Dokument ta' sessjoni
13.12.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020)
( COM(2011)0834 – C7‑0463/2011 – 2011/0394(COD) )
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Jürgen Creutzmann
PR_COD_1amCom
Simboli għall-proċeduri |
* Proċedura għall-konsultazzjoni *** Proċedura ta’ kunsens ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwl qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) (III) Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura tiddependi fuq il-bażi legali proposta mill-abbozz tal-att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ Att |
F’emendi mill-Parlament, l-emendi għall-abbozz ta’ Atti huma evidenzjati b’tipa korsiva u grassa. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għad-dipartiment rilevanti li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet ta’ dan it-tip issuġġeriti huma suġġetti għall-approvazzjoni mid-dipartimenti kkonċernati.
L-intestatura ta’ kull emenda għal att eżistenti li l-abbozz ta’ att għandu l-għan li jemenda tinkludi t-tielet linja li tidentifika l-att eżistenti u r-raba’ linja li tidentifika d-dispożizzjoni li l-Parlament jixtieq jemenda minn dak l-att. Partijiet f’att eżistenti li l-Parlament jixtieq li jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx biddel, huma evidenzjati b’tipa grassa. Kull tħassir li l-Parlament ikun jixtieq jagħmel għal dawn il-partijiet tat-test jiġi indikat b’dan il-mod: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 4
NOTA SPJEGATTIVA 81
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS 85
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR 96
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI 121
PROĊEDURA 137
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020)
( COM(2011)0834 – C7‑0463/2011 – 2011/0394(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0834 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173u 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0463/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tad-29 ta' Marzu 2012,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ( A7-0420/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawn taħt;
2. Jindika li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi ffissat qabel ma jintlaħaq qbil fuq ir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
3. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fl-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jindika li anke b'żieda ta' mill-inqas 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni;
4. Jerġa’ jafferma l-pożizzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 li fil-QFP li ġej għandu jingħata appoġġ imtejjeb għall-programmi u għall-istrumenti kollha li għandhom l-għan li jippromwovu l-SMEs, b’mod partikolari dan il-Programm u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar;
5. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livelli għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali. | (1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livelli għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għandu jkollhom rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ Ewropa 2020. Ir-rwol tagħhom huwa rifless mill-fatt li l-SMEs jissemmew f’sitta mis-sebgħa inizjattivi ewlenin tagħha. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà jkunu ċentrali" f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi servizzi relatati man-negozju. | (2) Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, bħala prijorità importanti, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà jkunu ċentrali" f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi servizzi relatati man-negozju. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Id-distakki, il-frammentazzjoni u l-burokrazija żejda fis-Suq Uniku ma jħallux liċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, jieħdu l-benefiċċji kollha tiegħu. Ħafna SMEs, pereżempju, jaffaċċjaw diffikultajiet kontinwi meta jippruvaw jagħmlu kummerċ transkonfinali. Għalhekk huma ferm meħtieġa sforzi ikkoordinati min-naħa tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri sabiex jindirizzaw l-implimentazzjoni, il-leġiżlazzjoni u n-nuqqasijiet fl-informazzjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ukoll biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, finanzjarji u regolatorji eċċessivi fuq l-SMEs. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn 'il quddiem "il-Programm"). | (6) Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività sostenibbli tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex jiġu appoġġati l-SMEs eżistenti, sabiex titħeġġeġ kultura intraprenditorjali u jiġi promoss il-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ‘il quddiem "il-Programm"). Mingħajr ma jkun hemm programmi li jidħlu f’xulxin fil-livell ta’ Stat Membru, il-Programm għandu jkun speċifikament aċċessibbli b'mod faċli għall-SMEs kollha, partikolarment l-intrapriżi żgħar u l-mikroentitajiet. |
Ġustifikazzjoni
COSME għandu jipprijoritizza l-appoġġ għall-SMEs eżistenti.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-infiq tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq il-promozzjoni tal-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs għandu jkun ikkoordinat aħjar sabiex tiġi żgurata komplimentarjetà, aktar effiċjenza u viżibilità, kif ukoll biex jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar; Il-pakkett finanzjarju tal-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u tal-SMEs (il-programm COSME) m’għandux ikun iżgħar f’termini reali mill-approprjazzjonijiet allokati lill-Programm Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni (il-programm CIP). |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Sabiex ikun jista’ jikseb l-objettivi tiegħu u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, tal-inqas 0.5% tal-baġit totali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 għandu jiġi allokat għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi jistgħu jikbru b’mod sostenibbli. Produttività mtejba hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien. Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 % tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. | (8) Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi jistgħu jinħolqu u jikbru b’mod sostenibbli. L-ilħuq tal-kompetittività u s-sostenibbiltà jitlob l-abbiltà li tinkiseb u tinżamm il-kompetittività ekonomika tal-intrapriżi skont l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Produttività mtejba, b'mod partikolari l-produttività tar-riżorsi u tal-enerġija, hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien.. Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 % tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. |
Ġustifikazzjoni
Modifika tal-Emenda 3 (abbozz ta’ rapport): “Industrija” tiġi sostitwita b’“intrapriżi”, peress li dawn jinkludu intrapriżi mis-setturi ekonomiċi kollha.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”1 stmat li l-politiki li jippromwovu tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika bħall-politiki tal-effiċjenza tar-riżorsi, l-effiċjenza enerġetika, u l-politiki tat-tibdil fil-klima jistgħu jiġġeneraw aktar minn 5 miljun impjieg sal-2020 u b’mod partikolari fis-settur tal-SMEs; L-istħarriġ tagħha jenfasizza l-fatt li l-ħolqien tal-impjiegi f’industriji ekoloġiċi kien pożittiv matul ir-reċessjoni meta mqabbel ma’ ħafna setturi oħra u huwa previst li jibqa’ sod fis-snin li ġejjin. Inizjattivi fil-livell tal-UE li jiffaċilitaw l-isfruttar tal-potenzjal tal-impjiegi għat-tkabbir ekoloġiku, partikolarment fi ħdan l-SMEs għandhom jiffurmaw parti minn dan il-Programm; |
| _______________ |
| 1 COM(2012) 0173 finali |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-kompetittività tpoġġiet taħt lenti fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fis-snin riċenti minħabba fallimenti istituzzjonali, politiċi u tas-suq li qed jimminaw il-kompetittività intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs. | (9) Il-kompetittività tpoġġiet taħt lenti fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fis-snin riċenti minħabba fallimenti istituzzjonali, politiċi u tas-suq li qed jimminaw il-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, li, biex jiġu stabbiliti, għad iridu jħabbtu wiċċhom ma' piżijiet amministrattivi eċċessivi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Il-Programm għandu għalhekk jindirizza fallimenti tas-suq li jaffettwaw il-kompetittività fl-ekonomija tal-Unjoni fuq skala globali dovuti prinċipalment għal-kwistjonijiet li jnawru l-kapaċità tal-intrapriżi li jikkompetu mal-kontropartijiet tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja. | (10) Il-Programm għandu għalhekk jindirizza fallimenti tas-suq li jaffettwaw il-kompetittività fl-ekonomija tal-Unjoni fuq skala globali dovuti prinċipalment għal-kwistjonijiet li jnawru l-kapaċità tal-intrapriżi li jikkompetu mal-kontropartijiet tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja, jiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, bħall-innovazzjoni, l-ekonomija ekoloġika u r-reklutaġġ taż-żgħażagħ, japplika l-prinċipji tal-'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ (SBA), jiżgura l-koordinazzjoni mal-bqija tal-programmi Ewropej, iqis il-ħtiġijiet tal-SMEs u jissimplifika u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi li jħabbtu wiċċhom magħhom. Dawn in-nuqqasijiet jinkludu dawk marbuta man-nuqqas ta’ reċiproċità bejn l-UE u l-kompetituri tagħha f’kundizzjonijiet għall-aċċess għas-swieq tagħhom. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) L-ammonti mid-dħul tal-multi imposti mill-Kummissjoni fuq intrapriżi li ma jirrispettawx il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE għandhom jiġu allokati lill-Programm, b'żieda mal-pakkett finanzjarju tiegħu. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. | (11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati relevanti kollha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali, lil dawk li jaħdmu għal rashom, lill-professjonijiet liberali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi t-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. |
Ġustifikazzjoni
Il-Programm għandu jikkonċentra r-riżorsi limitati tiegħu fuq il-kategoriji ta’ intraprendituri l-aktar rilevanti. Il-politika tat-tieni ċans tissemma hawn taħt fil-Premessa 16(kif emendata).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Skont l-erba’ prijoritajiet tar-reviżjoni tal-SBA, fl-għanijiet speċifiċi tiegħu l-Programm għandu jfittex li jtejjeb il-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-SMEs, sabiex jippromwovi l-intraprenditorija, iżid l-aċċess għall-finanzi u għas-swieq fl-Unjoni u globalment. L-azzjonijiet taħt l-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-SBA. |
Ġustifikazzjoni
Il-Programm għandu jikkonċentra r-riżorsi limitati tiegħu fuq il-kategoriji ta’ intraprendituri l-aktar rilevanti.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Ir-raggruppament tal-SMEs huwa strument ewlieni li jintuża biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jiġġeddu u jibdew joperaw fis-swieq barra xtuthom. Forom ta’ kooperazzjoni fost l-intrapriżi, bħal gruppi, netwerks ta’ kumpaniji u konsorzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu appoġġati kif xieraq permezz ta’ politiki u strumenti xierqa. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 11c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11c) L-intraprenditorija tan-nisa u l-SMEs tan-nisa jipprovdu sors prinċipali biex jiżdied il-grad ta' impjieg tan-nisa u b'hekk jiġi kapitalizzat iktar il-livell ta' edukazzjoni tan-nisa. L-intraprenditorija tan-nisa tiżgura wkoll id-dinamiżmu u l-innovazzjoni fin-negozju, li l-potenzjal tagħhom għadu 'l bogħod milli jiġi sfruttat fl-Unjoni, b'żieda fin-numru ta' intraprendituri nisa li jirriżulta f'impatt pożittiv u kontribut immedjat għall-ekonomija ġenerali. In-nisa għandhom motivazzjoni speċjali għax-xogħol indipendenti, għaliex meta jmexxu azjenda tagħhom stess huma jkunu jistgħu jiffissaw il-ħinijiet tagħhom tax-xogħol, u b’hekk jikkonċiljaw aktar il-ħajja tax-xogħol ma’ dik tal-familja. Fi klima ekonomika instabbli l-miżuri ta' appoġġ għall-intraprendituri nisa faċli li jiġu traskurati. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi. Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. | (12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir u r-rata ta' sopravivenza tal-intrapriżi, kif ukoll fuq kemm intraprendituri ġodda lesti li jieħdu f’idejhom kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ negozju/suċċessjoni. L-istrumenti finanzjarji tal-UE li twaqqfu fl-2007-2013, partikolarment l-SMEG, għandhom valur miżjud evidenti u taw kontribut pożittiv lil tal-anqas 120 000 SMEs, filwaqt li kkontribwixxew biex iżommu 851 000 impjieg sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008. Il-valur miżjud imsaħħaħ għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew simplifikat u aktar trasparenti u fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu koerenti, konsistenti u kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar tagħhom biex iżidu l-viżibilità u l-aċċessibilità ta’ tali strumenti fit-territorju tagħhom. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. Il-Programm għandu jippromwovi l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-fażijiet tal-bidu, tat-tkabbir u ta’ trasferiment tagħhom. Barra minn hekk, iż-żieda fl-aċċess għal servizzi bankarji affordabbli għal entitajiet żgħar u mikroentitajiet f’ġuriżdizzjonijiet u muniti multipli se tkun kruċjali fl-iżvilupp tat-tkabbir fl-esportazzjoni. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) L-istħarriġ juri wkoll li mhux biss l-aċċess għall-finanzi iżda wkoll l-aċċess għall-ħiliet, inklużi ħiliet maniġerjali u tal-għarfien huma fatturi kritiċi għall-SMEs biex jaċċessaw il-fondi eżistenti, biex jiġġeddu, jikkompetu u jikbru. It-twettiq ta’ strumenti finanzjarji għandu għalhekk jiġi akkumpanjat minn żvilupp ta’ skemi ta’ mentoring u kowċing u t-twettiq ta’ servizzi tan-negozju bbażati fuq l-għarfien. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12b) Il-mikrokrediti (jiġifieri self taħt EUR 25 000) jinħarġu mill-intermedjarji finanzjarji taħt l-iskema ta’ garanzija. M’hemm l-ebda dispożizzjoni għall-ftuħ ta' mikrokrediti speċifiċi taħt il-Programm, ladarba dan jikkostitwixxi tirkib fuq il-“Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni” propost mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2011, li speċifikament ikorpri l-mikrokrediti. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12c) Għandha tiġi mnedija ukoll inizjattiva biex jiġi valutat kif inizjattivi ta’ finanzjament innovattivi bħal crowd funding jistgħu jibbenefikaw minnhom intraprendituri ġodda u SMEs, jekk u kif għandhom jiġu promossi fil-livell tal-UE u jevalwaw jekk hemmx il-ħtieġa għal qafas legali għall-iżvilupp ta’ prattiki bħal dawn; |
Ġustifikazzjoni
Crowd funding jippermetti sors ikbar ta’ investituri żgħar biex jinvestu fi proġetti u negozi żgħar, normalment permezz ta’ portals tal-internet. Fl-Istati Uniti, il-Jumpstart Our Business Startups Act jew il-JOBS Act, ġie adottat bil-ħsieb li jiġi mħeġġeġ il-finanzament ta’ negozji żgħar u jipprovdi għal qafas legali għal crowd funding, bilanċjar tal-protezzjoni tal-investitur mal-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi wera li kien ta’ valur miżjud għall-SMEs Ewropej bħala “one-stop-shop” ta’ appoġġ għan-negozji billi għin intrapriżi biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u lil hinn. It-tħaffif tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’ dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment tat-teknoloġija, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament u dwar il-proprjetà intellettwali u dwar l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali. | (13) In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi (“in-Netwerk”) wera li kien ta’ valur miżjud għall-SMEs Ewropej bħala “one-stop-shop” għal servizzi ta' appoġġ għan-negozji billi għin intrapriżi biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u f'pajjiżi terzi. It-tħaffif tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’ dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment tat-teknoloġija fis-Suq Uniku u f'pajjiżi terzi, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament u dwar il-proprjetà intellettwali u dwar l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali. Madankollu, il-prestazzjoni tan-Netwerk għandha titjieb aktar, partikolarment fir-rigward tal-użu mill-SMEs tas-servizzi proposti, notevolment billi tinkiseb kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn in-Netwerk u l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCPs) ta’ Orizzont 2020, bl-integrazzjoni ulterjuri tal-internazzjonalizzazzjoni u s-servizzi ta’ innovazzjoni, it-titjib tal-kooperazzjoni tan-Netwerk ma’ partijiet interessati oħra u strutturi ta’ appoġġ diġà eżistenti, żieda fil-konsultazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ospitanti, tnaqqis fil-burokrazija, titjib tal-appoġġ tal-IT u titjib tal-profil tan-Netwerk kif ukoll titjib fil-kopertura ġeografika tan-Netwerk. Sabiex titjieb aktar il-prestazzjoni tan-Netwerk, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-istrutturi ta’ governanza differenti fl-UE kollha u tiffaċilita kollaborazzjoni bejn in-Netwerk u l-partijiet interessati relvanti bħall-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-SMEs u l-aġenziji ta’ innovazzjoni. Il-kompiti tan-Netwerk għandhom jiġu stabbiliti fil-Programm, inkluża informazzjoni, rispons, kooperazzjoni tan-negozju u servizzi ta’ internazzjonalizzazzjoni fis-Suq Uniku u fil-pajjiżi terzi, servizzi ta’ innovazzjoni u servizzi li jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-SMEs f’Orizzont 2020, il-bini tal-esperjenza ta' suċċess fis-Seba' Programm Kwadru (FP7). |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs kemm ġewwa u barra l-Ewropa taffettwa l-kompetittività. Skont xi stimi, attwalment 25 % tal-SMEs fl-Unjoni jesportaw jew esportaw f’xi punt matul l-aħħar tliet snin, li minnhom 13 % biss jesportaw barra mill-Unjoni fuq bażi regolari u 2 % biss investew lil hinn minn pajjiżhom. Skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, li stieden lill-Unjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu lill-SMEs jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq barra l-Unjoni, l-UE tappoġġa netwerk ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Negozju Ewropej f’aktar minn 20 suq barrani. Dan jipprovdi għajnuna finanzjarja fiċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun, korpi tan-negozju f’Ħong Kong, l-Malasja u Singapor kif ukoll fiċ-Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija fl-Indja, ċentri tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina u fit-Tajlandja u l-Helpdesk għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fiċ-Ċina. Valur miżjud Ewropew jinħoloq bil-ġabra flimkien tal-isforzi nazzjonali f’dan il-qasam, tkun evitata d-duplikazzjoni, tkun promossa l-kooperazzjoni u billi jkunu offruti servizzi li jonqoshom il-massa kritika li kieku jkunu provduti fil-livell nazzjonali. | (14) L-internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs kemm ġewwa u barra l-Ewropa taffettwa l-kompetittività. Skont xi stimi, attwalment 25 % tal-SMEs fl-Unjoni jesportaw jew esportaw f’xi punt matul l-aħħar tliet snin, li minnhom 13 % biss jesportaw barra mill-Unjoni fuq bażi regolari u 2 % biss investew lil hinn minn pajjiżhom. Barra minn hekk, stħarriġ tal-Eurobarometer tal-2012 juri wkoll il-potenzjal mhux sfruttat għat-tkabbir tal-SMEs tal-UE fis-swieq Ekoloġiċi, fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, f'termini ta' internazzjonalizzazzjoni u aċċess għall-akkwist pubbliku. Skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, li stieden lill-Unjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu lill-SMEs jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq barra l-Unjoni, l-UE tappoġġa netwerk ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Negozju Ewropej f’aktar minn 20 suq barrani. Dan jipprovdi għajnuna finanzjarja fiċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun, korpi tan-negozju f’Ħong Kong, l-Malasja u Singapor kif ukoll fiċ-Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija fl-Indja, ċentri tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina u fit-Tajlandja u l-Helpdesk għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fiċ-Ċina. Valur miżjud Ewropew jinħoloq bil-ġabra flimkien tal-isforzi nazzjonali f’dan il-qasam, tkun evitata d-duplikazzjoni, tkun promossa l-kooperazzjoni u billi jkunu offruti servizzi li jonqoshom il-massa kritika li kieku jkunu provduti fil-livell nazzjonali. Servizzi bħal dawn għandhom jinkludu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-istandards u r-regoli u l-opportunijiet ta’ akkwist pubbliku. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali favorevoli. L-interessi tal-SMEs u s-setturi li fihom huma l-iktar attivi jeħtieġu attenzjoni partikulari. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs għall-SMEs u biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala Ewropea. | (15) Biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali favorevoli skont il-prinċipji tal-SBA, b'mod partikolari il-prinċipju Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs għall-SMEs u biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati relevanti kollha, inkluż l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-interessi tal-SMEs. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) Il-Programm għandu jappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ politika dwar l-SMEs u kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika u l-organizzazzjonijiet rappreżentanti tal-SMEs. Attivitajiet bħal dawn għandhom jiffokaw fuq l-iffaċilitar tal-aċċess tal-SMEs għal programmi u t-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji globali, inkluż fejn dawn ikunu ġejjin mir-regolamentazzjoni. Din-il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata bħala proċess li jinvolvi konsutazzjoni wiesgħa tal-SMEs u ta' gruppi esperti xierqa, bl-għan li jkunu promossi s-simplifikazzjoni u r-regolamentazzjoni aħjar filwaqt li jkunu żgurati kundizzjonijiet indaqs fis-Suq Uniku u konsistenza mal-objettvi l-oħra tal-Politika Pubblika. L-istrutturi eżistenti bħan-netwerk tal-mibgħuta tal-SMEs għandhom jintużaw kemm jista’ jkun. COSME għandu jikkontribwixxi għal dawn l-objettivi u għall-isforzi tal-Unjoni biex tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv. It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkejjel l-impatt ta' regolamentazzjoni relevanti tal-UE fuq il-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi, partikolarment l-SMEs. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għal strateġija usa' tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-piż amministrattiv b'mod li jista' jitkejjel, ibbażat fuq l-iżvilupp ta' indikaturi u metodoloġiji xierqa. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15b) Ambjent kummerċjali favorevoli għall-intrapriżi tal-Unjoni għandu jinkiseb permezz ta’ miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki u miżuri li jinkoraġġixxu kooperazzjoni fit-tfassil tal-politiki u l-iskambju ta' prattiki tajba. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu studji, valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet u konferenzi. |
