Dokument ta' sessjoni
10.12.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL KULĦADD”
Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Doris Pack
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 117
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp 123
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 137
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali 149
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija 199
PROĊEDURA 233
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL KULĦADD”
Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0788 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0436/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-29 ta’ Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ( A7-0405/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal | Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" | li jistabbilixxi "YES Europe" |
Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport | Il-Programm tal-Unjoni għaż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u t-taħriġ u l-Isport |
Kummenti
Din l-emenda tapplika għat-test kollu kemm hu; jekk tiġi adottata jkun hemm bżonn li jsiru l-bidliet korrispondenti.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) L-Artikolu 165(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti mandat ċar għall-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa. |
Ġustifikazzjoni
Hu importanti li r-regolament jingħata bażi solida fit-trattati, anke fir-rigward tal-politiki dwar iż-żgħażagħ. L-Artikolu 165 TFUE jagħti l-leġittimità lill-Unjoni biex tistabbilixxi aġenda solida għaż-żgħażagħ u biex tippromwovi l-azzjonijiet li jappoġġaw l-awtonomija taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti tal-marka kummerċjali "Erasmus" bħala sinonimu tal-mobilità ta’ dawk li qed jitgħallmu fl-Unjoni jitlob għal użu aktar estensiv ta’ din il-marka mis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm. | (3) Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali tal-marki kummerċjali Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci u Grundtvig bħala sinonimi mal-mobilità tat-tagħlim u l-kooperazzjoni tal-Unjoni huwa tali li l-użu ta’ dawn il-marki għandu jitkompla għall-Programm il-ġdid ukoll. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-Programm il-ġdid għandu jiffoka fuq it-tnaqqis tal-ostakoli għall-aċċess għall-finanzjament u fuq is-semplifikazzjoni tal-iskemi amministrattivi fl-istruttura. Huwa essenzjali li tingħata attenzjoni permanenti lit-tnaqqis tal-infiq amministrattiv u s-semplfikazzjoni tal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programm għas-suċċess tal-Programm. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-għażliet strateġiċi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-kompetenza l-ġdida tal-Unjoni fil-qasam tal-isport u r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Azzjonijiet Preparatorji fil-qasam tal-isport tat indikazzjonijiet utli dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni tal-Unjoni u wriet il-valur miżjud li l-Unjoni tista’ tagħti lill-attivitajiet ta’ appoġġ immirati li joħolqu, jaqsmu u jifirxu l-esperjenzi u l-għarfien dwar kwistjonijiet differenti li jaffettwaw l-isport fuq livell Ewropew. | (4) Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-għażliet strateġiċi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-kompetenza l-ġdida tal-Unjoni fil-qasam tal-isport u r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Azzjonijiet Preparatorji fil-qasam tal-isport taw indikazzjonijiet utli dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni tal-Unjoni u wrew il-valur miżjud li l-Unjoni tista’ tagħti lill-attivitajiet ta’ appoġġ immirati li joħolqu, jaqsmu u jifirxu l-esperjenzi u l-għarfien dwar kwistjonijiet differenti li jaffettwaw l-isport fuq il-livell Ewropew, dejjem sakemm ikunu prinċipalment iffukati fil-livell bażiku. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-Istrateġija Ewropea għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti (Ewropa 2020) qed tiddefinixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni għad-deċennju li ġej biex tappoġġa t-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti li qed tiffissa ħames objettivi ambizzjużi li għandhom jintlaħqu sal-2020, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni biex ir-rati ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien jitnaqqsu taħt l-10°% u biex tippermetti tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena li jlestu l-edukazzjoni għolja. Dan jinkludi wkoll l-inizjattivi ewlenin tagħha, partikolarment “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u l-Aġenda għall-Ħiliet u l-Impjiegi l-Ġodda. | (5) L-Istrateġija Ewropea għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti (Ewropa 2020) qed tiddefinixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni għad-deċennju li ġej biex tappoġġa t-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti billi tiffissa ħames objettivi li għandhom jintlaħqu sal-2020, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni biex ir-rati ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien jitnaqqsu taħt l-10°% u biex tippermetti li tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena jkunu lestew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti. Dan jinkludi wkoll l-inizjattivi emblematiċi tagħha, partikolarment “Żgħażagħ Attivi”, l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi u "Unjoni tal-Innovazzjoni"1. |
| __________________ |
| 1 COM(2010)0546 . |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-12°ta’°Mejju°2009 sejjaħ għal qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET°2020) li jiffissa erba’ miri strateġiċi bil-għan li jilħqu l-isfidi li għad fadal biex tinħoloq Ewropa bbażata fuq l-għarfien u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd. | (6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-12°ta’°Mejju°2009 sejjaħ għal qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET°2020) li jiffissa erba’ miri strateġiċi bil-għan li jilħqu l-isfidi li għad fadal biex tinħoloq Ewropa bbażata fuq l-għarfien u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd. Dawn il-miri jintlaħqu biss jekk il-livell xieraq ta' finanzjament ikun disponibbli. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. | (7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Hemm ukoll il-ħtieġa li l-aċċess mill-gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli jitwessa’ u li l-ħtiġijiet ta’ tagħlim speċjali tal-persuni b’diżabilità jiġu indirizzati b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-Programm. Dawn l-ambizzjonijiet għandhom jiġu riflessi f'miżuri konkreti ta' segwitu u valutazzjoni sabiex ikun żgurat li l-programm jiġi implimentat skont dawn l-objettivi. |
Ġustifikazzjoni
Huwa ta’ importanza partikolari li l-azzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiżguraw li l-azzjonijiet jilħqu lill-foqra u lil dawk vulnerabbli u dan għandu jkun relevanti wkoll fi ħdan l-Ewropa.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-attraenza tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni għolja f’pajjiżi terzi. | (8) Il-Programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, tal-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ Ewropej fir-rigward tal-miri ġeneriċi tal-ET2020 u l-attrattività tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati mal-Unjoni u l-pajjiżi terzi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-qafas imġedded ta' kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) għandu jirrikonoxxi ż-żgħażagħ kollha bħala riżorsa fis-soċjetà u jilqa' d-dritt tagħhom li jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-politiki li jaffettwawhom permezz ta' djalogu strutturat kontinwu bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-istess żgħażagħ fuq kull livell. | (9) Il-qafas imġedded ta' kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ kollha jitqiesu bħala riżorsa fis-soċjetà u jfittex li jiffaċilita u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-politiki li jaffettwawhom permezz ta' djalogu strutturat kontinwu bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-istess żgħażagħ fuq kull livell. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jimplika wkoll li l-viżi għall-parteċipanti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien, sabiex jiġi żgurat li l-ebda parteċipant ma jitlef parti mill-istudju jew kollu kemm hu, mill-programm ta’ taħriġ jew ta’ skambju, u biex jiġu evitati kanċellazzjonijiet ta’ azzjonijiet ta’ mobilità u ta’ proġetti. F’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ta' cittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jwaqqfu proċeduri ta’ ammissjoni iktar rapida. | (11) L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Sabiex jiġi żgurat li l-ebda parteċipant ma jitlef xi parti mill-attività ppjanata, u biex jiġu evitati kanċellazzjonijiet ta’ azzjonijiet ta’ mobilità u ta’ proġetti, l-Istati Membri għandhom jiġu inkuraġġiti joħorġu viżi mingħajr dewmien żejjed u jistabbilixxu proċeduri rapidi ta’ ammissjoni f’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' tfal tal-iskola, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Sabiex jiġi indirizzat aħjar il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u vokazzjonali u n-negozji, bil-għan l-ħtiġijiet kurrikulari li jiġu armonizzati ma' dawk tas-suq tax-xogħol, tittejjeb l-impjegabilità tal-istudenti u jiġu żviluppati l-ħiliet imprenditorjali. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Id-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja, iffirmata mill-Ministri tal-Edukazzjoni ta’ 29°pajjiż Ewropew fid-19°ta’°Ġunju°1999, stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat biex joħloq "Żona Ewropea ta' Edukazzjoni għolja", li għandha bżonn appoġġ fuq livell tal-Unjoni. | (13) Id-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja, iffirmata mill-Ministri tal-Edukazzjoni ta’ 29°pajjiż Ewropew fid-19°ta’°Ġunju°1999, stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat biex joħloq "Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja". Fit-8 Konferenza Ministerjali ta' Bologna, li saret f'Bukarest, ir-Rumanija nhar is-26 u s-27 ta' April 2012, is-47 Ministru responsabbli għall-edukazzjoni għolja ffirmaw il-Komunikat Ministerjali ta' Bucharest li jappella għall-konsolidament taż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, li għandha bżonn appoġġ kontinwu fuq livell tal-Unjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Il-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020) iddefinixxa viżjoni globali u ambizzjuża għall-politika ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, u talab appoġġ mill-Programmi ta’ Edukazzjoni tal-Unjoni għall-prijoritajiet miftehma, li jinkludu l-mobilità internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri. | (14) Ir-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) biex jgħinu sabiex jinkisbu numru ta’ miri stipulati fl-istrateġija Ewropa 2020 huwa rikonoxxut b'mod ġenerali u definit fil-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020), b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tal-potenzjal tiegħu fl-indirizzar tal-livell għoli ta’ qgħad fl-Ewropa, b’mod speċjali l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, il-promozzjoni ta’ kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva. Jeħtieġ li tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-ETV, li jinkludu apprendisti, għalliema u persuni li jħarrġu, u li tiġi promossa l-kooperazzjoni permezz ta’ sħubijiet fil-livelli kollha bejn il-partijiet interessati kkonċernati u li l-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-immodernizzar tas-sistemi tal-ETV tagħhom. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) L-istudenti fl-edukazzjoni vokazzjonali u teknika, inklużi dawk fuq esperjenzi prattiċi ta' xogħol, u l-apprendisti jeħtieġu jingħataw aktar opportunitajiet għall-mobilità. Għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-mobilità ssir kemm aktar attraenti, kif ukoll aktar aċċessibbli, b'mod partikulari għall-persunal imħarreġ mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u mis-settur tal-arti u l-artiġġanat. |
Ġustifikazzjoni
Il-Komunikat ta' Bruges jiddikjara li t-trawwim tal-mobilità transkonfinali għall-istudenti ta’ edukazzjoni vokazzjonali u teknika hu sfida kruċjali għall-ġejjieni. Fir-rigward tal-mobilità tal-apprendisti, hu importanti li jkun hemm organizzazzjonijiet intermedjarji għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, bħala organizzazzjonijiet li kemm jibagħtu lill-apprendisti, kif ukoll li jirċivuhom.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Huwa meħtieġ li tissaħħaħ l-intensità u l-volum ta’ kooperazzjoni Ewropea bejn l-iskejjel, u tal-mobilità tal-persunal tal-iskola u ta’ dawk li qed jitgħallmu sabiex jiġu ttrattati l-prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-Seklu°21, jiġifieri biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Unjoni fl-oqsma ta’ żvilupp kompetenti u sabiex jiġu mtejba l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistemi skolastiċi u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħu l-professjoni tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskola. F’dan il-kuntest, għandha tingħata importanza partikolari lill-miri strateġiċi biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, tittejjeb l-eżekuzzjoni fil-ħiliet bażiċi, jittejbu l-parteċipazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, kif ukoll dawk il-miri li jsaħħu l-kompetenzi professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola, u jittejbu l-opportunitajiet edukattivi ta' tfal li kienu migranti u ta’ dawk li qegħdin fi żvantaġġ soċjo-ekonomiku. | (15) Huwa meħtieġ li tissaħħaħ l-intensità u l-volum ta’ kooperazzjoni Ewropea bejn l-iskejjel, u tal-mobilità tal-persunal tal-iskola u ta’ dawk li qed jitgħallmu sabiex jiġu ttrattati l-prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-Seklu°21, jiġifieri biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Unjoni fl-oqsma ta’ żvilupp kompetenti u sabiex jiġu mtejba l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistemi skolastiċi u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħu u jiġu appoġġati l-professjoni tal-għalliema u t-tmexxija tal-iskola. F’dan il-kuntest, il-miri strateġiċi biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, tittejjeb l-eżekuzzjoni fil-ħiliet bażiċi, jittejbu l-parteċipazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija għandhom jingħataw prijorità flimkien mal-miri li jsaħħu l-kompetenzi professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola, u li jtejbu l-opportunitajiet edukattivi ta' tfal li kienu migranti u ta’ dawk li qegħdin fi żvantaġġ soċjoekonomiku. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) Il-Programm għandu jagħti attenzjoni partikulari lid-dimensjoni territorjali tal-politiki fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ u, b'mod speċjali, għall-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fil-kisbiet edukattivi fil-livelli nazzjonali u lokali. |
Ġustifikazzjoni
Fiż-żoni urbani, problemi bħat-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, l-esklużjoni taż-żgħażagħ, kisbiet edukattivi baxxi u aċċess dgħajjef għall-infrastruttura edukattiva huma komuni. Hi x'inhi l-prosperità ta' belt, hemm it-tendenza li dawn il-problemi jiġu kkonċentrati f'ċerti viċinati, speċifikament dwar bi żvantaġġi soċjoekonomiċi. Biex jaffrontaw dawn l-isfidi, l-amministrazzjonijiet lokali jiżvolġu rwol fundamentali fil-koordinament u t-tmexxija tal-azzjonijiet biex jiġu indirizzati. L-esperjenza fl-affrontar ta' dawn l-isfidi hi kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti mġedda tinkludi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ [....] li timmira biex tippermetti lill-adulti kollha biex jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom, b’attenzjoni partikolari tingħata lit-titjib tad-dispożizzjoni għall-għadd għoli ta’ Ewropej b’ħiliet baxxi mmirati fl-Ewropa 2020. | (16) L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti mġedda inkluża fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 20111 tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, b’kunsiderazzjoni tat-tixjiħ demografiku tal-Ewropa li jagħmilha neċessità inevitabbli għall-adulti li regolarment iġeddu l-ħiliet u l-kompetenzi personali u professjonali tagħhom wara li jkunu temmew l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, billi jirrikonoxxi wkoll r-rwol tat-tagħlim tal-adulti fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva. L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, meta jitqiesu l-miri tal-impjiegi u tat-tnaqqis tal-faqar definiti fl-Ewropa 2020, tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ Ewropej bi ftit ħiliet u bi ftit kwalifiki fit-tagħlim tal-adulti. |
| ______________ |
| 1 ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) It-tagħlimiet mis-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, ir-rapporti demografiċi tal-Kummissjoni u l-impenn fir-rigward tal-volontarjat muri minn persuni anzjani juru l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, il-mobilità u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tas-soċjetà lil hinn ferm mit-tmiem tal-ħajja professjonali tal-persuna. L-anzjani jiżvolġu rwol fundamentali fil-volontarjat u l-edukazzjoni soċjali fl-Ewropa. Il-Programm għandu jqis dan il-fatt billi jqiegħed l-enfasi xierqa fuq il-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi parteċipanti. | (17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili Ewropea għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm, anki fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati mal-Unjoni. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa. | (18) Il-Kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa, kif għandha tissaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni fi ħdan il-programmi internazzjonali mal-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja, u għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li għandhom struttura ta’ governanza Ewropea, ikopru l-ispettru sħiħa ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti. | (19) Bil-għan li jingħata kontribut biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja u biex jingħata rispons għall-ħtieġa dejjem akbar ta’ għarfien u djalogu dwar il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħha, huwa importanti li tiġi stimulata l-eċċellenza fl-istruzzjoni, fir-riċerka u fir-riflessjoni f’dan il-qasam billi jiġu appoġġjati l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jispeċjalizzaw fl-istudju tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u l-assoċjazzjonijiet Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-Azzjoni Jean Monnet. |
Ġustifikazzjoni
Tħassir tal-kriterji li llimitaw l-ilqugħ ta' għotjiet operattivi għall-istituzzjonijiet akkademiċi biss.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (19a) Għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fil-livell nazzjonali u dak Ewropew. Huwa importanti ħafna li tinħoloq sjieda wiesgħa dwar l-istrateġiji u l-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja. Is-soċjetà ċivili hija essenzjali sabiex jiġu kkunsidrati l-ideat u t-tħassib tal-partijiet interessati fil-livelli kollha u tikkostitwixxi bażi għal djalogu solidu bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha sabiex l-ispazju Ewropew għat-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" tat-18°ta’°Jannar°2011 tistabbilixxi l-ideat tal-Kummissjoni għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tipproponi lista ta’ azzjonijiet konkreti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi tliet kapitoli vasti: ir-rwol tal-isport fis-soċjetà, id-dimensjoni ekonomika tal-isport u l-organizzazzjoni tal-isport. | (20) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" tat-18°ta’°Jannar°2011 tistabbilixxi l-ideat tal-Kummissjoni għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tipproponi lista ta’ azzjonijiet konkreti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikabbru l-identità Ewropea fl-isport fi tliet kapitoli vasti: ir-rwol tal-isport fis-soċjetà, id-dimensjoni ekonomika tal-isport u l-organizzazzjoni tal-isport. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Hemm bżonn li tingħata attenzjoni partikolari għall-isport b'parteċipazzjoni tal-massa u l-volontarajt fl-isport, minħabba r-rwol kruċjali li jiżvolġu fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li tiffavorixxi s-saħħa. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tat-taħriġ, u se tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti żgħażagħ (inklużi l-istudenti tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali) għal metodi, prattiki u teknoloġiji użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom f’ekonomija globali; jista’ jgħinhom ukoll joħolqu impjiegi bi profil internazzjonali iktar attraenti. | (21) Trasparenza ikbar, tqabbil u rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod ta’ rikonoxximent tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u tat-taħriġ ta’ kwalità, u jiffaċilitaw il-mobilità kemm għat-tagħlim tul il-ħajja u kemm għall-finijiet ta’ xogħol fl-Ewropa kollha, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti (inklużi l-istudenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali) u għall-istudenti adulti għal metodi, prattiki u teknoloġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja użati f’pajjiżi oħra se jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom fl-ekonomija Ewropea u se jippromwovi wkoll il-mobilità tax-xogħol. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li jiġi estiż l-użu tal-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) skont id-Deċiżjoni Nru 2241/2004KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004, il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropew (EQF) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, is-sistema ta’ Krediti Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 u tas-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECTS). | (22) Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li jsir użu estiż tal-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) skont id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004, ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR) u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (ENQA) skont ir-Rakkommandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 20061, il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropew (EQF) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, is-Sistema ta’ Krediti Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 u tas-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECTS) |
| ____________ |
| 1 ĠU L 64, 4.3.2006, p.60. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. | (24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kultura u l-media, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-imprenditorjat, il-ġustizzja, il-konsumatur, l-iżvilupp, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, kif ukoll b'konformità mal-istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervenzjoni u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet. | (25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inklużi l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi tar-rendiment li jirriflettu l-loġika tal-intervent. Ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej iridu, f'termini ġenerali jintużaw u jitqiesu fit-tfassil tal-politiki u l-istrateġiji Ewropej fir-rigward taż-żgħażagħ u viċi versa. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta' eżekuzzjoni li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament. | (27) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta' rendiment li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (29a) Il-persuni fiżiċi minn Pajjiż jew Territorju extra-Ewropew (PTE) u l-entitajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati kompetenti ta' PTE jistgħu jieħdu sehem fil-Programm tal-Unjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea1. |
| __________________ |
| 1 COM(2012)0362 . |
Ġustifikazzjoni
Id-Deċiżjoni attwali dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-PTE fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-PTE huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li tiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-PTE fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fil-mobilità tal-Unjoni u fl-azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat. | (30) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat li qed jinbidel, iddeskrivew, inter alia, il-mira li jkomplu jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-viċinat fl-azzjonijiet tal-Unjoni favur il-mobilità u l-bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-viċinat. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali. Filwaqt li l-għajnuna esterna tal-Unjoni għandha iktar bżonn ta’ finanzjament, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Unjoni tillimita r-riżorsi disponibbli għal din l-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tipprova tuża bl-iktar mod effiċjenti r-riżorsi disponibbli partikolarment permezz tal-istrumenti finanzjarji b’effett ta’ fulkru. | (31) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, permezz tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet. Filwaqt li l-għajnuna esterna tal-Unjoni għandha iktar bżonn ta’ finanzjament, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Unjoni tillimita r-riżorsi disponibbli għal din l-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tipprova tuża bl-iktar mod effiċjenti u sostenibbli r-riżorsi disponibbli partikolarment permezz tal-istrumenti finanzjarji b’effett ta’ ingranaġġ. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31a) It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ġestjonali hu inevitabbli sabiex jitneħħa x-xkiel għall-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji potenzjali kollha fil-Programm. It-twaqqif ta' mekkaniżmi għall-involviment kontinwu tal-benefiċjarji u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet previsti fil-qafas tal-Programm hu fundamentali. |
Ġustifikazzjoni
Flimkien mal-ħtieġa li l-programmi jkunu jikkorrispondu ma' prijoritajiet politiċi, hu importanti li jitneħħa x-xkiel għall-parteċipazzjoni. Ta' spiss, il-kandidati potenzjali jiġu skorraġġuti mill-proċeduri ta' applikazzjoni, kif ukoll mill-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-ġestjoni ta' proġetti tal-UE. Hu importanti li jiġi ddikjarat li hemm bżonn jiġu stabbiliti proċeduri aktar effiċjenti u faċli biex jintużaw għall-applikazzjonijiet fi ħdan il-Programm.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Fil-Komunikazzjoni tagħha "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29°ta’°Ġunju°2011, il-Kummissjoni mpenjat ruħha biex tissimplifika l-finanzjament tal-Unjoni. Il-ħolqien ta’ programm uniku dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport għandu jipprovdi simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-programm. L-implimentazzjoni għandha tkun issimplifikata aktar bl-użu ta’ somom f’daqqa, spejjeż unitarji jew finanzjament b’rata fissa, kif ukoll bit-tnaqqis tar-rekwiżiti formali għall-benefiċjarji u l-Istati Membri. | (32) Fil-Komunikazzjoni tagħha "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29°ta’°Ġunju°2011, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tissimplifika l-finanzjament tal-Unjoni. Il-ħolqien ta’ programm uniku dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport għandu jipprovdi simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-programm. L-implimentazzjoni għandha tkun issimplifikata aktar bl-użu ta’ somom f’daqqa, spejjeż unitarji jew finanzjament b’rata fissa, kif ukoll bit-tnaqqis tar-rekwiżiti formali u burokratiċi għall-benefiċjarji u l-Istati Membri. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Filwaqt li tirrispetta s-setgħat tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbożż ta’ baġit, għat-tul ta’ dan il-Programm, fuq il-bażi ta' linji baġitarji separati għal kull waħda mill-azzjonijiet tal-Programm, kif previst fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura aktar ċarezza u trasparenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi għall-komponenti differenti tal-Programm fuq kwalunkwe bażi annwali. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 32b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Programm, waqt li jiġi żgurat l-użu ottimali tar-riżorsi finanzjarji; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 32c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32c) Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-Programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-Programm għall-parteċipanti kollha. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu°290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (33) Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu°290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti u ta' persuni interessati. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
L-implimentazzjoni ta' programm effiċjenti u faċli biex jintuża, li jkun kapaċi jżid l-impatt fis-soċjetà, tista' titwettaq biss bil-kontribut u l-konsulenza tal-benefiċjarji, bħala kwistjoni ta' governanza tajba.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 35a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (35a) Il-Programm għandu jkopri tliet oqsma differenti, u l-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 30 għandu jittratta kemm kwistjonijiet orizzontali kif ukoll dawk settorjali. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiżguraw li jibagħtu r-rappreżentanti rilevanti fil-kumitat f'konformità mat-temi li jkun hemm fl-aġenda, u huwa f'idejn il-president tal-kumitat li jiżgura li l-aġendi tal-laqgħat ikunu jindikaw b'mod ċar is-settur jew is-setturi involuti u t-temi, skont kull wieħed mis-setturi, li se jiġu diskussi waqt kull laqgħa. Fejn ikun xieraq, is-sħab soċjali għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ. | 3. Il-Programm għandu jkopri l-oqsma li ġejjin: |
| (a) l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inklużi l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u t-tagħlim tal-adulti; |
| (b) iż-żgħażagħ, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tagħlim mhux formali u informali, iċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni soċjali u l-volontarjat; |
| (c) l-isport, b'mod partikolari l-isport b'parteċipazzjoni tal-massa. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jinkludi dimensjoni internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u se jappoġġa wkoll l-attivitajiet fil-qasam tal-isport. | 4. Il-Programm jinkludi dimensjoni internazzjonali mmirata biex tappoġġja l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi tagħha għall-iżvilupp, permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni informali u t-tagħlim informali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-kompetenzi f’perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew tkun relatata mal-impjieg, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ counselling u gwida; | 1. "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni informali u t-tagħlim mhux formali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-kompetenzi jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew tkun relatata mal-impjieg, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. "ambjent mhux formali" tfisser kuntest ta’ tagħlim li ta’ spiss huwa ppjanat u organizzat, iżda mhux parti mis-sistema formali ta' edukazzjoni u taħriġ. | 2. "edukazzjoni mhux formali" tfisser proċess li jipprovdi lin-nies bil-possibbiltà li jiżviluppaw il-valuri, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom barra mill-qafas tal-edukazzjoni formali; |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. “tagħlim informali” tfisser li ma jkunx qatt orgranizzat, ma jkollu l-ebda objettiv stabbilit fir-rigward tal-eżiti tat-tagħlim u ma jkun qatt intenzjonat mill-perspettiva ta' dak li jkun qed jitgħallem; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. "id-djalogu strutturat" tfisser l-iżgurar ta' kontribut f'waqtu u effikaċi miż-żgħażagħ u l-protagonisti rilevanti l-oħra fil-qasam taż-żgħażagħ għat-tfassil ta' politiki rilevanti għal ħajja taż-żgħażagħ; |
Ġustifikazzjoni
Id-Djalogu Stutturat maż-Żgħażagħ hu proċess fundamentali fil-Politika tal-UE dwar iż-Żgħażagħ. Peress li dan il-programm hu mmirat lejn l-appoġġ tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u r-riforma politika, il-proċess tad-Djalogu Strutturat għandu jiġi ddefinit fil-proposta. Id-definizzjoni ġejja minn EAC/D1/JK/D(2008) tad-29 ta' April 2008: il-kunċett il-ġdid tad-Djalogu Strutturat Ewropew maż-żgħażagħ.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3
| |
Texte proposé par la Commission | Emenda |
3. "mobilità tat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku minn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew studju ieħor, inklużi apprendistati u tagħlim mhux formali, jew struzzjoni jew parteċipazzjoni f’attività ta’ żvilupp professjonali transnazzjonali. Tista’ tinkludi taħriġ preparatorju fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti. Il-mobilità tat-tagħlim tkopri wkoll l-iskambji taż-żgħażagħ u l-iżvilupp professjonali transnazzjonali li jinvolvu l-ħaddiema żgħażagħ; | 3. "mobilità tat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew studju ieħor, inklużi apprendistati, perjodi ta' prattika, volontarjat, inkluż volontarjat tal-anzjani, tagħlim mhux formali, jew struzzjoni jew parteċipazzjoni f’attività ta’ żvilupp professjonali transnazzjonali. Tista' tinkludi taħriġ preparatorju fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti, kif ukoll attivitajiet ta' segwitu. Il-mobilità tat-tagħlim tkopri wkoll l-attivitajiet għaż-żgħażagħ, bħall-iskambji taż-żgħażagħ, il-volontarjat, it-tagħlim mhux formali u informali u attivitajiet ta' taħriġ professjonali li jinvolvu l-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-professjonisti li joffru gwida; |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. "Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin" tfisser proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u/jew taż-żgħażagħ u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet oħra. | 4. "kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin" tfisser proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali li jinvolvu organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u/jew taż-żgħażagħ u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet oħra responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ jew involuti fihom; |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ permezz tal-proċess ta' kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodi mituħa ta’ Koordinazzjoni; | 5. "appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp tal-politika Ewropea dwar iż-żgħażagħ, permezz tal-proċess ta' bini ta’ kapaċità għall-partijiet interessati kif ukoll ta’ kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, inkluż id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ; |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. "mobilità virtwali" tirrappreżenta sett ta’ attivitajiet appoġġati mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, organizzati fuq livell istituzzjonali, li jirrealizzaw jew jiffaċilitaw esperjenzi kollaborattivi internazzjonali f’kuntest ta’ istruzzjoni u/jew tagħlim; | 6. "mobilità virtwali" tirrappreżenta sett ta’ attivitajiet appoġġati mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, inkluż it-tagħlim fuq l-internet, organizzati fuq livell istituzzjonali, li jirrealizzaw jew jiffaċilitaw esperjenzi kollaborattivi internazzjonali f’kuntest ta’ istruzzjoni u/jew tagħlim irrispettivament mill-età; |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; | 7. "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. Tista' tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. "ħaddiem żagħżugħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali; | 8. “ħaddiem fil-qasam taż-żgħażagħ” tfisser persuna involuta fit-tagħlim mhux formali, formali jew informali; |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali; | 17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat jew taħriġ għaż-żgħażagħ) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, b’mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali u li tista’ tiġi implimentata taħt l-iskema tal-Passaport Ewropew tal-Ħiliet; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 17a. 'volontarjat' tfisser l-attivitajiet, inklużi t-taħriġ u t-tagħlim formali, mhux formali, informali u ETV, li jsiru volontarjament, abbażi ta' għażla u motivazzjoni liberi tal-persuna u mingħajr ma jitqies id-dħul finanzjarju u mhux għal skop ta' qligħ, li jagħtu benefiċċju lill-voluntiera, lil dawk li jirċievu servizzi minn assoċjazzjoni ta' voluntiera, lill-komunitajiet u lis-soċjetà fit-totalità tagħha; l-attività ma tkunx imħallsa imma tista' tinkludi r-rimborż tal-ispejjeż direttament relatati mal-attività volontarja; mhijiex għal skop ta' qligħ u titwettaq prinċipalment fi ħdan organizzazzjoni mhux governattiva u għaldaqstant ma tistax tkun immotivata minn qligħ materjali jew finanzjarju; il-volontarjat m'għandux jintuża bħal sostitut jew biex jieħu post impjieg bi ħlas; |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni hi l-istess bħal dik li ntużat fir-rapport dwar ir-rikonoxximent u l-promozzjoni fl-UE tal-attivitajiet volontarji transkonfinali ( A7-0166/2012 ).
