva 2003/98/KE ma tinkludix obbligu għall-Istati Membri sabiex jagħmlu materjal analogu disponibbli f'forma diġitali jew jagħmluh jinqara elettronikament b'mod teknoloġikament newtrali. L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiddeċiedu huma stess liema data tista' ssir diġitali, f'liema ħin u taħt liema kundizzjonijiet. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Id-Direttiva 2003/98/KE tapplika għal dawk id-dokumenti li l-provvista tagħhom taqa' fl-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati, kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħra tal-Istat Membru inkwistjoni. Dan il-kompitu pubbliku għandu jkun jista' jiġi definit għall-entitajiet ikkonċernati b'mod ġenerali jew każ b'każ; |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli għall-użu mill-ġdid tagħhom. Billi dan jikkostitwixxi limitazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti, l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu mill-ġdid għandu jitqassar biex ikopru biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. | (7) Id-Direttiva 2003/98/KE tirrestrinġi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti. Għaldaqstant l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu għandu jitqassar biex ikopri biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Id-dokumenti li għalihom id-drittijiet ta' proprjetà intelletwali jkunu skadew u li konsegwentement jidħlu fl-isfera pubblika, jikkostitwixxu parti importanti ħafna tal-kollezzjonijiet tal-libreriji, l-arkivji u l-mużewijiet, u għandu jkollhom prijorità f'kampanji ta’ diġitalizzazzjoni; għaldaqstant jeħtieġ li jkun żgurat li tali diġitalizzazzjoni ma tibdilx l-istatus legali tagħhom. L-aċċess għal, u l-użu mill-ġdid ta' din id-data għandhom jiġu żgurati sabiex jiġi rispettat id-dritt fundamentali ta' aċċess għall-kultura, l-informazzjoni u l-edukazzjoni. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-iskoperta, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ beni kulturali huma sfidi kbar biex jiġi żgurat l-aċċess ta’ kulħadd għall-kultura, it-tagħrif u l-edukazzjoni. Huwa importanti għalhekk li nagħżlu utilizzazzjoni għaqlija tal-beni kulturali li tiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għall-patrimonju kulturali, filwaqt li jitqies il-fatt li l-beni kulturali mhumiex beni ekonomiċi bħall-oħrajn u li għandhom jiġu mħarsa minn kummerċjalizzazzjoni eċċessiva. L-istituzzjonijiet kulturali li huma ttrattati minn din id-Direttiva għandhom jiġu appoġġjati mill-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-istabbiliment ta’ fondi pubbliċi għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid tad-data. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva titwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji. Id-Direttiva ma tapplikax għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet. | (10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva titwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji filwaqt li jitħeġġeġ l-użu ta’ virtwalizzazzjoni tas-siti storiċi bil-għan li jiġi ssemplifikat l-aċċess għal dan it-tip ta’ tagħrif. Id-Direttiva ma tapplikax għal stabbilimenti ta' riċerka u edukattivi jew għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Peress li l-użu mill-ġdid ta' dokumenti li jinsabu f'idejn libreriji (inklużi l-libreriji tal-universitajiet), mużewijiet u arkivji joffri potenzjal soċjali u ekonomiku sostanzjali għall-industriji kulturali u kreattivi, kif ukoll għas-soċjetà permezz tal-estensjoni tal-kollezzjoni tal-Ewropeana, id-diġitalizzazzjoni li għaddejja bħalissa tal-kollezzjonijiet kulturali Ewropej għandha tiġi promossa. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Ċerta data personali li tinsab f’dokumenti arkivjali li hija s-suġġett ta’ projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni għandha tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE jew, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ timponi l-komunikazzjoni tagħha, għandha ssir anonima jew id-data li tirrigwarda lill-persuni għandha tinħeba qabel kwalunkwe użu. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 10c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10c) Fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, hemm diversi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet, arkivji u sħab privat, li jinvolvu lill-entitajiet tas-settur pubbliku fl-għoti ta' drittijiet esklussivi ta' aċċess u utilizzazzjoni kummerċjali lis-sħab kooperattiv. Il-prattika wriet li dawn is-sħubiji pubbliċi-privati jistgħu jippermettu użu sinifikanti tal-kollezzjonijiet kulturali u fl-istess waqt iżidu l-aċċess għall-partrimonju kulturali għaċ-ċittadin. Għaldaqstant id-Direttiva 2003/98/KE m'għandhiex teskludi l-konklużjoni ta' ftehimiet għall-għoti ta' drittijiet esklussivi. Barra minn hekk l-istituzzjonijiet kulturali għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu huma stess is-sħab li jixtiequ jikkooperaw magħhom, b'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 10d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10d) Id-data f'idejn l-istabbilimenti edukattivi u ta' riċerka għandha tibqa' barra l-ambitu tad-Direttiva 2003/98/KE. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 10e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10e) Ix-xandir tas-servizz pubbliku għandu jibqa' eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). | (11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati teknoloġikament newtrali li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u ta' użu għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. | (12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-forniment u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, partikolarment għal individwi fil-qasam tal-ħarsien tad-data, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jitrasferixxu din il-funzjoni lil awtorità korrispondenti. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. |
Ġustifikazzjoni
It-twaqqif ta' awtorità regolatorja indipendenti tmur kontra l-isforzi tal-Istati Membri lejn tnaqqis fil-burokrazija u l-konsolidament tal-baġits u tintervjeni sew mingħajr ħtieġa fis-setgħa ta' organizzazzjoni tal-Istati Membri.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, speċifikament l-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, l-iżgurar tal-użu transkonfinali effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku mill-kumpaniji privati għal prodotti u servizzi ta' informazzjoni b'valur miżjud, u l-limitazzjoni tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq kif xieraq mill-Istati Membri u, għaldaqstant, u fid-dawl tal-ambitu intrinsikament pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulata fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk il-miri. | (15) Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, speċifikament l-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni bbażati fuq dokumenti tas-settur pubbliku, l-iżgurar tal-użu transkonfinali effiċjenti tad-dokumenti tas-settur pubbliku min-naħa l-waħda mill-kumpaniji privati għal prodotti u servizzi ta' informazzjoni b'valur miżjud, u min-naħa l-oħra miċ-ċittadini sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid liberu tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ma jistax jintlaħaq kif xieraq mill-Istati Membri u, għaldaqstant, u fid-dawl tal-ambitu intrinsikament pan-Ewropew tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulata fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk il-miri. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tkun ta' gwida, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultata mal-partijiet interessati. | (18) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva b'mod konsistenti billi tagħmel proposti u tistabbilixxi linji gwida, partikularment fejn jidħlu t-tariffi u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-liċenzjar, u l-formati tad-dejta, wara li tkun ikkonsultata mal-partijiet interessati. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod xieraq biex applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod affidabbli dikjarazzjonijiet individwali ta’ fatt u l-istruttura interna tagħhom." | (6) "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod sabiex applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jottienu b'mod teknoloġikament newtrali, data individwali li tkun ta' interess." |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Soġġett għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. | (1) Soġġett għall-paragrafu (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti tal-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV, bil-kundizzjoni li skont ir-regolamenti eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, dawn huma dokumenti kklassifikati bħala aċċessibbli. Kemm jista' jkun, dawn id-dokumenti għandhom jinxterdu f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Għad-dokumenti li l-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jkollhom id-drittjiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid tad-dokumenti, id-dokumenti jkunu jistgħu jintużaw għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. | (2) Għad-dokumenti li l-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jkollhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid tad-dokumenti, id-dokumenti jkunu jistgħu jintużaw għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV, bil-kundizzjoni li skont ir-regolamenti eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, dawn huma dokumenti kklassifikati bħala aċċessibbli. Kemm jista' jkun, dawn id-dokumenti għandhom jinxterdu f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – paragrafu 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fi tmiem il-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja: | (2) Il-paragrafu 4 jinbidel b'li ġej: |
"Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata." | ‘4. Kull deċiżjoni negattiva għandu jkun fiha referenza għall-mezz ta’ rimedju fil-każ li l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni. Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu referenza dwar il-possibilità ta’ reviżjoni minn awtorità fl-Istati Membri." |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fil-paragrafu 1, il-kliem "b'mod elettroniku" jinbidel bil-kliem "f'format li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta korrispondenti.". | 1. Il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej: |
| ‘1. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli fil-formati jew il-lingwi eżistenti minn qabel u, fejn possibbli u xieraq, f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament, flimkien mal-metadejta korrispondenti. Dan ma għandux jimplika xi obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li joħolqu, jiddiġitalizzaw jew jadattaw dokumenti jew jagħmluhom f'formati li jinqaraw elettronikament b'mod teknoloġikament newtrali sabiex jikkonformaw mat-talba, lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu provduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur 'l hinn minn operazzjoni sempliċi.'' |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid." | (1) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, l-ammont totali impost mill-entitajiet tas-settur pubbliku għandu jkun limitat għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni, il-forniment u t-tixrid." |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) 2. F'każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr ħsara għall-parafrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu." | (2) Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal: |
| (a) każijiet eċċezzjonali li fihom l-entitajiet tas-settur pubbliku jeħtiġilhom jagħmlu l-qligħ sabiex ikopru parti kbira mill-ispejjeż li ġarrbu biex jissodisfaw il-kompitu pubbliku tagħhom; |
| (b) libreriji (inklużi libreriji universitarji), mużewijiet u arkivji. |
Ġustifikazzjoni
Fil-każ ta' użu mill-ġdid kummerċjali, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom ikunu jistgħu jimponu tariffi li jkopru l-ispejjeż, sabiex jilħqu n-nefqa li tirriżulta mid-distribuzzjoni tad-data u sabiex jevitaw l-effetti negattivi fuq il-kwalità tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u fuq il-kapaċità ta' investiment. Il-libreriji (inklużi libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji, xi drabi jkollhom jiffinanzjaw l-operat tagħhom huma stess. F'każ li dan l-introjtu jintilef, se jirriżulta defiċit għoli fil-baġit kulturali tal-Istati Membri.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jistgħu jimponu tariffi 'l fuq mill-ispejjeż marġinali għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti li jaħżnu." | imħassar |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) It-test tal-Artikolu 6 isir il-paragrafu 4. | (2) It-test tal-Artikolu 6 isir il-paragrafu 4 u jkun jinqara kif ġej: |
| “4. Fejn jintalab ħlas skont il-paragrafu 2, il-volum totali tagħhom irid jiġi stabbilit permezz ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u varjabbli, u d-dħul totali mnissel mill-provvista u mill-awtorizzazzjoni tal-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti ma għandux jisboq in-nefqa tal-ġbir, produzzjoni, riproduzzjoni, forniment u tixrid, filwaqt li jippermetti dħul raġonevoli fuq l-investiment li jkun jaqbel mal-eżerċizzju tal-kompiti pubbliċi tal-korpi u tal-istituzzjonijiet. Fil-każ ta’ proġetti li l-finijiet tagħhom huma purament kummerċjali, id-dħul minn dawn il-ħlasijiet mitluba għandu jiġi investit skont kriterji oġġettivi u trasparenti li ma jkunux ta' detriment għall-interess ġenerali. Il-ħlasijiet skont il-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, għandhom ikunu orjentati skont in-nefqa matul il-perjodu xieraq ta’ kontabilità u kalkolati skont il-prinċipji ta’ kontabilità applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti." |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 2a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| ‘4a. ''Hija responsabilità tal-Istati Membri li jaħtru awtorità nazzjonali adegwata u kompetenti sabiex tikkontrolla l-konformità mal-kriterji għall-kalkolu tal-ħlasijiet imsemmija f'paragrafu 4.'' |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – paragrafu 3
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Jiddaħħal il-paragrafu 5 ġdid:
"Jibqa' f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffi għall-użu mill-ġdid, li tagħti evidenza li t-tariffi jikkonformaw ma' dan l-Artikolu." | imħassar |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fl-Artikolu 7 (It-trasparenza), jiddaħħal il-kliem "'l fuq mill-ispejjeż marġinali jew" wara l-kliem "il-kalkolu tat-tariffi". | (7) Fl-Artikolu 7 (It-trasparenza), it-tielet sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej: |