(Ara l-Artikolu 6 (2 a, b))
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 15c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15c) Sabiex titjieb iktar il-kompetittività ta’ intrapriżi Ewropej, is-suq Ewropew tal-akkwist pubbliku għandu jkun aċċessibbli b'mod faċli għall-SMEs. Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-ispejjeż kif ukoll żieda fil-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-użu tal-akkwist elettroniku għandu jitħeġġeġ skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija għall-akkwist elettroniku"1 u d-Direttiva dwar l-"Akkwist Pubbliku"2 |
| _______________ |
| 1 COM(2012)0179 . |
| 2 COM(2011)0896 . |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 15d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15d) L-implimentazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ adegwati tas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għal tilwim tal-konsumaturi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippermettu li t-tilwim jissolva aktar malajr, b’anqas spejjeż u burokrazija kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti, u għalhekk jinkoraġġixxi l-SMEs biex jipparteċipaw aktar bis-sħiħ fis-Suq Uniku u jżidu l-kompetittività tagħhom. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 15e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15e) Peress li l-identifikazzjoni elettronika hija element ewlieni fil-kummerċ Ewropew, ir-rikonoxximent reċiproku u l-interoperabilità tal-identifikazzjoni elettronika, l-awtentikazzjoni elettronika, il-Firma elettronika u Infrastruttura Ewlenija Privata (PKI) għandhom jiġi promossi, biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti ta’ dawn ir-riżorsi. |
Ġustifikazzjoni
Dawn il-miżuri tal-gvern elettroniku huma ta’ benefiċċju partikolari għall-SMEs li jiffaċċjaw piżijiet serji fil-qasam tal-kummerċ transkonfinali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 15f (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15f) Il-Programm jista’ jappoġġja wkoll inizjattivi li jaċċelleraw l-emerġenza ta’ industriji kompetittivi u sostenibbli, ibbażati fuq il-mudelli kummerċjali l-aktar kompetittivi, prodotti u proċessi mtejba, strutturi organizzazzjonali jew ktajjen tal-valur modifikati. Filwaqt li l-Programm għandu jiffoka fuq inizjattivi transettorjali, dan jista’ jappoġġja wkoll inizjattivi speċifiċi għas-settur fis-setturi li fihom l-SMEs huma l-aktar attivi u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal-PDG tal-Unjoni, bħat-turiżmu, fejn il-valur miżjud fil-livell tal-Unjoni jista’ jintwera. |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 6 (3))
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 15g (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15g) Bi qbil mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nisfruttaw il-vantaġġi tal-iffatturar elettroniku għall-Ewropa”1, l-iffatturar elettroniku huwa strument ewlieni f’idejn in-negozji Ewropej biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza. L-iffatturar elettroniku għandu benefiċċji oħrajn bħal żieda fl-effiċjenza, żmien iqsar ta' ħlas, inqas żbalji, ġbir imtejjeb tal-VAT u inqas spejjeż. |
| _______________ |
| 1 COM(2010)0712 . |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet u konferenzi Ewropej, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. | (16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Skont l-SBA, ambjent kummerċjali li jiffavorixxi l-intraprenditorija għandu jipprovdi kundizzjonijiet qafas tajba għas-sitwazzjonijiet kollha li jiffaċċjaw l-intraprendituri, inkluż il-bidu, it-tkabbir, it-trasferiment u l-falliment (it-tieni ċans). Koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiki jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 7)
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) L-SMEs ta’ spiss ma jitħallewx jaċċessaw is-swieq tal-akkwist pubbliku minħabba piżijiet amministrattivi eċċessivi fis-sejħiet għall-offerti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membru għandhom jissimplifikaw dawn ir-rekwiżiti sabiex iżidu l-kompetittività u joħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-SMEs. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku, restrizzjonijiet fir-riżorsi xejriet soċjali emerġenti jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal xi setturi. Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn qed jiffaċċjaw sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs u għalhekk jeħtiġilhom jadattaw biex jaħsdu l-benefiċċji u jaħtfu l-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Peress li dawn l-isfidi japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni. | (17) Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku, restrizzjonijiet fir-riżorsi xejriet soċjali emerġenti jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal ħafna setturi li qed jiffaċċjaw sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs. Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn jeħtiġilhom jadattaw biex jibbenefikaw mill-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq id-disinn jirrappreżentaw settur importanti ekonomiku fl-Unjoni u l-intrapriżi tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għat-tkabbir u l-impjiegi. Peress li dawn l-isfidi japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jinħoloq tkabbir addizzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq id-disinn jirrappreżentaw settur importanti ekonomiku fl-Unjoni u l-intrapriżi tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għat-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk, il-programm għandu jappoġġa intrapriżi f’dan is-settur, li fl-istess ħin hu karatterizzat minn proporzjon kbir ta’ SMEs.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17a) Il-Programm għandu jappoġġa wkoll attivitajiet speċifiċi biex jimplimenta l-inizjattiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali u relatati mal-enerġija u biex jassistihom fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, billi jivvaluta r-rendiment ambjentali u tal-enerġija tagħhom u jtejjeb il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Il-Prinċipju 9 stabbilit fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA): “Jippermettu lill-SMEs li jibdlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet”.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”, li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Hemm valur miżjud ċar għall-inizattiva tat-turiżmu fuq il-livell tal-Unjoni, speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ promozzjoni transnazzjonali u fl-iskambju tal-aħjar prattiki. | (18) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”, li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Il-Programm għandu jappoġġa inizjattivi li għandhom valur miżjud ċar Ewropew fil-qasam tat-turiżmu - li jikkontribwixxi 10% tal-PDG tal-Unjoni u 12% tal-impjiegi totali - speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta' approċċ komuni għall-forniment ta' servizzi ta' kwalità u fl-iffaċilitar ta' kooperazzjoni u skambji transnazzjonali tal-aħjar prattiki. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18a) Minbarra l-miżuri koperti minn dan il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tadotta regolarment miżuri ta’ appoġġ biex tippromwovi l-kompetittività tal-intrapriżi tal-Unjoni. Minbarra l-analiżi u l-iżvilupp tal-politika, miżuri bħal dawn għandhom jinkludu notevolment valutazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-intrapriżi, b’mod partikolari tal-SMEs. Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jindirizzaw l-impatt ta’ proposta ta’ politika dwar il-kompetittività tal-intrapriżi permezz tal-effetti tagħha fuq l-ispejjeż tan-negozju, fuq il-kapaċità tas-setturi affettwati li jiġġeddu u fuq il-kompetittività internazzjonali tagħhom ("il-prova tal-kompetittività"). Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jinkludu wkoll taqsima separata dwar l-SMEs, li tikkonsisti minn valutazzjoni preliminari tan-negozji li se jiġu affettwati, il-kejl tal-impatt fuq l-SMEs (analiżi tal-kost-benefiċċju) u l-miżuri ta’ mitigazzjoni, jekk xieraq ("it-test tal-SME"). It-test tal-SME għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro. |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 11 (1c))
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18b) L-Unjoni Ewropea hija l-ewwel destinazzjoni turistika dinjija f'wasliet internazzjonali u billi jeħtieġ li din il-pożizzjoni tissaħħaħ filwaqt li jiġu ttrattati l-isfidi li ġejjin billi, l-ewwel, ikun hemm kompetizzjoni globali akbar u suq tad-domanda f'varjazzjoni kostanti, u t-tieni, il-bżonn li tiġi garantita sostenibilità akbar u aktar fit-tul. |
Ġustifikazzjoni
Ara hawn fuq
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-Programm għandu jindika azzjonijiet għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. | (19) Il-Programm għandu jindika azzjonijiet għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u l-arranġamenti trasparenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali. | (20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni, partikolarment Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali. Dawn is-sinerġiji jistgħu jibnu wkoll fuq l-esperjenza nazzjonali u reġjonali minn isfel għal fuq ta’ Eureka u Eurostars fl-appoġġ għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni u riċerka tal-SMEs. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Importanti li jiġi massimizzat l-impatt tal-Programm billi jiġu mobilizzati, miġbura flimkien u sfruttati bl-aħjar mod ir-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Id-deċiżjonijiet li jingħata appoġġ finanzjarju lill-SME għandhom ikunu preċeduti minn proċess trasparenti. L-għoti ta’ appoġġ bħal dan u l-ħlas tiegħu għandhom ikunu trasparenti, mhux burokratiċi u skont ir-regoli komuni. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) Il-Programm għandu jkollu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għan-netwerks tekniċi, xjentifiċi, tan-negozju u ta' appoġġ, u għandu jipprovdi gwida xierqa dwar it-taħriġ, il-programmi ta' appoġġ u l-iskemi ta' mentoring lil dawk kollha interessati li jistabbilixxu SME – speċjalment liż-żgħażagħ u lin-nisa – bl-għan li jiġu żviluppati l-ħiliet ta' intraprenditorija, l-għarfien, l-ispirtu u l-fiduċja. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (23a) Il-Programm għandu jiżgura l-ogħla livell ta’ trasparenza, responsabbilizzazzjoni u skrutinju demokratiku tal-istrumenti u l-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, b’mod speċjali rigward il-kontribut tagħhom, kemm dak mistenni kif ukoll dak mogħti, għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tkun possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri. | (24) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tkun possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri. Il-parteċipazzjoni fil-Programm għandha tkun miftuħa wkoll għal entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi oħra, iżda fil-prinċjipju dawn ma għandhomx jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (24a) Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja soda tal-Programm u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li jkunu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Il-Programm għandu jkun immonitorjat u evalwat sabiex jingħata lok għall-aġġustamenti. | (25) Il-Programm għandu jkun immonitorjat u evalwat sabiex jingħata lok għall-aġġustamenti. Għandu jitfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li jippreżenta l-progress miksub u l-attivitajiet ippjanati; Dan għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (25a) L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tkun monitorjata annwalment bl-għajnuna ta’ indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi l-linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt ikunu intlaħqu l-għanijiet tal-programm. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1a |
| Definizzjoni |
| Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament "SME" għandha tfisser intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju1. |
| _______________ |
| 1 ĠU L 124, 20.5.2003, p.36. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Programm għandu jikkontribwixxi lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs fuq il-livell Ewropew u globali: | 1. Il-Programm għandu jikkontribwixxi lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs Ewropej: |
(a) li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tat-turiżmu; | (a) li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs; |
(b) li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. | (b) li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. |
2. Il-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin: | 2. Il-kisba tal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin: |
(a) il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur industrijali tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), | (a) il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur industrijali u tas-setturi tas-servizzi tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), |
| (aa) il-bidliet fil-piżijiet amministrattivi kemm fuq l-SMEs il-ġodda kif ukoll dawk li kienu jeżistu diġà. |
(b) it-tkabbir tal-eżitu tal-manifattura tal-Unjoni fl-ekoindustriji, | (b) it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud, inkluż fl-ekoindustriji, |
| (ba) il-bidliet fir-rata ta' impjiegi tal-SME |
(c) il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs, | (c) il-bidliet fil-proporzjon ta’ ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jaħdmu għal rashom. |
(d) it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati, |
|
(e) u r-rata ta’ dħul tal-SMEs. |
|
| 2a. Id-dettalji tal-miri ta’ kejl u ta’ prestazzjoni għall-indikaturi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness I. |
3. Il-Programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv ta’ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi. | 3. Il-Programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv ta’ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin: | 1. L-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin: |
(a) li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż is-settur tat-turiżmu; | (a) li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment SMEs, inkluż is-settur tat-turiżmu; |
| (aa) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn; |
(b) li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira: | (b) li tkun promossa l-imprenditorija u l-kultura tal-intraprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira; |
(c) Li jittejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn; |
|
(d) li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment: | (d) li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni iżda wkoll fil-livell globali. |
| 1a. L-azzjonijiet taħt l-għanijiet speċifiċi għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipju Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummisjsoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” tal-25 ta' Ġunju 2008. |
2. Il-ħtieġa li l-intrapriżi jaddattaw għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u efficjenti fl-użu tar-riżorsi għandu jkun promoss fl-implimentazzjoni tal-Programm. | 2. Il-ħtieġa li l-intrapriżi jaddattaw għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u efficjenti fl-użu tar-riżorsi għandu jkun promoss fl-implimentazzjoni tal-Programm. |
3. Sabiex jitkejjel l-impatt tal-Programm fil-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jintużaw indikaturi tal-prestazzjoni. Dawk l-indikaturi huma stabbiliti fl-Anness I. | 3. Sabiex jitkejjel l-impatt tal-Programm fil-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jintużaw indikaturi tal-prestazzjoni. Dawk l-indikaturi huma stabbiliti fl-Anness I. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 2,522 biljuni, li minnhom EUR 1,4 biljun se jiġi allokat għall-istrumenti finanzjarji. | 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ [EUR 2,522 biljuni], li minnhom tal-anqas 60 % se jiġi allokat għall-istrumenti finanzjarji. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, permezz ta' atti delegati, li żżid is-sehem allokat għall-istrumenti finanzjarji fil-każ ta' żbilanċi sinifikanti fid-domanda/forniment jew jekk fondi addizzjonali minn sorsi oħra isiru disponibbli. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-pakkett finanzjarju stabbilit taħt dan ir-Regolament jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-Programm, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza amministrattiva u teknika sofferti mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. | 2. Il-pakkett finanzjarju stabbilit taħt dan ir-Regolament jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba tal-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari: |
| - studji, |
| - laqgħat ta' esperti,
|
| - azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-Programm, |
| - spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, |
| - spejjeż oħra ta’ assistenza amministrattiva u teknika sofferti mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. Dawn l-ispejjeż m'għandhomx jeċċedu l-5% tal-valur tal-pakkett finanzjarju. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 paragrafu 1 punt -a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-a) Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fid-Deċiżjoni 2001/822/KE tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar); |
| _______________ |
| 1 ĠU L 314, 30.11.2001, p.1. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi msemmija fil-Paragrafu 1, fil-każ li l-kondizzjonijiet f’dak il-paragrafu ma jiġux sodisfatti jew meta l-pajjiżi jiddeċiedu li ma jisseħbux fil-programm, jew entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet skont il-Programm. | 2. Entità stabbilita f’pajjiż imsemmi fil-Paragrafu 1 tista’ tipparteċipa f’partijiet tal-Programm fejn dak il-pajjiż jipparteċipa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi deskritti fil-Paragrafu 1. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Tali entitajiet ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, minbarra meta jkun indispensabbli għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’ kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għal entitajiet li jagħmlu l-qligħ. | imħassar |
(Ara l-Artikolu 5a (ġdid))
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| Parteċipazzjoni ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhux qed jipparteċipaw |
| 1. Fil-partijiet tal-Programm li fih pajjiż imsemmi fl-Artikolu 5 ma jipparteċipax, l-entitajiet stabbiliti f'dak il-pajjiż jistgħu jipparteċipaw. L-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi oħra wkoll jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet taħt il-Programm. |
| 2. L-entitajiet imsemmija fil-Paragrafu 1 ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, minbarra fejn dan huwa essenzjali għall-Programm, b'mod partikolari f'termini ta' kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għal entitajiet li jagħmlu l-qligħ. |
(Ara l-Artikolu 5 paragrafu 2)
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Azzjonijiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni | L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni partikolarment SMEs |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex titjieb u tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali għall-promozzjoni tal-kompetittività u s-sostenibbilità u t-tkabbir tal-intrapriżi fl-Ewropa. | 1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali għall-promozzjoni tal-kompetittività u s-sostenibbilità u t-tkabbir tal-intrapriżi fl-Ewropa, b'attenzjoni speċifika fuq intrapriżi b'rata għolja ta' tkabbir potenzjali. |