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
18. "sħubija" tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti sabiex iwettqu attivitajiet Ewropej konġunti fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ jew biex jistabbilixxu netwerk formali jew informali f'qasam rilevanti. Fir-rigward tal-isport, tfisser ftehim ma’ parti terza waħda jew iktar bħal organizzazzjonijiet professjonali tal-isport jew sponsors fi Stati Membri differenti sabiex jiġu attratti sorsi addizzjonali ta’ appoġġ għall-ksib tar-riżultati mixtieqa tal-Programm. | 18. "sħubija" tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet u/jew organizzazzjonijiet f'pajjiżi parteċipanti differenti sabiex iwettqu attivitajiet Ewropej konġunti fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ jew biex jistabbilixxu netwerk formali jew informali f'qasam rilevanti. Fir-rigward tal-isport, tfisser ftehim ma’ parti terza waħda jew iktar bħal organizzazzjonijiet professjonali tal-isport jew sponsors fi Stati Membri differenti sabiex jiġu attratti sorsi addizzjonali ta’ appoġġ għall-ksib tar-riżultati mixtieqa tal-Programm. Is-sħubija tista’ tiġi estiża għall-istituzzjonijiet u/jew l-organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kwalità tas-sħubija; |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
19. "intrapriża" tfisser l-intrapriżi kollha involuti f’attività ekonomika fis-settur pubbliku jew privat irrispettivament mid-daqs, mill-istatus legali jew mis-settur ekonomiku li fih jaħdmu, inkluża l-ekonomija soċjali; | imħassar |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
20. "ħiliet" tfisser il-kapaċità li jiġi applikat l-għarfien u li jintużaw l-kompetenzi biex jitkomplew il-kompiti u jissolvew il-problemi; | imħassar |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
21. "kompetenza" tfisser il-kapaċità manifestata tal-użu tal-għarfien, ħiliet u attitudnijiet b’responsabbiltà u awtonomija fil-kuntesti soċjali, professjonali u ta’ tagħlim. | imħassar |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
23. "riżultati" tfisser kull dejta, għarfien u informazzjoni ta' kull għamla jew natura, kemm protetti u kemm jekk le, li jiġu ġġenerati fl-azzjoni kif ukoll kull dritt assoċjat, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; | imħassar |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
26. "għodod ta’ trasparenza tal-UE" tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet interessati jifhmu, japprezzaw u kif xieraq jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim u l-kwalifiki madwar l-Unjoni; | 26. "għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni" tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet interessati jifhmu, japprezzaw, iqabblu u, kif xieraq, jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim u l-kwalifiki fl-Unjoni kollha; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tallinja d-definizzjoni tal-“għodod ta’ trasparenza tal-UE” mal-Premessa 22, l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10e, fejn jissemmew għadd ta’ għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
27. "pajjiżi tal-viċinat" tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness tar-Regolament XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ X YY 2012 li jistabbilixxi Strument ta’ Viċinat Ewropew: l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bjelorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, it-Territorju Okkupat Palestinjan, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina. Barra minn hekk, għall-attivitajiet appoġġati fil-qasam taż-żgħażagħ, ir-Russja hija kkunsidrata bħala pajjiż tal-viċinat; | 27. "pajjiżi tal-viċinat" tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ X YY 2012 li jistabbilixxi Strument ta’ Viċinat Ewropew: l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bjelorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, it-Territorju Okkupat Palestinjan, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 28a. "l-isport b'parteċipazzjoni tal-massa" tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-isportivi mhux professjonali u l-isport għal kulħadd. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew potenzjali u jikkontribwixxi għall-ksib tal-għan ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 4. | 1. Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew potenzjali u jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet ġenerali tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 4, kif ukoll għas-sensibilizzazzjoni u t-trawwim tal-iżvilupp tal-Qasam Edukattiv Ewropew kondiviż. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta’: | 2. Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta’: |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Il-karattru transnazzjonali tagħhom, partikolarment il-mobilità u l-kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn impatt sistemiku fit-tul; | (a) karattru transnazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-mobilità u l-kooperazzjoni mmirati lejn impatt sostenibbli; |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Il-kumplemetarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, b’kunsiderazzjoni tal-ekonomiji tal-iskala u l-massa kritika; | (b) komplimentarjetà u sinerġija ma' programmi u politiki oħra fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni; |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Il-kontribuzzjoni tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-trasparenza. | (c) il-kontribuzzjoni għall-użu effettiv u koordinat tal-għodod ta' trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettiv ġenerali tal-Programm | Objettivi ġenerali tal-Programm |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa°2020 u tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inlużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti stabbiliti f’dawk l-istrumenti, għall-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018), għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport. | 1. Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-ksib ta’: |
Ġustifikazzjoni
L-emendi għall-Artikolu 4 għandhom l-għan li jfissru b’mod ċar l-objettivi prinċipali tad-diversi strateġiji u oqfsa li tirreferi għalihom il-Kummissjoni.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, b’mod partikolari l-mira edukattiva ewlenija li r-rata ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien titnaqqas għal anqas taħt 10% u li l-għadd ta’ studenti tal-età bejn it-30 u l-34 sena li jkunu lestew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti jiżdied għal 40% tal-anqas; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) l-objettivi tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020), inkluż il-punti ta' riferiment korrispondenti; |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) l-objettiv ta' żvilupp sostenibbli ta' pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ taż-żgħażagħ u tal-iżvilupp ta’ ħiliet; |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) l-objettivi tal-Proċess ta' Kopenħagen imġedded (2010-2020); |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (e) l-objettivi tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim għall-Adulti mġedda; |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (f) l-objettivi ġenerali tal-qafas imġedded ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018); u |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (g) l-objettiv tal-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, b’mod partikolari l-isport tal-massa, b’konformità mal-pjan ta’ ħidma tal-Unjoni għall-isport, filwaqt li jitqies il-valur miżjud tal-isport għall-wirt kulturali u storiku tal-Unjoni. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Partikolarment jimmira li jikkontribwixxi biex jilħaq il-miri ewlenin ta’ Ewropa 2020 li ġejjin: | imħassar |
(a) It-tnaqqis tar-rati ta’ tluq bikri mill-iskola; |
|
(b) Żieda tal-istudenti ta’ bejn it-30 u l-34 sena li jkunu lestew it-tielet livell tal-edukazzjoni. |
|
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Programm għandu jippromwovi wkoll il-valuri Ewropej imħaddna fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettivi speċifiċi | Objettivi speċifiċi tal-Programm |
Ġustifikazzjoni
L-intenzjoni hi li jiġu deskritti fil-qosor objettivi speċifiċi għall-Programm kollu kemm hu qabel ma jinbeda Kapitolu ġdid dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Objettivi speċifiċi skont is-setturi għandhom jiġu miżjuda f’kull kapitolu.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Programm għandu jsegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ: | 1. Minbarra l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4, l-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin: |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1 – punt a – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet ewlenin b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jitgħallmu, għall-persunal u għall-ħaddiema żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tas-suq tax-xogħol; | (a) Li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet fundamentali, inklużi soft skills, b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, li jsaħħaħ l-iżvilupp personali, jippromwovi l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jipparteċipaw f'tagħlim tul il-ħajja, għall-persunal u għall-ħaddiema fil-qasam ta-żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tax-xogħol; f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw il-fatt li anke ż-żgħażagħ minn sfond ta' żvantaġġ soċjali jistgħu jibbenefikaw mill-Programm; |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
–Indikaturi relatati: | (Indikaturi relatati mqiegħda f’Anness ġdid.) |
– % tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom; |
|
– % ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika |
|
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1 – punt b – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Li jrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza innovattiva u internazzjonalizzazzjoni fuq il-livell ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, kif ukoll fil-ħidma taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ/l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra; | (b) Li jrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza innovattiva, l-inklużività u l-aċċess soċjali, kif ukoll l-internazzjonalizzazzjoni fuq il-livell tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u fil-ħidma maż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra; |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ organizzazzjonijiet li jkunu pparteċipaw fil-Programm u li jkunu żviluppaw/adottaw metodi innovattivi | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin; | (c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu l-edukazzjoni mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperazzjoni msaħħa, użu aħjar tal-għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin, inklużi l-miżuri maħsuba biex itaffu l-piżijiet amministrattivi; |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-UE u tal-pajjiżi terzi u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi. | (d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-ETV u fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka tal-Unjoni, bħala komplement għall-Programm Marie Skłodowska-Curie; |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) Li jappoġġja l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, u permezz ta' bini tal-kapaċità mmirata f'pajjiżi terzi, fejn rilevanti skont l-objettivi speċifikati fl-istrumenti finanzjarji esterni li minnhom jinkiseb il-finanzjament għall-azzjonijiet; |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1 – punt e – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) Li jtejjeb l-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u jippromwovi d-diversità lingwistika; | (e) Li jtejjeb l-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u li jippromwovi l-għarfien interkulturali u d-diversità lingwistika vasta fl-Unjoni; |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: L-għadd ta’ studenti li ngħataw taħriġ permezz tal-attivitajiet Jean Monnet | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) Li jżid l-aċċess għall-isport tal-massa billi jappoġġa lil dawk l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jipprovdu attivitajiet sportivi u dawk li jorganizzaw avvenimenti sportivi mhux kummerċjali; |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu fb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fb) Li jippromwovi l-kooperazzjoni fost is-setturi differenti involuti fl-edukazzjoni, it-taħriġ, u ż-żgħażagħ; |
Ġustifikazzjoni
L-intenzjoni tal-emenda hi li jiżdied l-ispazju għall-kooperazzjoni fost is-setturi differenti (eż. il-proġetti li jinvolvu l-edukazzjoni formali u dik mhux formali) u li l-Kummissjoni tingħata istruzzjonijiet biex taċċerta li t-tali opportunitajiet ikunu preżenti fil-programm kollu kemm hu.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-programm għandu jqiegħed enfasi speċjali fuq l-għoti ta' aċċess indaqs għal edukazzjoni inkużiva u ta' kwalità f'kull livell għat-tfal u l-istudenti li jkollhom problemi tas-saħħa jew diżabilitajiet serji, u għal dawk li jiġu minn kuntest ta' żvantaġġ soċjali, bħal mhuma r-Roma. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Għall-għan li jiġi evalwat il-Programm, fl-Anness 1 hemm stabbiliti, fir-rigward ta' kull objettiv speċifiku, indikaturi relevanti u li jistgħu jitkejlu. Dawk l-indikaturi jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu tal-Programm permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 27. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Kapitolu II (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| KAPITOLU°II |
| Edukazzjoni u Taħriġ |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| Setturi u marki kummerċjali |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) ‑kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa kemm l-attivitajiet settorjali kif ukoll dawk orizzontali fis-setturi li ġejjin assoċjati ma’ marki kummerċjali speċifiċi: |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) “Comenius” għall-edukazzjoni skolastika; |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) “Erasmus” għall-edukazzjoni għolja; |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) "Erasmus Mundus" għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda żżid il-programm Erasmus Mundus għall-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – punt d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) “Leonardo da Vinci” għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (minn issa ’l quddiem “ETV”); |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid) – punt e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (e) "Grundtvig" għat-tagħlim tal-adulti. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5b |
| Objettivi speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, huwa importanti li fit-test jiġu identifikati objettivi speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) ‑kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| B’konformità mal-Artikoli 4 u 5, il-Programm għandu jsegwi l-objettivi li ġejjin fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ: |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) Fil-qasam ta' Comenius (edukazzjoni skolastika), il-Programm għandu jkun immirat lejn it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni skolastika, b'mod partikulari biex jimmotiva lill-istudenti biex jitgħallmu u jiksbu l-ħiliet biex jitgħallmu dwar kif jitgħallmu, jippromwovi l-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva fost l-istudenti u jtejjeb l-approċċi pedagoġiċi u l-ġestjoni tal-iskejjel permezz ta' aktar mobilità fit-tagħlim tal-persunal edukattiv, sħubijiet imsaħħa bejn l-iskejjel u l-mobilità tal-istudenti u appoġġ għan-netwerking u l-iskambju tal-aħjar prattiki; |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) – punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) Fil-qasam ta’ Erasmus (l-edukazzjoni għolja), u Erasmus Mundus (il-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja), il-Programm għandu jkun immirat biex isaħħaħ l-eċċellenza u l-kwalità fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja u l-attraenza tagħha f’kuntest globali, permezz ta’ iktar trasparenza u rikonoxximent tal-kwalifiki kollha tagħha tal-edukazzjoni għolja, aktar mobilità għall-istudenti u t-taħriġ tal-persunal u permezz tal-kooperazzjoni u l-promozzjoni tal-kwalità tal-programmi ta’ lawrji konġunti fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja ta’ pajjiżi parteċipanti, kif ukoll fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja ta’ pajjiżi parteċipanti u dawk ta’ pajjiżi terzi. B’mod partikolari, għandu jsaħħaħ il-kontribut tal-edukazzjoni għolja għall-proċess tal-innovazzjoni, permezz ta’ kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka, l-intrapriżi u l-komunitajiet lokali; |
Ġustifikazzjoni
Minħabba d-differenzi konsiderevoli bejn is-setturi edukattivi koperti mill-Programm, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi speċifiċi għas-setturi.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) Fil-qasam ta' Leonardo da Vinci (ETV), il-Programm għandu jkollu l-għan li jappoġġa l-kapaċità għall-impjieg taż-żgħażagħ permezz ta' aktar mobilità fit-tagħlim tal-istudenti tal-ETV, inklużi dawk iż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol fil-bidu tal-karriera tagħhom u l-persunal, permezz tal-promozzjoni ta’ apprendistati u perjodi ta’ prattika ta’ kwalità u permezz tat-trasparenza, il-komparabilità u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi tal-edukazzjoni vokazzjonali, inklużi dawk li jinkisbu permezz tat-tagħlim mhux formali u informali. Għandu wkoll isaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-ETV għall-proċess ta’ innovazzjoni permezz ta’ aktar kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim, intrapriżi, imsieħba soċjali u entitajiet oħra relevanti. |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid) – punt d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) Fil-qasam ta' Grundtvig (tagħlim għall-adulti), il-Programm għandu jkun immirat lejn it-titjib tal-approċċi pedagoġiċi u l-ġestjoni tal-organizzazzjonijiet għall-edukazzjoni għall-adulti, u b'mod partikulari biex jippromwovi mogħdijiet ta' tagħlim flessibbli, il-litteriżmu tal-adulti, il-ħiliet tal-adulti fil-matematika u t-tixjiħ attiv, permezz ta' aktar mobilità fit-tagħlim għall-persunal tat-tagħlim għall-adulti u kooperazzjoni msaħħa bejn l-organizzazzjonijiet involuti fit-tagħlim għall-adulti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta' tagħlim tal-gruppi żvantaġġati. |
Ġustifikazzjoni
Minħabba d-differenzi konsiderevoli bejn is-setturi edukattivi koperti mill-Programm, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi speċifiċi għas-setturi.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: | 1. Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin, | (b) Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajbin, |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li l-finanzjament għalihom jinkiseb mill-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), l-azzjonijiet kollha għandhom ikunu konformi mal-objettivi u l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ir-Regolament DCI), u l-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, rispettivament. Partikolarment meta l-finanzjament ikun joriġina mid-DCI, għandhom jiġu rispettati l-kriterji għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, hekk kif previst l-Artikolu 2(2) tar-Regolament DCI. |
| ____________________ |
| 1 ĠU L 378, 27.12.2006, p.41. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 6a |
| L-azzjonijiet definiti fl-Artikolu 6(1) għandhom ikopru jew il-proġetti transsettorjali li jġibu flimkien il-bosta setturi ta' edukazzjoni u taħriġ jew il-proġetti orjentati lejn is-setturi li jindirizzaw wieħed mis-setturi assoċjat mal-marki kummerċjali speċifiċi. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-azzjoni tal-mobilità tat-tagħlim tal-individwi għandha tappoġġa: | 1. "L-azzjoni tal-mobilità tat-tagħlim tal-individwi" għandha tappoġġa l-attivitajiet li ġejjin fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 18: |
Ġustifikazzjoni
F’ġieħ it-trasparenza, huwa importanti li attivitajiet speċifiċi għas-settur ikunu identifikati fit-test.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll żgħażagħ involuti f’attivitajiet mhux formali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ studji f'istituzzjoni sħab, apprendistati barra mill-pajjiż jew parteċipazzjoni f'attivitajiet taż-żgħażagħ, partikolarment il-volontarjat. Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters għandha tkun appoġġata permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self kif imsemmi fl-Artikolu°14(3). | (a) il-mobilità tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja (inklużi l-kandidati li jkunu qed jistudjaw għal dottorat) fl-għamla ta’ jew studji f’istituzzjonijiet sħab jew apprendistati, inklużi assistentati, barra mill-pajjiż taħt il-marka kummerċjali "Erasmus"; l-apprendistati u l-assistentati jistgħu jiġu estiżi għal dawk li jkunu għadhom kemm gradwaw sa 12-il xahar wara l-gradwazzjoni tagħhom. Il-mobilità tista’ tinkludi t-tixtrid volontarju ta’ informazzjoni permezz ta’ persuni individwali li jkunu qed jitgħallmu; |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Mobilità transnazzjonali tal-persunal, fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ struzzjoni jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż. | (b) Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters u ta’ dottorat permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self ("il-Faċilità") kif imsemmi fl-Artikolu°14(3); |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) il-mobilità tal-istudenti u l-apprentisti tal-ETV fl-għamla ta’ jew studji f’istituzzjonijiet sħab jew apprendistati, inklużi assistentati, jew perjodi ta’ prattika barra mill-pajjiż taħt l-isem kummerċjali "Leonardo da Vinci"; l-apprendistati, l-assistentati u l-perjodi ta’ prattika jistgħu jiġu estiżi għal dawk li jkunu għadhom kemm gradwaw sa 12-il xahar wara l-gradwazzjoni tagħhom. |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (bb) il-mobilità tal-persunal fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskola (Comenius), l-edukazzjoni għolja (Erasmus), ETV (Leonardo da Vinci) u t-tagħlim għall-adulti (Grundtvig). Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ tagħlim, inklużi assistentati, jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż. |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni se tappoġġa wkoll il-mobilità transnazzjonali ta' studenti, ta’ żgħażagħ u ta’ persunal lejn u minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-edukazzjoni għolja li tinkludi mobilità organizzata fuq il-bażi ta’ lawrji konġunti, doppji jew multipli ta’ kwalità għolja jew ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tagħlim mhux formali. | 2. Din l-azzjoni ser tappoġġa wkoll il-mobilità ta’ studenti u ta’ persunal lejn u minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, li tinkludi mobilità organizzata fuq il-bażi ta’ lawrji konġunti, doppji jew multipli ta’ kwalità għolja jew ta’ sejħiet konġunti taħt il-marka kummerċjali "Erasmus Mundus". |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-azzjoni tal-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin għandha tappoġġa: | 1. Il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin għandha tapplika għal Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci u Grundvig jew minn perspettiva trassettorjali jew fi ħdan settur speċifikuu se tieħu l-għamla ta': |
Ġustifikazzjoni
F’ġieħ it-trasparenza, huwa importanti li attivitajiet speċifiċi għas-settur ikunu identifikati fit-test.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) sħubijiet strateġiċi transnazzjonali bejn organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u/jew f'attivitajiet taż-żgħażagħ jew f'setturi rilevanti oħra li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu skambji ta' esperjenza u ta’ kompetenzi; | (a) sħubijiet strateġiċi bejn l-organizzazzjonijiet u/jew l-istituzzjonijiet involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew l-iżvilupp tal-ħiliet u/jew partijiet interessati rilevanti oħra, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, bl-għan li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu tagħlim bejn pari u skambji ta' esperjenza; |
Ġustifikazzjoni
Fejn ikun xieraq, l-imsieħba soċjali għandhom jiġu involuti fl-azzjonijiet ta’ sħubija.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt a - subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Is-sħubijiet strateġiċi jistgħu jinkludu proġetti ta’ tagħlim konġunt għall-istudenti u l-għalliema tagħhom fl-għamla ta’ skambji tal-klassijiet u individwali, inkluża l-mobilità fit-tul, bl-għan li jsaħħu l-ħiliet lingwistiċi, iċ-ċittadinanza attiva u l-għarfien interkulturali jew biex jiżviluppaw u jxerrdu l-aħjar prattiki edukattivi. Is-sħubijiet strateġiċi għall-edukazzjoni għolja jistgħu jinkludu programmi intensivi biex jippromwovu l-kooperazzjoni multidixxiplinarja u l-iskambju tal-għarfien fost l-istudenti u l-għalliema; |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt a - subparagrafu 3 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| F’dan il-qafas, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-azzjonijiet u l-proġetti transsettorjali bejn setturi edukattivi differenti u ż-żgħażagħ; |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 8 - paragrafu 1 – punt b – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) sħubijiet transnazzjonali bejn intrapriżi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fl-għamla ta’: | (b) sħubijiet transnazzjonali bejn id-dinja tax-xogħol u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-għamla ta’: |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorji billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda; | – Alleanzi tal-Għarfien bejn, b'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u d-dinja tax-xogħol li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni bbażata fuq l-esperjenza u l-intraprenditorjat billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikuli u metodi ta’ taħriġ ġodda; |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Alleanzi tal-Ħiliet Settorali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha. | – Alleanzi tal-Ħiliet Settorali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u d-dinja tax-xogħol immirati biex jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikuli ġodda speċifiċi għas-settur jew transettorjali, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ, inkluż l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni skont l-arranġamenti tal-politika domestika;. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) sħubijiet bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għal kwalunkwe aspett tal-edukazzjoni, bil-ħsieb li titrawwem il-kooperazzjoni interreġjonali, inkluża l-kooperazzjoni reġjonali transkonfinali; |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT, li jinkludu ġemellaġġ elettroniku, li jkopru s-setturi tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ, jippermettu tagħlim minn pari, mobilità virtwali u skambji tal-aħjar prattiki u ftuħ ta' aċċess għall-parteċipanti minn pajjiżi tal-viċinat. | (c) Pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT, li jinkludu, b’mod partikolari, ġemellaġġ elettroniku, li jkopru s-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jippermettu tagħlim minn pari, mobilità virtwali u skambji tal-aħjar prattiki biex jikkomplementaw il-mobilità tat-tagħlim, u ftuħ ta' aċċess għall-parteċipanti minn pajjiżi tal-viċinat. |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 u paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fis-settur taż-żgħażagħ, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat. | 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja (Erasmus Mundus) u ETV, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat, u għandha tgħin ittejjeb f'termini kwalitattivi u kwantitattivi l-opportunitajiet għal esperjenza prattika waqt taħriġ vokazzjonali disponibbli għaż-żgħażagħ. |
| L-azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mid-DCI jew mill-FEŻ għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi msieħba u jkunu bbażati fuq strateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali u jkunu allinjati magħhom. |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-appoġġ għall-azzjoni tar-riforma politika għandu jinkludi l-attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni marbuta ma': | 1. L-appoġġ tar-riforma politika fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jinkludi fost l-oħrajn l-attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni marbuta ma': |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (il-Metodi Miftuħa tal-Koordinazzjoni), kif ukoll il-proċessi ta’ Bolonja u ta’ Kopenħagen u d-djalogu strutturat maż-żgħażagħ; | (a) l-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni, kif ukoll il-proċessi ta’ Bolonja u ta’ Kopenħagen, b’mod partikolari n-netwerks tematiċi tal-esperti u organizzazzjonijiet li għandhom l-għan li jidentifikaw u jxerrdu l-prattiki tajba u l-innovazzjoni relevanti fis-setturi edukattivi kollha; |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod tat-trasparenza tal-Unjoni, partikolarment il-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF), is-Sistema Ewropea tat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECVET) u l-appoġġ għan-netwerks mal-UE kollha; | (b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod tar-rikonoxximent u tat-trasparenza tal-Unjoni, partikolarment il-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment tal-Krediti (ECTS), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), il-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (ENQA), Youthpass u appoġġ għan-netwerks fl-UE kollha; |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; | (c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ magħmul possibbli permezz ta’ appoġġ amministrattiv u finanzjarju speċifiku u sostenibbli lill-organizzazzjonijiet Ewropej attivi f’dan il-qasam; |
Ġustifikazzjoni
Ħafna mill-assoċjazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni u t-taħriġ jinsabu mħassba dwar in-nuqqas ta’ djalogu strutturat li jista’ jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni f’dan il-qasam. Barra minn hekk, djalogu ċivili ġenwin mas-soċjeta ċivili jeħtieġ dan l-appoġġ sostenibbli u n-netwerks Ewropej taw prova tal-valur miżjud u l-impatt tal-UE matul is-snin,
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) l-appoġġ speċifiku u sostenibbli permezz ta’ għotjiet operattivi lil assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropea li huma attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u ż-żgħażagħ; |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat u l-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-programm. | (d) Iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice u Euroguidance, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Ġemellaġġ elettroniku, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-viċinat u l-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Kwistjonijiet taż-żgħażagħ huma koperti fil-Kapitolu l-ġdid dwar iż-Żgħażagħ.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jappoġġaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet akkademiċi attivi fil-qasam tal-istudji Ewropej ta’ integrazzjoni u jappoġġaw tikketta ta’ Jean Monnet għall-eċċellenza. | (b) jappoġġaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet akkademiċi attivi fil-qasam tal-integrazzjoni Ewropea u jappoġġaw tikketta ta’ Jean Monnet għall-eċċellenza. |
Ġustifikazzjoni
L-għan hu li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Integrazzjoni Ewropea mwaqqfa permezz ta’ dan l-artikolu.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej li ġejjin, li jsegwu l-mira ta’ interess Ewropew; | (c) jappoġġaw l-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu mira ta’ interess Ewropew: |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iia (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iia) l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA), Maastricht; |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iib (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iib) l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, Trier; |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iic (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iic) l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni għal nies bi Bżonnijiet Speċjali, Odense; |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iid (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iid) iċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), Nizza. |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Kapitolu II (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Kapitolu IIa |
| Iż-Żgħażagħ |
Ġustifikazzjoni
F’ġieħ it-trasparenza, il-viżibilità u l-kontinwità, huwa ta’ importanza kruċjali li fit-test jiddaħħal Kapitolu separat dwar iż-Żgħażagħ.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Objettivi speċifiċi |
Ġustifikazzjoni
Is-settur taż-żgħażagħ jeħtieġ li jkollu objettivi speċifiċi li jkunu konkreti, effiċjenti u indipendenti minn dawk stabbiliti għas-setturi edukattivi.