| ''Is-settur pubbliku inkwistjoni għandu wkoll jindika liema fatturi għandu jingħata kont tagħhom fil-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet skont l-Artikolu 6.'' |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – paragrafu 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid mingħajr kundizzjonijiet, jew jistgħu jimponi kundizzjonijiet, bħall-indikazzjoni tas-sors, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.". | L-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti mingħajr kundizzjonijiet, jew jistgħu jimponu kundizzjonijiet, fejn xieraq permezz ta’ liċenzja li titratta kwistjonijiet rilevanti. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid, u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu implimentati arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi deċentralizzati ta’ assi." | L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti prattiċi biex jiġi ffaċilitat it-tiftix għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid madwar l-Unjoni, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli f'format teknoloġikament newtrali li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi ta’ assi." |
Ġustifikazzjoni
L-introduzzjoni ta' possibilitajiet ta' tiftix b'ilsna differenti huwa sinifikanti u diġà qed jiġu offruti fuq bażi volontarja. Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-settur pubbliku, l-introduzzjoni ta' rekwiżit ġenerali sabiex tali għażla ta' tiftix jiġi pprovdut dejjem f'lingwi Ewropej oħra, se jkun marbut ma' spejjeż sproporzjonalment għoljin.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| ‘2. ''Minkejja l-paragrafu 1, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta' servizz fl-interess pubbliku, il-validità tal-arranġament ta' dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari, u għandha, f'kull każ, tiġi riveduta kull erba' snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-prinċipju ta' trasparenza u jkunu magħmula pubbliċi mill-entitajiet tas-settur pubbliku kkonċernati.'' |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| ‘2a. ''Minkejja l-paragrafu 1, fejn dritt esklussiv jingħata b'rabta mal-isfruttar kummerċjali neċessarju għad-diġitalizzazzjoni ta' kollezzjonijiet kulturali, l-isfruttar kummerċjali ma jistax ikun ta' aktar minn seba' snin. Tul dan iż-żmien, id-dritt esklussiv ma jeħtieġlux ikun suġġett għal reviżjoni. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u magħmula pubbliċi.'' |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Fl-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), tiżdied is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu 3: | (10) Fl-Artikolu 11, (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
"Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jinvolvu l-istabbilimenti kulturali u l-libreriji tal-università għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].". | ‘3. "L-arranġamenti eżistenti esklussivi li ma jikkwalifikawx għal eċċezzjoni taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu terminati fl-aħħar tal-kuntratt u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jikkonċernaw libreriji (inklużi l-libreriji tal-università), mużewijiet u arkivji li ma jikkwalifikawx għal eċċezzjoni skont il-paragrafi 2 jew 2a, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]." |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12 – parti introduttorja
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 13 - paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fl-Artikolu 13 (Reviżjoni), id-data tal-1 ta’ Lulju 2008 tinbidel bid-data [tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni], u jiżdied il-paragrafu li ġej: | (12) Fl-Artikolu 13(1)(Reviżjoni) il-kliem, ''l-1 ta’ Lulju 2008'' jinbidel [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], u jiżdied il-paragrafu li ġej: |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-Istati Membri għandhom iressqu rapport ta' kull sena lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jkun sar mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4)." | (2a) "L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-ammont ta’ użu mill-ġdid li jkun sar mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4)." |
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' rapport obbligatorju annwali mhuwiex ċar billi mhuwiex mistenni li jsir tibdil fi żmien sena fil-fatturi suġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar, u dan se jimponi piż addizzjonali sproporzjonat fuq l-entitajiet tas-settur pubbliku.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku | |||
Referenzi | COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Sabine Verheyen 24.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 27.3.2012 | 29.5.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 21 5 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Ivo Belet, Nessa Childers, Nadja Hirsch, Iosif Matula, Mitro Repo | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Evžen Tošenovský | |||
15.10.2012
11.10.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
( COM(2011)0877 – C7‑0502/2011 – 2011/0430(COD) )
Rapporteur: Marielle Gallo
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal direttiva tidħol fil-qafas tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Fil-fatt, l-informazzjoni tas-settur pubbliku tista’ tintuża għall-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi diġitali ġodda u tirrapreżenta sors kbir ta' tkabbir potenzjali li ma ġiex suffiċjentement sfruttat mill-Istati Membri.
Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li ġiet f’waqtha peress li issa l-internet huwa meqjuż aktar bħala internet ta’ data milli internet ta’ informazzjoni u ta’ għarfien.
Għal dak li jikkonċerna l-kontenut tal-proposta għal direttiva, fil-ġustifikazzjoni fil-qosor tagħha, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza fuq il-punti li ġejjin:
1. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva
Għandu jingħad li d-dokumenti li mhumiex aċċessibbli minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
2. Definizzjonijiet
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tagħha, l-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ formati teknoloġikament newtrali u li jistgħu jinqraw elettronikament. Għandu jiġi evitat, fejn dan ikun possibbli, il-ħtieġa ta’ xi teknoloġija speċifika għall-ipproċċessar tad-dokumenti.
3. Tariffi
Il-kwistjoni tat-tariffi hija kwistjoni prinċipali għas-suċċess tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Jekk l-ammont tat-tariffi stabbiliti huwa wisq għoli, l-ispiża tal-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi diġitali ġodda se tkun projbittiva għall-impriżi, b’mod partikolari għall-kumpanniji li għadhom jibdew u l-SMEs. Min-naħa l-oħra, ċerti entitajiet tas-settur pubbliku jidderivaw parti mill-introjtu tagħhom mill-isfruttament tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħhom.
Ir-rapporteur hija konxja mill-fatt li jrid jinstab ekwilibriju bejn dawn iż-żewġ objettivi: iż-żieda fl-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni pubblika, minn naħa u, il-finanzjament tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ ċerti entitajiet, min-naħa l-oħra. Ir-rapporteur tipproponi li tinżamm il-possibbiltà għal ċerti entitajiet pubbliċi kif ukoll għal-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji li jimponu tariffi li jkunu ogħla mill-ispejjeż marġinali tar-riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli u din il-possibbiltà tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam ta’ sorveljanza tal-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku.
4. Awtorità indipendenti inkarigata mis-sorveljanza tal-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku
Fl-aħħarnett, ir-rapporteur tqis li l-ħolqien ta’ awtorità amministrattiva ġdida mhijiex neċessarja għas-sorveljanza tal-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku. L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw awtorità eżistenti sabiex twettaq din il-funzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli għall-użu mill-ġdid tagħhom. Billi dan jikkostitwixxi limitazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-awturi tad-dokumenti, l-ambitu ta' tali rabta bejn id-dritt tal-aċċess u d-dritt tal-użu mill-ġdid għandu jitqassar biex ikopru biss dak li hu strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn din l-introduzzjoni. F'dan ir-rigward, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-librerija universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqu. | (7) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/98/KE għandha tistipula l-obbligu ċar li l-Istati Membri joffru d-dokumenti kollha ġeneralment disponibbli għall-użu mill-ġdid tagħhom. Dan l-obbligu ma japplikax għad-dokumenti li, skont ir-regoli ta’ aċċess fis-seħħ fl-Istati Membri, mhumiex aċċessibbli kif ukoll għall-eċċezzjonijiet previsti f’din id-direttiva. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċifikament skont il-Konvenzjoni ta' Bern għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbutin mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS), id-dokumenti li partijiet terzi jżommu drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuqhom għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/98/KE. Fil-każ li parti terza kienet is-sid inizjali ta’ dokument miżmum minn libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), mużewijiet jew arkivji, li jkun għadu protett bid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dak id-dokument għandu jitqies li partijiet terzi jżommu drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fuqu. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva titwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji. Id-Direttiva ma tapplikax għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet. | (10) Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva titwessa' għal-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), għall-mużewijiet u għall-arkivji. Id-Direttiva ma tapplikax għal istituzzjonijiet kulturali oħrajn, bħal operi, ċentri tal-ballet jew teatri, inklużi l-arkivji li jkunu parti minn dawn l-istituzzjonijiet, u lanqas għall-entitajiet ta’ xandir ta’ servizz pubbliku. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire). | (11) Biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tal-PSI, l-entitajiet tas-settur pubbliku għandhom iqiegħdu dokumenti għad-dispożizzjoni permezz ta' formati teknoloġikament newtrali u li jinqraw elettronikament, u flimkiem mal-metadejta tagħhom fejn possibbli u xieraq, f'format li jiżgura l-interoperabbiltà eċċ., billi jipproċessawhom b'mod konsistenti mal-prinċipji tar-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà u użabbiltà għall-informazzjoni spazjali skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali mġarrba bir-riproduzzjoni u t-tixrid tagħhom, sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor skont l-għan, it-trasparenza jew kriterji li jistgħu jiġi vverifikati. Għandha titqies b'mod partikulari l-ħtieġa li ma jitfixkilx il-funzjonament normali ta’ dawk entitajiet tas-settur pubbliku li jkopru parti sostanzjali tal-ispejjeż tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompitu pubbliku tagħhom, billi jittellef l-isfruttar tad-drittijiet tagħhom tal-proprjetà intellettwali. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. | (12) Fejn jiġu imposti tariffi għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, dawn tal-aħħar għandhom ikunu stabbiliti skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli li jiżguraw trattament ugwali. Huma fil-prinċipju, għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż marġinali involuti fir-riproduzzjoni tad-dokumenti u t-tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu, il-fatt li ċerti entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġġeneraw dħul li jkopri parti sostanzjali tal-ispejjeż tagħhom tal-operat imnissla mill-qadi tal-kompiti pubbliċi tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħhom. Dawn l-entitajiet u liberiji, mużewijiet u arkiviji wkoll għandhom ikunu jistgħu jimponu tariffi li jaqbżu l-ispejjeż marġinali ta’ riproduzzjoni ta’ dokumenti u ta’ tqiegħid għad-dispożizzjoni tagħhom u li jippermettu dħul raġonevoli fuq investimen. Dawn it-tariffi għandhom jiġu ffissati skont kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli li jiżguraw trattament ugwali. Għandu jkun f'idejn l-entità tas-settur pubbliku li tkun qiegħda timponi tariffa għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti, li tagħti evidenza li t-tariffi huma msejsa fuq l-ispejjeż, u li tikkonforma ma' limiti rilevanti. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vjabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ dejta miftuħin, jistgħu jiżvolġu rwol importanti wkoll f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji ta' governanza miftuħa. | (13) B'rabta ma' kwalunkwe użu mill-ġdid li jsir mid-dokument, fejn ikun vjabbli, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jimponu kundizzjonijiet fuq l-utent mill-ġdid, pereżempju r-rikonoxximent tas-sors. Fi kwalunkwe każ, kull liċenzja għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tqiegħed l-inqas restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu mill-ġdid tal-PSI. Il-liċenzji miftuħin disponibbli fuq l-internet, li jagħtu drittijiet usa' tal-użu mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet teknoloġiċi, finanzjarji jew ġeografiċi, u li jistrieħu fuq formati ta’ data miftuħin, għandhom jiżvolġu rwol importanti wkoll f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-liċenzji tal-gvern miftuħa u l-liċenzjar tal-metadata tal-PSI għandu jsegwi l-istandards għall-ħruġ tal-liċenzji kif stabbilit minn pereżempju l-Europeana. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi eliminata l-proliferazzjoni tal-liċenzji u d-differenzi persistenti u emerġenti bejn l-Istati Membri fl-isfruttament tal-informazzjoni dwar is-settur pubbliku, il-liċenzjar tal-metadata tal-PSI għandu jsegwi l-istandards għall-ħruġ tal-liċenzji kif stabbilit minn pereżempju l-Europeana, ara l-Istqarrija għall-Istampa tal-Europeana tat-12 ta' Settembru http://goo.gl/inTkj.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet indipendenti b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (14) L-implimentazzjoni tajba ta’ wħud mill-elementi ta’ din id-Direttiva, ngħidu aħna l-mezzi ta’ rikors, il-konformità mal-prinċipji tat-tariffar, u l-obbligi ta' rappurtar, jeħtieġu monitoraġġ minn awtoritajiet b'kompetenza fl-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema awtoritajiet għandhom ikunu kompetenti għall-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta' użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità indipendenti. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. | (17) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri (ara l-premessa 19) jirrappurtaw lill-Kummissjoni rigward l-ammont ta' użu mill-ġdid li jsir mill-informazzjoni tas-settur pubbliku, il-kundizzjonijiet li skonthom issir disponibbli, u l-ħidma tal-awtorità kompetenti għall-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-approċċi fuq il-livell tal-Unjoni, għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet indipendenti, b'mod partikulari bl-iskambju ta’ tagħrif dwar l-aqwa prassi u l-politiki ta’ użu mill-ġdid tad-dejta. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| '(b) dokumenti li fir-rigward tagħhom il-partijiet terzi għandhom drittijiet ta' proprjetà intellettwali, inklużi dokumenti miżmuma minn librerija universitarja li fir-rigward tagħhom l-università jkollha drittijiet ta’ proprjetà intelletwali;' |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
'(e) "(e) id-dokumenti miżmuma minn stabbilimenti tat-tagħlim jew tar-riċerka, bħal faċilitajiet għar-riċerka, inklużi, fejn relevanti, organizzazzjonijiet imwaqqfa għat-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka, skejjel u universitajiet (għajr il-libreriji universitarji fir-rigward ta' dokumenti li ma jkunux ta' riċerka u protetti minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi) u;" | '(e) id-dokumenti miżmuma minn stabbilimenti tat-tagħlim jew tar-riċerka inklużi organizzazzjonijiet imwaqqfa għat-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka, skejjel u universitajiet (għajr il-libreriji universitarji fir-rigward ta' dokumenti li ma jkunux ta' riċerka u protetti minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi) u, |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) fil-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud: |
| ‘(fa) dokumenti li, skont il-liġi tal-Istat Membru, mhumiex aċċessibbli għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali.’ |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 2 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b'mod xieraq biex applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod affidabbli dikjarazzjonijiet individwali ta’ fatt u l-istruttura interna tagħhom. | 6. "li jinqara elettronikament" tfisser li dokumenti diġitali jkunu strutturati b’tali mod li l-applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu, b’mod teknoloġikament newtrali, jidentifikaw u jieħdu d-data rilevanti b'mod affidabbli; |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – punt 2
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fi tmiem il-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja: | (2) Il-paragrafu 4 jinbidel li ġej: |
"Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn awtorità indipendenti li tingħata setgħat regolatorji speċifiċi fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti għall-entità tas-settur pubbliku kkonċernata." | '4. Kwalunkwe deċiżjoni rigward l-użu mill-ġdid għandha tinkludi referenza għall-mezz ta’ rimedju f'każ li l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni. Il-miżuri ta’ rikors għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ reviżjoni minn entità imparzjali ta' reviżjoni, bħall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità nazzjonali tal-aċċess għad-dokumenti jew l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li għandha l-awtorità li tinvestiga lmenti fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti tas-settur pubbliku u li d-deċiżjonijiet tagħha jridu jiġu kkunsidrati mill-entità tas-settur pubbliku kkonċernata.' |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
'2. F'każijiet eċċezzjonali, partikularment fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom, mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali, skont l-għan, it-trasparenza u kriterji verifikabbli, sakemm dan ikun fl-interess pubbliku u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 4(4), u mingħajr ħsara għall-parafrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu." | '2. Fejn l-entitajiet tas-settur pubbliku jiġġeneraw dħul mill-isfruttar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom sabiex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tal-operat tagħhom, marbutin mal-qadi tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom jew attività partikolari sakemm din taqa’ fl-ambitu tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u tirrappreżenta parti sostanzjali minn dawk il-kompiti, l-entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jitħallew jimponu tariffi għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti 'l fuq mill-ispejjeż marġinali |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt 1