2. Il-Kummissjoni tista tappoġġa l-azzjonijiet maħsuba biex jiżviluppaw strateġiji ġodda ta' kompetittività. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin: | 2. Il-Kummissjoni tista tappoġġa l-azzjonijiet maħsuba biex jiżviluppaw strateġiji ġodda ta' kompetittività u ta' żvilupp tan-negozju. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin: |
(a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; | (a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u biex jappoġġjaw in-netwerks kummerċjali, l-operat u l-kollaborazzjoni transnazzjonali ta’ gruppi u l-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; |
| (aa) miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi, partikolarment permezz tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fost oħrajn: |
| - appoġġ biex titwaqqaf tabella ta' valutazzjoni regolari li tkejjel l-impatt ta' regolamentazzjoni relevanti tal-UE fuq il-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, |
| - it-twaqqif ta' jew l-appoġġ għal grupp ta’ esperti indipendenti biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u s-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-Unjoni, |
| - tagħrif u skambju tal-aqwa prattiki relatati mal-applikazzjoni sistematika ta' test tal-SME fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali, |
(b) miżuri li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fit-tfassil tal-politika u l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri, pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm u l-kompetituri ewlenin tal-Unjoni, u li jindirizzaw ukoll aspetti tal-politiki tal-kompetittività internazzjonali. | (b) miżuri li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fit-tfassil tal-politika u l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri, pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm u s-sħab tan-negozju globali ewlenin tal-Unjoni, u li jindirizzaw ukoll aspetti tal-politiki tal-kompetittività internazzjonali. |
(c) appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn tal-SMEs. | (c) appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika bbażata fuq l-evidenza u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika u ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, inkluż Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali, u biex il-miżuri jkunu ta’ sostenn għall-SMEs . |
3. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji kompetittivi bbażati fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għoli lejn il-PDG tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta’ swieq ġodda u l-provvista ta' prodotti u servizzi bbażati fuq l-aktar mudelli kummerċjali kompetittivi jew fuq ktajjen ta’ valur modifikati. Dawn għandhom jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sostenibilità u r-responsabilità soċjali korporattiva. | 3. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji kompetittivi bbażati, fejn xieraq, fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għolja lejn il-PDG tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta’ swieq ġodda u l-adozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ġodda kif ukoll l-użu kummerċjali ta’ ideat relevanti għal prodotti u servizzi ġodda. Dawn għandhom jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-enerġija, is-sostenibilità u r-responsabilità soċjali korporattiva. |
| 3a. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġja wkoll attivitajiet speċifiċi għas-settur għal dawn l-għanijiet, f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b’kontribut għoli għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-imprenditorija billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-intrapriżi. | 1. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-imprenditorija u għall-kultura intraprenditorjali billi tnaqqas l-ostakli biex jitwaqqfu l-intrapriżi u ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-bidu, l-iżvilupp, it-tkabbir, it-trasferiment tan-negozju u t-tieni ċans tal-intrapriżi. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Għandha tiġi stabbilita azzjoni “Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ” bl-għan li jiġu żviluppati l-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri potenzjali u ġodda. | 3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet, mentalitajiet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fost intraprendituri potenzjali u ġodda. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri biex issaħħaħ l-edukazzjoni ta' imprendituri possibbli bil-programmi tat-Tagħlim tul il-Ħajja jew l-Erasmus għal Kulħadd, partikolarment Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ, sabiex ittejjeb il-kapaċità teknoloġika u l-ġestjoni tal-intrapriża tagħhom. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir filwaqt li jikkomplementaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-appoġġ tal-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn. | 1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir kif ukoll fil-fażijiet ta’ trasferiment, filwaqt li jikkomplementaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-appoġġ tal-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni, ta’ Orizzont 2020 u fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista u l-adozzjoni ta’ finanzjament kemm ta' ekwità, li jista' jinkludi finanzjament tal-bidu, angel funding, u finanzjament ta' kważi ekwità kif ukoll tad-dejn. Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-viżibbiltà tal-finanzjament Komunitarju mogħti lill-SMEs sabiex tiżgura li l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea jkun magħruf u rikonoxxut. |
2. Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri, soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. | 2. Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri, soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
| Il-Kummissjoni tista' teżamina wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa strumenti finanzjarji innovattivi oħra, bħal crowd funding, suġġetti għad-domanda tas-suq. |
3. Id-dettalji tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness II. | 3. Id-dettalji tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Artikoli 14a u 14b. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha żżomm l-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża sabiex ikompli t-titjib fil-kompetittività tal-SMEs u l-aċċess għas-swieq. | 1. Il-Kummissjoni għandha tkompli bl-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi sabiex ikompli t-titjib fil-kompetittività tal-SMEs u l-aċċess għas-swieq bi qbil mal-Artikolu 9a. |
2. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġja azzjonijiet biex jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku inklużi l-għoti ta’ informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni. | 2. Il-Kummissjoni tappoġġja azzjonijiet biex jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku inklużi l-għoti ta’ informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar inizjattivi, programmi u leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż bl-għan li tiffaċilita konformità mar-rekwiżiti u l-istandards tal-UE. |
3. Il-miżuri speċifiċi għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu appoġġ permezz tal-Programm dwar l-istandards u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità. | 3. Il-miżuri speċifiċi għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu appoġġ permezz tal-Programm fir-rigward ta' informazzjoni dwar l-ostakli eżistenti dwar id-dħul fis-suq kif ukoll dwar l-akkwist pubbliku, l-istandards, l-opportunitajiet u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u prodċeuri tad-dwana f’pajjiżi terzi ta’ prijorità. Dawn il-miżuri għandhom jikkomplementaw iżda mhux jiddupplikaw attivitajiet eżistenti ta' promozzjoni tal-kummerċ. |
4. L-azzjonijiet tal-Programm jistgħu jimmiraw li jrawmu kooperazzjoni industrijali internazzjonali, inklużi djalogi industrijali u regolatorji ma’ pajjiżi terzi. Il-miżuri speċifiċi jistgħu jimmiraw li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Unjoni u pajjiżi oħra f’oqfsa regolatorji għall-prodotti industrijali, dwar il-politika industrijali u t-titjib tal-ambjent tan-negozju. | 4. L-azzjonijiet tal-Programm jistgħu jimmiraw li jrawmu kooperazzjoni internazzjonali, inklużi djalogi industrijali u regolatorji ma’ pajjiżi terzi. Il-miżuri speċifiċi jistgħu jimmiraw li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Unjoni u pajjiżi oħra f’oqfsa regolatorji għall-prodotti, dwar il-politika tal-intrapriżi u industrijali u t-titjib tal-ambjent tan-negozju. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 9a |
| In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi |
| 1. Il-Kummissjoni tiżgura li l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi ("in-Netwerk") ikomplu u jissaħħu. In-Netwerk għandu jipprovdi servizzi integrati ta' sostenn għan-negozju għal SMEs tal-Unjoni li jfittxu li jesploraw l-opportunitajiet fis-Suq Uniku u fil-pajjiżi terzi. |
| B’kunsiderazzjoni tal-esperjenza u l-ħiliet stabbiliti tan-netwerks ta’ appoġġ għan-negozji nazzjonali eżistenti, azzjonijiet skont in-Netwerk jistgħu jinkludu, imma mhumiex ristretti għal, dawn li ġejjin |
| (a) informazzjoni u parir, inkluż dwar servizzi ta’ internazzjonalizzazzjoni fis-Suq Uniku u fil-pajjiżi terzi, kooperazzjoni kummerċjali, feedback, opportunitajiet ta' finanzjament, aċċess għall-finanzi u skemi relatati ta' kowċing u ta' mentoring; |
| (b) servizzi għall-innovazzjoni u għat-trasferiment kemm ta' teknoloġija kif ukoll ta' għarfien; servizzi sabiex jiżdied l-aċċess tal-SMEs għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-klima u l-kompetenza ambjentali; |
| (c) servizzi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi tal-Unjoni, inkluż Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali. |
| (d) appoġġ għat-titjib ta’ kapaċitajiet ta’ ġestjoni sabiex tiżdied il-kompetittività tal-SMEs; |
| 3. Is-servizzi mogħtija min-Netwerk f’isem programmi oħra tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn dawk il-programmi. |
| 4. In-Netwerk m'għandux jieħu post jew jiddupplika, imma għandu jikkumplimenta l-attività tal-organizzazzjonijiet eżistenti attivi fl-appoġġ lin-negozju tal-SME. Bl-għan li jiġu adottati miżuri addizzjonali li jtejbu r-rendiment tan-Netwerk, il-Kummissjoni se tevalwa l-effikaċja, il-governanza u d-distribuzzjoni ġeografika tagħha bl-għan li ttejjeb l-adozzjoni mill-SMEs tas-servizzi proposti kif ukoll tiżgura distribuzzjoni ġeografika aktar bilanċjata. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 10 − paragrafi 1, 1a (ġdid) u 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Sabiex ikun implimentat il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistipulaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija u l-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jkunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni, kif ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. | 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali permezz ta' atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistipulaw l-għanijiet li jridu jintlaħqu, abbażi ta' konsultazzjonijiet minn qabel, ir-riżultati mistennija u l-metodu ta’ implimentazzjoni, l-ammont totali tagħhom u indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. |
| 1a. Il-Kummissjoni se timplimenta l-programmi ta' ħidma annwali msemmija fil-paragrafu 1 billi tistabbilixxi: |
| (a) deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati; |
| (b) indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni; |
| (c) skeda ta' implimentazzjoni indikattiva. |
| 1b. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1a għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Il-Kummissjoni tista' tippromovi t-twaqqif ta' sistemi online integrati u faċli jintużaw li jipprovdu informazzjoni dwar programmi relevanti għall-SMEs, filwaqt li jiżguraw li dawn ma jkunux dupplikazzjoni ta' portals eżistenti. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Flimkien mal-miżuri koperti mill-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha twettaq b’mod regolari miżuri ta’ sostenn, inklużi dawn li ġejjin: | 1. Flimkien mal-miżuri koperti mill-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha twettaq b’mod regolari miżuri ta’ sostenn, inklużi dawn li ġejjin: |
(a) l-analiżi u l-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet tal-kompetittività settorjali u transsettorjali; | (a) l-analiżi u l-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet tal-kompetittività settorjali u transsettorjali; |
(b) l-identifikazzjoni ta’ prattiċi tajbin u approċċi ta' politika, u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom; | (b) l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiċi tajbin u approċċi ta' politika, u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom; |
(c) evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-intrapriżi, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu ssimplifikati, jew oqsma li fihom hemm bżonn li jiġu propost miżuri leġiżlattivi ġodda; | (c) kontrolli tal-adegwatezza tal-leġiżlazzjoni eżistenti u evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri ġodda tal-Unjoni li huma ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-intrapriżi, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu ssimplifikati, u li jiżguraw li l-piżijiet fuq l-SMEs jiġu minimizzati f’oqsma li fihom qed jiġu proposti miżuri leġiżlattivi ġodda; Sistemi eħfef għall-eżenzjonijiet speċifiċi għall-SMEs jew għall-intrapriżi mikro għandhom ikunu ppruvati mit-test tal-SMEs u m'għandhomx jinterferixxu mar-rekwiżiti fundamentali tax-xogħol dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-UE, id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema tal-UE jew il-prinċipji fundamentali tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; |
(d) l-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni li taffettwa l-intrapriżi, il-politika speċifika industrijali u l-miżuri relatati mal-kompetittività. | (d) l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, il-politika industrijali u l-miżuri relatati mal-kompetittività. |
| (da) is-segwitu u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-prinċipju Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummisssoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” tal-25 ta' Ġunju 2008. |
2. Dawn il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-Paragrafu 1 ma għandhomx neċessarjament jiffurmaw parti mill-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10. | 2. Dawn il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-Paragrafu 1 ma għandhomx neċessarjament jiffurmaw parti mill-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10 u ma għandhomx jiswew aktar minn [2.5 %] tal-pakkett finanzjarju tal-programm. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja, ir-riżulati u, fejn hu possibbli, l-impatt. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt fuq l-appoġġ lill-għanijiet tat-tibdil fil-klima sakemm dan il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv mhux ġustifikat għall-SMEs. | 2. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja, ir-riżultati u, fejn hu possibbli, l-impatt. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni bażika dwar il-benefiċjarji tal-għotja u informazzjoni bażika anonima dwar l-applikanti għal-għotja, jekk disponibbli. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt fuq l-appoġġ lill-għanijiet tal-bidla fil-klima sakemm dan il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv mhux ġustifikat għall-SMEs. Ir-rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jsir disponibbli lill-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni
L-informazzjoni dwar il-benefiċċjarji u l-applikanti tal-għotja tkun utli għall-evalwazzjoni tal-għotjiet mogħtija taħt il-Programm.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Rapport tal-evalwazzjoni għandu jiġi stabbilit dwar l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-miżuri li jikkontibwixxu għal deċiżjoni dwar it-tiġdid possibbli, modifika jew sospensjoni ta’ xi miżura sussegwenti. | 4. Rapport tal-evalwazzjoni ex-post għandu jiġi stabbilit dwar l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-miżuri. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Għandhom jiġu żviluppati sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni bħala bażi biex ikunu eżaminati safejn l-għanijiet tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm intlaħqu. Huma għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Ladarba l-indikaturi se jiġu definiti mill-koleġiżlaturi f’dan ir-Regolament, ma hemmx il-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar indikaturi.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Sabiex il-fondi jaslu għand l-SMEs, għandha titqiegħed fis-seħħ sistema ta' monitoraġġ biex ikun żgurat li l-banek jużaw il-fondi u l-garanziji biex iżidu s-self lill-SMEs. Dan jista' jinkludi skemi ta' rappurtar u kodiċi ta' kondotta għall-banek li jsellfu lill-SMEs. Is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tiżgura wkoll li mhux intrapriżi ta’ daqs medju biss qed jirċievu self mill-fondi tal-Unjoni, iżda anke dawk żgħar u mikro. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Strumenti finanzjarji skont il-Programm għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. L-istrumenti finanzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta’ garanzija fuq self. | 1. Strumenti finanzjarji skont il-Programm għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir u tat-trasferiment mingħajr ebda distinzjoni bbażata fuq l-attività jew id-daqs tas-suq. L-istrumenti finanzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta’ garanzija fuq self. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs orjentati għat-tkabbir jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu magħquda ma’ strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]], u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan ir-Regolament. | 2. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs jistgħu, fejn hu xieraq, jingħaqdu ma’ strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]], u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan ir-Regolament. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-faċilitajiet ta’ ekwità u ta’ garanzija fuq self għandhom jikkumplimentaw l-użu mill-Istati Membri tal-istrumenti finanzjarji għall-SMEs fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-użu mill-Istati Membri tal-istrumenti finanzjarji għall-SMEs taħt programmi promozzjonali nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan it-test għandu jiġi mċaqlaq mill-Anness II għall-Artikolu 14. Barra minn hekk, il-faċijiet għandhom ikunu wkoll kumplimentari għall-istrumenti finanzjarji għall-SMEs taħt programmi promozzjonali nazzjonali.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Il-faċilitajiet ta' garanzija tal-ekwità u ta’ self jistgħu, fejn adatt, jippermettu l-ġbir flimkien ta’ riżorsi finanzjarji bl-Istati Membri u/jew reġjuni li jkunu lesti jikkontribwixxu parti mill-Fondi Strutturali allokati lilhom skont l-[Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali]. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-faċilitajiet ta’ ekwità u ta’ garanzija fuq self għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjnijiet dwar l-istrumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 u fl-Att Delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta' Implimentazzjoni. |
| ______________ |
| 1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan it-test għandu jiġi trasferit mill-Anness II għall-Artikolu 14.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. L-istrumenti finanzjarji taħt il-Programm għandhom jitħaddmu f’koordinazzjoni mill-qrib mal-faċilitajiet ta' ekwità u ta' dejn taħt Orizzont 2020 bil-għan li joħolqu strument uniku għal intermedjarji u jippermettu li l-SMEs jidentifikaw il-Programm li jikkorrispondi l-aħjar għall-ħtiġijiet tagħhom permezz ta’ sors wieħed komuni ta’ informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Dan sabiex jiġi ċċarat li, filwaqt illi ma jistax jiġi mistenni minn intermedjarji finanzjarji li jiffirmaw għal strumenti finanzjarji kemm taħt il-COSME kif ukoll Orizzjont 2020, iż-żewġ Programmi għandhom jiġu koordinati mill-qrib sabiex joffru strument uniku għal intermedjarji u sabiex l-SMEs jiġu ggwidati għall-programm tal-appoġġ li jikkorrispondi l-aħjar għall-ħtiġijiet tagħhom permezz ta' sors uniku ta' informazzjoni, eż. permezz ta' websajt iddedikat tal-UE.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 14 - paragrafu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati sabiex ixerrdu informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli fost l-SMEs u l-intermedjarji. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3d. L-introjti u r-ripagamenti relatati mat-tieni parti tal-Faċilità għal Tkabbir Għoli u l-Innovazzjoni għall-SMEs taħt id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013)1 għandhom jiġu assenjati lill-istrumenti finanzjarji ta’ dan il-Programm. |
| ______________ |
| 1 ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan it-test għandu jiġi trasferit mill-Anness II għall-Artikolu 14. L-introjti u r-ripagamenti relatati mal-GIF 2 għandhom jiġu assenjati lill-istrumenti finanzjarji ta’ dan il-Programm.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3e. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs għandhom jiġu implimentati b’konformità mal-liġi tal-Unjoni rilevanti dwar l-għajnuna tal-Istat. Il-kondizzjonijiet għal kwalunkwe esklużjoni tal-istrumenti finanzjarji mir-regoli tal-għajnuna tal-Istat għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar fil-linji gwida u l-manwali tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-COSME, il-kondizzjonijiet għal kwalunkwe esklużjoni tal-istrumenti finanzjarji minn regoli tal-għajnuna tal-istat (pereżempju, il-limitu de minimis, jew kondizzjonijiet kuntrattwali) għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar fil-linji gwida u l-manwali tal-COSME.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (EU) Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020. | 4. Skont l-Artikolu 18(3)(h) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14a |