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| F'konformità mal-Artikoli 4 u 5, u b'mod partikolari mal-objettivi tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018), il-Programm għandu jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin fil-qasam taż-żgħażagħ: |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) li jrawwem it-tagħlim interkulturali, il-fehim reċiproku, l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà, iċ-ċittadinanza attiva, it-tolleranza u l-għarfien Ewropew taż-żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, fil-pajjiżi parteċipanti kif ukoll bejn il-pajjiżi parteċipanti u pajjiżi terzi, permezz tal-mobilità, id-djalogu interkulturali u skambji; |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu10a (ġdid) ‑ paragraph 1 (ġdid) ‑ point b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) li jtejjeb id-dimensjoni internazzjonali tal-attivitajiet taż-żagħżagħ biex jikkomplementaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-partijiet interessati ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali; |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) li jiżviluppa strutturi ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ u jtejjeb ir-rwol tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ anke f'pajjiżi terzi permezz tal-bini tal-kapaċità mmirata; |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) li jrawwem l-iżvilupp tax-xogħol maż-żgħażagħ, speċjalment permezz ta’ kooperazzjoni Ewropea mtejba u netwerking bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u/jew partijiet relevanti oħrajn, u permezz tat-taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ; |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (e) li jikkomplementa r-riformi tal-politika fil-livell reġjonali u nazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, u li jappoġġa l-iżvilupp tal-għarfien u l-politika taż-żgħażagħ ibbażata fuq l-evidenza permezz tat-tixrid u l-iskambju ta’ prattiki tajbin; |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt f (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (f) li jiffaċilita r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim mill-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari peremzz ta’ użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza tal-Unjoni. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid) – titlu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10b |
| Azzjonijiet tal-Programm |
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni
Biex jinżamm l-approċċ simplifikat li jippermetti sinerġiji fi ħdan il-Programm, il-Kapitolu dwar iż-Żgħażagħ se jsegwi l-istruttura tal-Kapitolu dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ abbażi tat-tliet azzjonijiet ewlenin.
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) Mobilità ta’ tagħlim tal-individwi: Iż-Żgħażagħ Mobbli |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin: Iż-Żgħażagħ Jikkooperaw; |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
| (c) Appoġġ għar-riforma politika: Iż-Żgħażagħ Jiddeċiedu |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) – titlu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10c |
| Mobilità ta’ tagħlim tal-individwi: Iż-Żgħażagħ Mobbli; |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. Il-mobilità tat-tagħlim tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ għandha tinkludi: |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid) – kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) il-mobilità taż-żgħażagħ involuti f’attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali u ta’ tagħlim informali bejn il-pajjiżi parteċipanti, b’mod partikolari: |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-attivitajiet tal-Kapitolu dwar iż-Żgħażagħ ikunu deskritti f’aktar dettall.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt a (new) ‑ punt i (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (i) skambji taż-żgħażagħ li jinkludu attivitajiet li jibagħtu u jilqgħu, kif ukoll attivitajiet ta' tħejjija u ta' segwitu; |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt a (ġdid) ‑ punt ii (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ii) volontarjat, partikolarment permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew; inklużi attivitajiet li jibagħtu u jilqgħu u attivitajiet ta' tħejjija u ta' segwitu kif ukoll attivitajiet innovattivi li jibnu fuq dispożizzjonijiet eżistenti għall-mobilità; dan jista’ jinkludi involviment volontarju f’attivitajiet ta’ informazzjoni bejn il-pari dwar opportunitajiet ta’ mobilità (EuroPeers); |
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu10c (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) il-mobilità ta’ persuni attivi fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ; din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ taħriġ u attivitajiet ta’ netwerking; |
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid) – paragrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll il-mobilità taż-żgħażagħ, dawk attivi fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ, minn pajjiżi terzi jew lejhom. |
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – titlu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10d |
| Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin: Iż-Żgħażagħ Jikkooperaw |
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. Il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom jinkludu: |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-attivitajiet tal-Kapitolu dwar iż-Żgħażagħ ikunu deskritti f’aktar dettall.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) sħubijiet strateġiċi bejn organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet taż-żgħażagħ maħsuba biex jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu attivitajiet ta’ tagħlim tal-pari u skambji tal-esperjenza u tal-għarfien tekniku, inklużi b’mod partikolari: |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid) – punt i (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (i) sħubijiet biex jappoġġaw il-mobilità skont l-Artikolu 10c; |
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid) – punt ii (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ii) inizjattivi taż-żgħażagħ u proġetti taċ-ċittadinanza maħsuba biex jiżviluppaw ċittadinanza attiva, parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika u l-intraprenditorija; |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu10c (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt a (ġdid) ‑ punt iii (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iii) proġetti bl-għan li jappoġġaw il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, permezz ta’ forom differenti ta’ tagħlim minn pari u l-introduzzjoni, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità u approċċi innovattivi, fosthom il-kooperazzjoni fir-reġjun tal-fruntiera ("Sħubiji Reġjo"); |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu10d (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt a (ġdid) – punt iv (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iv) proġetti tal-innovazzjoni soċjali; |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) ‑ paragrafu 1 (ġdid) ‑ punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) Pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT li jippermettu t-tagħlim minn pari, ix-xogħol maż-żgħażagħ imsejjes fuq l-għarfien u l-iskambji tal-aħjar prattiki.. |
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid) – paragrafu 2d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, il-kooperazzjoni reġjonali u l-iskambji tal-għarfien permezz ta’ sħubiji bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat, partikolarment permezz ta’ forom differenti ta’ tagħlim minn pari. |
Ġustifikazzjoni
Dan il-paragrafu jipprovdi għall-kooperazzjoni internazzjonali wkoll fil-parti tal-Programm iddedikata għaż-Żgħażagħ.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid) – titlu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10e |
| Appoġġ għar-riforma politika Iż-Żgħażagħ Jiddeċiedu |
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – kliem introduttorju (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. L-appoġġ għar-riforma tal-politika fil-qasam taż-żgħażagħ għandu jinkludi attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni relatati ma’: |
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid)– punt a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (a) l-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, bl-użu tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni; |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid)– punt b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (b) l-implimentazzjoni f’pajjiżi parteċipanti ta’ għodod tal-Unjoni għat-trapsrenza u r-rikonoxximent, b’mod partikolari l-Youthpass; |
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (c) djalogu ta’ politika mal-partijiet interessati Ewropej relevanti u djalogu strutturat maż-żgħażagħ; |
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (d) L-iżvilupp ta’ Strateġija Ewropea tat-Taħriġ u l-Kooperazzjoni biex trawwem il-bini tal-kapaċitajiet tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ għall-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, permezz tat-taħriġ u l-kooperazzjoni, jista’ jservi ta' ingranaġġ biex jintlaħqu aktar ċittadini żgħażagħ Ewropej.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid) – punt e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (e) il-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ u NGOs taż-żgħażagħ Ewropej, netwerks mal-Unjoni kollha kemm hi, inklużi b’mod partikolari ċentri tar-riżorsi għall-iżvilupp tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, u n-netwerk Eurodesk. |
Ġustifikazzjoni
Għall-kontinwità tas-settur taż-żgħażagħ, huwa ta’ importanza kruċjali li jkun żgurat li l-NGOs fil-ġejjieni jirċievu wkoll għotjiet operattivi għall ħidma tagħhom fil-qasam.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid) – paragrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B’konsistenza mal-objettiv ġenerali, il-Programm għandu jeżerċita l-objettivi speċifiċi li ġejjin fil-qasam tal-isport: | Flimkien mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, il-Programm għandu jiffoka prinċipalment fuq l-isport tal-massa u għandu jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin fil-qasam tal-isport: |
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 11 - paragrafu 1 – punt a – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biex jindirizza t-theddid transnazzjonali bħad-doping, ix-xiri tal-logħob, il-vjolenza, ir-razziżmu u l-intoleranza; | (a) biex jindirizza t-theddid transnazzjonali għall-integrità tal-isport, inkluż l-isport tal-massa, bħad-doping, ix-xiri tal-logħob u l-vjolenza, kif ukoll kull tip ta’ intolleranza u diskriminazzjoni; |
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex jiġġieldu t-theddid għall-isport. | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 11 - paragrafu 1 – punt b – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) L-appoġġ tal-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti; | (b) L-appoġġ tal-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti filwaqt li jiġu kkunsidrati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri; |
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti. | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport. | (c) biex jippromwovi l-attivitajiet volontarji fl-isport, kif ukoll l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet ugwali u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni fl-isport u aċċess ugwali għall-isport għal kulħadd; |
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u r-rati ta’ parteċipazzjoni. | (Indikatur relatat imqiegħed f’Anness ġdid.) |
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) biex iżid l-għarfien tal-importanza tal-attività fiżika fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. |
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Għall-iskop tal-evalwazzjoni tal-Programm, indikaturi ewlenin li jistgħu jitkejlu u li huma relevanti b’rabta mal-objettivi speċifiċi huma deskritti fl-Anness 1. Dawk l-indikaturi jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu tal-Programm permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 27. |
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-objettivi ta' kooperazzjoni fl-Isport għandhom ikunu eżerċitati permezz tal-attivitajiet transnazzjonali li ġejjin: | 1. L-objettivi ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-isport għandhom ikunu eżerċitati permezz tal-attivitajiet transnazzjonali li ġejjin, li għandhom prinċipalment jiffokaw fuq l-isport tal-massa: |
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) appoġġ għal proġetti kollaborattivi transnazzjonali; | (a) appoġġ għal sħubijiet kollaborattivi transkonfinali u transnazzjonali; |
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) appoġġ għal avvenimenti mhux kummerċjali Ewropej tal-isport li jinvolvu diversi pajjiżi Ewropej; | (b) appoġġ għal avvenimenti Ewropej tal-isport mingħajr skop ta’ qligħ, inklużi avvenimenti tal-isport tal-massa, li jinvolvu diversi pajjiżi parteċipanti u jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 11; |
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ Ġurnata jew Ġimgħa Sportiva Ewropea li tippromwovi r-rwol soċjali u kulturali tal-isport tad-dilettanti u professjonali u l-benefiċċji tal-isport f’termini ta’ saħħa pubblika; |
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) jappoġġaw il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet sportivi; | (d) jappoġġaw l-attività volvontarja kif ukoll il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet sportivi; |
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-attivitajiet tal-isport appoġġati għandhom, fejn ikun xieraq, ifittxu li jiksbu finanzjament supplimentari permezz ta’ sħubija ma’ partijiet terzi bħal intrapriżi privati. | 2. L-attivitajiet tal-isport appoġġati jistgħu, fejn ikun xieraq, ifittxu li jiksbu finanzjament supplimentari minn partijiet terzi bħal intrapriżi privati, soġġett għall-kundizzjoni ta' trasparenza. |
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014 huwa stipulat għal EUR 17 299 000 000. | 1. Fit-tifsira tal-punt [...] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ .../.... bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f'materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014, li jirrappreżenta r-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja tul il-proċedura baġitarja annwali, għandu jkun stipulat għal EUR 17 299 000 000. |
Ġustifikazzjoni
L-indikazzjoni ta' rati perċentwali flok ċifri tippermetti li l-proporzjon fuq id-diversi allokazzjonijiet fir-rigward tal-pakkett finanzjarju globali jinżamm indipendenti miċ-ċifra reali li eventwalment tiġi miftiehma. Barra minn hekk, it-tqassim skont is-settur għandu jagħmel parti mill-bażi legali billi d-deċiżjoni dwar fejn għandhom jiġu allokati l-approprjazzjonijiet hija responsabbiltà tal-awtorità baġitarja. Madankollu, id-deċiżjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu allokati għal kull settur hija kompitu tal-kumitat mexxej.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) EUR 16 741 738 000 għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1); | (a) [83.4 %] għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Minn dan l-ammont, l-allokazzjonijiet indikattivi minimi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lis-setturi edukattivi ewlenin: |
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt i (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (i) [40 %] għall-edukazzjoni għolja; |
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt ii (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ii) [22 %] għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt iii (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iii) [15 %] għall-edukazzjoni fl-iskejjel; |
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt iv (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iv) [6 % ] għat-tagħlim tal-adulti. |
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) [8 %] għall-azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ kif imsemmi fl-Artikolu 10b; |
Ġustifikazzjoni
Għall-indipendenza tas-settur taż-żgħażagħ, huwa ta’ importanza kruċjali li jkun hemm allokazzjoni finanzjarja separata kif ukoll linja tal-baġit separata għaż-żgħażagħ.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ab (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ab) [5%] jew għall-proġetti ta' finanzjament għall-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jew biex jiżdied il-baġit ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn is-setturi filwaqt li jiġi rispettat il-bilanċ ġenerali bejniethom; |
.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) EUR 318 435 000 għall-attivitajiet Jean Monnet, kif imsemmi fl-Artikolu 10; | (b) [1.8 %] għall-attivitajiet Jean Monnet, kif imsemmi fl-Artikolu 10; |
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
c) EUR 238 827 000 għall-azzjonijiet marbuta mal-Isport, kif imsemmi fil-Kapitolu°III. | (c) [1.8%], iżda mill-inqas EUR 238 827 000 għall-attivitajiet sportivi msemmija fl-Artikolu 12. |
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dawn ir-rati perċentwali indikattivi jistgħu jiġu modifikati mill-awtorità leġiżlattiva għat-tieni nofs tal-perjodu ta' programmazzjoni wara r-rapport ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
L-indikazzjoni ta' rati perċentwali flok ċifri tippermetti li l-proporzjon fuq id-diversi allokazzjonijiet fir-rigward tal-envelopp finanzjarju globali jinżamm indipendentement miċ-ċifra reali li eventwalment tiġi miftiehma. Barra minn hekk, it-tqassim skont is-settur għandu jagħmel parti mill-bażi legali billi d-deċiżjoni dwar fejn għandhom jiġu allokati l-approprjazzjonijiet hija r-responsabilità tal-awtorità baġitarja. Madankollu, id-deċiżjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu allokati għal kull settur hija kompitu tal-kumitat mexxej.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. | 2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' [2 %] mill-ammont totali allokat għall-istrumenti parteċipanti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp) għandu jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi terzi u għall-kooperazzjoni u d-djalogu dwar politiki ma’ awtoritajiet, istituzzjonijiet jew organizazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-użu tal-fondi, l-objettivi, il-priċipji u l-prijoritajiet ta’ dawk l-istrumenti parteċipanti għandhom jiġu rrispettati. |
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel erba’ snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fil-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. | Il-finanzjament għandu jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali. Dan il-finanzjament għandu jkun ibbażat fuq il-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati, u, fil-każ tal-SKŻ, jispeċifika d-distribuzzjoni reġjonali u t-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE, skont il-proċeduri previsti fl-istrumenti ta’ finanzjament estern rispettivi. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. |
Ġustifikazzjoni
Il-proċess ta’ programmazzjoni għandu jsegwi l-proċeduri previsti fl-istrumenti ta' finanzjament estern rispettivi, filwaqt li jiżgura r-rispett meħtieġ għas-sjieda tal-pajjiż u jiżgura l-koerenza mal-istrateġiji ġenerali għall-pajjiżi jew għar-reġjuni. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu definiti biss fuq din il-bażi.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Skont il-valur miżjud mistenni tat-tliet tipi ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1), u skont il-prinċipji ta’ massa kritika, konċentrazzjoni, effiċjenza u eżekuzzjoni, l-ammont indikat fl-Artikolu 13(1.a) se jkun allokat b'mod indikatti kif ġej: | 3. Skont il-valur miżjud Ewropew mistenni tat-tliet tipi ta’ azzjoni spjegati fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 10b, u skont il-prinċipji ta’ massa kritika, konċentrazzjoni, effiċjenza u eżekuzzjoni, l-ammonti indikati fil-punti (a) u (aa) tal-Artikolu 13(1) għandhom ikunu allokati b’mod indikattiv kif ġej: |
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– [65 %] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal mobiltà ta’ tagħlim tal-individwi; | – [66 %] minn dan l-ammont huwa allokat għal mobiltà ta’ tagħlim tal-individwi; |
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– [26 %] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin; | – [25 %] minn dan l-ammont huwa allokat għal kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin; |
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ir-rati perċentwali indikattivi spjegati fis-subparagrafu 1 għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u jistgħu jiġu modifikati mill-awtorità leġiżlattiva għat-tieni parti tal-Programm wara r-rapport ta’ valutazzjoni mfassal mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Billi l-iżvilupp konkret fit-tliet tipi ta' azzjoni kollha kemm huma (il-mobilità tal-individwi b'rabta mat-tagħlim, il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u il-prattiki tajba u l-appoġġ għar-riforma politika) ma jistgħux jiġu previsti b'mod preċiż qabel l-2020, l-allokazzjoni globali bejniethom għandha tiġi rieżaminata fl-2017.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tkopri wkoll għotjiet amministrattivi speċifiċi u sostenibbli lill-organizzazzjonijiet Ewropej li jkunu attivi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. |
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi°7 u 8. | 6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 10b li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru li jkun qed jibgħat u f’dak ospitanti, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-fatt li l-istudenti mir-reġjuni ultraperiferiċi u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej jinsabu milquta mill-bogħod partikolarment estrem għandu jitqies kif dovut meta jiġu allokati l-fondi. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25 % tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi 7 u 8. |
| Il-fondi għas-sħubiji strateġiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 10d (1)(a) li għandhom jintgħażlu u jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom jiġu allokati abbażi ta' kriterji li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dawn il-formuli għandhom, safejn huwa possibbli, ikunu newtrali fir-rigward tas-sistemi differenti ta' edukazzjoni u taħriġ tal-Istati Membri, għandhom jevitaw tnaqqis sostanzjali fil-baġit annwali allokat lill-Istati Membri minn sena għall-oħra u għandhom jimminimizzaw l-iżbilanċi eċċessivi fil-livell tal-għotjiet allokati. |
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-finanzjament ta’ garanziji għal self lil studenti residenti f’pajjiż parteċipanti kif definit fl-Artikolu 18 (1) li jkunu qed jagħmlu Masters f’pajjiż ieħor parteċipanti, li għandu jingħata permezz ta’ fiduċjarju b’mandat biex jimplimentah fuq il-bażi ta’ ftehimiet fiduċjarji li jistabbilixxu r-regoli dettaljati u r-rekwiżiti li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-partijiet. L-istrument finanzjarju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-dħul u l-ħlasijiet mill-ġdid iġġenerati mill-garanziji għandhom jiġu assenjati lill-istrument finanzjarju. Dan l-istrument finanzjarju, inkluż il-ħtiġijiet tas-suq u l-użu, se jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15(2). | 3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-finanzjament ta’ garanziji parzjali għal self lil studenti li jkunu qed jagħmlu lawrja sħiħa ta' Masters skont l-Artikolu 14a. |
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-korpi pubbliċi, kif ukoll l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dan. | 4. Persuni ġuridiċi u fiżiċi jistgħu jirċievu għotjiet taħt il-Programm. Il-korpi pubbliċi, kif ukoll l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dan. |
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Bil-għan li jappoġġjaw l-aċċessibilità għall-iskemi ta’ mobilità, l-għotjiet ipprovduti biex tiġi appoġġjata l-mobilità tal-individwi għandhom jiġu aġġustati skont l-ispejjeż tal-ħajja u tas-sussistenza tal-pajjiż destinatarju. |
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-Programm jirrikonoxxi l-kontribut tal-ħin mogħti fil-volontarjat bħala sors ta’ kofinanzjament fl-azzjonijiet kollha tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Il-programm għandu jiżgura appoġġ finanzjarju aktar b’saħħtu lill-NGOs fil-livelli kollha u rikonoxximent iktar b’saħħtu tal-volontarjat għandu jiġi żgurat permezz tal-inklużjoni tal-kontribut ta’ ħin bħala voluntier bħala kofinanzjament fl-azzjonijiet kollha tal-programm futur. F’Ġunju 2012 il-Parlament Ewropew appoġġja bil-qawwa l-inklużjoni tal-kontribut tal-ħin mogħti fil-voluntarjat bħala metodu ta’ kofinanzjament għall-programmi kollha ffinanzjati mill-UE.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. L-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiġu implimentati b’modi li jipprevedu l-adattament tar-regoli finanzjarji biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet li jinħolqu minħabba l-fatt li r-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej huma remoti, u biex jiffinanzjaw proġetti ta’ mobilità speċifiċi għaż-żona li jkunu jorbtu r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-pajjiż terzi ġirien. |
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14a |
| Il-Faċilità Ewropea ta’ Garanzija ta’ Selfiet għall-Istudenti |
Ġustifikazzjoni
L-istabbiliment ta’ paragrafu ġdid li jiġbor id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-faċilità l-ġdida tal-UE ta’ garanzija ta’ selfiet għall-istudenti huwa fundamentali sabiex tingħata koerenza u konsistenza lid-dispożizzjonijiet relatati mal-għodda l-ġdida. Minbarra dan, jiġu stabbiliti xi kriterji aktar ċari rigward is-sostenibbiltà tal-għodda l-ġdida u l-aċċessibbiltà tagħha għall-istudenti.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1. Il-Faċilità Ewropea ta’ Garanzija ta’ Selfiet għall-Istudenti ('il-Faċilità') għandha tipprovdi garanziji parzjali għas-selfiet fuq kundizzjonijiet favorevoli lill-istudenti tal-masters li jkunu mobbli. Din l-għodda addizzjonali u innovattiva għall-mobilità tat-tagħlim fil-livell ta’ lawrja ta’ Masters għandha tkun kumplementarja għas-sistemi ta’ għotjiet li jappoġġjaw il-mobilità tal-istudenti fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni u m'għandhiex tieħu post dawn is-sistemi. |
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Il-Faċilità għandha tkun miftuħa għal kwalunkwe student li jkun residenti f’pajjiż parteċipanti u li jkun jixtieq jistudja għal lawrja sħiħa ta’ Masters f’pajjiż parteċipanti ieħor. It-tul tal-perjodu ta' studju għandu jkun ta’ bejn sena u sentejn. |
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 3 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3. Il-ġestjoni tal-Faċilità fil-livell Ewropew għandha tiġi delegata lil Entità Inkarigata skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (Regolament Finanzjarju) abbai ta' ftehim fiduċjarju mal-Kummissjoni, li jkun jispjega r-regoli u r-rekwiżiti dettaljati li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-partijiet. Fuq din il-bażi, l-Entità Inkarigata għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji minn kwalunkwe pajji parteċipanti. |
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 4 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4. L-istrument finanzjarju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fl-att delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul u l-ħlasijiet lura ġġenerati mill-garanziji għandhom jiġu assenjati lill-istrument finanzjarju. |
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 5 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5. L-istrument finanzjarju għandu jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15(2). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha teżamina l-effikaċja tal-Faċilità, inklużża valutazzjoni tal-effetti tal-iskema fuq il-benefiċjarji u fuq is-sistemi tal-edukazzjoni għolja, u għandha tinkludi, inter alia, data dwar: |
| (a) in-numri ta’ studenti li jkunu rċevew selfiet appoġġjati mill-Faċilità, |
| (b) il-volum tas-self ikkuntrattat mill-intermedjarji finanzjarji, |
| (c) il-livelli ta’ dejn u ta’ falliment |
| (d) il-profil u l-karatteristiċi tal-istudenti li jkunu qed jiġu appoġġjati, inkluż l-isfond soċjoekonomiku tagħhom, l-għażla tas-suġġett tal-istudju tagħhom u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom u dak ta' destinazzjoni. |
| Il-valutazzjoni għandha tqis il-fehmiet kemm tal-Istati Membri u kemm tal-partijiet interessati. |
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid) – paragrafu 6 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6. L-informazzjoni teknika dwar kif taħdem il-Faċilità hija mogħtija fl-Anness 2. |
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti. | (b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti u tevita s-sovrapożizzjoni tal-attivitajiet. |
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Riżultati bbażati fuq l-evidenza derivati mill-proġetti. |
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ), il-Kummissjoni għandha tinkludi lista tal-azzjonijiet kollha tal-"Iskema ta’ Skambju taż-Żgħażagħ"(YES Europe) li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mis-SKŻ u l-konformità tagħhom mal-objettivi u mal-prinċipji kif spjegati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dak ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' Erasmus Mundus is-soltu kienet issir skont il-proċeduri tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (SKŻ). Peress li fil-ġejjieni l-implimentazzjoni se ssegwi l-proċeduri skont ir-Regolament tal-‘Erasmus għal Kulħadd’, ir-rappurtar regolari għandu jiżgura t-trasparenza għall-kumitat tal-SKŻ u l-Parlament dwar il-konformità mar-Regolament tal-SKŻ, u b’mod partikolari l-mira tagħha tal-GħUŻ fl-Artikolu 2.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitlu VII u l-obbligi tal-Aġenziji Nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2019 rispettivament, rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm. | 3. Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitlu VII u l-obbligi tal-Aġenziji Nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Settembru 2017, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm. |
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Valutazzjoni finali tal-Programm għandha titressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2022. |
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri għandha tiżgura t-tixrid ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm, kif ukoll it-tixrid tar-riżultati tal-Programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja, Erasmus Mundus u Żgħażagħ fl-Azzjoni. | 1. Il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri għandha tiżgura t-tixrid ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha appoġġati skont il-Programm, kif ukoll it-tixrid tar-riżultati tal-Programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja, Erasmus Mundus u Żgħażagħ fl-Azzjoni. |
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Benefiċjarji tal-proġetti appoġġati permezz ta’ azzjonijiet u attivitajiet imsemmija fl-Artikoli°6, 10 u 12, għandhom jiżguraw komunikazzjoni u tixrid proprji tar-riżultati u tal-impatti miksuba. | 2. Benefiċjarji tal-proġetti appoġġati permezz ta’ azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 6, l-Artikolu 10, l-Artikolu 10b, l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 14a għandhom jiżguraw komunikazzjoni u tixrid kif għandu jkun tar-riżultati u tal-impatti miksuba. |
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Aġenziji Nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 22 għandhom jgħinu fil-propagazzjoni tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet ċentralizzati tal-Programm billi tinforma u tagħti pariri lilll-gruppi speċifikati relevanti dwar l-azzjonijiet f’pajjiżhom. |
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-korpi pubbliċi u privati fis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali "Erasmus" għall-fini ta' komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni marbuta mal-programm; il-marka kummerċjali għandha tkun assoċjata mas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni li ġejjin: | 4. Il-korpi pubbliċi u privati fis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm għandhom jużaw l-isem tal-marka ‘YES Europe' għall-fini ta' komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni marbuta mal-Programm; għas-setturi differenti tal-Programm, għandhom jintużaw l-ismijiet tal-marki li ġejjin: |
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – "Comenius", assoċjata mal-edukazzjoni fl-iskejjel; |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza tat-test, qed jinżamm l-istess ordni tas-setturi edukattivi bħal fl-Artikol 7 u l-Artikolu 8.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Edukazzjoni għolja Erasmus", assoċjata ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment | – “Erasmus", assoċjata ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja fil-pajjiżi parteċipanti; |
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – “Erasmus Mundus", assoċjata ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja bejn il-pajjiżi parteċipanti u l-pajjiżi terzi; |
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Taħriġ Erasmus", assoċjat mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti | – “Leonard da Vinci”, assoċjata mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; |
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Skejjel Erasmus", assoċjati mal-edukazzjoni fl-iskola | imħassar |
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – “Grundtvig”, assoċjata mat-tagħlim tal-adulti; |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jinżamm isem tal-marka settorjali separat għat-tagħlim tal-adulti.