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
'3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet u l-arkivji jistgħu jimponu tariffi 'l fuq mill-ispejjeż marġinali għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti li jaħżnu." | '3. Minkejja l-paragrafu 1, il-libreriji (inklużi l-libreriji universitarji), il-mużewijiet, l-arkivji, u entitajiet tas-settur pubbliku li jaqdu skopijiet simili għal dawk ta’ hawn fuq, jistgħu jimponu tariffi 'l fuq mill-ispejjeż marġinali għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti li jżommu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u verifikabbli, u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità msemmija fl-Artikolu 4(4). |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu implimentati arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format li jinqara elettronikament, u siti u portali li jkollhom ħolqa għal listi deċentralizzati ta’ assi." | L-Istati Membri għandhom jadottaw arranġamenti prattiċi li jiffaċilitaw it-tiftix, b'ilsna differenti, għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bħal listi ta’ dokumenti ewlenin bil-metadejta rilevanti, preferibbilment aċċessibbli fuq l-internet u f'format teknoloġikament newtrali u li jinqara elettronikament, u siti portali li huma konnessi mal-listi deċentralizzati ta’ assi. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
10. Fl-Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi), tiżdied is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu 3: | 10. 1Artikolu 11 (il-projbizzjoni tal-arranġamenti esklussivi) ġie emendat kif ġej: |
| (1) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| “2a. Minkejja l-paragrafu 1, meta jkun hemm il-ħtieġa ta' dritt esklussiv għall-provvista ta’ servizz fl-interess pubbliku, bħalma hi d-diġitalizzazzjoni, il-validità tar-raġuni għall-għoti ta’ tali dritt esklussiv għandha tkun soġġetta għal reviżjoni regolari, u għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi riveduta kull tliet snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Fejn ikun hemm dritt esklussiv marbut mal-isfruttament kummerċjali preferenzjali neċessarju għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, l-entità tas-settur pubbliku għandha tingħata kopja tar-riżorsi kulturali diġitalizzati bħala parti minn dak il-ftehim.” |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2003/98/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Is-sentenza li ġejja qed tiddaħħal fl-aħħar ta' paragrafu 3: |
"Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jinvolvu l-istabbilimenti kulturali u l-libreriji tal-università għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].". | “Madankollu, arranġamenti ta’ dan it-tip li jinvolvu arkivji, mużewijiet u libreriji (inklużi l-libreriji universitarji) għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt, jew f'kull każ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX [għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. |
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku | |||
Referenzi | COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Marielle Gallo 19.12.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 9.7.2012 | 18.9.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 11.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Gerald Häfner, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Piotr Borys, Eva Lichtenberger, József Szájer, Axel Voss | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Sylvie Guillaume, Salvatore Tatarella | |||
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku | |||
Referenzi | COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 12.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 15.12.2011 | CULT 15.12.2011 | JURI 15.12.2011 | LIBE 15.12.2011 |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | LIBE 28.2.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Ivailo Kalfin 27.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 19.6.2012 | 17.9.2012 | 9.10.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 29.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 46 4 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Antonio Cancian, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Bernd Lange, Zofija Mazej Kukovič, Alajos Mészáros, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău, Henri Weber | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Keith Taylor | |||
Data tat-tressiq | 7.12.2012 | |||