| Il-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir |
| 1. Il-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tiffoka fuq il-fondi li jipprovdu: kapital ta’ riskju jew ta’ finanzjament intermedju, speċjalment f’forma ta’ self subordinat jew self fuq l-ekwità, lil intrapriżi li qed jespandu jew li qegħdin fil-fażi ta’ tkabbir, b’mod partikolari lil dawk li joperaw transkonfinalment, filwaqt li jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu l-investimenti f’fondi ta’ finanzjament fi stadju bikri, flimkien mal-mekkaniżmu ta’ ġbir ta’ fondi proprji għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas tal-inizjattiva Orizzont 2020, u li jipprovdu faċilitajiet ta’ investiment konġunt għall-investituri individwali. Fil-każijiet ta’ investimenti fi stadju bikri, l-investiment tal-faċilità EFG m’għandux jaqbeż l-20 % tal-investiment totali tal-Unjoni, ħlief fil-każ ta’ fondi b’diversi fażijiet jew ta’ “fond ta’ fondi”, li għalihom se jiġi pprovdut finanzjament mill-faċilità EFG u l-faċilità “riċerka u innovazzjoni” fuq bażi prorata, abbażi tal-politika tal-investiment tal-fondi. Il-Kummissjoni tevita l-kapital ta’ akkwist jew ta’ bdil maħsub għax-xoljiment ta’ intrapriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-limitu ta’ 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. |
| 2. L-EFG għandha tiġi implimentata bħala parti minn strument finanzjarju uniku tal-ekwità tal-Unjoni li tappoġġa t-tkabbir tal-intrapriżi tal-Unjoni u r-riċerka u l-innovazzjoni mill-istadju bikri (inkluż il-kapital tal-bidu) sal-istadju tat-tkabbir u appoġġata finanzjarjament minn Orizzont 2020 u l-Programm.. |
| L-EFG u l-Faċilità tal-Ekwità għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li se jkunu stabbiliti skont Orizzont 2020 se jagħmlu użu mill-istess mekkaniżmu. |
| 3. L-appoġġ għat-titlu tal-faċilità EFG isir fil-forma ta’ wieħed mill-investimenti li ġejjin: |
| (a) direttament mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jew entitajiet oħrajn fdati bl-implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni; jew |
| (b) minn fondi ta’ fondi pubbliċi jew privati jew vetturi tal-investiment li jinvestu b’mod transkonfinali stabbiliti mill-FEI jew entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni flimkien ma’ investituri privati u/jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi nazzjonali u operaturi tal-kapital ta’ riskju attivi fil-livell reġjonali u lokali. |
| 4. L-EFG tinvesti f’fondi intermedji ta’ kapital ta’ riskju b'investimenti f’SMEs, ġeneralment fil-fażi ta’ espansjoni u ta’ tkabbir. L-investimenti fil-qafas tal-EFG huma investimenti fuq perjodu ta’ żmien twil, jiġifieri li jinvolvu ġeneralemnt parteċipazzjonijiet ta’ ħames snin sa ħmistax-il sena f’fondi ta’ kapital ta’ riskju. Fi kwalunkwe każ, it-tul ta’ ħajja tal-investimenti affettwati fil-qafas tal-EFG ma jaqbiżx l-għoxrin sena mill-iffirmar tal-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-entità responsabbli mill-implimentazzjoni tiegħu. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 14b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14b |
| Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self |
| 1. Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF) għandha titħaddem mill-FEI jew entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni. Il-faċilità għandha tipprovdi: |
| (a) kontrogaranziji u arranġamenti oħra li jikkondividu r-riskju għal skemi ta’ garanzija; |
| (b) garanziji diretti u arranġamenti oħrajn li jikkondividu r-riskju għal kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ieħor li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà; |
| 2. L-LGF għandha tiġi implimentata bħala parti minn strument finanzjarju waħdieni tad-dejn tal-UE għat-tkabbir tal-intrapriżi tal-UE u riċerka u l-innovazzjoni tal-intrapriżi tal-UE, bl-użu tal-istess mekkaniżmu tat-twassil bħal dik il-parti tal-SME mmexxija mid-domanda tal-Faċilità ta’ Garanzija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni taħt Orizzjont 2020 (RSI II). |
| 3. L- LGF għandha tikkonsisti minn: |
| (a) finanzjament ta’ dejn permezz ta’ garaziji fuq self, inkluż self subordinat u parteċipanti, jew kirja, li għandha tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li l-SMEs iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikollhom aċċess għall-finanzi jew minħabba r-riskju għoli pperċepit tagħhom jew minħabba n-nuqqas ta' kollateral disponibbli biżżejjed tagħhom; |
| (b) it-titolizzazzjoni tal-portafolli ta’ finanzjament tad-dejn tal-SME, li għandha timmobilizza l-finanzjament addizzjonali tad-dejn għall-SMEs skont arranġamenti adatti ta’ kondiviżjoni tar-riskju mal-istituzzjonijiet identifikati. Is-sostenn għal dawn it-tranżazzjonijiet għandu jiddependi mill-impenn tal-istituzzjonijiet minn fejn joriġina l-finanzjament (originating institutions) li jużaw parti sinifikanti mil-likwidità li jibqa' jew il-kapital immobilizzat għal self ġdid lil SMEs f'perjodu ta' żmien raġonevoli. L-ammont ta' dan il-finanzjament ġdid permezz ta' dejn għandu jiġi kkalkulat b'rabta mal-ammont tar-riskju tal-portafoll iggarantit. Dan l-ammont u l-perijodu ta' żmien għandhom jiġu nnegozjati individwalment ma' kull istituzzjoni li toriġinah. |
| 4. L-LGF għandha tkopri self sa EUR 150 000 u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta' titolizzazzjoni. L- LGF għandha tkopri wkoll self li jaqbeż l-EUR 150 000 fil-każijiet fejn l-SMEs ma jissodisfawx il-kriterji biex ikunu eliġibbli taħt il-parti tal-SME ta’ Orizzont 2020 fil-faċilità ta’ Dejn, u b’maturità minima ta’ 12-il xahar. Il-Kummissjoni tista' tniedi azzjonijiet ta' komunikazzjoni immirati lejn l-SMEs. |
| 5. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta' self kif ukoll f'dak li hu volum ta' self. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ta’ delegazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċerna tibdiliet fid-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk l-iżviluppi ekonomiċi tas-suq jitolbu hekk jew skont ir-riżultati miksuba mill-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm ta’ Qafas ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (LGF) u l-Istrument tal-Qsim tar-Riskju (RSI) tas-7 Programm Qafas għall-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju | 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ta’ delegazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċernaw tibdiliet fl-indikaturi fl-Artikolu 2(2) u fl-Anness I, tibdiliet fil-baġit għall-istrumenti finanzjarji fl-Artikolu 4(1) u għall-istrumenti finanzjarji stess fl-Artikoli 14, 14a u 14b jekk l-iżviluppi ekonomiċi tas-suq jitolbu hekk jew skont ir-riżultati miksuba mill-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm ta’ Qafas ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (LGF) u l-Istrument tal-Qsim tar-Riskju (RSI) tas-7 Programm Qafas għall-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju. |
(Ara l-Artikoli 4(1), 14, 14a (ġdid), 14b (ġdid))
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Ġenerali 1
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan ġenerali: | 1. Li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu | |||
Indikatur tal-impatt | Sitwazzjoni attwali | Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) | ||
It-tkabbir tal-kompetittività industrijali | 2009: -3.1%, 2008: -0.3%, 2007: +0.7% | Tkabbir annwali ta’ 1 % u tkabbir ta’ 5 % fl-2015 | ||
Bidla tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs (Għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida) | 2009: -3.1% L-għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: sebat ijiem ta’ xogħol | Tnaqqis ta’ għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: tlett ijiem ta’ xogħol fl-2020. | ||
It-tkabbir tal-produzzjoni tal-manifattura tal-UE fl-ekoindustriji (bidla fil-perċentwal mis-sena ta’ qabel) | Tkabbir annwali ta' 6-7 % matul l-aħħar snin | Tkabbir annwali ta’ medja ta’ 8 % matul id-deċennju li jmiss; Sal-2015, hija mmirata żieda ta’ 50 % fil-produzzjoni | ||
| ||||
Emenda | ||||
Għan ġenerali: | 1. li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs | |||
Indikatur tal-impatt | Sitwazzjoni attwali | Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) | ||
Il-perċentwali ta' tkabbir tas-settur industrijali u tas-servizzi tas-setturi relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), | 2009: -3.1%, 2008: -0.3%, 2007: +0.7% | Tkabbir annwali ta’ 1 % | ||
Bidliet tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti (Għadd ta’ jiem u spejjeż li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida, il-ħin meħtieġ għal kisba ta' liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ intrapriża) | L-għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME fl-2011: 6.5 ijiem ta’ xogħol | Tnaqqis ta’ għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME għal tliet ijiem. | ||
| Spiża tal-bidu: € 379. | Tnaqqis fl-ispejjeż tal-bidu għal € 100.1 | ||
| L-għadd ta’ Stati Membri li jikkonformaw mal-mira tal-SBA sabiex jitnaqqas il-ħin meħtieġ għall-kisba ta' liċenzji u permessi (inklużi l-permessi ambjentali) biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta' intrapriża għal xahar: 2 | L-għadd ta’ Stati Membri li jikkonformaw mal-mira tal-SBA sabiex jitnaqqas il-ħin meħtieġ għall-kisba ta' liċenzji u permessi (inklużi l-permessi ambjentali) biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta' intrapriża għal xahar: 242 | ||
| L-għadd ta’ Stati Membri b’punt ta' kuntatt uniku għal bidu tan-negozju sabiex l-imprendituri jkunu jistgħu jwettqu l-proċeduri meħtieġa kollha (eż. ir-reġistrazzjoni, it-taxxa, il-VAT u s-sigurtà soċjali) permezz ta’ punt ta’ kuntatt amministrattiv uniku, kemm jekk fiżiku (uffiċċju), virtwali (web), jew it-tnejn fl-2009: 18 | Żieda fl-għadd ta’ Stati Membri b’punt ta’ kuntatt uniku għal bidu tan-negozju għal 283 | ||
It-tkabbir tal-produzzjoni tal-manifattura tal-UE fl-ekoindustriji (bidla fil-perċentwal mis-sena ta’ qabel) | Tkabbir annwali ta' 6-7 % matul l-aħħar snin | Tkabbir annwali ta’ medja ta’ 8 % matul id-deċennju li jmiss; Sal-2015, hija mmirata żieda ta’ 50 % fil-produzzjoni | ||
|
| __________________ | ||
|
| 1 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-31 ta’ Mejju 2011 inkluża talba lill-Istati Membri "biex inaqqsu ż-żmien tal-bidu għall-intrapriżi ġodda għal 3 ijiem u l-ispiża għal EUR 100 sal-2012. | ||
|
| 2 Ir-reviżjoni tal-SBA stiednet lill-Istati Membri biex "inaqqsu l-ħin meħtieġ għall-kisba ta' liċenzji u permessi (inklużi l-permessi ambjentali) biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta' intrapriża għal xahar sal-aħħar tal-2013". 24 Stat Membru diġà naqqsu dan il-perjodu għal 3 xhur. | ||
|
| 3 Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tar-rebbiegħa tal-2006, "l-SM kollha jrid ikollhom punt ta’ kuntatt uniku jew arranġament ekwivalenti sabiex il-formalitajiet kollha biex tinbeda kumpanija jkunu jistgħu jitwettqu f'punt uniku." | ||
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Ġenerali 2
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan ġenerali: | 2. Li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs | |||
Indikatur tal-impatt | Sitwazzjoni attwali | Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) | ||
It-tkabbir tal-SME f’dawk li huma valur miżjud u impjegati | Fl-2010 l-SMEs pprovdew aktar minn 58 % tal-fatturat totali tal-UE (GVA); | Żieda fil-mira tal-Valur Miżjud Gross tal-SMEs ta’ 4 % fis-sena; | ||
Ir-rispons mill-SMEs u l-benefiċjarji finali l-oħra dwar il-valur miżjud, l-utilità u r-rilevanza tal-Programm (dan għandu jitkejjel fl-evalwazzjonijiet tal-Programm) permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Intrapriża (EEN) u stħarriġiet onlajn | l-għadd totali tal-impjegati fl-SMEs: 87,5 miljun (67 % tal-impjiegi fis-settur privat fl-UE) | tkabbir annwali ta’ impjegati fl-SMEs ta' 1 % | ||
Ir-rata tad-dawran tal-SME (l-istart-ups u l-mortalità) | 78 % ta’ sodisfazzjon u rispons pożittiv dwar il-valur miżjud tal-EEN | Żieda ta’ aktar minn 80 % ta’ sodisfazzjon fuq il-valur miżjud tal-EEN | ||
| ||||
Emenda | ||||
Għan ġenerali: | 2. Li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs | |||
Indikatur tal-impatt | Sitwazzjoni attwali | Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020) | ||
It-tkabbir tal-SME f’dawk li huma valur miżjud (Eurostat) | Fl-2010 l-SMEs pprovdew aktar minn 58 % tal-fatturat totali tal-UE (GVA); | Żieda fil-mira tal-Valur Miżjud Gross tal-SMEs ta’ 4 % fis-sena; | ||
Bidliet fir-rata ta' impjiegi tal-SME (Eurostat) | L-għadd totali tal-impjegati fl-SMEs fl-2010: 87,5 miljun (67 % tal-impjiegi fis-settur privat fl-UE) | tkabbir annwali ta’ impjegati fl-SMEs ta' 1 % | ||
Bidliet fil-proporzjon ta’ ċittadini tal-UE li jixtiequ jaħdmu għal rashom. | Iċ-cifri mill-2007 u l-2009 huma stabbli f'45% | Żieda fin-numru ta’ ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkunu jaħdmu għal rashom sa 50-55% | ||
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, inkluż fis-settur tat-turiżmu
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE inkluż fis-settur tat-turiżmu | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
Attivitajiet biex titjieb il-Kompetittività |
|
| ||
L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati | Il-programm ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni kien aġġornat fl-2010 u qiegħed fit-triq it-tajba biex fl-2012 inaqqas il-burokrazija b'25 %. Saru ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena sal-2010. | Madwar seba’ miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena. | ||
L-għadd ta’ verifiki ta’ “prestazzjoni” fuq il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet | Fl-2010 tnedew erba’ verifiki ta’ “prestazzjoni” li inkludew il-partijiet interessati għall-politiki dwar l-ambjent, it-trasport, l-impjiegi u l-industrija. Ir-rispons inkluda kummenti dwar il-leġiżlazzjoni u l-valur miżjud tal-attivitajiet. | L-approċċ ta’ rispons bil-verifiki ta’ “prestazzjoni” se jiġi estiż għal politiki oħra u se jwassal biex is-simplifikazzjonijiet ikollhom impatt pożittiv fuq l-industrija. Huma previsti sa tnax-il verifika ta’ “prestazzjoni”, bl-għan ta’ regolamentazzjoni aħjar. | ||
Livell ta’ adozzjoni minn kumpaniji tal-produzzjoni sostenibbli Ewropea u l-għodod tal-produzzjoni, inklużi l-EMAS, l-ekotikketta, u l-ekodisinn | Madwar 35 000 ISO 14001 ċertifikazzjonijiet tal-EMS u 4 500 reġistrazzjoni tal-EMAS, 18 000 liċenzja għall-Ekotikketta tal-UE | L-għadd sinifikanti tal-kumpaniji jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom, japplikaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u jiksbu titjib fil-produttività tar-riżorsi u l-prestazzjoni ambjentali. Parti sinifikanti tal-produzzjoni tikkonsisti fi prodotti li huma effiċjenti fir-riżorsi u ekoloġiċi | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment SMEs, inkluż is-settur tat-turiżmu; | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Attivitajiet biex titjieb il-Kompetittività |
|
|
| ||
L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati | Il-Programm Attwali ta' Simplifikazzjoni tal-Kummissjoni kull sena jgħaddi informazzjoni fl-Anness II tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni (CWP). Kien hemm medja ta' bejn 5 u 10 miżuri ta' simplifikazzjoni kull sena f'dawn l-aħħar ftit snin. | Madwar seba’ miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena. | Madwar seba’ miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena. | ||
L-għadd ta’ verifiki ta’ “prestazzjoni” fuq leġiżlazzjonijiet dwar politiki industrijali/prodotti industrijali | Verifika ta'"prestazzjoni" minnhom tnediet fl-2012 għall-politiki industrijali (approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur). | Sa tliet verifiki ta' prestazzjoni mnedija | Sa ħames verifiki ta' prestazzjoni mnedija | ||
L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw l-ittestjar tal-prova tal-kompetittività: | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw l-ittestjar tal-prova tal-kompetittività: 0 | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw l-ittestjar tal-prova tal-kompetittività: 10 | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw l-ittestjar tal-prova tal-kompetittività: 28 | ||
Livell ta’ adozzjoni minn kumpaniji tal-produzzjoni sostenibbli Ewropea u l-għodod tal-produzzjoni, inklużi l-EMAS, l-ekotikketta, u l-ekodisinn | Madwar 35 000 ISO 14001 ċertifikazzjonijiet tal-EMS u 4 500 reġistrazzjoni tal-EMAS, 18 000 liċenzja għall-Ekotikketta tal-UE | L-għadd sinifikanti tal-kumpaniji jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom, japplikaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali. | Żieda sinifikanti fl-għadd tal-kumpaniji li jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom, li japplikaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali. | ||
Emenda 88
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, inkluż fis-settur tat-turiżmu - L-iżvilupp tal-politika tal-SME
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE inkluż fis-settur tat-turiżmu | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) | ||
L-iżvilupp tal-politika tal-SME |
|
| ||
L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME 15-il Stat Membru | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME 21 Stat Membru | ||
Żieda fil-pubbliċità mifruxa madwar l-UE tal-Premji Ewropej għall-Intrapriża b’pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha | L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 60 fl-2010 | L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 80 | ||
Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid u fil-kumplessità għall-intrapriżi l-ġodda | Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: sebat ijiem ta’ xogħol | Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: ħamest ijiem ta’ xogħol | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment SMEs, inkluż is-settur tat-turiżmu; | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
L-iżvilupp tal-politika tal-SME |
|
|
| ||
L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME 15-il Stat Membru | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME 21 Stat Membru | L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME 28 Stat Membru | ||
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, inkluż fis-settur tat-turiżmu - Kunċetti ġodda tan-negozju
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE inkluż fis-settur tat-turiżmu | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) | ||
Kunċetti Ġodda tan-Negozju |
|
| ||
L-għadd ta’ prodotti/servizzi ġodda fis-suq | S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata . | Mira biex l-għadd kumulattiv ta’ prodotti/servizzi ġodda ikun ħamsa fl-2017 (jiżdied għal 15 fl-2018 u għal 25 fl-2019). | ||
Il-livell ta’ esportazzjonijiet addizzjonali u ammonti monetarji korrispondenti |
| Fir-rigward tal-esportazzjonijiet, s’issa m’hemm l-ebda impatt mistenni fl-2017. Is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-ewwel ġenerazzjoni tal-SMEs parteċipanti se jidher fl-2018 b’żieda mmirata ta’ 20 %. | ||
Ir-rispons mill-partijiet interessati dwar il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet |
| Mill-inqas 70 % tal-SMEs parteċipanti fl-2014 għandhom jesprimu impatt pożittiv fuq il-fatturat tagħhom fi stħarriġ li se jsir fl-aħħar tal-2017 | ||
| |||||
Emenda | |||||
Objettiv speċifiku: | Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, b'mod partikulari l-SMEs, inkluż fis-settur tat-turiżmu | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Kunċetti Ġodda tan-Negozju |
|
|
| ||
L-għadd ta’ prodotti/servizzi ġodda fis-suq | S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata . | Mira biex l-għadd kumulattiv ta’ prodotti/servizzi ġodda jkun 5 fl-2017. | Mira biex l-għadd kumulattiv ta’ prodotti/servizzi ġodda jkun 30 fl-2020. | ||
Il-livell ta’ esportazzjonijiet addizzjonali u ammonti monetarji korrispondenti | S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata . | Fir-rigward tal-esportazzjonijiet, s’issa m’hemm l-ebda impatt mistenni fl-2017. Is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-ewwel ġenerazzjoni tal-SMEs parteċipanti se jidher fl-2018 b’żieda mmirata ta’ 20 %. | Is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-SMEs parteċipanti fl-2020 għandu jikseb mira ta’ 25%. | ||
Ir-rispons mill-partijiet interessati dwar il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet | S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata . | Mill-inqas 70 % tal-SMEs parteċipanti fl-2014 għandhom jesprimu impatt pożittiv fuq il-fatturat tagħhom fi stħarriġ li se jsir fl-aħħar tal-2017 | Mill-inqas 80% tal-SMEs parteċipanti fl-2014 għandhom jesprimu impatt pożittiv fuq il-fatturat tagħhom fi stħarriġ li se jsir fl-aħħar tal-2020. | ||
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, inkluż fis-settur tat-turiżmu - Turiżmu
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE, inkluż fis-settur tat-turiżmu | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) | ||
Turiżmu |
|
| ||
L-għadd ta’applikazzjonijiet għall-finanzjament | It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): madwar 75 fis-sena (medja għall-2011): | It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): Aktar minn 100 fis-sena | ||