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ Erasmus", assoċjata mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. | – “Żgħażagħ fl-Azzjoni”, assoċjata mat-tagħlim mhux formali u informali fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – "Sports", assoċjata ma’ attivitajiet fil-qasam tal-isport. |
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull korp pubbliku u privat attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tal-massa jista' japplika taħt dan il-Programm. | 1. Kull korp pubbliku jew privat attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ jew l-isport tal-massa jista' japplika taħt dan il-Programm. L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10c(1a) u l-Artikolu 10d(1a) għandhom ukoll ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żgħażagħ attivi fil-ħidma maż-żgħażagħ imma mhux neċessarjament fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ. |
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali. | 2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies bi bżonnijiet speċjali jew b’inqas opportunitajiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-użu tal-ICT u teknoloġiji ġodda sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isport għall-persuni li jinsabu f’tali sitwazzjonijiet. |
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-aċċessibilità u t-trasparenza tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji għandhom jitqiesu bħala prinċipji gwida biex jidiedu l-kwalità u l-prestazzjoni tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Flimkien mal-ħtieġa li l-programmi jkunu jikkorrispondu ma' prijoritajiet politiċi, hu importanti li jitneħħa x-xkiel għall-parteċipazzjoni.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-Istati Membri; | (a) l-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tagħhom elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
Ġustifikazzjoni
Id-Deċiżjoni attwali dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta l-ġdida għal deċiżjoni ttenni wkoll li dawn il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-UE. Għaldaqstant għandu jiġi speċifikat fit-test li l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej jieħdu sehem fil-programm Erasmus għal Kulħadd.
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) dawk il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li jipprevedu l-possibbiltà li jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim bilaterli mal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Din id-dispożizzjoni tippermetti li l-pajjiżi tal-viċinat isiru pajjiżi parteċipanti, bid-drittijiet u l-kompiti kolha tagħhom.
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Programm għandu jappoġġa l-kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi, notevolment imsieħba minn pajiiżi tal-viċinat, f’azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikoli°6 u 10. | 3. Il-Programm għandu jappoġġa l-kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi, partikolarment imsieħba minn pajjiżi tal-viċinat, f’azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 6, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 10b. |
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, l-iżvilupp u l-politika ta’ koeżjoni; | (a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika industrijali, l-intraprenditorija, il-ġustizzja, il-politika tal-konsumaturi, il-politika ta’ koeżjoni u l-politika tal-iżvilupp kif ukoll bil-programmi ta' kooperazzjoni territorjali tal-Unjoni u l-istrateġiji makroreġjonali; |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jinstabu sinerġiji mal-istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni fil-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) is-sorsi l-oħra rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u l-istrumenti finanzjarji l-oħra marbuta mal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji relatati mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa, il-Programmi ta’ kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni. | (b) is-sorsi l-oħra rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u l-istrumenti finanzjarji l-oħra marbuta mal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji relatati mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa, il-Programmi ta’ kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni. |
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-azzjonijiet kollha għandhom jimmiraw li jrawmu sinerġiji ma’ Programmi oħra tal-UE, notevolment mal-Programm Orizzont 2020, L-Ewropa Kreattiva u l-Fond Soċjali Ewropew sabiex jilħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 b’mod konsistenti u koordinat. |
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "Awtorità Nazzjonali" għandu jirreferi għal Awtorità Nazzjonali waħda jew aktar f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluż l-amministrazzjoni tal-viżi. | 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluż, fejn dan ikun possibbli, miżuri maħsuba biex jirriżolvu kwestjonijiet amministrattivi li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi. |
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar korp uniku ta’ koordinazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Aġenzija Nazzjonali". L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante li l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1)(b)(vi) u l-Artikolu 57(1), (2) u (3) tar-Regolament Nru XX/2012, u l-Artikolu X tar-Regolament Delegat tagħha Nru XX/2012, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi tal-Programm għall-appoġġ f’għamla ta’ għotjiet.‑{}‑
| 3. Fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar Aġenzija Nazzjonali jew Aġenziji Nazzjonali. F'każijiet fejn ikun hemm aktar minn Aġenzija Nazzjonali waħda, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu adegwat għall-ġestjoni kkoordinata tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw implimentazzjoni koerenti u kosteffiċjenti tal-Programm u kuntatt effikaċi mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, u biex jiffaċilitaw it-trasferiment possibbli tal-fondi bejn l-aġenziji, biex b'hekk jippermettu l-flessibbiltà u użu aħjar tal-fondi allokati lill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif jorganizza r-relazzjoni bejn l-Awtorità Nazzjonali u l-Aġenzija Nazzjonali, inklużi kompiti bħalma hu l-istabbiliment tal-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija Nazzjonali. |
| L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante li l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1)(b)(vi) u l-Artikolu 57(1), (2) u (3) tar-Regolament Nru XX/2012, u l-Artikolu X tar-Regolament Delegat tagħha Nru XX/2012, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi tal-Programm għall-appoġġ f’għamla ta’ għotjiet. |
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Fil-każ li l-Kummissjoni tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante tagħha, l-Awtorità Nazzjonali għandha tiżgura li l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju jittieħdu mill-korp maħtur bħala l-Aġenzija Nazzjonali biex jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati mill-Kummissjoni jew taħtar korp ieħro bħala Aġenzija Nazzjonali. | 8. Fil-każ li l-Kummissjoni tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante, l-Awtorità Nazzjonali għandha tiżgura li l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju jittieħdu ħalli l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati mill-Kummissjoni jew taħdtar korp ieħor bħala Aġenzija Nazzjonali. |
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "Aġenzija Nazzjonali” għandu jirreferi għal Aġenzija Nazzjonali waħda jew aktar f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) ikollha kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex jissodisfaw il-kompiti tagħha b'mod sodisfaċenti, jiżguraw ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni; | (b) ikollha kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex tissodisfa l-kompiti tagħha rigward il-programm, il-ġestjoni, l-appoġġ tal-innovazzjoni u l-prattika u l-kollaborazzjoni fost l-Aġenziji Nazzjonali b’mod sodisfaċenti, biex jiġu żgurati ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u approċċ ta’ appoġġ biex jiġi implimentat il-Programm; |
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, id-deċiżjonijiet tal-għażla u l-għoti għas-sħubijiet strateġiċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jiġu ċċentralizzati, jekk dan jiġi deċiż f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2) u f’każijiet speċifiċi biss fejn ikun hemm raġunijiet ċari għal ċentralizzazzjoni bħal din. |
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. L-Aġenzija Nazzjonali għandha tippermetti lill-awtoritajiet u l-partijiet interessati lokali u reġjonali jieħdu sehem fit-tiswir tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti. |
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Aġenzija Nazzjonali għandha toħroġ appoġġ ta’ għotja lil benefiċjarji permezz ta’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja, kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata tal-Programm. | 4. L-Aġenzija Nazzjonali għandha toħroġ appoġġ ta’ għotja lil benefiċjarji permezz ta’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja, kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata tal-Programm. L-Aġenziji Nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jimmiraw li japplikaw regoli uniformi f’dawk li huma prijoritajiet, skadenzi, proċeduri u valutazzjoni rigward l-allokazzjoni ta’ dawk l-għotjiet. Il-Kummissjoni hija inkarigata mill-monitoraġġ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri aktar faċli għall-utent biex jiġu applikati fi ħdan il-Programm u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi tfisser ukoll li għandhom jiġu standardizzati. Bl-intenzjoni tal-ekwità, il-benefiċjarji li japplikaw għal proġetti, indipendentement mill-Istat Membru li jiġu minnu jew mill-interlokutur tal-UE tagħhom, għandhom jiġu sottomessi għall-istess regoli.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tifformalizza r-responsabbiltajiet legali fir-rigward ta’ ftehimiet finanzjarji marbuta mal-programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm ladarba tkun aċċettat l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante dwar l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm. | 2. Il-Kummissjoni għandha tifformalizza, u tippubblika fuq il-websajt tagħha, r-responsabbiltajiet legali fir-rigward ta’ ftehimiet finanzjarji marbuta mal-programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm ladarba tkun aċċettat l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante dwar l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Bil-għan li jkun jista’ jsir l-iskambju ta’ prattiki tajba u jista' jkun hemm it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Programm ‘Erasmus għal Kulħadd’, l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu teħtieġ li tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari man-netwerk ta’ Aġenziji Nazzjonali sabiex tiżgura implimentazzjoni koerenti tal-Programm bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha. | 9. Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari man-netwerk ta’ Aġenziji Nazzjonali sabiex tiżgura implimentazzjoni koerenti tal-Programm bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha, b’konċentrazzjoni partikolari fuq l-użu effettiv massimu tad-diġitizzazzjoni tal-pjattaformi għas-simplifikazzjoni tal-proċessi ta’ sottomissjoni, valutazzjoni u ġestjoni u sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv. |
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, u taġġorna kontinwament, l-informazzjoni kollha relatata mal-Aġenziji Nazzjonali maħtura mill-Istati Membri, il-kontenut tal-ftehim konkluż mill-Kummissjoni ma’ kull wieħed mill-Aġenziji Nazzjonali maħtura u l-fondi annwali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Aġenziji Nazzjonali għal azzjonijiet taħt il-Programm fis-sura ta’ għotjiet u b’appoġġ għall-ispejjeż minfuqa mill-Aġenziji Nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interessi tat-trasparenza u biex ikun iffaċilitat l-iskambju tal-prattiki tajba, il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, u għandha taġġorna kontinwament, l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha. Għandu partikolarment ikun indipendenti funzjonalment fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha u ma għandux iwettaq kontrolli jew verifiki oħra fuq dik l-entità legali jew għaliha. | (c) Ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha. Għandu partikolarment ikun indipendenti funzjonalment fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha. |
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 dwar l-emendar tal-Artikolu 13(7) u l-Artikolu 22(2) marbuta rispettivament mal-kriterji tar-rendiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. | Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 dwar l-emendar tal-Artikolu 13(7) u l-Artikolu 22(2) marbuta rispettivament mal-kriterji tar-rendiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali, l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 11(1) rigward indikaturi li jistgħu jitkejlu u relevanti fir-rigward ta’ objettivi speċifiċi kif ukoll l-Artikolu 29(1) rigward ċerti aspetti tal-programm ta’ ħidma. |
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Implimentazzjoni tal-Programm | Programm ta’ ħidma |
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali f’għamla ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dawn għandhom jistipulaw l-objettivi, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Għandhom ukoll ikun fihom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, kif uoll id-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali, u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni. Għandhom jinkludu wkoll għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. | 1. Sabiex tispeċifika aktar l-orjentament tal-Programm, fil-qies tal-iżviluppi li jkunu għaddejjin fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28, li jispeċifika l-prijoritajiet, abbażi tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5, l-Artikolu 5b, l-Artikolu 10a u l-Artikolu 11, kif ukoll il-kriterji tal-għażla u tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. |
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid) – subparagrafu 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju (UE) Nru xxx/2012, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li fih tistabbilixxi r-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali. Il-programm ta’ ħidma għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, kif uoll id-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti permezz tal-Aġenziji Nazzjonali, u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). |
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a – subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-programm ta’ ħidma għandu wkoll isemmi, bħala referenza, l-objettivi speċifiċi spjegati fl-Artikolu 5, l-Artikolu 5b, l-Artikolu 10a u l-Artikolu 11, u, għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ evalwazzjoni u r-rata massima ta’ kofinanzjament, kif stipulat fl-atti delegati kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwestjonijiet settorjali. Is-sħab soċjali u l-pjattaformi tar-rappreżentanti tal-partijiet interessati Ewropej għandhom jiġu mistiedena jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu bħala korpi konsultattivi. |
Emenda 272
Proposta għal regolament
Anness 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | |
| |
Emenda tal-Parlament | |
Anness 1 | |
Indikaturi għall-evalwazzjoni tal-Programm | |
(imsemmija fl-Artikoli 5 u 11) | |
Objettivi speċifiċi | Indikaturi relatati |
(a) Li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet fundamentali, inklużi soft skills, b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, isaħħaħ l-iżvilupp personali, jippromwovi l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jipparteċipaw f'tagħlim tul il-ħajja, għall-persunal u għal min jaħdem maż-żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tax-xogħol; f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw il-fatt li anke ż-żgħażagħ minn kuntest ta' żvantaġġ soċjali jistgħu jibbenefikaw mill-Programm; | – % tal-parteċipanti li jkunu żiedu l-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet ewlenin tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom |
| – % ta’ parteċipanti żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika |
(b) Li jrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza fl-innovazzjoni, l-inklużività u l-aċċess soċjali, kif ukoll l-internazzjonalizzazzjoni fuq il-livell tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u fil-ħidma maż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra; | – % ta’ organizzazzjonijiet li jkunu pparteċipaw fil-Programm u li jkunu żviluppaw/adottaw metodi innovattivi |
(c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu l-edukazzjoni mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperazzjoni msaħħa, użu aħjar tal-għodda ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin, inklużi l-miżuri mmirati biex itaffu l-piżijiet amministrattivi; | – L-għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom |
(d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-VET u fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka tal-Unjoni, bħala komplement għall-Programm Marie Skłodowska-Curie; | – L-għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni |
(e) Li jappoġġja l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, u permezz ta' bini tal-kapaċità mmirata f'pajjiżi terzi, fejn rilevanti skont l-objettivi speċifikati fl-istrumenti finanzjarji esterni li minnhom jinkiseb il-finanzjament għall-azzjonijiet; |
|
(f) Li jtejjeb l-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u li jippromwovi l-għarfien interkulturali u d-diversità lingwistika vasta fl-Unjoni; | – % ta’ parteċipanti li jkunu żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom |
(g) Li jippromwovi l-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja kif imsemmi fl-Artikolu 10; | – L-għadd ta’ studenti li qed jirċievu taħriġ permezz tal-attivitajiet Jean Monnet |
(h) Li jżid l-aċċess għall-isport tal-massa billi jappoġġa lil dawk l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jipprovdu attivitajiet sportivi u dawk li jorganizzaw avvenimenti sportivi mhux kummerċjali. | – l-għadd ta’ organizzazzjonijiet sportivi li jkunu żiedu r-rati ta’ parteċipazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-Programm |
(i) Li jippromwovi l-kooperazzjoni fost is-setturi differenti involuti fl-edukazzjoni, it-taħriġ, u ż-żgħażagħ; |
|
(j) Li jindirizza t-theddidiet transnazzjonali għall-integrità tal-isport, inklu l-isport tal-massa, bħalma huma d-doping, it-tbagħbis tal-logħbiet u l-vjolenza kif ukoll kull tip ta’ intolleranza u diskriminazzjoni; | – % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex jiġġieldu t-theddid għall-isport |
(k) Li jappoġġja l-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri; | – % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-governanza tajba u l-karrieri doppji |
(l) Li jippromwovi l-attivitajiet volontarji fl-isport, kif ukoll l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni fl-isport u aċċess ugwali għalih; | – % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u r-rati ta’ parteċipazzjoni |
(m) Li jżid l-għarfien tal-importanza tal-attività fiżika fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. |
|
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza interna tat-test, dan l-Anness jinkorpora l-indikaturi ta’ evalwazzjoni kollha f’relazzjoni ma’ kull objettiv speċifiku kif spjegat fl-Artikoli 5 u 11.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Anness 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Anness 2 |
| Informazzjoni teknika rigward il-Faċilità Ewropea ta’ Garanzija ta’ Selfiet għall-Istudenti |
| 1. Livell tas-selfiet |
| Il-Faċilità għandha tipprovdi garanziji parzjali għas-selfiet fuq kundizzjonijiet favorevoli lill-istudenti tal-Masters li jkunu mobbli. Il-garanzija għandha tkopri selfiet eliġibbli ġodda tal-istudenti li jkunu jaslu sa massimu ta’ EUR 12,000 għal programm ta' Masters ta' sena u sa EUR 18,000 għal programm ta’ Master ta’ sentejn. Il-ħlasijiet lura għandhom isiru direttament lill-istess intermedjarju finanzjarju. |
| 2. Għażla tal-intermedjarji finanzjarji |
| Wara li tkun saret sejħa għall-espressjoni ta’ interess, l-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu f’konformità mal-aħjar prattika tas-suq fir-rigward tal-effett fuq: |
| - il-volum ta’ finanzjament ta’ dejn li jrid isir disponibbli lil studenti tal-Masters mobbli; |
| - l-aktar kundizzjonijiet favorevoli offruti lill-istudenti, soġġett għall-konformità mal-istandards minimi tas-self kif spjegat fil-karatteristiċi ewlenin hawn taħt. |
| L-intermedjarji finanzjarji għandhom jidħlu għall-kompitu li jipprovdu selfiet lill-istudenti residenti f’pajjiż parteċipanti li jidħlu għal lawrja sħiħa ta’ Masters f’pajjiż parteċipanti ieħor. L-istudenti għandhom japplikaw għal self li jkun iggarantit parzjalment mill-Faċilità permezz ta’ intermedjarju finanzjarju. |
| 3. Protezzjonijiet għal min jissellef |
| Is-salvagwardji li ġejjin huma t-termini minimi li għandhom jiġu pprovduti mill-intermedjarji finanzjarji li jkunu jixtiequ jipprovdu lill-istudenti selfiet iggarantiti mill-Faċilità. |
| L-intermedjarji finanzjarji jistgħu joffru termini imtejba, bħalma huma perjodi itwal ta’ grazzja qabel ma dak li jkun ikollu jħallas il-flus lura, li jistgħu jqisu s-sistwazzjoni tal-gradwati li jidħlu għal studji ta’ dottorat. Id-dispożizzjoni ta’ tali termini mtejba għandha tiġi kkunsidrata meta jkunu qed jintgħażlu l-intermedjarji finanzjarji. |
| Għandhom japplikaw it-termini minimi li ġejjin: |
| (a) L-Intermedjarju Finanzjarju ma għandux jitlob xi kollateral jew garanzija mill-ġenituri kontra s-self. |
| (b) Is-selfiet għandhom jingħataw skont prattiki ta’ self mhux diskriminatorji. |
| (c) Bħala parti mill-applikazzjoni għas-self u l-proċess ta’ valutazzjoni, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikkunsidra r-riskju ta’ tidjin żejjed tal-istudent, abbażi tal-livelli ta’ dejn akkumulat u filwaqt li tiġi kkunsidrata kwalunkwe deċiżjoni ġuridika għal dejn mitluf. |
| (d) Il-ħlas lura għandu jkun ibbażat fuq mudell ibridu li jikkumbina ħlasijiet standardizzati ‘ibbażati fuq self b’ipoteka’ ma’ salvagwardji soċjali, b’mod notevoli: |
| (i) rata ta’ interess imnaqqsa meta mqabbla mar-rati tas-suq; ‘perjodu ta’ grazzja’ inizjali wara li jkunu tlestew l-istudji qabel ma jibdew isiru l-ħlasijiet lura. Id-durata minima tal-perjodu ta’ grazzja disponibbli għal min jissellef għandha tkun ta’ 12-il xahar. Fejn il-leġilazzjoni nazzjonali ma tippermettix li jkun hemm perjodi ta’ grazzja fis-self lill-konsumaturi, l-intermedjarju finanzjarju għandu jirrikjedi mhux aktar minn ħlas lura nominali matul dan il-perjodu ta’ 12-il xahar; |
| (ii) ‘vaganzi tal-ħlasijiet’ ta’ durata minima ta’ 12-il xahar fuq id-durata kollha tas-selfa, li jistgħu jiġu invokati mill-gradwat f’każ ta’ diffikultajiet, pereżempju bħala riżultat ta’ qgħad, mard jew maternità; |
| (iii) għażla ta’ differiment tal-interessi matul il-perjodu tal-istudju; |
| (iv) assigurazzjoni kontra l-mewt u d-diżabilità; |
| (v) l-ebda penali għall-ħlas lura bikri. |
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
F’Novembru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Regolament dwar programm multiannwali ġdid għal-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li se jaħdem għal seba’ snin, mill-2014 sal-2020.
Il-programm propost jiġma’ ħaġa waħda l-programmi u l-azzjonijiet kurrenti kollha fil-qasam tal-edukazzjoni: l-edukazzjoni għolja (Erasmus, Erasmus Mundus, Tempus u programmi bilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi), l-edukazzjoni fl-iskejjel (Comenius), l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (Leonardo da Vinci), it-tagħlim tal-adulti (Grundtvig) u ż-żgħażagħ (Żgħażagħ fl-Azzjoni). Jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar attivitajiet Jean Monnet u kapitolu separat għall-isport.
Bidla sinifikanti oħra hija l-arkitettura tal-programm propost. Il-Kummissjoni ffukat fuq l-armonizzazzjoni u l-flessibbiltà; l-azzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi tħaffew u ġew issimplifikati.
Il-programm propost jissejjes fuq tliet tipi ta’ azzjonijiet ewlenin:
Azzjonijiet ewlenin | Fokus tal-attivitajiet |
Azzjoni Ewlenija 1: Mobilità ta’ tagħlim tal-individwi | Persunal, studenti tal-edukazzjni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, lawrji ta’ Masters konġunti, Erasmus Master (faċilità ta’ garanzija ta’ selfiet għall-istudenti), żgħażagħ |
Azzjoni Ewlenija 2: Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin | Sħubijiet strateġiċi, alleanzi tal-għarfien, alleanzi tal-ħiliet settorjali u pjattaformi tal-IT |
Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma politika | Sostenn għall-governanza tal-Ewropa 2020 u l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni |
Suġġerimenti tar-rapporteur
Ir-Rapporteur tilqa’ r-rieda tal-Kummissjoni li tnaqqas il-frammentazzjoni u t-tirkib li hemm fost il-programmi kurrenti. Madankollu, fil-Proposta ssimplifikata, diffiċli li dak li jkun jidentifika attivitajiet konkreti fil-qasam tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. Is-settur taż-Żgħażagħ, b’mod partikolari, bilkemm jidher fil-Proposta.
Ir-Rapporteur tixtieq tiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-kwistjonijiet li ġejjin:
1. Isem il-Programm u l-ismijiet tal-marki speċifiċi għas-setturi
Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-programm il-ġdid jissejjaħ “Erasmus għal kulħadd”, hija u sserraħ fuq il-fatt li “Erasmus” huwa magħruf sewwa fost il-pubbliku ġenerali madwar id-dinja. Madankollu, “Erasmus” huwa assoċjat mill-qrib ħafna mal-mobilità individwali tal-istudenti fl-edukazzjoni għolja. Fil-fatt, “Erasmus” huwa akronimu mill-isem (bl-Ingliż) EuRopean Action Scheme for the Mobility of University Students (Skema Ewropea ta’ Azzjoni għall-Mobilità tal-Istudenti Universitarji).
Apparti mill-edukazzjoni għolja, “Erasmus” ma jiħux kont tal-oqsma l-oħra koperti mill-programm futur, jiġifieri l-edukazzjoni fl-iskejjel, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, it-tagħlim tal-adulti, iż-żgħażagħ u l-isport. Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li l-programm iżomm l-isem attwali u li hu magħruf sew “Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja”.
Ir-Rapporteur hija konvinta li l-identità tal-oqsma edukattivi individwali jeħtieġ li tinżamm u tissaħħaħ – għalhekk huwa ta’ importanza kruċjali li nibqgħu nużaw il-marki kurrenti Comenius (għall-edukazzjoni fl-iskejjel), Erasmus (għall-edukazzjoni għolja), Leonardo da Vinci (għall-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ), Grundtvig (għat-tagħlim tal-adulti) u Żgħażagħ fl-Azzjoni (għaż-żgħażagħ). Dan jista’ jsir filwaqt li tinżamm l-istruttura aktar imħaffa proposta mill-Kummissjoni.
2. Arkitettura
Ir-Raporteur tilqa’ l-arkitettura mħaffa tal-Kummissjoni. Madankollu, huma meħtieġa Kapitoli separati biex jidentifikaw b’mod ċar it-tliet oqsma ewlenin tal-programm, jiġifieri (1) l-edukazzjoni u t-taħriġ, (2) iż-żgħażagħ u (3) l-isport.
Sew il-Kapitolu “Edukazzjoni u Taħriġ” kif ukoll il-Kapitolu “Żgħażagħ” għandhom iżommu l-arkitettura tal-Proposta bi tliet tipi ta’ azzjonijiet: (1) il-mobilità tal-individwi fit-tagħlim, (2) il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba, u (3) appoġġ għar-riforma politika. Madankollu, fi ħdan l-azzjonijiet (1) u (2), hemm ħtieġa urġenti li l-objettivi u l-attivitajiet ikunu speċifikati fis-setturi edukattivi differenti u għaż-żgħażagħ.
3. Edukazzjoni u Taħriġ
Minħabba n-natura ġenerali u astratta tagħha, il-Proposta ma tagħtix biżżejjed informazzjoni speċifika dwar l-attivitajiet li se tkopri fis-setturi edukattivi differenti. Madankollu, il-qarrej tal-att legali futur jeħtieġlu jkun jista’ jidentifika liema attivitajiet ikunu eliġibbli għal-liema finanzjament. Għal aktar viżibbilta ta' azzjonijiet u setturi konkreti, ir-Rapporteur tqis li jeħtieġ li l-objettivi u l-attivitajiet ewlenin ta' kull settur edukattiv ikunu deskritti.
Barra minn hekk, il-Proposta għandha fokus qawwi fuq l-edukazzjoni għolja, filwaqt li s-setturi edukattivi l-oħra huma wisq anqas viżibbli. Ir-Rapporteur tenfasizza l-importanza li fit-test jintlaħaq ekwilibriju tajjeb bejn is-setturi edukattivi kollha.
Għall-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja, b’mod partikolari l-mobilità tal-istudenti, hemm bżonnn akta flessibilità biex l-attivitajiet tal-mobilità jiġu adattati għar-riformi ta’ Bologna u l-istrutturi l-ġodda tal-lawrji li ġew stabbiliti fl-Ewropa kollha kemm hi, jiġifieri l-lawrji ta’ Baċellerat, Master u PhD.
Barra minn hekk, jeħtieġ li jinħolqu opportunitajiet biex l-istudji part-time ikunu kkombinati ma’ internships part-time waqt mawra Erasmus f’pajjiż ieħor. Barra minn dan, il-perjodi tal-mobilità Erasmus m’għandhomx ikunu ristretti għal sena akkademika waħda u għal università waħda. Minflok, għandu jkun possibbli li dak li jkun jistudja f’tal-anqas żewġ universitajiet u fi snin akkademiċi differenti.
Ir-Rapporteur tqis ukoll li mhuwiex għaqli li d-dimensjoni internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tkun ristretta għall-edukazzjoni għolja biss. Fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni twil ta’ seba’ snin, ikun siewi li jitħalla ċertu grad ta’ flessibilità f’ka li jkun hemm bżonn li l-kooperazzjoni internazzjonali tiġi estiża għall-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ biex tirfed l-iżvilupp ta’ dan il-qasam f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-viċinanzi.
4. Żgħażagħ
Il-Proposta ma fiha l-ebda Kapitolu separat, jew saħansitra Artikolu, għaż-Żgħażagħ. Huwa importanti li jkun żgurat li l-attivitajiet “Żgħażagħ fl-Azzjoni” jibqgħu u jirċievu finanzjament adegwat. F’ġieħ it-trasparenza u l-indipendenza, għalhekk huwa ta’ importanza kruċjali li jkun hemm sew Kapitolu separat kif ukoll linja tal-baġit separata għaż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun żgurat li l-NGOs taż-Żgħażagħ Ewropej jibqgħu jirċievu finanzjament adegwat.
Il-Proposta tqiegħed enfasi qawwi fuq il-ksib ta’ kompetenzi u ħiliet ewlenin li huma tassew vitali biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu isibu l-impjiegi. Madankollu, jekk l-UE trid issir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva, jeħtiġilha wkoll tiffoka fuq l-iżvilupp personali, l-inklużjoni soċjali u l-involviment attiv taż-żgħażagħ fis-soċjetà.
5. Sport
Skont il-Kummissjoni, il-benefiċjarji tal-programm se jkunu korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jkunu attivi fil-qasam tal-isport ta-massa. Għalhekk, ir-Rapporteur tissuġġerixxi bil-qawwa li jiġi miżjud il-kunċett “l-isport tal-massa”, kemm fid-definizzjonijiet kif ukoll fl-Artikoli relevanti tal-Proposta. Barra minn hekk, il-Proposta għandha tiffoka aktar fuq l-attività volontarja fil-qasam tal-isport.
6. Attivitajiet Jean Monnet
Fi ħdan il-Programm Tagħlim tul il-Ħajja, b’kollox hemm sitt istituti li jirċievu finanzjament operazzjonali taħt attivitajiet Jean Monnet. Fil-Proposta, il-finanzjament operazzjonali huwa previst biss għall-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta’ Natolin) u l-Istitut Universitarju Ewropew f’Firenza. L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika f’Maastricht, l-Akkademija tal-Liġi Ewropea fi Trier, l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni ta’ Persuni bi Bżonnijiet Speċjali f’Middlefart u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE) f’Nizza m’għadhomx inklużi. Huwa importanti li l-finanzjament operazzjonali jinżamm għall-istituti kollha li attwalment jinsabu fil-lista, u r-Rapporteur għaldaqstant tissuġġerixxi li jkunu inkorporati fit-test legali.
7. Allokazzjoni minima ta’ fondi għal kull settur
Fil-Proposta, l-allokazzjonijiet minimi għal kull qasam ta’ politika jiseemmew biss fil-memorandum ta’ spjegazzjoni (li mhuwiex vinkolanti). Huwa importanti li dawn l-allokazzjonijiet jiġu inkorporati fit-test legali, biex isiru vinkolanti.
Fil-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, dawn l-allokazzjonijiet minimi jammontaw għal 82 %. Madankollu, fil-Proposta, il-perċentwal totali huwa biss 56 %, li jfisser li hemm rata ta’ flessibilità ta’ 44 %. Ir-Rapporteur tinsisti li fir-Regolament tkun stipulata ċifra ogħla biex is-setturi differenti jkollhom finanzjament affidabbli.
8. Awtoirtajiet Nazzjonali u Aġenziji Nazzjonali
Il-Proposta tibbaża fuq l-idea ta’ Awtorità Nazzjonali waħda u Aġenzija Nazzjonali waħda għal kull Stat Membru. Ir-Rapporteur tqis li din il-kwistjoni taqa’ taħt il-prinċipju tas-sussidjarjetà – kull Stat Membru għandu struttura amministrattiva differenti minn dik tal-oħrajn u jeħtieġ li jkollu d-dritt jiddeċiedi fuq l-għadd xieraq ta’ Awtoritajiet Nazzjonali u Aġenziji Nazzjonali.
9. Kumitat tal-Programm
B’koerenza mal-arkitettura mħaffa tal-Proposta, il-Kummissjoni tipprevedi li jkun hemm Kumitat tal-Programm wieħed biss. Ir-Rapporteur tirrimarka li l-programm il-ġdid ikopri mhux biss diversi setturi edukattivi iżda wkoll iż-żgħażagħ u l-isport. Barra minn hekk, huwa fih il-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja. Minħabba din l-eteroġeneità, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Kumitat tal-Programm jitlaqqa’ f’konfigurazzjonijet differenti skont is-suġġett ta’ kull laqgħa. Is-sħab soċjali għandhom ukoll jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kumitat meta jiddiskuti kwistjonijiet li jinteressawhom.
9.10.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" – Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Iva Zanicchi
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni tipproponi li d-dimensjoni internazzjonali tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja (inkluża l-maġġoranza tal-azzjonijiet li attwalment huma koperti mid-Deċiżjoni tal-PE u l-Kunsill dwar l-"Erasmus Mundus" tal-2008[3]) tiġi integrata għalkollox fir-Regolament il-ġdid li jistabbilixxi “Erasmus Għal Kulħadd: Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport”. Il-finanzjament għall-azzjonijiet tal-edukazzjoni għolja f’pajjiżi terzi se jkunu dderivati mill-istrumenti differenti ta’ finanzjament estern, inklużi l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (SKŻ) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u jkun ibbażat fuq żewġ allokazzjonijiet pluriennali. L-implimentazzjoni se ssegwi l-proċeduri spjegati fir-Regolament tal-‘Erasmus għal Kulħadd’. B'din il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li ġġib fi tmiemha l-frammentazzjoni u ttejjeb il-prevedibilità għall-universitajiet u l-istituzzjonijiet li huma impenjati fil-programmi.
Filwaqt li l-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa appoġġjat, ir-rapporteur tagħkom tinsab imħassba minħabba l-fatt li l-abbozz ta’ Regolament tal-'Erasmus għal Kulħadd' jinkludi ftit wisq speċifikazzjoni dwar l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-SKŻ u fil-pajjiżi tal-AKP, ir-rabta tagħhom mal-objettivi tal-Unjoni għall-iżvilupp u l-ħtiġijiet u l-istrateġiji ta’ żvilupp tal-pajjiżi. Barra minn hekk, ir-Regolament propost ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-programmi ġeografiċi taħt l-SKŻ jiġu ddisinjati ħalli jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, kif definit mill-OECD/DAC, kif hemm mitlub mill-Artikolu 2(2) tal-proposta tal-Kummissjoni għall-SKŻ 2014-2020.
L-emendi proposti mir-rapporteur tagħkom għalhekk isegwu l-objettivi li ġejjin:
- Li jiġu stabbiliti referenzi aktar ċari għall-objettivi ta’ żvilupp tal-Unjoni, b’mod partikolari l-qirda tal-faqar;
- Li jiġi żgurat li l-kriterji tal-GħUŻ definiti mill-OECD/DAC jiġu ssodisfati b'azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ, b'mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet ta' mobilità 'l barra;
- Li jiġu rekwiżiti mekkaniżmi marbuta ma' azzjonijiet ta' mobilità li jnaqqsu r-risku tal-"eżodu tal-imħuħ";
- Li jiġi żgurat li l-azzjonijiet jiġu implimentati f’konformità sħiħa mal-istrumenti rispettivi li minnhom huwa dderivat il-finanzjament;
- Li jkun rekwiżit li l-proċess ta’ programmazzjoni jkun jirrispetta s-sjieda tal-pajjiżi sħab;
- Li jiġu definiti r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u rappurtar li jkunu jiżguraw li l-impatti tal-iżvilupp jitkejlu u li tiġi stabbilita trasparenza totali.
Ir-rapporteur tagħkom tixtieq ukoll tiġbed l-attenzjoni lejn daqsxejn ta’ diverġenza li hemm bejn il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni u d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament li għandu jiġi pprovdut mill-istrumenti ta’ finanzjament estern. Filwaqt li d-dikjarazzjoni finanzjarja tissuġġerixxi fil-paġna 59 li se jiġi allokat total ta’ EUR 1.812 miljun mill-istrumenti finanzjarji esterni taħt l-Intestatura 4 biss (u b'hekk jiġi eskluż il-FEŻ), il-proposta leġiżlattiva tindika fl-Artikolu 13 li t-total ta’ EUR 1.812 miljun jirreferi għal finanzjament mill-istrumenti finanzjarji esterni kollha, u b’hekk huwa inkluż il-FEŻ. Ir-rapporteur tagħkom tifhem li ċ-ċifri li jidhru fl-Artikolu 13 tal-proposta leġiżlattiva huma ċ-ċifri validi.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. | (7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Hemm il-ħtieġa li l-aċċess mill-gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli jitwessa’ u li l-ħtiġijiet ta’ tagħlim speċjali tal-persuni b’diżabilità jiġu indirizzati b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Huwa ta’ importanza partikolari li l-azzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiżguraw li l-azzjonijiet jilħqu lill-foqra u lil dawk vulnerabbli imma dan ikun relevanti wkoll fi ħdan l-Ewropa.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-attraenza tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni għolja f’pajjiżi terzi. | (8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-attraenza tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u jikkontribwixxi għall-qirda tal-faqar u għal żvilupp sostenibbli, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, fil-pajjiżi terzi u fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati mal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
L-objettiv prinċipali tal-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp, kif definit fit-Trattat u fl-abbozz ta’ regolament tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp(SKŻ), għandu jissemma b’mod espliċitu wkoll bħala objettiv tal-‘Erasmus għal Kulħadd’. Id-deċiżjoni attwali ta' assoċjazzjoni għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tipprevedi li jieħdu sehem fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-pajjiżi u territorji huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi parteċipanti. | (17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati magħha kif ukoll fil-pajjiżi terzi parteċipanti. |
Ġustifikazzjoni
Id-deċiżjoni attwali ta' assoċjazzjoni għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tipprevedi li jieħdu sehem fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-pajjiżi u territorji huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. | (24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, il-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-TFUE. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta’ eżekuzzjoni li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament. | (27) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta' eżekuzzjoni li jistgħu jitkejlu li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (29a) Il-persuni fiżiċi minn Pajjiż jew Territorju extra-Ewropew (PTE) u l-entitajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati kompetenti ta' Pajjiż jew Territorju extra-Ewropew jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet previsti fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni
Id-deċiżjoni attwali ta' assoċjazzjoni għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tipprevedi li jieħdu sehem fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-pajjiżi u territorji huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ. | 3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-Edukazzjoni Għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, l-Edukazzjoni Informali u t-Tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ, u għandu jappoġġa wkoll attivitajiet fil-qasam tal-isport. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jinkludi dimensjoni internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u se jappoġġa wkoll l-attivitajiet fil-qasam tal-isport. | 4. Jinkludi dimensjoni internazzjonali mmirata biex tappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi tagħha għall-iżvilupp, permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni
Il-paragrafu dwar id-dimensjoni esterna jmissu jirreferi speċifikament għall-objettivi ta’ żvilupp tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa°2020 u tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inlużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti stabbiliti f’dawk l-istrumenti, għall-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018), għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport. | 1. Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa°2020 u tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inlużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti stabbiliti f’dawk l-istrumenti, għall-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018), għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi, b'mod partikulari fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet u għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – l-ewwel punt
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-UE u tal-pajjiżi terzi u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi. | (d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni, li jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni u fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati magħha u dawk f’pajjiżi terzi u permezz ta’ bini ta’ kapaċità b’miri speċifikati fil-pajjiżi terzi, fejn ikun relevanti, skont l-objettivi speċifikati fl-istrumenti tal-finanzjament estern li minnhom huwa dderivat il-finanzjament għall-azzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni
L-iżvilupp għandu jkun objettiv fih innifsu, u mhux biss mezz għat-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni. L-azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-istrumenti ta’ finanzjament estern iridu jiġu ggwidati wkoll mill-objettivi tal-istrumenti rispettivi. Id-deċiżjoni attwali ta' assoċjazzjoni għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tipprevedi li jieħdu sehem fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-pajjiżi u territorji huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fir-rigward tal-azzjonijiet skont il-paragrafu 1 li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ jew mill-FEŻ, l-azzjonijiet iridu jkunu konformi mal-objettivi u l-prinċipji tar-regolament tal-SKŻ u l-ftehim ta’ sħubija bejn l-AKP u l-UE rispettivament. Meta l-finanzjament ikun joriġina mill-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, ikun xieraq li b'mod partikulari jiġu rispettati l-kriterji tal-ODA stabbiliti mid-DAC, hekk kif previst fl-Artikolu 2(2) tiegħu. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Fil-każ ta’ azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ, l-għotjiet għall-mobilità għandhom ikunu biss ta' benefiċċju, fil-każ ta' mobilità ’l barra, għar-riċerkaturi li jwettqu riċerka jew jgħallmu f’oqsma li huma relevanti għall-problemi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u fil-każ ta' mobilità ’l ġewwa, għall-istudenti jew riċerkaturi li jistudjaw jew iwettqu riċerka f’oqsma li huma relevanti għall-problemi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
Ġustifikazzjoni
L-azzjonijiet iffinanzjati taħt l-SKŻ iridu jissodisfaw il-kriterji definiti mill-OECD/DAC għall-Għajnuna Uffiċċjali għall-Iżvilupp. Dawn il-kundizzjonijiet ma jippermettux għall-finanzjament ta’ mobilità ’l barra ta’ studenti tal-UE, u jirrikjedu li l-oqsma tal-istudju jkunu marbuta mal-iżvilupp.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2c. Fil-każ ta’ azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ jew mill-FEŻ, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jkunu jiżguraw li l-kriterji ta' selezzjoni jkunu bbażati fuq il-mertu u jagħtu prijorità lill-assenjament ta' boroż ta' studju lill-gruppi li huma soċjoekonomikament żvantaġġjati u lill-popolazzjonijiet li jinsabu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u biex persuni li huma ċittadini ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu inkoraġġiti jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom meta jagħlqilhom il-perjodu ta’ studju jew riċerka tagħhom biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u għall-benesseri tal-pajjiż li qed jiżviluppa kkonċernat. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi evitat li jkun hemm eżodu ta’ mħuħ billi l-istudenti u r-riċerkaturi jiġu inkoraġġiti jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Jekk tintefa’ attenzjoni partikolari fuq il-gruppi żvantaġġjati, ir-rabta bejn l-azzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u l-qirda tal-faqar jissaħħu.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fis-settur taż-żgħażagħ, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat. | 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fis-settur taż-żgħażagħ, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat. L-azzjonijiet li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ jew mill-FEŻ għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi sħab u jkunu bbażati fuq strateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali u jkunu allinjati magħhom. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. | 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. L-azzjonijiet, li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mill-SKŻ jew mill-FEŻ, għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi sħab u għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali u jkunu allinjati magħhom. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – l-ewwel parti
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. | 2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv li jikkorrispondi għal 2 % tal-ammonti ta’ referenza finanzjarji totali inklużi fl-istrumenti differenti għall-azzjoni esterna (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-bażi legali għall-istrumenti esterni li minnhom huwa dderivat il-finanzjament. |
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-‘Erasmus Għal Kulħadd' se jsegwu l-proċeduri tar-Regolament tal-‘Erasmus għal Kulħadd’, il-konformità mal-istrumenti ta’ finanzjament estern rispettivi jridu jiġu żgurati.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – it-tieni parti
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel erba’ snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fil-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. | Il-finanzjament għandu jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali. Dan il-finanzjament għandu jkun ibbażat fuq il-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati, u, fil-każ tal-SKŻ, jispeċifika d-distribuzzjoni reġjonali u t-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE, skont il-proċeduri previsti fl-istrumenti ta’ finanzjament estern rispettivi. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. |
Ġustifikazzjoni
Il-proċess ta’ programmazzjoni għandu jsegwi l-proċeduri previsti fl-istrumenti ta' finanzjament estern rispettivi, filwaqt li jiżgura r-rispett meħtieġ għas-sjieda tal-pajjiż u jiżgura l-koerenza mal-istrateġiji ġenerali għall-pajjiżi jew għar-reġjuni. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu definiti biss fuq din il-bażi.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi 7 u 8. | 6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-fatt li l-istudenti mir-reġjuni ultraperiferiċi u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej jinsabu milquta mill-bogħod partikolarment estrem għandu jitqies kif dovut meta jiġu allokati l-fondi. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi 7 u 8. |
Ġustifikazzjoni
Ikun xieraq li jiġu previsti dispożizzjonijiet partikulari għall-istudenti extra-Ewropej, speċifikament fil-livell tal-fondi għall-mobilità, fir-rigward tat-tbegħid kbir tagħhom mill-kontinent Ewropew.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Il-kontribut għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli f’pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni
L-iżvilupp huwa elenkat bħala objettiv fih innifsu fl-Artikolu 4 u għandu għalhekk jiggwida wkoll il-monitoraġġ u l-valutazzjoni.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ), il-Kummissjoni tinkludi lista tal-azzjonijiet kollha tal-"Erasmus għal kulħadd" li għalihom il-finanzjament huwa dderivat mis-SKŻ u l-konformità tagħhom mal-objettivi u mal-prinċipji kif spjegati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Erasmus Mundus is-soltu kienet issegwi l-proċeduri tal-SKŻ. Peress li fil-ġejjieni l-implimentazzjoni se ssegwi l-proċeduri skont ir-Regolament tal-‘Erasmus għal Kulħadd’, ir-rappurtar regolari għandu jiżgura t-trasparenza għall-kumitat tal-SKŻ u l-Parlament dwar il-konformità mar-Regolament tal-SKŻ, u b’mod partikolari l-mira tagħha tal-GħUŻ fl-Artikolu 2.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-Istati Membri; | (a) (a) l-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tagħhom elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
Ġustifikazzjoni
Id-deċiżjoni attwali ta' assoċjazzjoni għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tipprevedi li jieħdu sehem fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni. Il-proposta għal deċiżjoni ġdida tfakkar ukoll li dawn il-pajjiżi u territorji huma eliġibbli għall-programmi orizzontali kollha tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi speċifikata f'dan it-test il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej fil-programm ERASMUS għal Kulħadd.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, l-iżvilupp u l-politika ta’ koeżjoni; | (a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, il-politika ta’ koeżjoni u l-politika ta’ żvilupp; |
Ġustifikazzjoni
Din il-bidla tagħmilha ċara li r-referenza hija relatata mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp internazzjonali, u mhux mal-politika tagħha tal-iżvilupp reġjonali intern.
PROĊEDURA
Titolu | ”ERASMUS GĦAL KULĦADD” - Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport | |||
Referenzi | COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | DEVE 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Iva Zanicchi 14.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 17.9.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 9.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 21 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Leonidas Donskis, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Jean Roatta, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Anna Záborská, Iva Zanicchi | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Cristian Dan Preda, Patrizia Toia | |||
20.9.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
Relatur: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fit-23 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Regolament li jistabbilixxi ''Erasmus għal kulħadd'', Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport.
Il-proposta tqis ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika li twettqet u ta' erba' valutazzjonijiet tal-impatt dwar it-tliet programmi eżistenti f'dan il-qasam (It-Tagħlim tul il-ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus) u l-azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-isport skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013.
L-analiżi tar-riżultati wasslet għad-deċiżjoni li jiġi propost programm uniku li jorganizza l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Tali approċċ huwa koerenti ma' dak previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Frar 2012 ''Simplifikazzjoni għall-QFM 2014-2020'', li tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi l-ġodda kollha fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali futur, jiġifieri r-razzjonalizzazzjoni tal-istrumenti eżistenti, l-iżvilupp ta' sinerġiji akbar bejniethom, it-tnaqqis fil-burokrazija u fl-ispejjeż tal-ġestjoni.
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-istruttura l-ġdida se tippermetti li r-regoli tal-programm jiġu armonizzati u ssimplifikati abbażi ta' allokazzjoni tal-fondi bbażata fuq il-prestazzjoni. Ġiet stabbilita rabta mill-qrib mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.
L-implikazzjonijiet baġitarji
Il-Kummissjoni tipproponi pakkett finanzjarju indikattiv u globali ta' EUR 19.1 miljun għall-perjodu 2014-2020.
L-akbar parti tal-approprjazzjonijiet (EUR 17.3 miljun) jappartienu lill-Intestatura 1a bit-tqassim indikattiv li ġej[4]:
–Azzjoni ewlenija nru 1 - Il-mobilità tal-individwi b'rabta mat-tagħlim: 65 % (madwar 2/3 tal-baġit disponibbli),
–Azzjoni ewlenija nru 2 - Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajba: 26%,
–Azzjoni ewlenija nru 3 – Appoġġ għar-riforma politika: 4%,
–għotjiet operattivi għall-Aġenziji Nazzjonali: 3%,
–spejjeż amministrattivi: 2%.
Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Erasmus għal Kulħadd, tispeċifika it-tqassim li ġej fost is-setturi edukattivi differenti (li huwa daqs il-livelli żgurati mill-programmi korrispondenti għall-2007-2013):
–L-edukazzjoni għolja: 25%,
–L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti: 17%,
li minnhom għat-tagħlim tal-adulti: 2%,
–L-edukazzjoni skolastika: 7%,
–Iż-żgħażagħ: 7%.
L-EUR 1 812 000 000 li fadal se jiġu mill-istrumenti li ġejjin taħt l-Intestatura 4: L-Istrument tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument ta' Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dawn l-approprjazzjonijiet huma maħsuba sabiex jintegraw il-programmi internazzjonali attwali (Erasmus Mundus, Tempus, Edulink u Alfa).
Fi ħdan il-programm se jiġi ddedikat kapitolu speċifiku għall-isport (1 % tal-baġit) u artikolu speċifiku għall-Inizjattiva Jean Monnet (2 % tal-baġit).
L-allokazzjonijiet tal-fondi se jiġu deċiżi fuq bażi multiannwali ta' 4 u 3 snin rispettivament sabiex tiġi żgurata l-istabilità tal-proġetti.
Il-baġit globali propost mill-Kummissjoni għall-programm Erasmus għal Kulħadd jirrappreżenta żieda ta' madwar 70 % meta mqabbel mal-baġit globali allokat għall-programmi korrispondenti fl-Intestaturi 1a, 3b u 4 tul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (EUR 11 375 miljun skont id-data tal-Kummissjoni).
Il-biċċa l-kbira taż-żieda tikkonċerna l-finanzjament tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni mill-Intestatura 4, din hija 28 % aktar meta mqabbla ma' dak previst fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali għall-programmi kkonċernati (Erasmus Mundus, Tempus, Alfa u Edulink).
Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li l-ammont propost huwa biss indikattiv u li l-allokazzjoni baġitarja finali disponibbli għal dan il-programm se tiġi żvelata biss wara li jintemmu n-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss.
Għaldaqstant ir-rapporteur tixtieq tibdel l-ammonti indikattivi kollha inklużi fil-proposta (kemm fl-Intestatura 1a u fl-Intestatura 4) b'rati perċentwali relattivi, bil-għan li l-proporzjon tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni jinżamm indipendenti miċ-ċifri reali miftiehma tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tinsab konvinta li t-tqassim skont is-settur għandu jagħmel parti mill-bażi legali u jkun suġġett għad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja bil-possibilità ta' aġġustamenti aktar tard tul il-perjodu ta' programmazzjoni abbażi tar-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, għandha tkun prevista allokazzjoni baġitarja separata (li timplika linja baġitarja separata) għas-settur taż-Żgħażagħ, li mhuwiex viżibbli biżżejjed fil-proposta attwali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020; |
Ġustifikazzjoni
Il-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq ftehim rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali.
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva''; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika u tissodisfa l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jistieden lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jirrimarka li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-MFF li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; |
| _______________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011))0266. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-12°ta’°Mejju°2009 sejjaħ għal qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET°2020) li jiffissa erba’ miri strateġiċi bil-għan li jilħqu l-isfidi li għad fadal biex tinħoloq Ewropa bbażata fuq l-għarfien u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd. | (6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-12°ta’°Mejju°2009 sejjaħ għal qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET°2020) li jiffissa erba’ miri strateġiċi bil-għan li jilħqu l-isfidi li għad fadal biex tinħoloq Ewropa bbażata fuq l-għarfien u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd. Dawn il-miri jintlaħqu biss jekk il-livell xieraq ta' finanzjament ikun disponibbli. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. | (24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, kif ukoll koordinazzjoni mtejba u l-komplementarjetà, aktar effiċjenza u viżibilità, kif ukoll sinerġiji baġitarji akbar mal-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervent u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet. | (25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervent u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm kull sena għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti permezz ta' dawn l-indikaturi, li għandhom iservu ta' bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-programm. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Filwaqt li tirrispetta s-setgħat tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbożż ta’ baġit, għat-tul tal-programm, fuq il-bażi ta' linji baġitarji separati għal kull waħda mill-Azzjonijiet tal-Programm, kif previst fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jiżgura aktar ċarezza u trasparenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi għall-komponenti differenti tal-Programm fuq kwalunkwe bażi annwali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 32b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, filwaqt li jiġi żgurat l-użu ottimali tar-riżorsi finanzjarji. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 32c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32c) Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-programm għall-parteċipanti kollha. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014 huwa stipulat għal EUR 17 299 000 000. | 1. Fit-tifsira tal-punt [...] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' .../… bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f'materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014, li jirrappreżenta r-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja tul il-proċedura baġitarja annwali, huwa stipulat għal EUR 17 299 000 000. |
L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu allokati għall-Azzjonijiet tal-Programm | L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu allokati għall-Azzjonijiet tal-Programm: |
a) EUR 16 741 738 000 għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1); | a) 97 % għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, li minnhom 7 % huma għaż-żgħażagħ kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Għal kull wieħed minn dawn is-setturi huma previsti l-allokazzjonijiet minimi li ġejjin: – L-edukazzjoni ogħla: XX% – L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti: XX %, li minnhom għat-tagħlim tal-adulti: XX% – L-edukazzjoni skolastika: XX% Dawn ir-rati perċentwali indikattivi jistgħu jiġu modifikati mill-awtorità baġitarja għat-tieni nofs tal-perjodu ta' programmazzjoni wara r-rapport ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni. |
b) EUR 318 435 000 għall-attivitajiet Jean Monnet, kif imsemmi fl-Artikolu 10; | b) 2 % għall-attivitajiet Jean Monnet, kif imsemmi fl-Artikolu 10; |
c) EUR 238 827 000 għall-azzjonijiet marbuta mal-Isport, kif imsemmi fil-Kapitolu°III. | c) 1 % għall-azzjonijiet marbuta mal-Isport, kif imsemmi fil-Kapitolu°III. |
Ġustifikazzjoni
L-indikazzjoni ta' rati perċentwali flok ċifri tippermetti li l-proporzjon fuq id-diversi allokazzjonijiet fir-rigward tal-pakkett finanzjarju globali jinżamm indipendenti miċ-ċifra reali li eventwalment tiġi miftiehma. Barra minn hekk, it-tqassim skont is-settur għandu jagħmel parti mill-bażi legali billi d-deċiżjoni dwar fejn għandhom jiġu allokati l-approprjazzjonijiet hija responsabilità tal-awtorità baġitarja. Madankollu, id-deċiżjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu allokati għal kull settur hija kompitu tal-kumitat mexxej.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 2 - l-ewwel subparagrafu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 00029 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. | 2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv li jikkorrispondi għal 2 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għall-istrumenti parteċipanti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. |
Ġustifikazzjoni
L-indikazzjoni ta' rati perċentwali flok ċifri tippermetti li l-proporzjon fuq id-diversi allokazzjonijiet fir-rigward tal-pakkett finanzjarju globali jinżamm indipendenti miċ-ċifra reali li eventwalment tiġi miftiehma.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ir-rati perċentwali indikattivi allokati ma jippreġudikawx is-setgħat tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. |
Ġustifikazzjoni
Billi l-iżvilupp reali fit-tliet tipi kollha ta' azzjoni (il-mobilità tal-individwi b'rabta mat-tagħlim, il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajba u appoġġ għar-riforma politika) ma jistgħux jiġu previsti b'mod preċiż qabel l-2020, l-allokazzjoni globali bejniethom għandha tiġi rieżaminata fl-2017.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm għandha tkopri wkoll għotjiet operattivi għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fil-qasam taż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq l-organizzazzjonijiet Ewropej għaż-żgħażagħ. |
Ġustifikazzjoni
L-organizzazzjonijiet Ewropej għaż-żgħażagħ urew li kienu strumentali għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tat-tipi ta' attivitajiet kollha fil-qasam taż-żgħażagħ kif ukoll sabiex jagħmlu kuntatt maż-żgħażagħ madwar l-Unjoni. L-għotjiet operattivi mill-baġit tal-UE spiss huma l-uniku sors ta' finanzjament għal dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet u huma essenzjali sabiex dawn jibqgħu jeżistu.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi 7 u 8. | 6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru li jibgħat u dak ospitanti, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi 7 u 8. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti. | (b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti u tevita s-sovrapożizzjoni tal-attivitajiet. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Barra mill-monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni mhux iktar tard minn tmiem l-2017 sabiex tevalwa l-effettività fil-ksib tal-objettivi, l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, ir-relevanza ssuktata tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri lill-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-programmi ta’ qabel (Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus u programmi internazzjonali oħra tal-edukazzjoni għolja). | 2. Barra mill-monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017 sabiex tevalwa l-effettività fil-ksib tal-objettivi, l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, ir-relevanza ssuktata tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri lill-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-programmi ta’ qabel (Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus u programmi internazzjonali oħra tal-edukazzjoni għolja). |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm issa huwa previst għal ''mhux iktar tard minn tmiem l-2017''. Meta jitqies iż-żmien li jinħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tibdil possibbli fil-Programm b'segwitu għal dan ir-Rapport, tista' tiġi suġġerita l-antiċipazzjoni ta' din id-data ta' skadenza għal nofs l-2017.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Awtorità Nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt fuq il-ġestjoni tal-Programm, partikolarment dwar l-Aġenzija Nazzjonali tagħha. | 5. L-Awtorità Nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-Aġenzija Nazzjonali u għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan il-qasam. |
Ġustifikazzjoni
Ir-relazzjoni rigward il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Nazzjonali u l-Awtoritajiet Nazzjonali mhijiex stabbli (ir-rwol tal-Awtorità huwa limitat għall-kofinanzjament nazzjonali tal-Aġenzija u r-responsabilità għal kull irregolarità fl-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali). Il-Kummissjoni u l-Awtorità Nazzjonali għandu jkollhom rwol ugwali u jikkooperaw fil-qasam tal-monitoraġġ u s-superviżjoni. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni attwali tal-Programm tat-tagħlim tul il-ħajja għandhom jitqiesu f'dan l-aspett.