Il-perċentwal tal-SMEs (u x-xejra) fl-applikazzjonijiet għal opportunitajiet ta’ finanzjament relatat mat-turiżmu | Sal-lum, l-ebda sejħa għall-proposti ma kienet indirizzata direttament lill-SMEs | 30 % tas-sejħiet għall-proposti direttament indirizzati lill-SMEs | ||
L-għadd tal-entitajiet li jadottaw it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew | Sal-lum l-ebda entità ma adottat it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew (azzjoni f’elaborazzjoni) | Kopertura ta’ 50 % tal-iskemi ta’ evalwazzjoni eliġibbli biex jipparteċipaw fit-Tikketta ta' Kwalità tat-Turiżmu Ewropew | ||
Għadd ta’ destinazzjonijiet li jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli tat-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza | It-total tal-għadd ta’ Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza li ngħataw il-premju kien ta’ 98 (medja ta’ 10 fis-sena – fl-2007-10, fl-2008-20, fl-2009-22, fl-2010-25, fl-2011-21) | 200 u aktar destinazzjonijiet jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (sa 30 fis-sena) | ||
Emenda | ||||||||
Għan speċifiku: : | Li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment SMEs, inkluż is-settur tat-turiżmu; | |||||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||||||
Turiżmu |
|
| ||||||
L-għadd tal-entitajiet li jadottaw it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew | Sal-lum l-ebda entità ma adottat it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew (azzjoni f’elaborazzjoni) | Kopertura ta’ 50 % tal-iskemi ta’ evalwazzjoni eliġibbli biex jipparteċipaw fit-Tikketta ta' Kwalità tat-Turiżmu Ewropew | ||||||
Għadd ta’ destinazzjonijiet li jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli tat-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza | It-total tal-għadd ta’ Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza li ngħataw il-premju kien ta’ 98 (medja ta’ 10 fis-sena – fl-2007-10, fl-2008-20, fl-2009-22, fl-2010-25, fl-2011-21) | 200 u aktar destinazzjonijiet jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (sa 30 fis-sena) | ||||||
| ||||||||
| ||||||||
|
|
| ||||||
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira - Sostenn għall-imprenditorija
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
Sostenn għall-intraprenditorija |
|
| ||
Ir-rispons dwar il-perċezzjoni pubblika tal-intraprenitorija (il-perċentwal taċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom kif tkejjel permezz tal-Ewrobarometru) | Iċ-cifri mill-2007 u l-2009 huma stabbli f’45% | Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom żdiedu għal 50 % | ||
L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE | L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 22 (2010) | L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 25 | ||
L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra | L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 5 | L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 10 | ||
L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati għall-SMEs | ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena (2010) | Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena. | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Sostenn għall-intraprenditorija |
|
|
| ||
Żieda fl-għadd ta' Stati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet għall-intraprenditorija bbażati fuq prattiki tajbin identifikati permezz tal-Programm. | L-għadd ta’ Stati Membri li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija: 22 (2010) | L-għadd ta’ Stati Membri li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija: 25 | L-għadd ta’ Stati Membri li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija: 28. | ||
Żieda fl-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra | L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 5 | L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 10 | L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 15. | ||
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn - Strumenti Finanzjarji għat-tkabbir
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
Strumenti finanzjarji għat-tkabbir |
|
| ||
L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji u l-valur tas-self | L-istrumenti proposti għadhom ma tnedewx u mhumiex l-istess bħall-istrumenti attwali, għaldaqstant id-dejta mill-istrumenti attwali tista’ ma tkunx komparabbli | L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji (+/- 95 000) u l-valur tas-self (+/- EUR 10.7 biljuni) | ||
L-għadd ta’ impriżi li huma sostnuti minn VC u l-valur tal-investimenti (inklużi n-negozjati transkonfinali) |
| Għadd ta’ impriżi sostnuti minn VC: (+/– 180) u l-valur tal-investimenti (+/- EUR 220 miljun) | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Strumenti finanzjarji għat-tkabbir |
|
|
| ||
L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) li jibbenefikaw minn garanziji ta' Programm u l-valur tas-self | Mill-31 ta' Diċembru 2011 EUR 10.2 biljun f'self immobilizzat, li jilħaq 171.000 SMEs (SMEG). | L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) li jibbenefikaw minn garanziji (+/-145 000) u l-valur tas-self (+/- EUR 9.6 biljun) | L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) li jibbenefikaw minn garanziji (+/-344 000) u l-valur tas-self (+/- EUR 22 biljun) | ||
L-għadd ta’ impriżi li jirċievu investimenti VC mill-Programm u l-volum globali investit. | Mill-31 ta' Diċembru 2011 EUR 1.9 biljun f'VC mobilizzat, li jilħaq 194 SME (GIF). | L-għadd ta’ impriżi li jirċievu investimenti VC mill-Programm u l-volum globali investit: (+/- 240) u l-valur totali tal-investimenti (+/- €2.0 biljuni) | L-għadd ta’ impriżi li jirċievu investimenti VC mill-Programm u l-volum globali investit: (+/- 560) u l-valur totali tal-investimenti (+/- €4.7 biljuni) | ||
Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment: In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi | In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi | In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi | ||
L-għadd ta’ ftehimiet ta’ sħubija ffirmati | Ftehimiet ta’ Sħubija ffirmati: 1,950 (2010) | Ftehimiet ta’ Sħubija ffirmati: 3.000 fis-sena | ||
Żieda fil-marka tan-Netwerk u l-marka tal-Kultura rikonoxxuti (eż. għarfien dwar il-marka fost il-popolazzjoni tal-SME) | Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil-marka tal-Kultura rikonoxxuti: għadha mhix imkejla | Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil-marka tal-Kultura rikonoxxuti: 30 % ta’ SMEs milħuqa | ||
Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku) | Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): 78% | Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): >80% | ||
L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ | L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ: 435,000 (2010) | L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ 500 000 fis-sena | ||
L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija | L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 45,000 (2010) | L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 60.000 fis-sena | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi |
|
|
| ||
L-għadd ta’ ftehimiet ta’ sħubija ffirmati | Ftehimiet ta’ Sħubija ffirmati: 1,950 (2010) | Ftehimiet ta’ Sħubija ffirmati: 2.200 fis-sena | Ftehimiet ta’ Sħubija ffirmati: 2.500 fis-sena | ||
Żieda fir-rikonoxximent tal-marka tan-Netwerk fost l-SMEs (eż. għarfien dwar il-marka fost il-popolazzjoni tal-SME) | Żieda fir-rikonoxximent tal-marka tan-Netwerk fost l-SMEs: għadha mhix imkejla. Ser jiġi mniedi stħarriġ. | Żieda fir-rikonoxximent tal-marka tan-Netwerk fost l-SMEs: 20% milħuqa paragunat mar-riżultat inizjali tal-istħarriġ. | Żieda fir-rikonoxximent tal-marka tan-Netwerk fost l-SMEs: 30% milħuqa paragunat mar-riżultat inizjali tal-istħarriġ. | ||
Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku) | Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): 78% | Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): >80% | Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): >82% | ||
L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ | L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ: 435,000 (2010) | L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ 470.000 fis-sena | L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ 500 000 fis-sena | ||
L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija | L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 45,000 (2011) | L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 48.000 fis-sena | L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 50.000 fis-sena | ||
Sehem (%) tal-esportazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku | 25% tal-esportazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku | 27% tal-esportazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku | 30% tal-esportazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku | ||
Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment: Appoġġ lin-negozju tal-SME fi swieq li mhumiex fl-UE
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
Appoġġ lin-negozju tal-SME fi swieq li mhumiex fl-UE |
|
| ||
Is-sehem (%) tal-SMEs involuti f'attivitajiet internazzjonali (l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet, IDB u attivitajiet oħrajn) barra mill-UE | 13 % (2009) | 17 % (2017) | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Appoġġ lin-negozju tal-SME fis-Suq Uniku u fi swieq li mhumiex fl-UE |
|
|
| ||
Is-sehem (%) tal-esportazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku | 13% (għall-perjodu 2006-2008) | 17 % | 20% | ||
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness I – Għan Speċifiku: Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment - Kooperazzjoni Industrijali Internazzjonali
| ||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||
Għan speċifiku: | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | |||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017 | ||
Kooperazzjoni Industrijali Internazzjonali |
|
| ||
L-għadd ta’ każijiet ta’ allinjament mtejjeb bejn ir-regolamenti tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali | Huwa stmat li f’kooperazzjoni regolatorja mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) hemm medja ta’ żewġ oqsma rilevanti ta’ allinjament sinifikanti ta' regolamenti tekniċi | Tliet oqsma rilevanti tal-allinjament sinifikanti tar-regolamenti tekniċi mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) (2017) | ||
L-għadd ta’oqsma u prassi tajba tal-Att tal-UE dwar in-Negozji ż-Żgħar li ġew introdotti f'pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi kandidati | Huwa stmat li bħala medja, fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat olitika fir-reġjun, Il-Viċinat tal-Lvant u tal-viċinat tal-MED) tal-għaxar oqsma tal-politika tal-SBA mill-inqas tlieta minnhom ġew regolati b' dawn il-pajjiżi. | Ħames oqsma tal-politika tal-SBA fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tal-MED) (2017) | ||
| |||||
Emenda | |||||
Għan speċifiku | Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment | ||||
Indikatur tar-riżultat | L-aħħar riżultat magħruf | Mira fuq il-medda medja taż-żmien (2017) | Mira fit-tul (2020) | ||
Kooperazzjoni Industrijali Internazzjonali |
|
|
| ||
L-għadd ta’ każijiet ta’ allinjament mtejjeb bejn ir-regolamenti tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali | Huwa stmat li f’kooperazzjoni regolatorja mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) hemm medja ta’ żewġ oqsma rilevanti ta’ allinjament sinifikanti ta' regolamenti tekniċi | Tliet oqsma rilevanti tal-allinjament sinifikanti tar-regolamenti tekniċi mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) (2017). | Erba’ oqsma rilevanti tal-allinjament sinifikanti tar-regolamenti tekniċi tal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) (2017). | ||
L-għadd ta’oqsma u prassi tajba tal-Att tal-UE dwar in-Negozji ż-Żgħar li ġew introdotti f'pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi kandidati | Huwa stmat li bħala medja, fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat olitika fir-reġjun, Il-Viċinat tal-Lvant u tal-viċinat tal-MED) tal-għaxar oqsma tal-politika tal-SBA mill-inqas tlieta minnhom ġew regolati b' dawn il-pajjiżi. | Ħames oqsma tal-politika tal-SBA fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tal-MED) (2017). | Ħames oqsma tal-politika tal-SBA fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tal-MED). | ||
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness II
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Anness imħassar |
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
Il-kompetittività globali tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) Ewropej hija ostakolata min-nuqqasijiet tas-suq, politiċi u istituzzjonali, bħan-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi, għas-swieq u l-piż regolatorju. Bħala riżultat, l-SMEs Ewropej juru produttività aktar baxxa u jikbru aktar bil-mod mill-kontrapartijiet tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja u huma anqas kapaċi jadattaw b’suċċess għall-bidliet minn negozji ta’ daqs ikbar fl-Ewropa. Dawn id-diffikultajiet ġew aggravati aktar bil-kriżi ekonomika tal-2008, li affettwat b’mod sproporzjonali l-SMEs.
Fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) attwali, l-UE qed tiffinanzja miżuri biex tappoġġa l-intraprentidorija u l-innovazzjoni u tippromwovi l-iżvilupp u t-tkabbir tal-SMEs permezz tal-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni (EIP, wieħed mit-tliet pilastri tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP). Taħt l-MFF tal-ġejjieni (2014-2020), l-EIP jkun ġie ssuperat mill-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME). Wara d-deċiżjoni tagħha li ġġib ir-riċerka u l-innovazzjoni aktar viċin xulxin, il-Kummissjoni Ewropea (KE) ipproponiet li ġġib attivitajiet relatati mal-innovazzjoni tal-EIP attwali taħt Orizzont 2020, il-programm ta’ qafas ġdid għar-riċerka u l-innovazzjoni. COSME għalhekk se jiffoka fuq il-kompetittività, it-tkabbir u l-intraprenditorija.
Ir-rapporteur jilqa’ sew il-proposta għall-programm COSME, li huwa l-uniku program ta’ nfiq tal-UE li għandu l-għan speċifiku li jsaħħaħ l-SMEs. Sabiex ittejjeb aktar il-proposta, hu jixtieq iressaq il-kummenti ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
Kumment ġenerali
1.Enfasi fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, l-aċċess għall-finanzi u l-aċċess għas-suq
Minħabba l-baġit limitat tiegħu, COSME għandu jiffoka fuq l-azzjonijiet bl-ogħla impatt u ingranaġġ. Ir-rapporteur jissuġġerixxi l-enfasi fuq tliet oqsma: it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, l-aċċess għall-finanzi u l-aċċess għas-swieq.
Wara s-suċċess tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, l-UE teħtieġ mira ta’ tnaqqis ġdida, aktar ambizzjuża għall-2020 u l-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi għandha tiġi appoġġjata ulterjorament taħt COSME.
Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-aċċess għall-finanzi sar it-tħassib ewlieni għall-SMEs Ewropej, għaliex il-banek saru aktar riluttanti biex iselfu u l-investituri saru aktar avversi għar-riskju. L-istrumenti finanzjarji tal-EIP urew li jistgħu jgħinu lill-SMEs jiksbu finanzjament, u juru effetti konsiderevoli ta' ingranaġġ u ta' alimentazzjoni fit-tkabbir fl-introjtu u l-impjieg u għandhom jitkomplew taħt il-COSME.
L-aċċess għas-swieq fl-Ewropa u f’pajjiżi terzi għandu jkun it-tielet qasam prijoritarju tal-COSME. In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża għad għandu ħafna potenzjal mhux użat f’dan ir-rigward. Il-governanza tal-EEN għandha tiġi mtejba aktar u l-viżibbiltà tagħha miżjuda.
2. Mira fuq l-SMEs kollha
COSME għandu jiffoka mhux biss fuq l-SMEs b’attivitajiet transkonfinali, iżda wkoll fuq SMEs li huma attivi fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali jekk jintwera li hemm valur miżjud tal-UE. Il-valur miżjud tal-UE jista’ jikkonsisti wkoll fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri biss.
3.Konnessjoni aktar b’saħħitha mal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
Meta jiġu mwettqa l-azzjonijiet tal-COSME, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-għaxar prinċipji tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), li għall-ewwel darba stabbilixxa qafas ta’ politika komprensiv għall-UE u l-Istati Membri tagħha li jiggwida l-konċepiment u l-implimentazzjoni ta’ politiki bbażati fuq l-approċċ “Naħsbu l-Ewwel fiż-Żgħir”.
4. Involviment akbar tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs
COSME huwa magħmul speċifikament għal-SMEs. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SME jkunu involuti aktar. Pereżempju, il-KE għandha tappoġġja l-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-SMEs fl-iżvilupp tal-politika tal-SMEs. Il-KE għandha tikkonsulta wkoll l-organizzazzjonijiet tal-SMEs fl-iżvilupp ta' indikaturi, fejn xieraq, u meta tkun qed tieħu deċiżjonijiet dwar l-għanijiet tal-programm ta’ ħidma annwali.
5. Appoġġ għat-trasferimenti tan-negozju
It-trasferimenti tan-negozju huma importanti għat-tkabbir u l-iżvilupp tal-SMEs. Kull sena, hemm ir-risjku li jintilfu 150 000 kumpanija u 600 000 impjieg minħabba ineffiċjenzi fis-sistema tat-trasferimenti tan-negozju. COSME għandu jindirizza dan in-nuqqas tas-suq.
6. Baġit ogħla għall-SMEs
Huwa fatt magħruf sew fost dawk li jfasslu l-politika li t-23 miljun SME jikkostitwixxi sors kbir ta’ tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni. Sfortunatament, l-importanza politika tal-SMEs mhijiex riflessa fil-baġit tal-COSME: b’EUR 2,5 biljuni, huwa biss 0,2% tal-baġit propost tal-MFF li huwa allokat għall-COSME. Bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu li l-istrumenti finanzjarji għandhom jappoġġjaw ukoll it-trasferimenti tan-negozju
u li l-livell limitu tal-LGF għas-self ‘il fuq minn EUR 150.000 għal SMEs mhux innovattivi għandu jiġi abbolit, ir-rapporteur iqis il-baġit propost mhux adatt biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tiegħu. Għalhekk, jipproponi li l-baġit jiżdid għal 0,5% tal-baġit tal-MFF. Dan għandu juri li l-UE verament beħsiebha ssaħħaħ l-SMEs.
Kummenti speċifiċi
1. Għanijiet ġenerali
1.1. Il-kompetittività sostenibbli (Artikolu 2(1a)
L-ewwel għan ġenerali għandu jkun il-kompetittività sostenibbli tal-intrapriżi tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-SMEs. Il-kompetittività u s-sostenibilità ma għandhomx jitqiesu bħala għanijiet indipendenti, għaliex il-kompetittività fit-tul tiddependi fuq is-sostenibilità , u l-politiki għandhom ikunu bbażati fuq strateġija fit-tul. Il-kompetittività sostenibbli tirrifletti l-abilità li tinkiseb u tinżamm il-kompetittività (ekonomika) tal-industrija skont l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli.
1.2.Turiżmu (Artikoli 2(1 a), ), 3(1a))
Ir-rapporteur jemmen li l-inizjattivi fis-settur tat-turiżmu se jkunu eliġibbli għal appoġġ taħt COSME fejn jistgħu juru l-valur miżjud tal-UE, bħal kwalunkwe settur ieħor b'perċentwal għoli ta' SMEs u kontribuzzjoni sinifikanti lill-PDG. Madankollu, COSME ma għandux jiddiskrimina bejn is-setturi mill-bidu. Għalhekk mhux xieraq li jiġi enfasizzat is-settur tat-turiżmu fl-għanijiet tal-Programm. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li huwa biss reċentementi li t-turiżmu sar kompetenza kondiviża tal-UE, it-turiżmu għandu jkun enfasizzat taħt l-azzjonijiet speċifiċi.
2.Objettivi speċifiċi
2.1. L-azzjonijiet li jtejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività sostenibbli (Artikolu 6):
Minħabba r-riżorsi limitati tal-Programm, il-miżuri ta’ appoġġ għandhom jiffokaw fuq inizjattivi transettorjali li jibbenefikaw il-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta’ SMEs. Madankollu, il-KE għandha tkun tista’ wkoll tappoġġa inizjattivi speċifiċi għas-settur għas-setturi li fihom proporzjon għoli ta' SMEs u b'kontribut għoli lill-PDG tal-Unjoni sakemm jista' jintwera valur miżjud tal-UE tal-inizjattivi.
2.2.Azzjonijiet li jippromwovu l-intraprenditorija (Artikolu 7)
Ambjent kummerċjali li jiffavorixxi l-intraprenditorija għandu jipprovdi kundizzjonijiet ta’ qafas tajba għas-sitwazzjonijiet kollha li jiffaċċjaw l-intraprendituri. Skont l-SBA, dan ma jinkludix biss il-fażi tat-tkabbir, iżda ukoll l-istabbiliment, it-trasferiment u l-falliment (it-tieni ċans).
2.3. Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (Artikolu 8)
L-SMEs jeħtieġu aċċess għall-finanzi mhux biss fil-fażijiet ta’ stabbiliment u ta’ tkabbir tagħhom, iżda wkoll fil-fażijiet ta’ trasferiment tagħhom (ara hawn fuq). Dan japplika wkoll għall-istrumenti finanzjarji.
2.4.Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għas-swieq (Artikolu 9)
Ir-rapporteur jaqbel mal-KE li għandha żżomm l-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi (EEN). Il-prestazzjoni tan-Netwerk tjiebet kontinwament u dan qed jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi ta’ appoġġ għan-negozji b’valur miżjud ċar Ewropew. Madankollu, il-prestazzjoni tiegħu tista’ tittejjeb aktar abbażi ta’ analiżi tal-istrutturi ta’ governanza differenti u l-adozzjoni mal-Istati Membri.
Miżuri speċifiċi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għas-swieq f’pajjiżi terzi ta’ prijorità bħaċ-China għandhom jiġu appoġġjati IPR SME Helpdesk, safejn dawn ma jiddupplikawx is-servizzi pprovduti mill-Istati Membri jew mill-EEN. Ir-rapporteur huwa favur ukoll l-appoġġ fir-rigward ta’ standards u ta' akkwist pubbliku f’pajjiżi terzi. Permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda, il-KE tista’ tieħu kont tal-miżuri ta’ appoġġ eżistenti.