PROĊEDURA
Titolu | ’ERASMUS FOR ALL’ - The Union Programme for Education, Training, Youth and Sport | |||
Referenzi | COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Sidonia Elżbieta Jędrzejewska 6.2.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 19.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 26 2 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, James Elles, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Alda Sousa, Derek Vaughan, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Alexander Alvaro, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Paul Rübig, Peter Šťastný | |||
17.10.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Vilija Blinkevičiūtė
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fit-23 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Regolament li jistabbilixxi ''Erasmus għal kulħadd'', Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport.
L-edukazzjoni u t-taħriġ huma komponenti prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti, u tal-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u dawk dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. Ħamsa mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 jiddependu fuq il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ: Żgħażagħ Attivi, Aġenda għall-Ħiliet u Impjiegi Ġodda, kif ukoll l-Aġenda Diġitali, l-Unjoni tal-Innovazzjoni u l-Pjattaforma Kontra l-Faqar.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Għall-perjodu ta’ programmazzjoni finanzjarja tal-UE li jmiss, 2014-2020, il-Kummissjoni tipproponi li jkun hemm Programm integrat uniku, bl-isem "Erasmus għal kulħadd", minflok is-seba’ programmi li kienu jeżistu fil-perjodu ta’ programmazzjoni finanzjarja pluriennali preċedenti (2007-2013). Jiġifieri, il-Programm attwali se jissostitwixxi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni kif ukoll programmi varji ta' edukazzjoni għolja tal-Unjoni eżistenti, kemm jekk globali (Erasmus Mundus), reġjonali (Tempus, Alfa, Edulink) jew bilaterali (mal-Istati Uniti u l-Kanada).
Il-pakkett finanzjarju ġenerali propost għall-Programm jikkonsisti f’EUR 19.1 biljun, li minnhom EUR 1 812 biljun se jiġu minn strumenti varji ta’ azzjoni esterna tal-UE, u huwa maħsub li jintegra l-programmi internazzjonali attwali (Erasmus Mundus, Tempus, Edulink u Alfa). Il-baġit ġenerali propost mill-Kummissjoni għall-programm "Erasmus għal kulħadd" jirrappreżenta żieda ta’ madwar 70 % ikkumparat mal-baġit ġenerali allokat għall-programmi korrispondenti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Il-Kummissjoni tipproponi li tistruttura l-Programm uniku futur madwar tliet azzjonijiet ewlenin għal kull qasam tal-edukazzjoni involut:
– mobilità għat-tagħlim ta’ individwi, inklużi studenti, żgħażagħ, għalliema u persunal; (sehem mill-baġit suġġerit - 65 %),
– kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin (sehem mill-baġit suġġerit - 26 %),
– appoġġ għal riforma tal-politika (sehem mill-baġit suġġerit - 4 %).
Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li takkumpanja l-proposta legali għal regolament, tindika din id-distribuzzjoni bejn l-oqsma differenti tal-edukazzjoni (li hija daqs il-livelli garantiti mill-programmi 2007-2013 korrispondenti):
–Edukazzjoni għolja: 25 %,
–Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti: 17 %, li minnhom għat-tagħlim tal-adulti: 2 %,
–Edukazzjoni fl-iskola: 7 %,
– Żgħażagħ: 7 %.
Fi ħdan il-programm se jiġi ddedikat kapitolu speċifiku għall-isport (1 % tal-baġit) u artikolu speċifiku għall-Inizjattiva Jean Monnet (2 % tal-baġit).
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament u jissuġġerixxi l-bidliet ewlenin li ġejjin fl-abbozz ta' regolament:
1) it-tisħiħ tal-aspett tat-tagħlim tul il-ħajja fil-programm, li jagħmel il-programm aktar inklużiv għall-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
2) it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni u l-impjieg, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar;
3) it-tibdil tal-istruttura tar-Regolament, l-aktar billi jiġu separati l-attivitajiet taż-Żgħażagħ mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ u billi jiġu identifikati b’mod aktar ċar subprogrammi li jikkorrispondu għal oqsma differenti ta’ edukazzjoni u taħriġ, anke permezz ta’ definizzjoni aktar ċara tal-objettivi speċifiċi attribwiti għal subprogrammi differenti;
4) it-tisħiħ b’mod partikolari tal-oqsma tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali, u t-Tagħlim tal-Adulti, li huma nieqsa mill-attenzjoni fil-proposta attwali, minkejja l-importanza magħrufa tagħhom fil-promozzjoni tal-kultura tat-tagħlim tul il-ħajja, fl-indirizzar tal-qgħad (b'mod partikolari il-qgħad fost iż-żgħażagħ), il-faqar, il-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva u t-tixjiħ attiv fost affarijiet oħra;
5) it-titjib tal-aċċessibilità għall-Programm, b’mod partikolari permezz ta’ promozzjoni ta’ parteċipazzjoni akbar minn persuni bi bżonnijiet speċjali, b’anqas opportunitajiet, jew b’diffikultajiet minħabba raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ ġeneru, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali;
6) il-ftuħ ta’ parteċipazzjoni internazzjonali (ma’ pajjiżi terzi) mhux biss fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, iżda fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali wkoll, kif ukoll fit-tagħlim tal-adulti;
7) definizzjoni ċara tad-distribuzzjoni tal-baġit għal oqsma edukattivi u ta' taħriġ differenti fir-regolament billi tkun suġġerita wkoll żieda fl-oqsma tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti;
8) l-introduzzjoni tal-possibilità għall-Istati Membri li jagħżlu skont il-liġijiet u t-tradizzjonijiet nazzjonali tagħhom jekk iridux li jkollhom Istituzzjoni Nazzjonali u Aġenzija Nazzjonali waħda jew aktar biex timplimenta l-Programm fil-livell nazzjonali;
9) jiġu inklużi s-sitt istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej kollha appoġġati mill-programm Jean Monnet preċedenti, minflok jitnaqqsu għal tnejn, kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni.
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-Istrateġija Ewropea għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti (Ewropa 2020) qed tiddefinixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni għad-deċennju li ġej biex tappoġġa t-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti li qed tiffissa ħames objettivi ambizzjużi li għandhom jintlaħqu sal-2020, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni biex ir-rati ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien jitnaqqsu taħt l-10°% u biex tippermetti tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena li jlestu l-edukazzjoni għolja. Dan jinkludi wkoll l-inizjattivi ewlenin tagħha, partikolarment “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u l-Aġenda għall-Ħiliet u l-Impjiegi l-Ġodda. | (5) L-Istrateġija Ewropea għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti (Ewropa 2020) qed tiddefinixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni għad-deċennju li ġej biex tappoġġa t-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti billi tiffissa ħames objettivi ambizzjużi li għandhom jintlaħqu sal-2020, li tlieta minnhom se jkunu appoġġati direttament jew indirettament mill-Programm stabbilit b'dan ir-Regolament. L-azzjoni relevanti se tittieħed l-ewwel u qabel kollox fil-qasam tal-edukazzjoni biex ir-rati ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien jitnaqqsu taħt l-10°% u biex tippermetti tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena li jlestu l-edukazzjoni għolja, iżda se tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar. Dan jinkludi wkoll l-inizjattivi ewlenin tagħha, partikolarment Żgħażagħ fl-Azzjoni, l-Aġenda għall-Ħiliet u l-Impjiegi l-Ġodda u l-Unjoni tal-Innovazzjoni. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Il-programm għandu - fis-setturi tal-edukazzjoni kollha li jkopri - jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-identità Ewropea u l-valuri Ewropej skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-attraenza tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni għolja f’pajjiżi terzi. | (8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja, it-tagħlim tal-adulti u t-tagħlim mhux formali fis-settur taż-żgħażagħ u f’setturi oħra, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ Ewropej fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-ġibda tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies, id-djalogu interkulturali, u kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni u t-taħriġ f’pajjiżi terzi. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Biex tappoġġa l-mobilità, l-ekwità u l-eċċellenza fl-istudji, l-Unjoni għandha tistabbilixxi faċilità ta’ garanzija tas-self biex tippermetti lill-istudenti, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, biex jagħmlu l-Masters tagħhom f’pajjiż ieħor parteċipanti. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti. | (10) Biex tappoġġa l-mobilità, l-ekwità u l-eċċellenza fl-istudji, l-Unjoni għandha tistabbilixxi faċilità ta’ garanzija tas-self biex tippermetti lill-istudenti, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, biex jagħmlu l-Masters tagħhom f’pajjiż ieħor parteċipanti. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Il-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020) iddefinixxa viżjoni globali u ambizzjuża għall-politika ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, u talab appoġġ mill-Programmi ta’ Edukazzjoni tal-Unjoni għall-prijoritajiet miftehma, li jinkludu l-mobilità internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri. | (14) Ir-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) biex jgħinu sabiex jinkisbu numru ta’ miri stipulati fl-Istrateġija Ewropa 2020 huwa rikonoxxut b'mod ġenerali u definit fil-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020), b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tal-potenzjal tiegħu fl-indirizzar tal-livell għoli ta’ qgħad fl-Ewropa, b’mod speċjali l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, il-promozzjoni ta’ kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva. Jeħtieġ li tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-ETV, li jinkludu apprendisti, għalliema u persuni li jħarrġu, u li tiġi promossa l-kooperazzjoni permezz ta’ sħubijiet fil-livelli kollha bejn il-partijiet interessati kkonċernati u li l-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-immodernizzar tas-sistemi tal-ETV tagħhom. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti mġedda tinkludi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ […] li timmira biex tippermetti lill-adulti kollha biex jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom, b’attenzjoni partikolari tingħata lit-titjib tad-dispożizzjoni għall-għadd għoli ta’ Ewropej b’ħiliet baxxi mmirati fl-Ewropa 2020. | (16) L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti mġedda inkluża fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 20011 tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, b’kunsiderazzjoni tat-tixjiħ demografiku tal-Ewropa li jagħmilha ħtieġa inevitabbli għall-adulti li regolarment iġeddu l-ħiliet u l-kompetenzi personali u professjonali tagħhom wara li jkunu telqu mill-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, billi jirrikonoxxu wkoll r-rwol tat-tagħlim tal-adulti fil-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva. L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, meta jitqiesu l-miri tal-impjiegi u tat-tnaqqis tal-faqar definiti fl-Ewropa 2020, tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ Ewropej b’ħiliet baxxi u bi kwalifiki baxxi fit-tagħlim tal-adulti. |
| ______________ |
| 1 ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) It-tagħlimiet mis-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, ir-rapporti demografiċi tal-Kummissjoni u l-impenn fir-rigward tal-volontarjat muri minn persuni anzjani juru l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, il-mobilità u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tas-soċjetà lil hinn ferm mit-tmiem tal-ħajja professjonali tal-persuna. L-anzjani għandhom rwol fundamentali fil-volontarjat u l-edukazzjoni soċjali fl-Ewropa. Il-Programm għandu jqis dan il-fatt billi jagħmel enfasi xierqa fuq miżuri rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi parteċipanti. | (17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili Ewropea dwar it-Tagħlim Tul il-Ħajja, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Ġemellaġġ elettroniku, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi parteċipanti. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa. | (18) Il-Kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa, il-UNESCO u l-OECD. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja, u għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li għandhom struttura ta’ governanza Ewropea, ikopru l-ispettru sħiħa ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti. | (19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja; għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li jkopru l-ispettru sħiħ ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tat-taħriġ, u se tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti żgħażagħ (inklużi l-istudenti tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali) għal metodi, prattiki u teknoloġiji użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom f’ekonomija globali; jista’ jgħinhom ukoll joħolqu impjiegi bi profil internazzjonali iktar attraenti. | (21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp ta' edukazzjoni u ta' taħriġ ta’ kwalità , u tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti (inklużi l-istudenti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali) u studenti adulti għal metodi, prattiki u teknoloġiji tat-tagħlim tul il-ħajja użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom f’ekonomija globali; jista’ jgħinhom ukoll joħolqu impjiegi bi profil internazzjonali iktar attraenti. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervenzjoni u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet. | (25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu u li jkunu rilevanti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervent u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fil-mobilità tal-Unjoni u fl-azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat. | (30) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fl-azzjonijiet tal-mobilità u ta’ bini ta’ kapaċità tal-Unjoni fl-edukazzjoni u fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ. | 3. Il-Programm ikopri l-oqsma li ġejjin: |
| (a) l-edukazzjoni formali, informali u mhux formali u t-taħriġ fil-livelli kollha, f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, mill-edukazzjoni fl-iskola għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tal-adulti; |
| (b) iż-żgħażagħ, b’mod partikolari t-tagħlim mhux formali u informali, u l-attivitajiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà; |
| (c) l-isport, b'mod partikolari l-isport tal-massa. |
| Dawn l-attivitajiet kollha se jkunu mmirati b’mod speċjali lejn persuni li huma sottorappreżentati fl-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol kif ukoll f’dawn l-attivitajiet. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jinkludi dimensjoni internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u se jappoġġa wkoll l-attivitajiet fil-qasam tal-isport. | 4. Il-Programm jinkludi dimensjoni internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mmirat għall-appoġġ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni informali u t-tagħlim informali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-kompetenzi f’perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew tkun relatata mal-impjieg, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ counselling u gwida; | 1. "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-kompetenzi jew fil-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew tkun relatata mal-impjieg, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ counselling u gwida; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. "ambjent mhux formali" tfisser kuntest ta’ tagħlim li ta’ spiss huwa ppjanat u organizzat, iżda mhux parti mis-sistema formali ta' edukazzjoni u taħriġ. | 2. "edukazzjoni mhux formali" tfisser proċess organizzat u volontarju li jipprovdi lin-nies bil-possibbiltà li jiżviluppaw il-valuri, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom barra mill-qafas tal-edukazzjoni formali. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. "mobilità tat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku minn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew studju ieħor, inklużi apprendistati u tagħlim mhux formali, jew struzzjoni jew parteċipazzjoni f’attività ta’ żvilupp professjonali transnazzjonali. Tista’ tinkludi taħriġ preparatorju fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti. Il-mobilità tat-tagħlim tkopri wkoll l-iskambji taż-żgħażagħ u l-iżvilupp professjonali transnazzjonali li jinvolvu l-ħaddiema żgħażagħ; | 3. "mobilità tat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew studju ieħor, inklużi apprendistati, volontarjat, inkluż volontarjat tal-anzjani, tagħlim mhux formali, jew struzzjoni jew parteċipazzjoni f’attività ta’ żvilupp professjonali transnazzjonali. Tista' tinkludi taħriġ preparatorju fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti, kif ukoll attivitajiet ta' segwitu. Il-mobilità tat-tagħlim tkopri wkoll l-attivitajiet għaż-żgħażagħ, bħall-iskambji taż-żgħażagħ, il-volontarjat, it-tagħlim mhux formali u informali u attivitajiet ta' taħriġ professjonali li jinvolvu l-ħaddiema żgħażagħ u l-professjonisti li joffru gwida; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. "Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin" tfisser proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u/jew taż-żgħażagħ u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet oħra. | 4. "Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin" tfisser proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali li jinvolvu istituzzjonijiet, sħab soċjali, organizzazzjonijiet u intrapriżi attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ u/jew taż-żgħażagħ. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ permezz tal-proċess ta' kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodi mituħa ta’ Koordinazzjoni; | 5. "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta' politika Ewropea dwar iż-żgħażagħ, permezz tal-proċess ta' bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati kif ukoll kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni; |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. "mobilità virtwali" tirrappreżenta sett ta’ attivitajiet appoġġati mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, organizzati fuq livell istituzzjonali, li jirrealizzaw jew jiffaċilitaw esperjenzi kollaborattivi internazzjonali f’kuntest ta’ istruzzjoni u/jew tagħlim; | 6. "mobilità virtwali" tirrappreżenta sett ta’ attivitajiet appoġġati mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, organizzati fuq livell istituzzjonali, li jirrealizzaw jew jiffaċilitaw esperjenzi kollaborattivi internazzjonali f’kuntest ta’ istruzzjoni u/jew tagħlim irrispettivament mill-età; |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; | 7. “persunal” tfisser persuni li huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim formali u mhux formali taż-żgħażagħ. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, faċilitaturi, voluntiera, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. "ħaddiem żagħżugħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali; | 8. "ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ" tfisser firxa kbira ta' attivitajiet ta' natura soċjali, kulturali, edukattiva jew politika organizzati miż-żgħażagħ, magħhom u għalihom. Għandha forma extrakurrikulari u hija bbażata fuq proċessi ta’ tagħlim informali u mhux formali u parteċipazzjoni volontarja; |
| 8a. "ħaddiem żagħżugħ" tfisser persuna involuta fit-tagħlim mhux formali jew informali għaż-żgħażagħ; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9a. "persuni anzjani" tfisser persuni li għandhom ’il fuq minn 55 sena; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
12. "istituzzjoni akkademika" tfisser kull istituzzjoni edukattiva ddedikata għall-edukazzjoni u r-riċerka; | 12. "istituzzjoni akkademika" tfisser kull istituzzjoni edukattiva ddedikata għall-edukazzjoni u/jew ir-riċerka; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
13. "taħriġ vokazzjonali" tfisser kull forma ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali, inklużi t-tagħlim tekniku u vokazzjonali u l-apprendistati, li tikkontribwixxi għall-kisba ta' kwalifika vokazzjonali rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih tkun inkisbet, kif ukoll kull edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali kontinwati mwettqa minn persuna matul il-ħajja tax-xogħol tagħha; | 13. "taħriġ vokazzjonali" tfisser kull forma ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali, inklużi t-tagħlim tekniku u vokazzjonali u l-apprendistati, li tikkontribwixxi għall-kisba ta' kwalifika rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kif ukoll kull edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali kontinwati mwettqa minn persuna matul il-ħajja tax-xogħol tagħha; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 14a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 14a. "volontarjat" tfisser attività magħmula bir-rieda ħielsa ta’ persuna u li tinvolvi impenn ta’ ħin u enerġija għal azzjonijiet ta’ benefiċċju għal individwi oħrajn jew għas-soċjetà ġenerali. Attività bħal din hija ta’ natura mingħajr skop ta' profitt u ma tistax tkun motivata minn ebda xewqa għal qligħ materjali jew finanzjarju; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali; | 17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat) imwettqa minn żgħażugħ, fuq bażi volontarja individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
26. "għodod ta’ trasparenza tal-UE" tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet interessati jifhmu, japprezzaw u kif xieraq jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim u l-kwalifiki madwar l-Unjoni; | 26. "għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni" tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet interessati jifhmu, japprezzaw u - kif xieraq - jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim u l-kwalifiki fl-Unjoni kollha; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 28a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 28a. "sport tal-massa" tfisser sport organizzat prattikat fil-livell lokali minn sportivi mhux professjonali u l-isport għal kulħadd. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Il-karattru transnazzjonali tagħhom, partikolarment il-mobilità u l-kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn impatt sistemiku fit-tul; | (a) Il-karattru transnazzjonali tagħhom, partikolarment il-mobilità u l-kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn impatt sostenibbli, individwali, organizzattiv u sistemiku; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Il-kumplemetarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, b’kunsiderazzjoni tal-ekonomiji tal-iskala u l-massa kritika; | (b) Il-kumplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Il-kontribuzzjoni tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-trasparenza. | (c) Il-kontribuzzjoni tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-trasparenza u valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 9 TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa°2020 u tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inlużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti stabbiliti f’dawk l-istrumenti, għall-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018), għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport. | 1. Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi: |
| (a) tal-promozzjoni tal-valuri Ewropej f'konformità mal-Artikoli 2 u 9 tat-TUE; tal-iżvilupp ta' kuxjenza u parteċipazzjoni Ewropea fil-ħajja demokratika fl-Ewropa; ta' impenn soċjali u solidarjetà, inkluża s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; |
| (b) tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-miri ewlenin tagħha, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar; |
| (c) tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inklużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti; |
| (d) tal-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018); |
| (e) tal-proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020); |
| (f) tal-Aġenda Ewropea Mġedda għat-Tagħlim għall-Adulti; |
| (g) tal-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, u |
| (h) tal-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, f'konformità mal-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Partikolarment jimmira li jikkontribwixxi biex jilħaq il-miri ewlenin ta’ Ewropa 2020 li ġejjin: | imħassar |
(a) It-tnaqqis tar-rati ta’ tluq bikri mill-iskola; |
|
(b) Żieda tal-istudenti ta’ bejn it-30 u l-34 sena li jkunu lestew it-tielet livell tal-edukazzjoni. |
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 4a |
| Azzjonijiet tal-Programm |
| 1. Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isports, il-Programm għandu jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: |
| – mobilità tat-tagħlim tal-individwi, |
| – kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin, |
| – appoġġ għar-riforma tal-politika. |
| 2. L-attivitajiet speċifiċi ta’ Jean Monnet huma deskritti fl-Artikolu°10. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur jipproponi li dak li kien l-Artikolu 6 jiġi trasferit għad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tar-Regolament peress li dan jispeċifika struttura għall-azzjonijiet kollha proposti fir-Regolament.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Edukazzjoni, Taħriġ u Żgħażagħ | Edukazzjoni u Taħriġ |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 4b |
| Subprogrammi |
| Is-subprogrammi settorjali għandhom ikunu dawn li ġejjin: |
| (a) "Skejjel", assoċjat mal-edukazzjoni fl-iskola |
| (b) “Edukazzjoni Għolja”, assoċjat mat-tipi kollha ta’ edukazzjoni għolja; |
| (c) “Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali”, assoċjat mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
| (d) “Edukazzjoni tal-Adulti”, assoċjat mat-tagħlim tal-adulti. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur jipproponi li s-subprogrammi li huma ddedikati għal kull settur tal-edukazzjoni għandhom jitniżżlu b’mod ċar, ikunu xi jkunu t-titoli li se jintgħażlu għas-subprogrammi matul l-adozzjoni ta’ din l-Opinjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettivi speċifiċi | Objettivi speċifiċi tas-subprogrammi |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Programm għandu jsegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ: | 1. B’konformità mal-objettivi ġenerali tal-Programm, is-subprogrammi koperti f’dan il-Kapitolu għandhom isegwu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet ewlenin b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jitgħallmu, għall-persunal u għall-ħaddiema żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tas-suq tax-xogħol; | (a) li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-għarfien ewlenin b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà u fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, kif ukoll għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għall-istudenti ta’ kull età, għalliema, dawk li jħarrġu, voluntiera, mexxejja ta’ skejjel u persunal u permezz ta' kooperazzjoni msaħħa bejn is-setturi tal-edukazzjoni, taż-żgħażagħ u tas-suq tax-xogħol; |
– Indikaturi relatati: |
|
– % tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom; |
|
– % ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika |
|
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) li jtejjeb l-aċċess għall-gruppi żvantaġġati u/jew sottorappreżentati għall-programmi kollha ta’ mobilità tal-UE, għall-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll għall-attivitajiet taż-Żgħażagħ; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ab) li jippromwovi l-ħiliet intraprenditorjali, l-akkumpanjament għall-intraprendituri ġodda u l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet effettivi għall-persunal tal-SMEs; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Li jrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza innovattiva u internazzjonalizzazzjoni fuq il-livell ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, kif ukoll fil-ħidma taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ/l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra; | imħassar |
– Indikatur relatat: % ta’ organizzazzjonijiet li jkunu pparteċipaw fil-Programm u li jkunu żviluppaw/adottaw metodi innovattivi |
|
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin; | (c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ żona Ewropea tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali u informali, jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea u jikkomplementa r-riformi politiċi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperazzjoni msaħħa, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
– Indikatur relatat: Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom | imħassar |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-UE u tal-pajjiżi terzi u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi. | (d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ billi jżid il-ġibda tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tal-Unjoni u jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali u fl-edukazzjoni għolja u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi; kif ukoll li jappoġġa t-trasparenza tal-kompetenzi, il-kwalifiki u l-ħiliet fil-pajjiżi sħab, permezz tar-riforma tas-sistemi tal-kwalifiki u tal-edukazzjoni. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt d – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
– Indikatur relatat: Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni | imħassar |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom | imħassar |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f – inċiż
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: L-għadd ta’ studenti li ngħataw taħriġ permezz tal-attivitajiet Jean Monnet | imħassar |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) li jippromwovi l-ekwità u ċ-ċittadinanza attiva; |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fb) li jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea u l-idea Ewropea permezz tat-tagħlim u li jipprovdi spazji ta’ tagħlim biex jiġu diskussi l-isfidi u l-kwistjonijiet għall-koeżjoni Ewropea. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Barra minn hekk, is-subprogramm “Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali” għandu jsegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali: |
| (a) li jsaħħaħ il-mobilità tat-tagħlim għall-istudenti, inklużi l-apprendisti, l-għalliema u min iħarreġ; |
| (b) li jżid il-ġibda u l-eċċellenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi jippromwovi l-kwalità u l-effikaċja; |
| (c) li jippromwovi l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ ETV kontinwi; |
| (d) li jippromwovi aċċess flessibbli għat-taħriġ u l-kwalifiki; |