3. Strumenti finanzjarji (Artikoli 4, 14, Anness II)
Ir-rapporteur jilqa’ l-istrumenti finanzjarji proposti sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-self u l-finanzi tal-ekwità għal-SMEs. Iżda huwa kkonċernat li l-qsim previst bejn COSME u Orizzont 2020 jista’ jwassal għal ineffiċjenzi ġodda u piż amministrattiv. Għalhekk huwa essenzjali li l-faċilitajiet taż-żewġ programmi huma attwalment implimentati bħala parti minn strument uniku, li l-SMEs u l-intermedjarji jistgħu jaċċessaw permezz ta’ punt uniku ta’ servizz.
Ir-rapporteur jilqa’ l-fatt li 55,5% tal-baġit huwa previst għal strumenti finanzjarji. Minħabba d-domanda eċċessiva u l-effetti għoljin ta’ ingranaġġ, ir-rapporteur jipproponi li jassenja tal-anqas 55,5 % tal-baġit għal strumenti finanzjarji. Madankollu, jekk il-provvista ta’ strumenti finanzjarji taqbeż id-domanda, il-KE għandha tkun tista’ temenda l-livell ta' limitu. Filwaqt li l-allokazzjoni tal-baġit għal kull strument hija biss indikattivi, l-allokazzjoni tal-fondi għal faċilitajiet differenti għandha tagħti kont tad-domanda tas-suq.
3.1 Il-faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (Artikolu 14, Anness II)
Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta għal faċilità tal-ekwità għal-SMEs fil-fażi ta' tkabbir tagħhom, li se tikkumplimenta l-faċilità tal-ekwità taħt Orizzont 2020 bl-attenzjoni tagħha fuq l-istart-ups. Il-provvista ta’ finanzi intermedji hija partikolarment important għaliex tagħti lis-sidien ta’ SMEs aċċess għal kapital ta' ekwità mingħajr ma jirrinunzjaw għas-sjieda tagħhom.
3.2 Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (Artikolu 14, Anness II)
Il-KE pproponiet li l-LGF għandha tkopri biss self sa EUR 150 000, filwaqt li self li huwa ogħla għandu jkun kopert mil-RSI II taħt Orizzont 2020, li għalih huma eliġibbli biss kumpaniji innovattivi. Iżda hemm ukoll nuqqas ta’ finanzjament għal self għal SMEs mhux innovattivi li jaqbeż l-EUR 150 000, b’mod partikolari għal trasferimenti tan-negozju, li, fl-opinjoni tar-rapporteur, għandhom jiġu indirizzati mil-LGF. Għalhekk, hu jissuġġerixxi li l-LGF għandha tkopri wkoll self li jaqbeż l-EUR 150 000 fil-każijiet fejn l-SMEs ma jissodisfawx il-kriterji biex ikunu eliġibbli taħt l-RSI II.
4. Indikaturi (Anness I)
Ir-rapporteur jemmen li huma meħtieġa aktar indikaturi ta’ kwalità aħjar sabiex ikun jista’ jsir kejl validu u affidabbli tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, il-miri tal-prestazzjoni għandhom ikunu aktar ambizzjużi u żewġ miri separati għandhom jiġu stabbiliti għall-objettivi speċifiċi sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni interim fl-2017 u li jkun hemm punt ta' riferiment għall-2020.
18.9.2012
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014-2020)
( COM(2011)0834 – C7‑0463/2011 – 2011/0394(COD) )
Relatur: Paul Rübig
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-SMEs Ewropej urew li huma l-mutur ewlieni għall-kisba tat-tkabbir u biex ikunu żgurati aktar impjiegi, u impjiegi aqwa, fl-Unjoni. L-SMEs jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija Ewropa 2020 u se jkunu strumentali għall-ilħuq tal-objettivi tagħha ta’ tkabbir smart, sostenibbli u inklussiv. Dan huwa partikularment relevanti fis-sitwazzjoni ekonomika attwali: Huma jistgħu jwittu t-triq għat-tmiem tal-kriżi attwali ekonomika u tal-impjiegi. Fuq kollox, bejn l-2002 u l-2010, 85% tal-impjiegi ġodda kollha fl-UE inħolqu mill-SMEs.
Biex jitwettqu dawn il-kompiti ambizzjużi, l-SMEs Ewropej jeħtieġ jiġu appoġġati mill-UE, mil-lat politiku kif ukoll dak ekonomiku. L-UE fil-preżent għandha responsabilità kbira li tindirizza l-iżbalji tas-suq u tal-politika li dgħajfu serjament il-kompetittività tal-SMEs, kif ukoll li tgħinhom jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom ta' tkabbir. Dan jinkludi tnaqqis fil-burokrazija u fil-piż amministrattiv, filwaqt li jitjieb l-aċċess tal-SMEs kollha għall-finanzi u għas-swieq. Il-Kummissjoni ppreżentat il-programm COSME fil-kuntest tal-QFM 2014-2020, bl-għan li tagħti tweġiba soda għal dawk il-problemi billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas tan-negozji tal-UE u tippromwovi l-intraprenditorjat.
Il-baġit propost totali għall-programm COSME hu ta’ EUR 2.5 biljun. Ir-rapporteur jixtieq jisħaq, fid-dawl tan-negozjati iebsa li għaddejjin bħalissa, li anke jekk il-fondi huma ristretti, mhux ġġustifikat tnaqqis għal programmi bħal COSME, li jinsabu fil-qalba tal-kompetittività u l-impjiegi Ewropej. Fil-fatt, ir-rapporteur jemmen li ma jistax jiġi kkunsidrat li l-pakkett finanzjarju tal-programm COSME jkun iżgħar f’termini reali mill-allokazzjoni attwali għall-programm CIP. Bl-istess mod, u sabiex tkun żgurata l-akbar allokazzjoni possibbli ta’ riżorsi f’dan il-qasam, ir-rapporteur hu favur li dan il-Programm jingħata addizzjonalment l-ammonti tal-multi possibbli imposti mill-Kummissjoni fuq imprżi li ma jirrispettawx il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE.
Fl-ambitu tal-Programm il-ġdid, għandha ssir enfasi fuq l-intraprendituri żgħażagħ. Ir-rapporteur jipproponi l-integrazzjoni ta’ “Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ” f’COSME bħala azzjoni separata. Dan il-programm, li oriġinarjament kien propost bħala azzjoni ta’ tħejjija mill-PE, ġie implimentat b’suċċess tul dawn l-aħħar snin, u ta lok lil intraprendituri żgħażagħ li jitgħallmu mill-esperjenza u l-prattiki tajba fi Stati Membri oħra, u jibnu fuqhom. Bħala storja ta' suċċess ċar, “Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ” jixraqlu post distinti fil-Programm il-ġdid, bl-objettiv li jiġu żviluppati l-ħiliet u l-ispirtu intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ.
Rigward ir-“reflows” minn strumenti finanzjarji stipulati f’COSME, ir-rapportuer japprova għalkollox il-proposta tal-Kummissjoni li d-dħul u l-pagamenti lura ġġenerati minn strument finanzjarju partikolari għandhom jiġu assenjati lil dak l-istrument. Jemmen li l-effett ta’ multiplikatur ta’ dawk l-istrumenti għandu l-potenzjal li jiggartixxi ġejjieni aktar vijabbli u sostenibbli għall-SMEs.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Jindika li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi ffissat qabel ma jintlaħaq qbil fuq ir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020; |
Emenda 2
Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva''1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fl-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jindika li anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFP li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat. |
| _______________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011))0266. |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Jerġa’ jafferma l-pożizzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 li fil-QFM li ġej għandu jingħata appoġġ imtejjeb għall-programmi u għall-istrumenti kollha li għandhom l-għan li jippromwovu l-SMEs, b’mod partikolari dan il-Programm u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar; |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) L-infiq tal-fondi tal-UE u tal-Istati Membri fuq il-promozzjoni tal-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs għandu jkun ikkoordinat aħjar sabiex tiġi żgurata komplimentarjetà, aktar effiċjenza u viżibilità, kif ukoll biex tikseb sinerġiji baġitarji aħjar; il-pakkett finanzjarju tal-programm COSME m’għandux ikun iżgħar f’termini reali mill-approprjazzjonijiet allokati lill-programm CIP. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) L-ammonti tal-multi imposti mill-Kummissjoni fuq intrapriżi li ma jirrispettawx il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE għandhom jiġu assenjati lill-Programm, apparti mill-pakkett finanzjarju tiegħu. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. | (11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, persuni li jaħdmu għal rashom, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-intraprendituri żgħażagħ, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-programm “Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ”. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi. Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. | (12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi, kif ukoll ir-rieda ta’ intraprendituri ġodda li jieħdu f’idejhom kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ negozju/suċċessjoni. L-istrumenti finanzjarji tal-UE li twaqqfu fl-2007-2013, partikolarment l-SMEG, għandhom valur miżjud evidenti u taw kontribut pożittiv lil tal-anqas 120 000 SMEs, filwaqt li kkontribwixxew biex iżommu 851 000 impjieg sa mill-eruzzjoni tal-kriżi finanzjarja fl-2008. Il-valur miżjud imtejjeb għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti jinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar tagħhom biex iżidu l-viżibilità u l-aċċessibilità ta’ tali strumenti fit-territorju tagħhom. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a)Importanti li jiġi massimizzat l-impatt tal-Programm billi jiġu mobilizzati, miġbura flimkien u sfruttati bl-aħjar mod ir-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (23a) Il-Programm għandu jiżgura l-ogħla livell ta’ trasparenza, responsabbilizzazzjoni u skrutinju demokratiku tal-istrumenti u l-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, b’mod speċjali rigward il-kontribut tagħhom, kemm dak mistenni kif ukoll dak mogħti, għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (24a) Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effikaċi u faċli sabiex jintuża, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (25a) L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tkun monitorjata annwalment bl-għajnuna ta’ indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi l-linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt ikunu intlaħqu l-għanijiet tal-programm. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Programm għal azzjonijiet tal-Unjoni biex itejjbu l-kompetittività tal-intrapriżi, b’enfasi speċjali fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (minn hawn 'il quddiem "il-Programm"), huwa stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. | Programm għal azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetittività tal-intrapriżi, b’enfasi speċjali fuq il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi ż-żgħar, tal-artiġjanat u ta' daqs medju (SMEs) (minn hawn 'il quddiem "il-Programm"), huwa stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Dicembru 2020. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) id-differenza bejn in-numru ta’ SMEs stabbiliti ġodda u dawk li diġà jeżistu, |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira: | (b) li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira, b’mod partikolari l-intraprendituri żgħażagħ; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 2,522 biljuni, li minnhom EUR 1,4 biljun se jiġi allokat għall-istrumenti finanzjarji. | 1. Fit-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-.../... bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar għall-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm fit-tul kollu tiegħu, għandu jkun [...] tal-valuri limitu totali tal-2014-2020 QFP, li minnhom 60% se jiġu allokati għall-istrumenti finanzjarji. Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-ammont allokat għall-istrumenti finanzjarji msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huwa ammont indikattiv mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja. Jista’ jiġi adattat ’il fuq jew ’l isfel fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, skont ir-riżultati akkwistati fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji differenti stipulati fl-Anness II. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Għandha tkun stabbilita azzjoni “Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ” bl-għan li tiżviluppa l-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri potenzjali u ġodda. | 3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet, mentalitajiet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fost intraprendituri potenzjali u ġodda. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Article 14 – paragraph 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (EU) Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020. | 4. Skont l-Artikolu 18(3)(h) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness II – taqsima "Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF)" – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-LGF għandha tkopri self sa EUR 150.000 u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta' titolizzazzjoni. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta' self kif ukoll f'dak li hu volum ta' self. | 3. L-LGF għandha tkopri self sa EUR 250.000 u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta' titolizzazzjoni. Fil-każ ta’ finanzjament ta’ trasferiment ta’ negozju, l-ammont tas-self jista’ jkun sa EUR 1.000.000. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta separatament dwar il-bidu ta’ negozji, it-trasferiment ta' negozji, l-estensjoni ta' negozji eżistenti u l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta' self kif ukoll f'dak li hu volum ta' self. |
PROĊEDURA
Titolu | Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) | |||
Referenzi | COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Paul Rübig 6.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 20.6.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 6.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 33 2 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Peter Jahr, Jürgen Klute, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Data tal-adozzjoni | |||
10.7.2012
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020)
( COM(2011)0834 – C7‑0463/2011 – 2011/0394(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Emma McClarkin
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur tilqa' l-Programm COSME kif propost mill-Kummissjoni għall-2014-2020 li l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni kif ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Ir-Rapporteur tqis li l-Programm għandu tassew jiffoka fuq it-tħeġġiġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-intrapriżi Ewropej, partikolarment l-SMEs. Għandu jkollu wkoll l-għan li jiffaċilita aċċess aħjar għall-finanzjament u li jippromwovi l-intraprenditorija, anke fost gruppi speċifiċi bħaż-żgħażagħ u n-nisa. Il-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-swieq, partikolarment fl-Unjoni, iżda anke globalment, hija objettiv fundamentali ieħor.
Ir-Rapporteur tqis li l-impjieg indipendenti u l-iżvilupp tan-negozji huma sorsi importanti ta' tkabbir u ħolqien tal-impjiegi fil-livell tal-UE. Għalhekk, jeħtieġ li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-imprendituri, speċjalment l-SMEs, u għaċ-ċittadini li jridu jibdew negozju. Meta fasslet din l-opinjoni, ir-Rapporteur iffukat fuq xi oqsma fundamentali li jistgħu jikkontribwixxu favur dan l-objettiv:
·il-promozzjoni tal-użu ta' mudelli kummerċjali kompetittivi ġodda u l-kooperazzjoni tal-SMEs f'katini tal-valur ġodda u fi swieq ġodda;
·it-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażi tal-bidu u tat-tkabbir;
·it-tnaqqis u s-simplifikazzjoni ta' ostakli li jieħdu l-ħin għall-SMEs;
·it-tisħiħ tal-promozzjoni tal-programmi u l-fondi COSME lill-SMEs sabiex ikunu konxji dwar l-opportunitajiet finanzjarji li jistgħu jibbenefikaw minnhom;
·il-finanzjament tan-Netwerk ta' Appoġġ Ewropew għall-Intrapriżi speċjalment biex jiġu identifikati l-programmi tal-UE li jistgħu jtejbu l-kompetittività u t-tkabbir tan-negozji fis-Suq Uniku;
·l-appoġġ tal-SMEs billi jingħataw pariri u informazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-ostaki għad-dħul fis-suq, l-opportunitajiet kummerċjali, l-istandards u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi prijoritarji;
·il-promozzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni fir-rigward tas-servizzi diġitali;
·għandha titqiegħed fis-seħħ sistema ta' monitoraġġ biex ikun żgurat li l-banek jużaw il-fondi u l-garanziji biex iżidu s-self lill-SMEs;
Ir-Rapporteur tal-fehma li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex terġa' tieħu miżuri li diġà jkunu qed jittieħdu mill-Istati Membri. Għalhekk, ir-Rapporteur tistenna b'ħerqa r-riżultati tal-eżerċizzju ta' mmappjar li qed isir attwalment mill-Kummissjoni. Huwa fundamentali li COSME jagħti valur miżjud u li l-flus li jintefqu fuq dan il-programm jintużaw għal miżuri li joħolqu t-tkabbir.
F'termini ta' miżuri ta' appoġġ u simplifikazzjoni, ir-Rapporteur tissottolinja l-valur tar-regolamentazzjoni intelliġenti, inklużi verifiki tal-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u valutazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta' rilevanza partikolari għall-kompetittività u t-tkabbir tal-intrapriżi. Biex in-negozji jkollhom anqas xkiel u biex jitħeġġeġ it-tkabbir fejn ikun meħtieġ, il-leġiżlazzjoni għandha tiġi ssimplifikata jew revokata u l-piżijiet fuq l-SMEs għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun f'leġiżlazzjoni futura.
Ir-Rapporteur tikkondividi l-approċċ tal-Kummissjoni li l-mikrointrapriżi għandhom ikunu eżentati mil-leġiżlazzjoni tal-UE sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni li turi li dan m'għandux isir. Il-promozzjoni tal-użu tat-test tal-SMEs u tat-testijiet tal-impatt fuq il-kompetittività, li għandhom isiru wkoll mill-Istati Membri, hija kruċjali biex jitnaqqsu l-piżijiet.
Fir-rigward tat-turiżmu, ir-Rapporteur m'għandhiex dubji li dan is-settur qed jiġi ttrattat b'mod differenti filwaqt li setturi oħrajn, bħall-akkwist pubbliku u s-servizzi li huma kruċjali għat-tkabbir, mhumiex. Skont ir-Rapporteur, l-evalwazzjoni ta' COSME, inklużi l-impatti fuq il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, sabiex jiġi mmonitorjat kemm fil-fatt intlaħqu l-objettivi tal-Programm, hija essenzjali.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali. | (1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn 'il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livelli għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali, pereżempju permezz tal-SMEs li għandhom rwol importanti biex jintlaħqu dawk il-miri. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rwol importanti tal-SMEs biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 huwa rifless fil-fatt li l-SMEs jissemmew f’sitta mis-seba’ inizjattivi ewlenin tagħha. L-importanza tal-SMEs għandha għalhekk tkun enfasizzata fid-deskrizzjoni tal-Programm.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà jkunu ċentrali" f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi servizzi relatati man-negozju. | (2) Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, li huwa prijorità ewlenija, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà jkunu ċentrali" f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi servizzi relatati man-negozju. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Id-distakki, il-frammentazzjoni u l-burokrazija żejda fis-Suq Uniku ma jħallux liċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, jieħdu l-benefiċċji kollha tiegħu. Ħafna SMEs, pereżempju, jaffaċċjaw diffikultajiet kontinwi meta jippruvaw jinnegozjaw transkonfinalment. Għalhekk sforzi miftiehma min-naħa tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri sabiex jindirizzaw l-implimentazzjoni, il-leġiżlazzjoni u n-nuqqasijiet fl-informazzjoni huma meħtieġa ħafna. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ukoll biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, finanzjarji u regolatorji eċċessivi fuq l-SMEs. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ‘il quddiem "il-Programm"). | (6) Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn 'il quddiem "il-Programm"). Mingħajr ma jkun hemm programmi li jidħlu f’xulxin fuq livell ta’ Stat Membru, il-Programm għandu jkun speċifikament faċilment aċċessibbli għall-SMEs kollha, partikolarment l-intrapriżi żgħar u l-mikroentitajiet. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi jistgħu jikbru b’mod sostenibbli. Produttività mtejba hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien. Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 % tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. | (8) Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi jistgħu jinħolqu u jikbru b’mod sostenibbli. Produttività mtejba hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien. Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 % tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. | (11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro u lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi ta' gruppi fil-mira, bħall-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa. Informazzjoni mmirata għandha tkun provduta għal gruppi speċifiċi, bħal pereżempju, il-migranti u l-persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jippromwovi t-trasferiment tal-intrapriżi, l-ispin-offs u t-tieni ċansijiet għall-intraprendituri. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi. Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. | (12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa, fuq it-tkabbir tal-intrapriżi u fuq is-suċċess tat-trasferimenti tas-sjieda jew tat-trasferimenti ġenerazzjonali. Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament simplifikat u aktar trasparenti tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu koerenti, konsistenti u kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE. |
Ġustifikazzjoni
Il-garanzija tal-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ intrapriżi huwa element importanti ħafna fl-iżgurar tad-disponibilità tal-fondi. Id-disponibilità ta’ kapital meta jseħħu bidliet fis-sjieda hija waħda mill-isfidi ewlenin għall-politika tal-intraprenditorija.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi wera li kien ta’ valur miżjud għall-SMEs Ewropej bħala “one-stop-shop” ta’ appoġġ għan-negozji billi għin intrapriżi biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u lil hinn. It-tħaffif tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’ dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment tat-teknoloġija, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament u dwar il-proprjetà intellettwali u dwar l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali. | (13) In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi jrid jibqa' juri l-valur miżjud tiegħu għall-SMEs Ewropej fl-identifikazzjoni ta' programmi u servizzi xierqa tal-Unjoni ta’ appoġġ għan-negozji biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u lil hinn. It-tħaffif tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’ dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment tat-teknoloġija, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament tal-Unjoni u dwar il-proprjetà intellettwali u dwar programmi tal-Unjoni biex jinkoraġġixxu l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni u inkoraġġixxa b’suċċess il-parteċipazzjoni tal-SMEs fi programmi ta’ finanzjament tal-UE, bħas-Seba' Programm Qafas. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali. Fejn hu possibbli n-Netwerk għandu jkun perfezzjonat aktar permezz ta’ kuntatt aħjar ma’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u profil ogħla fl-Istati Membri. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) L-attivitajiet f’dan il-qasam jistgħu joħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-SMEs meta jippjanaw biex isiru attivi barra minn pajjiżhom. Attivitajiet bħal dawn għandhom, fost l-oħrajn, jinkludu informazzjoni fuq id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-istandards tekniċi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali favorevoli. L-interessi tal-SMEs u s-setturi li fihom huma l-iktar attivi jeħtieġu attenzjoni partikulari. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs għall-SMEs u biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala Ewropea. | (15) Biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali favorevoli billi jitnaqqas il-piż tal-leġiżlazzjoni. L-interessi tal-SMEs jeħtieġu attenzjoni partikulari. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs għall-SMEs, biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala Ewropea u biex ikun hemm appoġġ għall-iżvilupp ta’ politika tal-SMEs tal-Unjoni komuni b’valur miżjud Ewropew. Is-servizzi diġitali jistgħu jkunu partikolarment kosteffikaċi f'dan il-qasam. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) L-implimentazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ adegwati tas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għal tilwim tal-konsumaturi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippermettu li t-tilwim jissolva qabel, b’anqas spejjeż u burokrazija kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti, u għalhekk jinkoraġġixxi l-SMEs biex jipparteċipaw aktar bis-sħiħ fis-Suq Uniku u jżidu l-kompetittività tagħhom. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet u konferenzi Ewropej, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. | (16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) L-SMEs ta’ spiss ma jitħallewx jaċċessaw is-swieq tal-akkwist pubbliku minħabba piżijiet amministrattivi eċċessivi fis-sejħiet għall-offerti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membru għandhom jissimplifikaw dawn ir-rekwiżiti sabiex iżidu l-kompetittività u joħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-SMEs. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku, restrizzjonijiet fir-riżorsi xejriet soċjali emerġenti jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal xi setturi. Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn qed jiffaċċjaw sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs u għalhekk jeħtiġilhom jadattaw biex jaħsdu l-benefiċċji u jaħtfu l-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Peress li dawn l-isfidi japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni. | (17) Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku, in-natura limitata tar-riżorsi naturali, u xejriet soċjali emerġenti jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal ħafna setturi li qed jiffaċċjaw sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs. Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn jeħtiġilhom jadattaw biex jibbenefikaw mill-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Oġġetti tal-konsumatur ibbażati fuq id-disinn jirrappreżentaw settur importanti ekonomiku fl-Unjoni u l-intrapriżi tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għat-tkabbir u l-impjiegi. Peress li dawn l-isfidi japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jinħoloq tkabbir addizzjonali. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”, li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Hemm valur miżjud ċar għall-inizattiva tat-turiżmu fuq il-livell tal-Unjoni, speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ promozzjoni transnazzjonali u fl-iskambju tal-aħjar prattiki. | (18) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”, li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f'dan il-qasam. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija, bħall-biċċa l-kbira tas-setturi kummerċjali, prinċipalment mill-SMEs. Inizjattivi fis-settur turistiku għandhom jiġu appoġġjati mill-Programm fejn hemm valur miżjud ċar fuq il-livell tal-Unjoni. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Il-Programm għandu jindika azzjonijiet għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. | (19) Il-Programm għandu jindika azzjonijiet għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u l-arranġamenti trasparenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali. | (20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm u programmi oħrajn tal-Unjoni, bħal Orizzont 2020, u l-Fondi Strutturali. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tat-turiżmu; | (a) li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, b'mod partikolari tal-SMEs; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. | (b) li jiġu mħeġġa spirtu u kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs, | (c) it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u regolatorji fuq l-SMEs, |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) u r-rata ta’ dħul tal-SMEs. | (e) u l-bidu, it-tkabbir u t-tnaqqis fin-numru ta’ fallimenti tal-SMEs. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż is-settur tat-turiżmu; | (a) li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività, it-tkabbir, l-internazzjonalizzazzjoni u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, anke fis-setturi tas-servizzi u t-turiżmu, l-akkwist u l-intraprenditorija ġdida; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira: | (b) li tkun promossa l-imprenditorija, anke fost gruppi speċifiċi fil-mira, bħaż-żgħażagħ u n-nisa; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn; | (c) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn, bil-kapital ta' riskju b'mod partikolari; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment: | (d) li jittejjeb l-aċċess għas-swieq, partikolarment fl-Unjoni, kif ukoll globalment. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; | (a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u l-promozzjoni ta’ żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn tal-SMEs. | (c) appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi, il-miżuri u li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u regolatorji għall-SMEs. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) miżuri għall-promozzjoni tal-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, b’mod partikolari permezz ta’ informazzjoni u gwida mtejba dwar is-sejħiet għall-offerti u dwar l-opportunitajiet ġodda offruti mill-qafas legali tal-UE modernizzat, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-organizzazzjoni ta’ taħriġ u avvenimenti li jinvolvu x-xerrejja pubbliċi u l-SMEs; |
Ġustifikazzjoni
Strumenti ta’ politika pubblika għandhom jiġu adottati skont il-ħtiġijiet tal-SMEs. Għandhom jagħmlu użu mill-Kodiċi tal-Aħjar Prattika li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet kontraenti dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b’mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi. Sabiex jiġi implimentat il-prinċipju V tal-SBA “Adattament tal-istrumenti ta’ politika pubbliċi għall-ħtiġijiet tal-SMEs: faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u użu aħjar tal-possibilitajiet tal-Għajnuna mill-Istat għall-SMEs”, il-COSME għandu jiffinanzja miżuri għall-promozzjoni tal-aċċess għall-SMEs fl-akkwist pubbliku.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji kompetittivi bbażati fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għoli lejn il-PGD tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta’ swieq ġodda u l-provvista ta' prodotti u servizzi bbażati fuq l-aktar mudelli kummerċjali kompetittivi jew fuq ktajjen ta’ valur modifikati. Dawn għandhom jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sostenibilità u r-responsabilità soċjali korporattiva. | 3. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji kompetittivi bbażati fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għoli lejn il-PGD tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-użu ta' mudelli kummerċjali kompetittivi ġodda, il-kooperazzjoni tal-SMEs fi ktajjen ta’ valur ġodda u l-iżvilupp ta' swieq ġodda, u għandhom jippromwovu prodotti u proċessi mtejba u strutturi organizzattivi flessibbli. Dawn jistgħu jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sostenibilità u r-responsabilità soċjali korporattiva. L-attivitajiet għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ġodda kif ukoll l-użu kummerċjali ta’ ideat relevanti għal prodotti u servizzi ġodda. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġja wkoll attivitajiet speċifiċi għas-settur għal dawn l-għanijiet, f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b’kontribut għoli għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu, f’każi fejn il-valur miżjud fl-Unjoni jista’ jintwera b'mod suffiċjenti. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi lejn il-promozzjoni tal-imprenditorija billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-intrapriżi. | 1. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-inkoraġġiment tal-ispirtu intraprenditorjali billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-bidu, l-iżvilupp, it-trasferiment, it-tkabbir u t-tieni ċansijiet tal-intrapriżi. |
Ġustifikazzjoni
L-SMEs huma sensittivi għal kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, u huwa importanti li tinżamm miżura ta’ flessibilità meta jiġu allokati l-fondi.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn. | 1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, u jnaqqsu u jissimplifikaw l-ostakli li jieħdu l-ħin għall-SMEs fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir u t-trasferiment, mingħajr ma timponi piżijiet amministrattivi u regolatorji addizzjonali u filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha żżomm l-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi sabiex ikompli t-titjib fil-kompetittività tal-SMEs u l-aċċess għas-swieq. | 1. Sabiex tkompli ttejjeb il-kompetittività u l-aċċess għas-swieq tal-intrapriżi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiffinanzja n-Netwerk ta' Appoġġ Ewropew għall-Intrapriżi biex jiġu identifikati programmi xierqa tal-Unjoni li jistgħu jgħinu biex tittejjeb il-kompetittività tagħhom u jiġu studjati opportunitajiet kummerċjali, partikolarment fis-Suq Uniku, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi li jsiru mill-Istati Membri. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa azzjonijiet biex jittejbu l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku inkluż għoti ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. | 2. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex jittejbu l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku inkluż għoti ta’ informazzjoni (anke permezz tas-servizzi diġitali) u sensibilizzazzjoni dwar suġġetti bħal opportunitajiet kummerċjali transkonfinali. Dawn l-azzjonijiet jistgħu wkoll jimmiraw lejn ir-riċerka għat-tneħħija ta’ ostakli legali u regolamentari eżistenti. Il-miżuri jistgħu jinkludu li jkun żgurat li l-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk ta' Appoġġ Ewropew għall-Intrapriżi u s-servizz Europe Direct jingħataw informazzjoni adegwata u, jekk meħtieġ, taħriġ, biex ikun offrut standard ta’ servizz għoli għall-SMEs, u enfasi mill-ġdid tan-Netwerk ta' Appoġġ Ewropew għall-Intrapriżi fuq l-għoti ta’ appoġġ magħmul apposta għall-SMEs. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-miżuri speċifiċi għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu appoġġ permezz tal-Programm dwar l-istandards u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità. | 3. Il-miżuri speċifiċi għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu appoġġ, pariri u informazzjoni permezz tal-Programm dwar, inter alia, l-ostakli għad-dħul fis-suq, l-opportunitajiet kummerċjali, l-istandards u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità. Dawn il-miżuri għandhom jikkomplementaw iżda mhux jidduplikaw l-attivitajiet ewlenin għall-promozzjoni tal-kummerċ tal-Istati Membri. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Sabiex ikun implimentat il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jkunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni, kif ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. | 1. Sabiex ikun implimentat il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet segwiti abbażi ta' konsultazzjonijiet minn qabel, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jkunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni, kif ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-intrapriżi, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu ssimplifikati, jew oqsma li fihom hemm bżonn li jiġu propost miżuri leġiżlattivi ġodda; | (c) "verifiki tal-prestazzjoni" tal-leġiżlazzjoni eżistenti u evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività u t-tkabbir tal-intrapriżi, u b'mod partikolari tal-SMES, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu ssimplifikati jew revokati, u li jkun żgurat li l-piżijiet fuq l-SMEs jitnaqqsu kemm jista' jkun f'oqsma li fihom jiġu proposti miżuri leġiżlattivi ġodda; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa l-intrapriżi, il-politika speċifika industrijali u l-miżuri relatati mal-kompetittività; | (d) l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa l-intrapriżi, u b’mod partikolari l-SMEs, il-politika speċifika industrijali u l-miżuri relatati mal-kompetittività; |
Ġustifikazzjoni
L-importanza tal-SMEs għandha għalhekk tkun enfasizzata fid-deskrizzjoni tal-Programm.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja, ir-riżulati u, fejn hu possibbli, l-impatt. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt fuq l-appoġġ lill-għanijiet tal-bidla fil-klima sakemm dan il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv mhux ġustifikat għall-SMEs. | 2. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja, ir-riżulati u l-impatt, fosthom, b'mod partikolari, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt fuq l-appoġġ lill-għanijiet tal-bidla fil-klima sakemm dan il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv mhux ġustifikat għall-SMEs. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Mhux iktar tard mill-2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-għanijiet tal-azzjonijiet kollha skont dan il-Programm fil-livell ta' riżultati u impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. Ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu jindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dan għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti; | 3. Mhux iktar tard mill-2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni, li għandu jiġi ppubblikat kull tliet snin, dwar il-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati kollha skont dan il-Programm fil-livell ta' riżultati u impatti, speċjalment dwar il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. Ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu jindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dan għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Sabiex il-fondi jaslu għand l-SMEs, għandha titqiegħed fis-seħħ sistema ta' monitoraġġ biex ikun żgurat li l-banek jużaw il-fondi u l-garanziji biex iżidu s-self lill-SMEs. Din tista' tinkludi skedi ta' rappurtar u kodiċi ta' kondotta għall-banek li jsellfu lill-SMEs. Is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tiżgura wkoll li mhux intrapriżi ta’ daqs medju biss qed jirċievu self mill-fondi tal-Unjoni, iżda anke dawk żgħar u mikro. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Strumenti finanzjarji skont il-Programm għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. L-istrumenti fianzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta' garanzija fuq self. | 1. Strumenti finanzjarji skont il-Programm għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir u tat-trasferiment. L-istrumenti fianzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta' garanzija fuq self. |
Ġustifikazzjoni
L-SMEs huma sensittivi għal kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, u huwa importanti li tinżamm miżura ta’ flessibilità meta jiġu allokati l-fondi.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs orjentati għat-tkabbir jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu magħquda ma’ strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]], u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan ir-Regolament. | 2. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu magħquda ma’ strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]], u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan ir-Regolament. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness I – għan ġenerali 1 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostennbbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu | 1. Li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – għan ġenerali 1 – indikatur tal-impatt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bidla tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs (Għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida) | Tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u regolatorji fuq l-SMEs (Għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida) |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness I – għan speċifiku 1 – L-iżvilupp tal-politika tal-SMEs – indikatur tar-riżultat 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME | L-għadd ta' Stati Membri li jużaw it-test tal-SME u t-test tal-impatt fuq il-kompetittività |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness I – għan speċifiku 2 – Sostenn għall-imprenditorija – mira fuq il-medda medja ta' żmien (riżultat) 2017 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena | Tal-anqas seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati fis-sena |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 2 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-EFG għandha tiffoka fuq fondi li jipprovdu kapital ta’riskju u finanzjament intermedju, bħalma hu s-self subordinat u parteċipanti, għall-intrapriżi ta’ espansjoni u dawk li qegħdin fi stadju ta’ tkabbir, partikolarment dawk li joperaw transkonfinalment, filwaqt li jkollha l-possibbiltà biex tagħmel investimenti f'intrapriżi li qegħdin fi stadju bikri flimkien mal-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni skont l-Orizzont 2020. Fil-każ tal-aħħar, l-investiment minn l-EFG m’għandux jaqbeż l-20 % tal-investiment totali tal-UE ħlief f'każijiet ta' fondi f'diversi stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u l-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni se jkun ipprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta’ investiment tal-fondi. L-EFG għandu jevita li jixtri kapital ta’ akkwist jew kapital ta’ bdil intiż għax-xoljiment ta' intrapriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-limitu ta’ 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. | 1. L-EFG għandha tiffoka fuq fondi li jipprovdu kapital ta’ riskju u finanzjament intermedju, bħalma hu s-self subordinat u parteċipanti, għall-intrapriżi ta’ espansjoni u dawk li qegħdin fi stadju ta’ tkabbir (li jinkludu l-intrapriżi inovattivi ta' espansjoni u dawk li qegħdin fi stadju ta' tkabbir), partikolarment dawk li joperaw transkonfinalment, filwaqt li jkollha l-possibbiltà biex tagħmel investimenti f'intrapriżi li qegħdin fi stadju bikri flimkien mal-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni skont l-Orizzont 2020. Fil-każ tal-aħħar, l-investiment minn l-EFG m’għandux jaqbeż l-20 % tal-investiment totali tal-UE ħlief f'każijiet ta' fondi f'diversi stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u l-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni se jkun ipprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta’ investiment tal-fondi. L-EFG għandu jevita li jixtri kapital ta’ akkwist jew kapital ta’ bdil intiż għax-xoljiment ta' intrapriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-limitu ta’ 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. |
PROĊEDURA
Titolu | Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) | |||
Referenzi | COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Emma McClarkin 29.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 25.4.2012 | 30.5.2012 | 9.7.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 32 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Emilie Turunen, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Emma McClarkin, Sabine Verheyen, Anja Weisgerber | |||
25.9.2012
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2014 - 2020)
( COM(2011)0834 ) – C7‑0463/2011 – 2011/0394(COD) )
Relatur: Marina Yannakoudakis
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fid-dawl tal-kriżi ekonomika fl-UE hu ta' importanza vitali li nużaw ir-riżorsi tagħna tajjeb u li nieħdu l-aħjar vantaġġ minnhom. L-ikbar assi li l-kumpanniji kollha għandhom huwa l-impjegati tagħhom u l-intraprendituri li joħolqu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) innovattivi u mhux innovattivi. Dawn l-impjegati u l-SMEs li jikkostitwixxu huma s-sors tal-ħajja tal-ekonomija Ewropea.
Fi ħdan l-SMEs il-kontribut li jagħtu n-nisa għad irid jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu[1] u aħna rridu naħdmu biex niżguraw li l-parteċipazzjoni tan-nisa f'dan il-qasam tiżdied filwaqt li nipprowovu wkoll rakkomandazzjonijiet prattiċi li jqisu r-realtà tal-ħajja tan-negozju u dik ekonomika f'ambjent tas-suq kompetittiv.
Filwaqt li s-setturi kollha tan-negozju għandu jkollhom aċċess ugwali għall-Programm futur għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' Daqs Medju (2014–2020), aħna għandna niżguraw ukoll li fi ħdan dawn in-negozji nħarsu mill-qrib lejn il-bżonn għall-ugwaljanza tal-ġeneri permezz tal-rikonoxximent ta' perspettiva tal-ġeneru fil-proposta.
Hu importanti li niżguraw ukoll li nonoraw impenn morali biex ngħinu li jitnaqqas ir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali fl-UE, peress li 16 fil-mija tal-popolazzjoni tas-27 Stat Membru fl-2010 kienu fir-riskju tal-faqar minħabba li l-introjtu disponibbli tagħhom kien taħt il-limitu minimu tar-riskju[2]. Din l-istatistika tiċċara b'mod evidenti l-valur u l-importanza li jiżdied in-numru ta' intraprendituri nisa, li huma grupp eteroġenju li jvarja f'termini ta' età, sfond u edukazzjoni.