| (e) li jippromwovi l-aċċess inklużiv billi jappoġġa opportunitajiet tat-tieni ċans għall-kisba ta’ kompetenzi u ħiliet ewlenin, b’mod partikolari għal dawk li telqu mill-iskola qabel iż-żmien, żgħażagħ barra mill-iskola, xogħol jew taħriġ (NEETs), persuni b’diżabilitajiet, adulti anzjani jew persuni bi sfond migratorju; |
| (f) li jippromwovi l-bilanċ bejn xogħol, ħajja u tagħlim, b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Is-subprogramm “Edukazzjoni tal-Adulti” għandu jsegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fil-qasam tat-tagħlim tal-adulti: |
| (a) li jsaħħaħ il-parteċipazzjoni Ewropea fost l-istudenti adulti, inklużi l-anzjani, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti ta’ mobilità bejn l-Istati Membri; |
| (b) li jippromwovi l-kisba kontinwa tal-għarfien u l-parteċipazzjoni fit-tagħlim fost l-adulti, partikolarment dawk b’ħiliet u kwalifiki baxxi, billi jiżviluppa kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja; |
| (c) li jippromwovi bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja u t-tagħlim; |
| (d) li jippromwovi l-iżvilupp ta’ sistemi effettivi ta' gwida tul il-ħajja; |
| (e) li jippromwovi l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali; |
| (f) li jippromwovi tixjiħ attiv, awtonomu u b’saħħtu; |
| (g) li jfittex soluzzjonijiet innovattivi li jipprowovu fl-Ewropa kollha kultura ta' tixjiħ attiv u solidarjetà u djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet u minn naħa għall-oħra tal-fruntieri. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Sabiex jiġi evalwat il-Programm u s-subprogrammi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tadotta indikaturi li jistgħu jitkejlu u rilevanti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-indikaturi diġà stabbiliti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 6 | imħassar |
Azzjonijiet tal-Programm |
|
1. Fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) Mobilità tat-tagħlim tal-individwi, |
|
(b) Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin, |
|
(c) Appoġġ għar-riforma politika. |
|
2. L-attivitajiet speċifiċi ta’ Jean Monnet huma deskritti fl-Artikolu°10. |
|
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur jipproponi li dak li kien l-Artikolu 6 jiġi trasferit għad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tar-Regolament peress li dan jispeċifika struttura għall-azzjonijiet kollha proposti fir-Regolament.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll żgħażagħ involuti f’attivitajiet mhux formali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ studji f'istituzzjoni sħab, apprendistati barra mill-pajjiż jew parteċipazzjoni f'attivitajiet taż-żgħażagħ, partikolarment il-volontarjat. Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters għandha tkun appoġġata permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self kif imsemmi fl-Artikolu°14(3). | (a) fis-subprogramm “Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali” - mobilità transnazzjonali tal-istudenti, inklużi apprendisti, għalliema u min iħarreġ. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) il-mobilità tal-istudenti sabiex jiġu introdotti l-"kriterji soċjali" fl-attribuzzjoni tal-għotjiet tal-ERASMUS, li jippermettu lill-istudenti bi dħul baxx jibbenefikaw minn perjodi ta’ mobilità tal-istudenti mingħajr ma jkollhom għalfejn jibżgħu li ma għandhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji; |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ab) iż-żjarat barra mill-pajjiż għall-istudenti li jaħdmu sabiex ikunu jistgħu jikkumbinaw esperjenza ta’ mobilità tal-ERASMUS għal esperjenza ta’ xogħol part-time u għal studji b’għotja akbar fl-istess ħin. Dan jippermetti integrazzjoni soċjali, akkademika u professjonali kombinata fil-pajjiż ospitanti u barra minn hekk jilħaq studenti li ma jarawx benefiċċji fil-fatt biss li jsiefru għall-mobilità tal-istudju. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Mobilità transnazzjonali tal-persunal, fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ struzzjoni jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż. | (b) fis-subprogramm “Edukazzjoni tal-Adulti” – mobilità transnazzjonali ta’ studenti adulti u persunal tal-edukazzjoni tal-adulti. Din il-mobilità tista’ tinkludi żjarat ta' studju, workshops, apprendistati, volontarjat u skambji għall-parteċipanti fit-tagħlim tal-adulti, inklużi l-anzjani, kif ukoll taħriġ u żvilupp professjonali tal-persunal tal-edukazzjoni tal-adulti. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni se tappoġġa wkoll il-mobilità transnazzjonali ta' studenti, ta’ żgħażagħ u ta’ persunal lejn u minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-edukazzjoni għolja li tinkludi mobilità organizzata fuq il-bażi ta’ lawrji konġunti, doppji jew multipli ta’ kwalità għolja jew ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tagħlim mhux formali. | 2. Din l-azzjoni se tappoġġa wkoll il-mobilità transnazzjonali ta' apprendisti, ta’ studenti, ta’ studenti adulti u ta’ persunal lejn u minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti, li tinkludi mobilità organizzata fuq il-bażi ta’ lawrji konġunti, doppji jew multipli ta’ kwalità għolja jew ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tagħlim mhux formali. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-azzjoni tal-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin għandha tappoġġa: | 1. Is-subprogrammi koperti f’dan il-Kapitolu għandhom jappoġġaw: |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT, li jinkludu ġemellaġġ elettroniku, li jkopru s-setturi tal-edukazzjoni li jippermettu t-tagħlim minn pari, il-mobilità virtwali u l-iskambji tal-aħjar prattiki u l-ftuħ tal-aċċess għal parteċipanti minn pajjiżi tal-viċinat. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) sħubijiet transnazzjonali bejn intrapriżi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fl-għamla ta’: | 2. Il-kooperazzjoni għall-azzjoni ta’ innovazzjoni u prattiki tajbin għandha tappoġġa sħubijiet transnazzjonali bejn intrapriżi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fl-għamla ta’: |
– Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorji billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda; | – Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorjat billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda; |
– Alleanzi tal-Ħiliet Settorali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha. | – Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha. |
| – Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu bejn organizzazzjonijiet għall-anzjani u l-awtoritajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex, b'mod konġunt u prattiku, jiżviluppaw il-kunċett ta' Ewropa ffukata fuq il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet kollha bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-UE u tal-pajjiżi terzi, notevolment għal tagħlim minn pari, proġetti konġunti tal-edukazzjoni, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fis-settur taż-żgħażagħ, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat. | imħassar |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Appoġġ għar-riforma politika | Appoġġ għar-riforma politika u l-bini tal-kapaċità |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-appoġġ għall-azzjoni tar-riforma politika għandu jinkludi l-attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni marbuta ma': | 1. Is-subprogrammi koperti f’dan il-Kapitolu għandhom jinkludu l-attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni marbuta ma': |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (il-Metodi Miftuħa tal-Koordinazzjoni), kif ukoll il-proċessi ta’ Bolonja u ta’ Kopenħagen u d-djalogu strutturat maż-żgħażagħ; | (a) l-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (il-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni), kif ukoll il-promozzjoni tad-djalogu strutturat fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-proċessi ta’ Bolonja u ta’ Kopenħagen; |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod tat-trasparenza tal-Unjoni, partikolarment il-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF), is-Sistema Ewropea tat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECVET) u l-appoġġ għan-netwerks mal-UE kollha; | (b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod tat-trasparenza u tar-rikonoxximent tal-Unjoni, partikolarment il-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment tal-Krediti (ECTS), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), il-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (ENQA), Youthpass u appoġġ għan-netwerks fl-UE kollha; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; | (c) il-politika ta’ djalogu mal-partijiet interessati Ewopej rilevanti, kif ukoll bejniethom, fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) l-appoġġ speċifiku u sostenibbli permezz ta’ għotjiet operattivi lil assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropea li huma attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u ż-żgħażagħ; |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat u l-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-programm. | (d) Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili Ewropea dwar it-Tagħlim Tul il-Ħajja, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Ġemellaġġ elettroniku, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat u l-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-programm. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iia (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iia) l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA), Maastricht; |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iib (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iib) l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, Trier; |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iic (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iic) l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni għal nies bi Bżonnijiet Speċjali, Odense; |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iid (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iid) iċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), Nizza. |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Kapitolu 2a – intestatura (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| KAPITOLU IIa |
| Żgħażagħ |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Objettivi speċifiċi |
| 1. F'konformità mal-objettiv ġenerali, il-Programm għandu jsegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin fil-qasam taż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz tar-rikonoxximent tat-tagħlim informali permezz tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-volontarjat, filwaqt li jissodisfa b'mod partikolari l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet ta’ żvilupp, speċjalment dawk imsejħa NEET (“barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ”): |
| (a) jippromwovi t-tagħlim u t-tolleranza interkulturali biex itejjeb il-livell tal-kompetenzi u l-ħiliet ewlenin taż-żgħażagħ, inklużi dawk li għandhom inqas opportunitajiet, kif ukoll jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja demokratika fl-Ewropa u fis-suq tax-xogħol, iċ-ċittadinanza attiva tagħhom, l-ispirtu ta' intraprenditorija, l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà, b'mod partikolari permezz ta' żieda fl-opportunitajiet ta' mobilità tat-tagħlim għaż-żgħażagħ (kemm fuq livell individwali kif ukoll kollettiv), dawk attivi fil-qasam tal-ħidma taż-żgħażagħ jew f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ, u permezz ta' rabtiet imsaħħa bejn il-qasam taż-żgħażagħ u s-suq tax-xogħol; |
| (b) irawwem l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u t-titjib ta’ kwalità għolja fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, b’mod partikolari permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-organizzazzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ u/jew partijiet interessati oħra; |
| (c) jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea u jikkumplimenta r-riformi politiċi fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, l-iżvilupp ta' politika taż-żgħażagħ ibbażata fuq l-għarfien u l-evidenza u r-rikonoxximent ta' tagħlim mhux formali u informali, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni politika msaħħa, użu aħjar tal-għodda ta' trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin; |
| (d) itejjeb id-dimensjoni internazzjonali tal-attivitajiet fil-qasam taż-żgħażagħ f'kumplimentarjetà mal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati tal-Unjoni u l-partijiet interessati tal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, u permezz ta' bini mmirat tal-kapaċità fil-pajjiżi terzi. |
| 2. Sabiex jiġi evalwat il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta indikaturi li jistgħu jitkejlu u rilevanti fir-rigward tal-objettivi speċifiċi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-indikaturi diġà stabbiliti fil-qasam taż-żgħażagħ. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10b |
| Azzjonijiet tal-Programm |
| Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: |
| (a) il-mobilità ta’ tagħlim tal-individwi; |
| (b) il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin; |
| (c) l-appoġġ għar-riforma fil-politika u l-bini tal-kapaċità. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 10c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10c |
| Mobilità tat-tagħlim tal-individwi |
| 1. Il-mobilità tat-tagħlim tal-individwi għandha tappoġġa: |
| (a) il-mobilità taż-żgħażagħ fl-attivitajiet mhux formali u informali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ skambji bejn iż-żgħażagħ u volontarjat permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew, inkluż żjarat preparatorji u laqgħat ta' diskussjoni wara l-attivitajiet; |
| (b) il-mobilità ta’ dawk li huma attivi fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ. Din il-mobilità tista' tkun tinvolvi seminars, taħriġ u attivitajiet ta' netwerking kif ukoll bini ta' kapaċitajiet għall-ksib tal-kwalifiki ewlenin meħtieġa; |
| (c) l-aċċess tal-gruppi żvantaġġati u/jew sottorappreżentati għall-programmi kollha ta’ mobilità tal-UE, għall-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll għall-attivitajiet taż-Żgħażagħ; |
| 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll il-mobilità internazzjonali taż-żgħażagħ, tal-persuni attivi fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ, minn jew lejn pajjiżi terzi. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 10d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10d |
| Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin |
| 1. Il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin għandha tappoġġa: |
| (a) sħubijiet strateġiċi bejn organizzazzjonijiet involuti fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, immirati lejn l-implimentazzjoni tal-inizjattivi konġunti, inklużi inizjattivi għaż-żgħażagħ u proġetti dwar iċ-ċittadinanza, u mmirati biex jiżviluppaw ċittadinanza attiva, parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika u l-intraprenditorija, permezz tat-tagħlim bejn il-pari u l-iskambji ta’ esperjenzi; |
| (b) proġetti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ approċċi innovattivi fil-qasam tal-ħidma taż-żgħażagħ; |
| (c) possibilitajiet ta’ tagħlim interattivi u reċiproċi fil-forma ta’ programmi ta’ skambju, seminars, konferenzi dwar il-ħidma taż-żgħażagħ u l-volontarjat għall-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki; |
| (d) sħubijiet transnazzjonali bejn l-intrapriżi u l-istituzzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ; |
| (e) pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT fil-qasam taż-żgħażagħ u li jippermettu tagħlim mill-pari, ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ ibbażata fuq l-għarfien u skambji tal-aħjar prattiki. |
| 2. Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità u l-iskambji ta' għarfien fil-qasam taż-żgħażagħ permezz tas-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat u b’mod partikolari permezz tat-tagħlim bejn il-pari. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 10e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10e |
| Appoġġ għar-riforma politika |
| 1. L-azzjoni ta’ appoġġ għar-riforma politika għandha tinkludi attivitajiet marbuta ma’: |
| (a) l-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, bl-użu tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni; |
| (b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni, partikolarment il-Youthpass, u l-appoġġ għan-netwerks li joperaw fl-UE kollha u organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej taż-żgħażagħ; |
| (c) id-djalogu politiku mal-partijiet interessati Ewropej rilevanti fil-qasam taż-żgħażagħ, kif ukoll bejniethom, inkluż id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ; |
| (d) il-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ, ċentri tar-riżorsi għall-iżvilupp tal-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u n-netwerk Eurodesk. |
| 2. L-azzjoni għandha tappoġġa wkoll id-djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt c – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport. | (c) biex jippromwovi l-attivitajiet volontarji fl-isport, kif ukoll l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport. |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
a) EUR 16 741 738 000 għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1); | a) EUR 16 741 738 000 għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li tal-anqas EUR [xxx] minnhom huma għaż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 10b; |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. | 2. Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Skont il-valur miżjud mistenni tat-tliet tipi ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu°6(1), u skont il-prinċipji ta’ massa kritika, konċentrazzjoni, effiċjenza u eżekuzzjoni, l-ammont indikat fl-Artikolu°13(1.a) se jkun allokat b'mod indikatti kif ġej: | 3. Skont il-valur miżjud mistenni tat-tliet tipi ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu°6(1) u fl-Artikolu 10b, u skont il-prinċipji ta’ massa kritika, konċentrazzjoni, effiċjenza u eżekuzzjoni, l-ammont indikat fl-Artikolu°13(1.a) se jkun allokat b'mod indikattiv kif ġej: |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– [4°%] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal appoġġ għar-riforma politika. | – [4°%] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal appoġġ għar-riforma politika u l-bini tal-kapaċità. |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Suġġett għall-punt (a) tal-paragrafu 1 u sabiex ikun żgurat li l-livelli tal-finanzjament allokati lill-kategoriji prinċipali ta' partijiet interessati u benefiċjarji ma jitnaqqsux għal livelli li jkunu inqas mil-livelli garantiti mill-Programmi Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus għall-perjodu 2007-2013, l-allokazzjoni fost is-setturi edukattivi ewlenin m'għandhiex tkun inqas minn: |
| – edukazzjoni għolja: [30 %]; |
| – edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali: [20 %]; |
| – edukazzjoni skolastika: [12 %]; |
| – edukazzjoni tal-adulti, inklużi l-anzjani: [8 %]; |
| – żgħażagħ: [12 %]; |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Għandu jiġi allokat ammont suffiċjenti ta’ riżorsi finanzjarji għall-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija, kif ukoll għall-attivitajiet għall-bini tal-kapaċità u tal-ħiliet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti b’mod dirett jew indirett fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm. |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ wkoll tkopri n-nefqa marbuta mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ksib tal-objettivi; partikolarment, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, spejjeż marbuta mal-fowkus tal-IT fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. | 4. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ wkoll tkopri n-nefqa marbuta mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ksib tal-objettivi kif ukoll ir-rispett għall-prinċipju tas-sħubija; partikolarment, studji, laqgħat ta’ esperti u partijiet interessati, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż marbuta mal-iffukar tal-IT fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi°7 u 8. | 6. Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) u l-punt (a) tal-Artikolu 10b li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi°7 u 8. Il-fondi għas-sħubijiet strateġiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 10d (1)(a) li għandhom jintgħażlu u jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom jiġu allokati fuq il-bażi ta’ kriterji li għandhom ikunu definiti mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dawn il-formoli għandhom, sakemm huwa possibbli, ikunu newtrali fir-rigward tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ differenti tal-Istati Membri, għandhom jevitaw tnaqqis sostanzjali fil-baġit annwali allokat lill-Istati Membri minn sena għall-oħra u għandhom jimminimizzaw żbilanċi eċċessivi fil-livell tal-għotjiet allokati. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti. | (b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistemiku sinifikanti. |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Evalwazzjoni finali tal-Programm għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2022. |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Edukazzjoni għolja Erasmus", assoċjata ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment | "Edukazzjoni għolja", assoċjat ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Taħriġ Erasmus", assoċjat mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti | “Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali”, assoċjat mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – “Edukazzjoni tal-Adulti”, assoċjat mat-tagħlim tal-adulti |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Skejjel Erasmus", assoċjati mal-edukazzjoni fl-iskola | – "Skejjel", assoċjat mal-edukazzjoni fl-iskola |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– "Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ Erasmus", assoċjata mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. | – "Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ", assoċjat mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – "Sport", assoċjat ma’ attivitajiet fil-qasam tal-isports. |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull korp pubbliku u privat attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tal-massa jista' japplika taħt dan il-Programm. | 1. Kull korp pubbliku jew privat attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika taħt dan il-Programm. Fil-każ tal-Artikolu 10c(1)(a) u l-Artikolu 10d (1)(a), il-Programm huwa maħsub ukoll li jappoġġa gruppi ta’ żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, iżda mhux neċessarjament fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ. |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali. | 2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta’ nies sottorappreżentati jew żvantaġġati kif ukoll ta' nies bi bżonnijiet speċjali, b'inqas opportunitajiet jew b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, mentali, etniċi, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-aċċessibilità u t-trasparenza tal-proċeduri amministrattivi għandhom jitqiesu bħala indikaturi kruċjali għall-kwalità u l-prestazzjoni tal-Programm. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "Awtorità Nazzjonali" jista' jirreferi għal Awtorità Nazzjonali waħda jew aktar f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluż l-amministrazzjoni tal-viżi. | 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluża s-simplifikazzjoni tal-proċessi amministrattivi marbuta mal-viżi. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar korp uniku ta’ koordinazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Aġenzija Nazzjonali". L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante li l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1)(b)(vi) u l-Artikolu 57(1), (2) u (3) tar-Regolament Nru XX/2012, u l-Artikolu X tar-Regolament Delegat tagħha Nru XX/2012, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi tal-Programm għall-appoġġ f’għamla ta’ għotjiet. | 3. Fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar korp uniku ta’ koordinazzjoni, jew aktar minn korp wieħed, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Aġenzija Nazzjonali". L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante li l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1)(b)(vi) u l-Artikolu 57(1), (2) u (3) tar-Regolament Nru XX/2012, u l-Artikolu X tar-Regolament Delegat tagħha Nru XX/2012, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi tal-Programm għall-appoġġ f’għamla ta’ għotjiet. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "Aġenzija Nazzjonali" jista' jirreferi għal Aġenzija Nazzjonali waħda jew aktar f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, id-deċiżjonijiet tal-għażla u l-għoti għas-Sħubijiet strateġiċi msemmija fil-paragrafu 2(b) jistgħu jiġu ċċentralizzati, jekk dan jiġi deċiż b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2) u f’każijiet speċifiċi biss fejn ikun hemm raġunijiet ċari għal ċentralizzazzjoni bħal din. |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Aġenzija Nazzjonali għandha tippermetti lill-awtoritajiet u l-partijiet interessati lokali u reġjonali biex jieħdu sehem fit-tiswir tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti. |
PROĊEDURA
Titolu | ”ERASMUS GĦAL KULĦADD” - Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport | |||
Referenzi | COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Vilija Blinkevičiūtė 15.12.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 10.7.2012 | 8.10.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 9.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 1 4 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Karima Delli, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Malika Benarab-Attou, Edite Estrela, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor, Sampo Terho, Gabriele Zimmer | |||
17.7.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" – Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport
( COM(2011)0788 – C7‑0436/2011 – 2011/0371(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Silvia-Adriana Ţicău
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-edukazzjoni u t-taħriġ huma fil-qalba tal-Istrateġija Ewropa°2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u tal-linji gwida Integrati għall-politiki ekonomiċi u dawk dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Parlament, għalhekk, huma favur li jkun hemm żieda fl-appoġġ tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-perjodu 2014-2020, bil-għan li jitjiebu l-kwalifiki u l-ġestjoni tal-livelli għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ f’diversi Stati Membri.
Il-proposta għal Regolament
Il-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u jtittex li jappoġġa s-setturi edukattivi kollha (inklużi l-edukazzjoni għolja, it-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni tal-adulti, l-edukazzjoni fl-iskejjel u l-attivitajiet għaż-żgħażagħ) fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja.
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-programm Erasmus jiffoka fuq tliet oqsma prinċipali:
il-mobilità transnazzjonali u internazzjonali tat-taħriġ għall-istudenti, iż-żgħażagħ, l-għalliema u l-persunal;
il-kooperazzjoni fl-innovazzjoni u l-prattiki tajba bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni mal-korpi attivi fil-qasam taż-żgħażagħ u l-appoġġ għall-aġendi politiċi;
l-appoġġ tar-riforma politika u l-iżvilupp tal-kapaċità f’pajjiżi terzi, inklużi dawk involuti fil-proċess ta’ adeżjoni, filwaqt li jiffoka partikolarment fuq il-pajjiżi ġirien u fuq id-djalogu politiku internazzjonali.
‘Eramus għal Kulħadd’ jinkludi u jibni fuq il-programmi internazzjonali eżistenti (‘Erasmus Mundus’, ‘Tempus’, ‘Edulink’ u ‘Alfa’) u l-programmi għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati.
Għall-perjodu 2014-2020, il-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ se jkollu baġit ta’ EUR 17 299 miljun, inkluż EUR 16 742 miljun għal miżuri fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, (65 % għall-mobilità ta’ persunal edukattiv, 26 % għall-kooperazzjoni fl-innovazzjoni u l-prattiki tajba, 4 % għall-appoġġ tar-riforma politika u 2 % għall-infiq amministrattiv), EUR 318.4 miljun għal attivitajiet Jean Monnet u EUR 238.0 miljun għal miżuri fil-qasam tal-isport. Minbarra dan, ammont indikattiv ta’ EUR 1.8 biljun se jiġi allokat minn diversi strumenti esterni biex tkun promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni aktar għolja. Il-fondi se jiġu maħruġa f’żewġ pagamenti multiannwali għal perjodi ta’ erba’ snin u tliet snin rispettivament, sabiex jiżguraw l-istabilità u l-prevedibilità.
Il-fondi tal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ se jintużaw għall-miżuri stipulati fl-Artikolu 6(1) għal skopijiet tat-tħejjija, is-sorveljanza, l-awditjar u l-verifika, kif ukoll f’infiq għal appoġġ tekniku. Il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll fondi ta’ garanzija fir-rigward ta’ self għal studenti residenti f’pajjiż parteċipanti li qed jistudjaw għal Masters f’pajjiż parteċipanti ieħor.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta għal regolament tal-Kummissjoni u jipproponi numru ta’ emendi rigward:
1. l-inklużjoni fost l-objettivi ġenerali tal-programm ta’ żieda fin-numru ta’ persuni sal-età ta’ 35 sena involuti f'tagħlim tul il-ħajja;
2. l-inklużjoni fost l-objettivi u l-miżuri speċifiċi tal-programm ta’ mobilità edukattiva relatata man-negozji u l-identifikazzjoni tal-indikaturi relatati;
3. l-inklużjoni ta’ politiki industrijali tal-UE fost il-politiki tal-UE dwar ‘Erasmus għal Kulħadd’;
4. l-iżgurar tal-aċċess għall-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ għal organizzazzjonijiet nongovernattivi, speċjalment dawk li jirrigwardaw iż-żgħażagħ fl-oqsma bħal dawk tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport għal kulħadd;
5. l-użu tal-ITC biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-programm ‘Erasmus għal kulħadd’ għal dawk li jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ natura edukattiva, soċjali, fiżika, psikoloġika, ġeografika, ekonomika jew kulturali;
6. l-eġibilità għal garanziji ta’ self għal studenti post-lawrja minn pajjiż parteċipanti li qed jistudjaw għal dottorat f’pajjiż parteċipanti ieħor;
7. id-definizzjoni fl-Anness 1 tar-Regolament li jieħu post l-atti delegati tal-kriterji tar-rendiment msemmija fl-Artikoli 5 u 11.
8. l-eliminazzjoni mill-kriterji ta’ allokazzjoni rigward il-fondi li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenzija nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 6(1) tal-kriterji rigward l-‘ispejjeż tal-ħajja fi Stat Membru’, peress li dan jista’ jwassal għal diskriminazzjoni bejn studenti qabel il-lawrja u post-lawrja, skont l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.
9. l-iżgurar tat-trasparenza rigward l-implimentazzjoni tal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ billi jitlob lill-Kummissjoni tippubblika fil-websajt tagħha informazzjoni rigward l-aġenziji nazzjonali nnominati, il-programmi u l-fondi annwali għalihom li ġew provduti mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm.
10. il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex sal-1 ta’ Jannar 2014, ikunu nnominati l-aġenziji nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-programm ‘Erasmus għal kulħadd’;
11. l-iżgurar tal-parteċipazzjoni bbilanċjata tal-pajjiżi kollha involuti fil-programm.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti tal-marka kummerċjali "Erasmus" bħala sinonimu tal-mobilità ta’ dawk li qed jitgħallmu fl-Unjoni jitlob għal użu aktar estensiv ta’ din il-marka mis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm. | (3) Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti tal-marka kummerċjali "Erasmus" bħala sinonimu tal-mobilità ta’ dawk li qed jitgħallmu fl-Unjoni huwa argument favur li s-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm jagħmlu użu aktar estensiv ta' din il-marka, u jtejbu l-valutazzjoni u l-għodod ta' monitoraġġ tagħha. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikunu żgurati s-suċċess tal-programm u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u sabiex ma ssir l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tajba tal-marka 'Erasmus', huwa essenzjali li l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni jiġu mtejba, b'mod partikolari billi l-indikaturi u l-metodi jkunu definiti b'mod ċar.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-ħtieġa li l-politika Ewropea tal-edukazzjoni tingħata l-kontinwità u s-suċċess tal-programmi preċedenti: Tagħlim tul il-ħajja ("Lifelong Learning"), Żgħażagħ fl-Azzjoni ("Youth in Action"), "Leonardo da Vinci", "Comenius", "Erasmus", "Grundtvig" jitolbu li jinżammu l-ismijiet ta' referenza tal-programmi. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. | (7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Din l-aspirazzjoni għandha tidher f'miżuri konkreti ta' monitoraġġ u valutazzjoni sabiex ikun żgurat li l-programm jiġi implimentat skont dawn l-objettivi. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikunu żgurati s-suċċess tal-programm u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u sabiex ma ssir l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tajba tal-marka 'Erasmus', huwa essenzjali li l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni jiġu mtejba, b'mod partikolari billi l-indikaturi u l-metodi jkunu definiti b'mod ċar.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Biex tappoġġa l-mobilità, l-ekwità u l-eċċellenza fl-istudji, l-Unjoni għandha tistabbilixxi faċilità ta’ garanzija tas-self biex tippermetti lill-istudenti, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, biex jagħmlu l-Masters tagħhom f’pajjiż ieħor parteċipanti. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti. | (10) Biex tappoġġa l-mobilità, l-ekwità u l-eċċellenza fl-istudji, l-Unjoni għandha tistabbilixxi faċilità ta’ garanzija tas-self biex tippermetti lill-istudenti, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, biex jagħmlu l-Masters jew id-dottorat tagħhom f’pajjiż ieħor parteċipanti. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters jew għad-dottorati f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti. Madankollu dan m'għandux ikun sovrapost għall-programm Marie Curie f'Orizzont 2020. |
Ġustifikazzjoni
L-iżvilupp tal-innovazzjoni u r-riċerka huwa vitali għall-kompetittività tal-UE u huwa marbut mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Għalhekk, huwa importanti li l-faċilitajiet għall-garanzija ta’ self skont il-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ jiġu estiżi għal studenti post-lawrja li jixtiequ jistudjaw f’livell ta’ dottorat f’pajjiż parteċipanti ieħor.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Il-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020) iddefinixxa viżjoni globali u ambizzjuża għall-politika ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, u talab appoġġ mill-Programmi ta’ Edukazzjoni tal-Unjoni għall-prijoritajiet miftehma, li jinkludu l-mobilità internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri. | (14) Il-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020) iddefinixxa viżjoni globali u ambizzjuża għall-politika ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, u talab appoġġ mill-Programmi ta’ Edukazzjoni tal-Unjoni għall-prijoritajiet miftehma, li jinkludu l-mobilità internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri. Dik il-politika għandha tiġi appoġġata u tingħata prijorità fi ħdan il-Programm. Barra minn hekk, billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom rwol importanti għat-trawwim ta' kundizzjonijiet tajbin għar-riċerka u l-innovazzjoni, huwa partikolarment ta' interess li din il-parti tiġi enfasizzata. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Huwa meħtieġ li tissaħħaħ l-intensità u l-volum ta’ kooperazzjoni Ewropea bejn l-iskejjel, u tal-mobilità tal-persunal tal-iskola u ta’ dawk li qed jitgħallmu sabiex jiġu ttrattati l-prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-Seklu°21, jiġifieri biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Unjoni fl-oqsma ta’ żvilupp kompetenti u sabiex jiġu mtejba l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistemi skolastiċi u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħu l-professjoni tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskola. F’dan il-kuntest, għandha tingħata importanza partikolari lill-miri strateġiċi biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, tittejjeb l-eżekuzzjoni fil-ħiliet bażiċi, jittejbu l-parteċipazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, kif ukoll dawk il-miri li jsaħħu l-kompetenzi professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola, u jittejbu l-opportunitajiet edukattivi ta' tfal li kienu migranti u ta’ dawk li qegħdin fi żvantaġġ soċjo-ekonomiku. | (15) Huwa meħtieġ li tissaħħaħ l-intensità u l-volum ta’ kooperazzjoni Ewropea bejn l-iskejjel, u tal-mobilità tal-persunal tal-iskola u ta’ dawk li qed jitgħallmu sabiex jiġu ttrattati l-prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-Seklu°21, jiġifieri biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Unjoni fl-oqsma ta’ żvilupp kompetenti u sabiex jiġu mtejba l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistemi skolastiċi u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħu l-professjoni tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskola. F’dan il-kuntest, għandha tingħata importanza partikolari lill-miri strateġiċi biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, tittejjeb l-eżekuzzjoni fil-ħiliet bażiċi, jittejbu l-parteċipazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, kif ukoll dawk il-miri li jsaħħu l-kompetenzi professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola, u jittejbu l-opportunitajiet edukattivi ta' tfal li kienu migranti u ta’ dawk li qegħdin fi żvantaġġ soċjo-ekonomiku. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat it-tisħiħ tal-ħiliet lingwistiċi sabiex tiġi indirizzata l-globalizzazzjoni ta' bosta postijiet tax-xogħol. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja, u għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li għandhom struttura ta’ governanza Ewropea, ikopru l-ispettru sħiħa ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti. | (19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja, u għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li għandhom struttura ta’ governanza Ewropea, ikopru l-ispettru sħiħa ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti. Dan għandu jinkludi wkoll organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ u esperti dwar il-politika marbuta maż-żgħażagħ. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (19a) Għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fil-livell nazzjonali u dak Ewropew. Huwa importanti ħafna li tinħoloq sjieda wiesgħa dwar l-istrateġiji u l-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja. Is-soċjetà ċivili hija essenzjali sabiex jiġu kkunsidrati l-ideat u t-tħassib tal-partijiet interessati fil-livelli kollha u tikkostitwixxi bażi għal djalogu solidu bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha sabiex l-ispazju Ewropew għat-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tat-taħriġ, u se tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti żgħażagħ (inklużi l-istudenti tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali) għal metodi, prattiki u teknoloġiji użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom f’ekonomija globali; jista’ jgħinhom ukoll joħolqu impjiegi bi profil internazzjonali iktar attraenti. | (21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tat-taħriġ, u se tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti żgħażagħ (inklużi l-istudenti tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali) għal metodi, prattiki u teknoloġiji użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom fl-ekonomija Ewropea u jippromwovu wkoll il-mobilità tax-xogħol. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li jiġi estiż l-użu tal-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) skont id-Deċiżjoni Nru 2241/2004KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004, il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropew (EQF) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, is-sistema ta’ Krediti Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 u tas-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECTS). | (22) Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li jiġi estiż l-użu tal-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) skont id-Deċiżjoni Nru 2241/2004KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004, il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropew (EQF) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, is-sistema ta’ Krediti Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 u tas-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECTS). Barra minn hekk huwa importanti li tiġi appoġġata u msaħħa l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-politiki tal-edukazzjoni vokazzjonali fi ħdan il-Programm. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. | (24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni. Dan jista' jkun żgurat biss permezz tal-iżvilupp ta’ strumenti ta' valutazzjoni u ta' monitoraġġ adegwati. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikunu żgurati s-suċċess tal-programm u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u sabiex ma ssir l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tajba tal-marka 'Erasmus', huwa essenzjali li l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni jiġu mtejba, b'mod partikolari billi l-indikaturi u l-metodi jkunu definiti b'mod ċar.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu°290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (33) Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu°290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi akkwistata t-trasparenza u jiġi żgurat li l-benefiċjarji potenzjali kollha jistgħu iħejju għall-parteċipazzjoni fil-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ matul il-perjodu 2014-2020, il-kriterji ta’ rendiment tal-ġestjoni fir-rigward tal-aġenziji nazzjonali għandhom jiġu inklużi fir-Regolament minflok jiġu stabbiliti sussegwentement mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ. | 3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola, it-Taħriġ mhux formali u ż-Żgħażagħ. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. "ambjent mhux formali" tfisser kuntest ta’ tagħlim li ta’ spiss huwa ppjanat u organizzat, iżda mhux parti mis-sistema formali ta' edukazzjoni u taħriġ. | 2. "taħriġ mhux formali" tfisser proċess organizzat li jipprovdi lill-persuni l-possibilità li jiżviluppaw il-valuri, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom għajr dawk żviluppati fil-qafas tas-sistema formali ta' edukazzjoni u taħriġ. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ permezz tal-proċess ta' kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodi mituħa ta’ Koordinazzjoni; | 5. "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ permezz tal-proċess ta' kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodi mituħa ta’ Koordinazzjoni, inkluż djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ mhux formali u l-organizzazzjonijiet għaż-żgħażagħ. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; | 7. "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali; | 17. "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat, taħriġ għaż-żgħażagħ) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ taħriġ mhux formali; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 28a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 28a. ''djalogu strutturat'' tfisser pjattaformi jew fora li jiżguraw il-kontribut ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' partijiet interessati oħrajn fil-formulazzjoni ta' strateġiji u politiki. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) L-enfasi tagħhom fuq l-effetti fuq terminu twil u jekk ikunu bbażati, jekk jista' jkun, fuq analiżi bbażata fuq l-evidenza. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Programm għandu l-għan li joħloq strutturi li jiffunzjonaw tajjeb u effikaċi għat-tagħlim tul il-ħajja li jkollu fil-qalba tiegħu l-aħjar prattiki u studji bbażati fuq l-evidenza u li jinkorpora t-tagħlim tul il-ħajja ma' diversi fornituri differenti, formali u mhux formali, fis-sistemi eżistenti filwaqt li jsaħħaħ l-attitudni pożittiva lejn it-tagħlim tul il-ħajja. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Partikolarment jimmira wkoll li jikkontribwixxi biex jilħaq il-miri li ġejjin: |
| (a) Żieda fin-numru ta’ persuni li għandhom aktar minn 35 sena, involuti fit-tagħlim tul il-ħajja; |
| (b) ''It-tagħlim tul il-ħajja'' jsir realtà għal kulħadd. |
| (c) Żieda fl-impjiegi taż-żgħażagħ. |
Ġustifikazzjoni
L-edukazzjoni u t-taħriġ jikkontribwixxu direttament għall-akkwist ta’ impjieg deċenti u mħallas tajjeb. Iż-żieda fir-rati tal-impjiegi fl-Istati Membri, partikolarment fost iż-żgħażagħ, hija objettiv bażiku tal-UE u għandha, għalhekk, issir wieħed mill-objettivi ġenerali tal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt a – inċiż 1 – subinċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– % tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom; | – % tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom, imkejjel abbażi ta' kriterji oġġettivi bħar-rata ta' impjegabilità sena wara t-tmiem tal-istudji, jew il-proporzjon ta' parteċipanti li ħadu sehem f'attivitajiet professjonali bħala parti mill-kors ta' studju tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikunu żgurati s-suċċess tal-programm u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u sabiex ma ssir l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tajba tal-marka 'Erasmus', huwa essenzjali li l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni jiġu mtejba, b'mod partikolari billi l-indikaturi u l-metodi jkunu definiti b'mod ċar. Dawn ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq dikjarazzjonijiet suġġettivi iżda għandhom jinkludu wkoll kemm jista' jkun, kriterji oġġettivi ta' kejl.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt a – inċiż 1 – subinċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - % tal-intraprendituri li jipparteċipaw tejbu l-ħiliet prinċipali tagħhom jew il-kwalifiki relatati man-negozju. |
Ġustifikazzjoni
L-indikatur speċifiku li jissorvelja t-titjib fil-ħiliet kummerċjali, partikolament fost iż-żgħażagħ, huwa neċessarju biex jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jiġu promossi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-intraprendituri żgħażagħ.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt a – inċiż 1 – subinċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– % ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika | – % ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja intraprenditorjali, soċjali jew politika |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt c – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin; | (c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja b'attenzjoni partikolari għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim informali u mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ u fit-tagħlim tul il-ħajja, notevolment permezz ta' politika ta' kooperazzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt d – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni | – Indikatur relatat: Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fl-UE u li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet internazzjonali ta’ mobilità u kooperazzjoni |
Ġustifikazzjoni
Biex ikunu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) Għat-tisħiħ tat-taħriġ għall-irkupru ta' ħiliet antiki u għall-kisba ta' dawk ġodda meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija Ewropea; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – punt e – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom | – Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, imkejjel b'mod partikolari abbażi ta' kriterji oġġettivi bħas-suċċess f'testijiet tal-lingwa |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikunu żgurati s-suċċess tal-programm u l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, u sabiex ma ssir l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tajba tal-marka 'Erasmus', huwa essenzjali li l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni jiġu mtejba, b'mod partikolari billi l-indikaturi u l-metodi jkunu definiti b'mod ċar. Dawn ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq dikjarazzjonijiet suġġettivi iżda għandhom jinkludu wkoll kemm jista' jkun, kriterji oġġettivi ta' kejl.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) Mobilità tat-tagħlim tal-individwi, | (a) Mobilità tat-tagħlim tal-individwi li tinkludi s-settur kummerċjali, inter alia permezz tal-apprendistati; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll żgħażagħ involuti f’attivitajiet mhux formali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ studji f'istituzzjoni sħab, apprendistati barra mill-pajjiż jew parteċipazzjoni f'attivitajiet taż-żgħażagħ, partikolarment il-volontarjat. Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters għandha tkun appoġġata permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self kif imsemmi fl-Artikolu°14(3). | (a) mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali u tat-tagħlim għall-adulti kif ukoll żgħażagħ involuti f’attivitajiet mhux formali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ studji f'istituzzjoni sħab, apprendistati jew kuntratti ta' impjieg/taħriġ barra mill-pajjiż jew parteċipazzjoni f'attivitajiet, inkluż il-volontarjat. Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters u ta’ dottorat għandha tkun appoġġata permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self kif imsemmi fl-Artikolu°14(3). |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Mobilità transnazzjonali tal-persunal, fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ struzzjoni jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż. | (b) Mobilità transnazzjonali tal-persunal, fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ struzzjoni jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż, filwaqt li tali arranġamenti jestendu wkoll għas-settur kummerċjali. |
Ġustifikazzjoni
Il-mobilità edukattiva għal intraprendituri żgħażagħ hija importanti għall-implimentazzjoni tal-politiki industrijali u l-kompetittività tal-UE.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Opportunitajiet indaqs għall-istudenti kollha f’termini ta’ kooperazzjoni u mobilità irrispettivament mill-università/istituzzjoni ta’ oriġini tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni għandu jiġi applikat għall-kooperazzjoni fl-oqsma tal-innovazzjoni u l-prattiki tajba.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Din l-azzjoni tappoġġa l-mobilità għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja għall-firxa tal-ħiliet u s-snajja’ kollha. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) sħubijiet strateġiċi transnazzjonali bejn organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u/jew f'attivitajiet taż-żgħażagħ jew f'setturi rilevanti oħra li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu skambji ta' esperjenza u ta’ kompetenzi; | (a) sħubijiet strateġiċi transnazzjonali bejn organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-iżvilupp ta’ ħiliet u/jew f'attivitajiet taż-żgħażagħ jew f'setturi rilevanti oħra li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu skambji ta' esperjenza u ta’ kompetenzi; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) kooperazzjoni transnazzjonali li tiffoka fuq ir-rikonoxximent u l-appoġġ bil-għan ta' impatt sistematiku fuq perjodu twil permezz tal-modernizzazzjoni jew id-diversifikazzjoni ta' sistemi edukattivi u ta' taħriġ, inklużi l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li joffru taħriġ formali u mhux formali, in-negozji u s-soċjetà ċivili; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorji billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda; | – Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorji billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula u metodi ta’ taħriġ ġodda; |
Ġustifikazzjoni
Fl-edukazzjoni, il-kontenut tal-kors huwa importanti daqs il-metodi tat-tagħlim. Il-kooperazzjoni bejn l-istabbilimenti għandha tippermetti wkoll l-iżvilupp ta' metodi ta' taħriġ innovattivi.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Alleanzi tal-Ħiliet Settorali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha. | – Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż l-użu tal-ICT u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha. |
Ġustifikazzjoni
L-ICT għandu jintuża mill-fornituri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, sabiex jiftaħ il-prospetti tal-karriera, joħloq programmi settorjali speċifiċi ġodda, jiżviluppa taħriġ vokazzjonali u japplika metodi ta’ rikonoxximent reċiproku fil-livell tal-UE.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) networks u alleanzi għat-taħriġ fl-arti u s-snajja’, u l-ħiliet għal attivitajiet għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) it-tagħlim tul il-ħajja biex ikunu żgurati l-iżvilupp tal-karriera u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' xogħol. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Din l-azzjoni għandha tinkludi wkoll appoġġ amministrattiv lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ formali u mhux formali, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; | (c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, il-kultura u l-kummerċ; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Attiviajiet Jean Monnet | Edukazzjoni Ewropea u attivitajiet Jean Monnet |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt a – punt iia (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iia) l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt ii b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iib) l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, Trier; |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iic (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iic) l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni dwar il-Ħtiġijiet Speċjali, Middelfart; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c – punt iid (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iid) iċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (IFE), Nizza; |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt c – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport. | (c) biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport u bl-appoġġ għax-xogħol volontarju fil-qasam tal-isport. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) biex jippromwovi t-tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiffaċilita l-aċċess għal attivitajiet sportivi għall-persuni b’diżabilità. |
| – Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi ta’ persuni b’diżabbiltà. |
| (cb) appoġġ għal attivitajiet sportivi u taħriġ relatati ma' soċjetà b'saħħitha u attiva li qed tixjieħ. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-kriterji tar-rendiment għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ilħiq tal-objettivi stipulati fl-ewwel paragrafu huma mniżżla fl-Anness -I. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interessi tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, il-kriterji tar-rendiment għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandhom ikunu parti integrali mir-Regolament. Għalhekk, l-indikaturi proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu inseriti fl-Anness -I.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) appoġġ għal avvenimenti mhux kummerċjali Ewropej tal-isport li jinvolvu diversi pajjiżi Ewropej; | (b) appoġġ għal avvenimenti Ewropej tal-isport bla skop ta' qligħ fil-livell bażiku li jinvolvu diversi pajjiżi Ewropej; |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) id-djalogu mal-partijiet interessati Ewropej rilevanti. | (e) id-djalogu mal-partijiet interessati Ewropej rilevanti inklużi n-negozji. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-attivitajiet tal-isport appoġġati għandhom, fejn ikun xieraq, ifittxu li jiksbu finanzjament supplimentari permezz ta’ sħubija ma’ partijiet terzi bħal intrapriżi privati. | 2. L-attivitajiet tal-isport appoġġati jistgħu, fejn ikun xieraq, ifittxu li jiksbu finanzjament supplimentari permezz ta’ sħubija ma’ partijiet terzi bħal intrapriżi privati. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. | 2. Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim, inkluż fil-qasam tal-intraprenditorija, lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi. |
Ġustifikazzjoni
Il-mobilità tat-tagħlim tal-intraprendituri żgħażagħ hija importanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika industrijali u għall-kompetittività tal-UE.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel erba’ snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fil-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. | Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel erba’ snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjonijiet u t-tmexxija bla xkiel tal-programm, l-allokazzjonijiet annwali se jkunu bejn wieħed u ieħor l-istess. Dan il-finanzjament se jkun rifless fil-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi. |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-allokazzjonijiet annwali tal-baġit ikunu bejn wieħed u ieħor ekwivalenti, sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effikaċi tal-programm għall-perjodu kollu 2014-2020.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-finanzjament ta’ garanziji għal self lil studenti residenti f’pajjiż parteċipanti kif definit fl-Artikolu 18 (1) li jkunu qed jagħmlu Masters f’pajjiż ieħor parteċipanti, li għandu jingħata permezz ta’ fiduċjarju b’mandat biex jimplimentah fuq il-bażi ta’ ftehimiet fiduċjarji li jistabbilixxu r-regoli dettaljati u r-rekwiżiti li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-partijiet. L-istrument finanzjarju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-dħul u l-ħlasijiet mill-ġdid iġġenerati mill-garanziji għandhom jiġu assenjati lill-istrument finanzjarju. Dan l-istrument finanzjarju, inkluż il-ħtiġijiet tas-suq u l-użu, se jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15(2). | 3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-finanzjament ta’ garanziji għal self lil studenti u lil studenti f’livell ta’ dottorat residenti f’pajjiż parteċipanti kif definit fl-Artikolu 18 (1) li jkunu qed jagħmlu Masters jew dottorat f’pajjiż ieħor parteċipanti, li għandu jingħata permezz ta’ fiduċjarju b’mandat biex jimplimentah fuq il-bażi ta’ ftehimiet fiduċjarji li jistabbilixxu r-regoli dettaljati u r-rekwiżiti li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-partijiet. L-istrument finanzjarju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-dħul u l-ħlasijiet mill-ġdid iġġenerati mill-garanziji għandhom jiġu assenjati lill-istrument finanzjarju. Dan l-istrument finanzjarju, inkluż il-ħtiġijiet tas-suq u l-użu, se jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tal-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp għall-kompetittività u l-iżvilupp industrijali, ekonomiku u soċjali tal-UE, l-istudenti fil-livell ta’ dottorat għandhom ikunu eliġibbli għal self garantit taħt il-Programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ sabiex huma jkunu jistgħu jsegwu korsijiet f’livell ta’ dottorat fil-pajjiż parteċipanti li mhuwiex il-pajjiż ta’ residenza tagħhom.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-korpi pubbliċi, kif ukoll l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dan. | 4. Il-korpi pubbliċi, kif ukoll l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dan. Il-korpi pubbliċi u l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu meħtieġa jissottomettu dokumentazzjoni li turi li huma għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex jimplimentaw l-azzjonijiet skont il-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Għandha l-għan li tiċċara t-test u trendi l-Programm aktar aċċessibbli għall-korpi pubbliċi, l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet edukattivi, ta’ taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Riżultati bbażati fuq l-evidenza mill-proġetti. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Barra mill-monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni mhux iktar tard minn tmiem l-2017 sabiex tevalwa l-effettività fil-ksib tal-objettivi, l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, ir-relevanza ssuktata tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri lill-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-programmi ta’ qabel (Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus u programmi internazzjonali oħra tal-edukazzjoni għolja). | 2. Barra mill-monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni annwali, sabiex tevalwa l-effettività fil-ksib tal-objettivi, l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, ir-relevanza ssuktata tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri lill-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-programmi ta’ qabel (Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus u programmi internazzjonali oħra tal-edukazzjoni għolja). |
Ġustifikazzjoni
Fl-interessi tal-monitoraġġ effikaċi tal-Programm ‘Erasmus għal Kulħadd’ fil-perjodu 2012-2020, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni jeħtieġu li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq bażi annwali u jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| –''Intraprenditorija Erasmus'' assoċjata mal-industriji u l-SMEs Ewropej. |
| –"Erasmus tagħlim tul il-Ħajja'' assoċjat mal-edukazzjoni għall-adulti; |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet non-governattivi, u speċjalment lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isport popolari, biex jipparteċipaw fil-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Peress li ż-żgħażagħ huma l-benefiċjarji prinċipali tal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’, huwa importanti li l-organizzazzjonijiet non-governattivi, u speċjalment l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isport popolari, jipparteċipaw f’dan il-Programm.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali. | 2. Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-użu tal-ICT u teknoloġiji ġodda sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isport għall-persuni b’tali diffikultajiet. |
Ġustifikazzjoni
L-użu tal-ICT u ta’ teknoloġiji ġodda għandu jifforma parti mill-isforzi li saru mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-isport minn persuni b’diffikultajiet għal raġunijiet fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, l-iżvilupp u l-politika ta’ koeżjoni; | (a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika industrijali, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, l-iżvilupp u l-politika ta’ koeżjoni; |
Ġustifikazzjoni
Il-politika industrijali tal-UE hija waħda mill-benefiċjarji prinċipali tal-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE. Il-politika industrijali tal-UE għandha, għalhekk, tiġi inkluża fost il-politiki tal-Unjoni li huma relevanti għall-Programm ‘Erasmus għal Kulħadd’.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluż l-amministrazzjoni tal-viżi. | 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb u effettiv tal-Programm, inkluż l-amministrazzjoni tal-viżi. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 22a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Aġenzija Nazzjonali għandha tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-partijiet interessati jieħdu parti fit-tfassil tal-proġetti ta' implimentazzjoni u monitoraġġ. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) mill-Awtorità Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-Aġenzija Nazzjonali sakemm tiġi aċċettata l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Aġenzija Nazzjonali. | 1. Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) mill-Awtorità Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-Aġenzija Nazzjonali sakemm tiġi aċċettata l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istat Membru kkonċernat biex tiżgura li l-Aġenzija Nazzjonali tkun innominata mill-aktar fis possibbli. F’kull ċirkostanza, l-Aġenzija Nazzjonali għandha tiġi nnominata, u l-programm ta’ ħidma tagħha jiġi adottat formalment, mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Aġenzija Nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Dawn il-klawżoli ġew introdotti biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u jinnominaw l-Aġenżiji Nazzjonali, u formalment jadottaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tifformalizza r-responsabbiltajiet legali fir-rigward ta’ ftehimiet finanzjarji marbuta mal-programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm ladarba tkun aċċettat l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante dwar l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm. | 2. Il-Kummissjoni għandha tifformalizza, u tippubblika fil-websajt tagħha, ir-responsabbiltajiet legali fir-rigward ta’ ftehimiet finanzjarji marbuta mal-programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm ladarba tkun aċċettat l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante dwar l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi permess l-iskampju tal-prattiki tajba u t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Programm ‘Erasmus għal Kulħadd’, l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna kontinwament, l-informazzjoni kollha relatata mal-Aġenziji Nazzjonali nnominati mill-Istati Membri, il-kontenut tal-ftehim konkluż mill-Kummissjoni ma’ kull wieħed mill-Aġenziji Nazzjonali nnominati u l-fondi annwali li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenziji Nazzjonali għal azzjonijiet taħt il-Programm fil-forma ta’ għotjiet u b’appoġġ għall-ispejjeż li nefqu l-Aġenziji Nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Fl-interessi tat-trasparenza u biex ikun iffaċilitat l-iskambju tal-prattiki tajba, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-websajt tagħha, u taġġorna kontinwament, l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 dwar l-emendar tal-Artikolu 13(7) u l-Artikolu 22(2) marbuta rispettivament mal-kriterji tar-rendiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. | Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 dwar l-emendar tal-Artikolu 22(2) marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Il-kriterji tar-rendiment msemmija fl-Artikolu 13 se jiġu stabbiliti fl-Anness -I tar-Regolament, u mhux permezz ta’ atti delegati.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li toħloq qafas faċli għall-utent bi proċeduri ċari, veloċi u ħfief b'regoli sempliċi, gwida u informazzjoni. Matul l-implimentazzjoni tal-Programm għandha tkun disponibbli valutazzjoni trasparenti għall-pubbliku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |
PROĊEDURA
Titolu | ”ERASMUS GĦAL KULĦADD” - Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport | |||
Referenzi | COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Silvia-Adriana Ţicău 14.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 30.5.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 12.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 41 4 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Béla Kovács, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Niki Tzavela, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Antonio Cancian, António Fernando Correia de Campos, Ioan Enciu, Jolanta Emilia Hibner, Eija-Riitta Korhola, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Pavel Poc, Algirdas Saudargas, Silvia-Adriana Ţicău | |||
PROĊEDURA
Titolu | ”ERASMUS GĦAL KULĦADD” - Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport | |||
Referenzi | COM(2011)0788 – C7-0436/2011 – 2011/0371(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 23.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFET 13.12.2011 | DEVE 13.12.2011 | BUDG 13.12.2011 | EMPL 13.12.2011 |
| ITRE 13.12.2011 | JURI 16.2.2012 | LIBE 13.12.2011 | FEMM 13.12.2011 |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | AFET 20.12.2011 | JURI 1.3.2012 | LIBE 5.12.2011 | FEMM 20.12.2011 |
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Doris Pack 24.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 29.5.2012 | 9.7.2012 | 6.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 27.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 21 1 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marco Scurria, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Heinz K. Becker, Ivo Belet, Nadja Hirsch, Hans-Peter Martin, Georgios Papanikolaou, Mitro Repo, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Isabelle Thomas | |||
Data tat-tressiq | 10.12.2012 | |||