Filwaqt li l-kriżi ekonomika tkompli, hu ta' importanza kbira li nirċievu l-valur għall-flus mill-inizjattivi kollha tal-UE, peress li dawn huma għodod importanti li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku u soċjali fil-post tax-xogħol. B'dan bħala punt tat-tluq, ir-rapporteur għal opinjoni qed timmira li tqajjem il-kuxjenza dwar l-użu tal-opportunitajiet eżistenti ta' għoti ta' fondi bħall-mikrofinanzi, l-għotjiet speċjali u l-kapital ta' riskju b'enfasi fuq il-ġeneru.
Ir-rapporteur għal opinjoni tħoss li leġiżlazzjoni tal-UE tqila mhix l-iktar mod prattiku biex nimxu 'l quddiem, speċjalment met nqisu li "l-impjieg" huwa kompetenza tal-Istat Membru. Ir-rapporteur għal opinjoni hu tal-fehma li l-kondiviżjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prassi hija l-iktar mod effettiv biex jitħeġġu l-kompetizzjoni u l-intraprenditorija sostenibbli. Dan għandu l-benefiċċju doppju li jappoġġja l-intraprendituri nisa filwaqt li huwa relattivament irħis finanzjarjament.
Rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prassi
Biex jinkiseb fehim veru tal-problema hu neċessarju li tinġabar data konċiża, eżatta u aġġornata bi qbil mar-regoli tal-protezzjoni tad-data. Din id-data għandha tinqasam f'informazzjoni dwar il-ġeneru, l-etniċità, l-età, iż-żona, id-daqs u t-tul tan-negozju. Dan se jiżgura li l-fondi jiġu mmirati lejn iż-żoni korretti u l-iktar effettivi sabiex ikun żgurat it-tkabbir u l-appoġġ lin-nisa fl-SMEs.
Barra minn hekk, l-opinjoni tirrikonoxxi li l-ugwaljanza tal-ġeneru tinkiseb bl-aħjar mod permezz ta' edukazzjoni b'saħħitha li tippromwovi l-ġustizzja u tinkoraġġixxi lin-nisa jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-oqsma kollha tal-impjieg. Ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' l-iskemi ta' appoġġ ta' mentoring edukattiv, bħan-Netwerk Ewropew tal-Kummissjoni ta' Ambaxxaturi Nisa tal-Intraprenditorjat (European Network of Female Entrepreneurship Ambassadors – ENFEA), imma targumenta li biex tiżdied is-saħħa ta' din l-inizjattiva hemm bżonn li l-Istati Membri jużaw il-faċilitajiet eżistenti tal-UE biex jospitaw u jmexxu l-iskema.
L-iżvilupp tat-Tekonoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK) jista' wkoll jikkontribwixxi lejn il-funzjonament bla xkiel tal-SMEs billi joffri l-opportunità flessibbli fil-post tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jużaw it-TIK sabiex ikunu jistgħu jgħinu biex titqajjem il-kuxjenza u joffru appoġġ ta' netwerking għan-nisa permezz tal-użu ta' portalli u blogs ibbażati fil-web, li jistgħu jipprovdu ħolqiet għal kuntatti relevanti ta' intraprendituri nisa, rappreżentanti u avvenimenti. L-internet u l-appoġġ onlajn jistgħu joffru wkoll l-għażla lin-nisa li jaħdmu mid-dar, jew li huma bbażati f'żoni remoti. L-appoġġ għandu jkun kehmm nazzjonali kif ukoll reġjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u li jkun aċċessat permezz ta' mezzi differenti tal-komunikazzjonijiet.
Sommarju
Biex tiżdied l-ugwaljanza tal-ġeneru fin-negozju hemm bżonn approċċ b'diversi aspetti li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prassi li joffru l-għażla, il-flessibilità u opportunità għan-nisa. Li jinkiseb dan ifisser li hemm bżonn ta' data konċiża, eżatta u aġġornata, aċċess għall-mikrofinanzi, edukazzjoni b'saħħitha, skemi ta' appoġġ, mudelli ta' rwol u Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK) li kollha għandhom joffru valur għall-flus. Fil-bażi tal-bżonn għal tali miżuri hemm l-indirizzar tal-impenn morali biex jgħin jitnaqqas ir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-UE.
Il-programm COSME jirrappreżenta pjan direzzjonali vijabbli għall-ħames snin li ġejjin u r-rapporteur għal opinjoni tixtieq tara li t-test finali jqis il-kontribut uniku li jistgħu jagħtu n-nisa fin-negozju billi jħeġġu u jinkoraġġixxu t-tkabbir, ħaġa li se tkun vitali biex tgħin biex titnaqqas il-kriżi ekonomika serja li qed tiffaċċja bħalissa l-Ewropa u l-ekonomika globali usa'.
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali. | (1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoli ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali, għan-nisa u l-irġiel b’mod ugwali. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) F’Ġunju 2008 il-Kummisjsoni adottat il-Komunikazzjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) jipprovdi qafas politiku komprensiv għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jippromovi l-intraprenditorija u jistabbilixxi fis-sod il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fil-liġi u l-politika sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs. L-SBA tistabbilixxi 10 prinċipji u tiddeskrivi politika u azzjonijiet leġiżlattivi li jippromovu l-potenzjal tal-SMEs biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-SBA tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. Azzjonijiet diversi għall-SMEs diġà ġew stabbiliti fl-inizjattivi prominenti. | (3) F’Ġunju 2008 il-Kummisjsoni adottat il-Komunikazzjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) jipprovdi qafas politiku komprensiv għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jippromovi l-intraprenditorija, jimmira li jisfrutta aħjar il-potenzjal tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ u n-nisa u jistabbilixxi fis-sod il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fil-liġi u l-politika sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs. L-SBA tistabbilixxi 10 prinċipji u tiddeskrivi politika u azzjonijiet leġiżlattivi li jippromovu l-potenzjal tal-SMEs biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-SBA tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. Azzjonijiet diversi għall-SMEs diġà ġew stabbiliti fl-inizjattivi prominenti. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Mal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 , adottata fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni tistabbilixxi pakkett ta' proposti leġiżlattivi u d-dokumenti tal-baġit tal-Unjoni 2014-2020. Dak il-qafas finanzjarju multiannwali jiddeskrivi kif se jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ żieda fit-tkabbir u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi fl-Ewropa u l-istabbiliment ta’ ekonomija b’karbonju baxx u aktar konxja mill-ambjent u Ewropa internazzjonalment prominenti. | (5) Mal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 , adottata fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni tistabbilixxi pakkett ta' proposti leġiżlattivi u d-dokumenti tal-baġit tal-Unjoni 2014-2020. Dak il-qafas finanzjarju multiannwali jiddeskrivi kif se jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ żieda fit-tkabbir u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi sew għall-irġiel kif ukoll għan-nisa fl-Ewropa u l-istabbiliment ta’ ekonomija b’karbonju baxx u aktar konxja mill-ambjent u Ewropa internazzjonalment prominenti. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) L-intraprenditorija tan-nisa u l-SMEs tan-nisa jipprovdu sors prinċipali biex jiżdied il-grad ta' impjieg tan-nisa u b'hekk jiġi kapitalizzat iktar fuq il-livell ta' edukazzjoni tan-nisa. L-intraprenditorija tan-nisa tiżgura wkoll id-dinamiżmu u l-innovazzjoni fin-negozju, li l-potenzjal tagħhom għadu 'l bogħod milli jiġi sfruttat fl-Unjoni, b'żieda fin-numru ta' intraprendituri nisa li tirriżulta f'impatt pożittiv u kontribut immedjat għall-ekonomija ġenerali. In-nisa għandhom motivazzjoni speċjali għall-indipendenza, għaliex billi jmexxu azjenda tagħhom setss ikunu jistgħu jiffissaw huma stess ħinijiethom tax-xogħol, u b’hekk jikkonċiljaw aktar il-ħajja tax-xogħol ma’ dik tal-familja. Fi klima ekonomika instabbli l-miżuri ta' appoġġ għall-intraprendituri nisa faċli li jiġu traskurati. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Fil-qies tal-proporzjon baxxa ta’ intraprendituri nisa (biss 30 % fl-Ewropa), il-Programm għandu jippromwovi u jiffaċilita l-intraprenditorija tan-nisa minħabba li intraprendituri n isa għandhom impatt sinifikanti fuq l-ekonomija, mhux biss għax kapaċi joħolqu xogħol għalihom infushom, imma wkoll għax kapaċi joħolqu impjiegi għal ħaddieħor. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi dinjija kurrenti jenfasizzaw bil-qawwa d-dimensjoni sinifikanti tal-intraprenditorija tan-nisa bħala forza ekonomika emerġenti, kif jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li din l-intraprenditorija tkun promossa. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11c) Il-Programm għandu jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta’ sjieda tan-negozji, edukazzjoni, taħriġ, riċerka u avvokatura li ma jkunux segregati abbażi tal-ġeneru, permezz tal-integrazzjoni tal-informazzjoni relevanti fis-sistema kollha kemm hi għad-dispożizzjoni tal-persuni interessati kollha, kif ukoll permezz tal-varar ta’ kampanji u netwerks tal-midja soċjali. Permezz tal-universitajiet, l-istituzzjonijiet tal-UE, il-ministeri tal-edukazzjoni u dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri, għandu jippromwovi bl-istess mod sew l-intraprenditorija tan-nisa bħala qasam ta’ interess għaż-żewġ sessi, mill-istdaji bikrija tal-edukazzjoni, kif ukoll l-immaġni tal-intraprendituri nisa bħala mudelli għal ħaddieħor. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Billi l-mikrokrediti (jiġifieri self taħt EUR 25 000) jinħarġu mill-intermedjarji finanzjarji taħt l-iskema ta’ garanzija. M’hemm previst l-ebda ftuħ għall-mikrkrediti taħt il-Programm, ladarba dan jikkostitwixxi tirkib fuq il-“Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni” propost mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2011, li jkorpri l-mikrokrediti speċifikament. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet u konferenzi Ewropej, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. | (16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni li jeħtieġ li jiġi ispirat b’approċċi innovattivi u differenti li jindirizzaw gruppi speċifiċi ta’ mira, speċjalment in-nisa u ż-żgħażagħ. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet Ewropej u konferenzi, proġetti laqgħat ta’ ħidma u programmi ta’ mentoring dwar l-intraprenditorija, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli. Il-konfront ta’ ostakoli kuntestwali, fehmiet tradizzjonali u sterjotipi dwar in-nisa, u t-tqawwija tal-kredibbiltà tan-nisa bħala intraprendituri huma speċjalment vitali biex jispiraw lin-nisa ħalli jidħlu għall-intraprenditorija, iżommu l-karrieiri tagħhom ta’ intraprendituri, u jgħollu l-profil tagħhom bħala mudelli. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (19a) Data li jservu bħala indikaturi li jkejlu l-ilħiq tal-objettivi – fejn dan ikun prattikament fattibbli – għandhom jinġabru u jiġu segregati skont il-ġeneru, lo-etniċità, l-età, iż-żona, id-daqs u d-durata tan-negozju, u skont ir-regoli tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-data personali, bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew tal-Ġeneru. Fejn ikun possibbli, diawn id-data għandhom jinġabru b’mod li ma jimponix piż addizzjonali fuq l-SMEs, u għandhom jgħinu biex min jieħu d-deċiżjonijiet ikun konxju tal-problemi speċifiċi li jaffettwaw lil-intraprendituri nisa. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali. | (20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi li lin-nisa jagħmluhielhom aktar faċli jiksbu l-finanzjament neċessarju għan-negozju. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Il-Programm għandu jiffaċilita l-aċċess għall-intraprendituri nisa għal fondi li se jsiru disponibbli, bil-għan li tiġi promossa u tiżdied l-intraprenditorija fost in-nisa, billi jingħataw għotjiet speċjali u kapital ta' riskju. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 20b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20b) Il-Programm għandu jipprovdi assistenza lil dawk l-intraprendituri nisa li għandhom inqas għarfien dwar l-għażliet disponibbli ta' finanzjament u esperjenza fil-ġestjoni finanzjarja, minħabba fatturi fis-soċjetà, li jkollhom bżonn l-appoġġ mhux biss fil-fażi inizjali imma wkoll matul iċ-ċiklu tan-negozju ta' kumpannija u l-istralċ tagħha jekk ikun hemm bżonn. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Il-prinċipji tat-trasparenza u tal-opportunità indaqs bejn is-sessi għandhom jiġu kkunsidrati fl-inizjattivi u l-azzjonijiet rilevanti kollha koperti mill-Programm. Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-liberta fundamentali għaċ-ċittadini kollha għandhom jiġu kkunsidrati wkoll f’dawk l-inizjattivi u l-attivitajiet. | (21) Il-prinċipju tat-trasparenza għandhom jitqiesu, u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandha tiġi promossa fl-inizjattivi u l-azzjonijiet rilevanti kollha koperti mill-Programm, kif ukoll il-fatturi u ostakoli addizzjonali li l-intraprenditorija jagħmluha għażla saħansitar anqas attrenti jew vijabbli għan-nisa, bħalma huma l-iżbilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, in-nuqqas ta’ mudelli u mentors, l-isterjotipi soċjali u n-nuqqas ta’ ħiliet tal-intraprenditorija mill-edukazzjoni. Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-liberta fundamentali għaċ-ċittadini kollha għandhom jiġu kkunsidrati wkoll f’dawk l-inizjattivi u l-attivitajiet. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Il-Programm għandu jkollu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għan-netwerks tekniċi, xjentifiċi, tan-negozju u ta' appoġġ, u għandu jipprovi gwida xierqa dwar dwar it-taħriġ, il-programmi ta' appoġġ u l-iskemi ta' mentoring lil dawk kollha interessati li jistabbilixxu SME – speċjalment liż-żgħażagħ u lin-nisa – bil-għan li jiġu żviluppati l-ħiliet ta' intraprenditorija, l-għarfien, l-ispirtu u l-fiduċja, bħan-Netwerk Ewropew ta’ Ambaxxaturi Nisa tal-Intraprenditorija (ENFEA), li jenfasizza r-rwol li n-nisa jista' jkollhom fil-ħolqien ta' impjiegi u l-promozzjoni tal-kompetittività billi jispira lin-nisa u liż-żgħażagħ bniet biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom bis-saħħa ta' attivitajiet fi skejjel, universitajiet, gruppi komunitarji u l-mezzi tax-xandir. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) Lill-intraprendituri nisa u rġiel għandhom jiġu offerti opportunitajiet ta’ iżvilupp personali, taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-informatika u titjib tal-kompetenzi lingwistiċi, biex b’hekk jiżviluppaw ħiliet għas-suq internazzjonali. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21c) Billi n-nisa jistgħu jiffaċċjaw ostakoli f’żoni rurali rigward l-aċċess għal informazzjoni, appoġġ u għodod u servizzi finanzjarji u teknoloġiċi, ostakoli li jistgħu jillimitawlhom il-kapaċità tagħhom li jwaqqfu jew jespandu n-negozju tagħhom. Għaldaqstant, din il-proposta għandu jkollha l-għan li tkun ġeografikament inklussiva billi xxerred il-messaġġ tagħha permezz ta' kampanji pubbliċitarji proattivi li jistgħu jrendu aktar valur għaċ-ċittadini Ewropej, u jagħtu ħajja ġdida lil komunitajiet rurali li jkunu marru lura. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-prijorità komprensiva tal-ugwaljanza tal-ġeneru u l-avvanz u l-abilitazjzoni tan-nisa, u tittieħed azzjoni kontra ostakoli eżistenti għall-intraprendituri nisa, inkluż in-nuqqas ta’ aċċess għal finanzjament, taħriġ u teknoloġija tal-informazzjoni, diffikultà fl-ilħiq ta’ bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja u perċezzjonijiet kulturali negattivi u sterjotipi dwar l-intraprendituri nisa; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. | (b) li titħeġġeġ kultura intraprenditorjali mhux ibbażata fuq il-ġeneri u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs anke fost gruppi speċifiċi fil-mira, bħaż-żgħażagħ u n-nisa inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira, bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa u l-komunitajiet emarġinalizzati. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati, | (d) it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati, maqsum skont il-ġeneru, l-etniċità, l-età, iż-żona, id-daqs u t-tul tan-negozju u bi qbil mar-regoli tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-data personali, |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) żieda pożittiva fl-għadd ta’ impjegati nisa, speċjalment fil-maniġment u d-direzzjoni strateġika tal-SMEs, |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu jikkontribwixxi lejn l-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi. | 3. Il-programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu jikkontribwixxi lejn l-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi, b’objettiv ta’ impjegabilità ta’ 75 % sew għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira; | (b) Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira bħalma huma ż-żgħażagħ, in-nisa u l-komunitajiet emarġinalizzati; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn; | (c) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn u tiġi provduta informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali, inklużi gruppi speċifiċi bħaż-żgħażagħ, in-nisa u l-komunitajiet emarpinalizzati, u titqajjem il-kuxjenza tagħhom; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; | (a) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa sew f’żoni urbani kif ukoll f’żoni rurali, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri ġodda u potenzjali, intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi ta’ mira. | 2. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intraprendituri nisa żgħażagħ, intraprendituri minn komunitarjiet marġinalizzati kif ukoll intraprendituri ġodda u potenzjali, kemm nisa kif ukoll irġiel, u lil gruppi speċifiċi ta’ mira bħaż-żgħażagħ irġiel u nisa. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri potenzjali u ġodda. | 3. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri nisa u rġiel potenzjali u ġodda. F’dan għandhom jingħataw sostenn speċjali n-nisa fiż-żoni rurali. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. | 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kompożizzjoni tal-kumitat għandha tirrifletti l-bilanċ tal-ġeneru ġermezz tal-implimentazzjoi ta’ kwoti tal-ġeneru. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv speċifiku: Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira – kolonna 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom żdiedu għal 50 % | Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom żdiedu għal 50 % (b'mod ugwali fost in-nisa u l-irġiel) |
PROĊEDURA
Taqsima | Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) | |||
Referenzi | COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | FEMM 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Marina Yannakoudakis 20.12.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 10.7.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 19.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 24 2 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Barbara Matera, Krisztina Morvai, Norica Nicolai, Antonyia Parvanova, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Minodora Cliveti, Silvia Costa, Mariya Gabriel, Kent Johansson, Christa Klaß, Ulrike Lunacek, Ana Miranda, Doris Pack, Antigoni Papadopoulou, Licia Ronzulli, Angelika Werthmann | |||
PROĊEDURA
Titolu | Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) | |||
Referenzi | COM(2011)0834 – C7-0463/2011 – 2011/0394(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 13.12.2011 | ECON 13.12.2011 | EMPL 13.12.2011 | IMCO 13.12.2011 |
| TRAN 13.12.2011 | FEMM 13.12.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ECON 17.1.2012 | EMPL 15.12.2011 | TRAN 19.12.2011 |
|
Rapporteur Data tal-ħatra | Jürgen Creutzmann 17.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 18.6.2012 | 18.9.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 29.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 49 1 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Antonio Cancian, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Bernd Lange, Zofija Mazej Kukovič, Alajos Mészáros, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău, Henri Weber | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Keith Taylor | |||
Data tat-tressiq | 13.12.2012 | |||