Dokument ta' sessjoni
16.1.2013
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva
( COM(2011)0822 – C7‑0462/2011 – 2011/0387(COD) )
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Marisa Matias
Rapporteur għal opinjoni (*): Chrysoula Paliadeli, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 90
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni 95
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali 125
PROĊEDURA 143
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva
( COM(2011)0822 – C7‑0462/2011 – 2011/0387(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0822 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0462/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7‑0422/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-SIA għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“EIT”) u tinkludi valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tiegħu u tal-kapaċità li jiġġenera l-aħjar valur miżjud għall-innovazzjoni. L-SIA għandha tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-EIT. | (2) L-SIA għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“EIT”) filwaqt li tippromwovi l-eċċellenza u l-parteċipazzjoni mifruxa madwar l-UE kollha, u tinkludi valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tiegħu u tal-kapaċità li jiġġenera l-aħjar valur miżjud għall-innovazzjoni. L-SIA għandha tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-EIT. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Madankollu, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, spiss għadha frammentata. L-Ewropa għandha bżonn tegħleb dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri ‑ pajjiżi, setturi u dixxiplini ‑ sabiex toħloq massa kritika suffiċjenti fit-triangolu tal-għarfien, sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020, sabiex l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni jsiru akbar mit-totalità tagħhom. |
| L-EIT, filwaqt li jiżgura integrazzjoni akbar tal-elementi tat-triangolu tal-għarfien, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-sistemi edukattivi, tar-riċerka u d-dinja kummerċjali, jiżviluppa kurrikuli u programmi ta' dottorat ġodda, bl-inklużjoni tal-atturi rilevanti kollha f'kuntest ta' globalizzazzjoni u diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, għandu jikkontribwixxi biex jitħaffu l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala għodod ewlenin kemm għall-kisba ta' mudell ekonomiku sostenibbli u kompetittiv u biex jinħoloq u jinżamm l-impjieg ġejjieni. |
| Bl-użu ta' kunċett ta' innovazzjoni flessibbli mmexxi mill-interess pubbliku u mill-Isfidi Soċjetarji – li jiffoka fuq l-edukazzjoni, l-innovazzjoni orjentata fuq it-teknoloġija u l-prodott u fuq l-impatt soċjali tagħha ‑ bi spinta u stimolar tal-investimenti mis-settur privat, kif ukoll b’kooperazzjoni bi profitt bejn l-istituti edukattivi u tar-riċerka, inkluż l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u teknoloġija (RTOs), intrapriżi, gvernijiet u ċittadini, l-EIT għandu jgħin biex jinħolqu pjattaformi kollaborattivi ġodda u għodod bħan-netwerks miftuħa, standards miftuħa, raggruppamenti, skambju ta' għarfien u ideat, fil-livell universitarju. |
| L-EIT huwa l-iktar korp effettiv tal-Unjoni biex jittratta l-ħtiġijiet ġodda u emerġenti, biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u biex jissaħħaħ l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Il-parteċipazzjoni usa' għall-firxa tal-eċċellenza madwar l-Ewropa, it-trawwim ta' sinerġiji b'saħħithom u l-kumplimentarjetà mal-fondi strutturali, l-użu sħiħ tal-flessibilità u r-responsabilità u t-teħid ta’ impenn sod għall-ftuħ, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni esterna, l-EIT tista' ukoll tippromwovi b'mod attiv l-użu u l-aċċettazzjoni tal-innovazzjonijiet mis-soċjetà in ġenerali. |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Suġġett |
L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija kif stabbilita fl-Anness hija adottata. | Din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni ("SIA") tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("EIT") għall-perjodu mill-2014 sal-2020. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1a |
| L-objettivi tal-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni |
| 1. Is-SIA jispjega l-prijoritajiet għall-EIT tul il-perjodu 2014-2020 kif ukoll il-modalitajiet għat-tħaddim tiegħu. Għalhekk hija għodda prinċipali biex tidderiġi d-direzzjoni strateġika tal-EIT, filwaqt li tħallilu awtonomija konsiderevoli fid-definizzjoni tal-modi u l-mezzi biex jikseb l-għanijiet stabbiliti. L-innovazzjoni mmexxija mill-Isfidi tas-Soċjetà – li tiffoka fuq l-edukazzjoni, l-innovazzjoni teknoloġika u orjentata lejn il-prodotti, u l-flessibilità – hi fil-qalba tal-EIT. |
| 2. Is-SIA għandu jiffaċilità l-koordinament ta' politiki u tal-koerenza fost l-istrumenti differenti tagħha u għandu joħloq sinerġiji fir-rigward tal-politika għall-innovazzjoni billi tadotta approċċ olistiku reali ffokat fuq l-isfidi soċjetarji ewlenin, li jippermettu lill-EIT jaġixxi bħala "katalist għall-innovazzjoni", biex jgħin ħalli jinħolqu mudelli ta' innovazzjoni miftuħa u inklussivi fl-Ewropa, sabiex issir istituzjoni għall-innovazzjoni ta' klassi dinjija li tkun rikonoxxuta b'mod internazzjonali u magħrufa. |
| 3. L-EIT huwa għal dawn il-finijiet il-korp effettiv tal-Unjoni biex ilaħħaq ma’ ħtiġijiet ġodda u emerġenti, biex isib soluzzjonijiet innovattivi u jsaħħaħ l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Bl-inklużjoni tal-flessibilità u tar-responsabilità u pożizzjoni impenjati favur il-ftuħ, it-trasparenza u l-impenn estern skont is-SIA tiegħu, l-EIT tista' b'mod attiv tippromwovi t-trawwim ta' innovazzjonijiet ġodda mis-soċjetà in ġenerali, bil-ħolqien ta' soluzzjonijiet sostenibbli għad-distribuzzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda mal-utenti finali, maċ-ċittadini u mas-soċjetà in ġenerali, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-inċentivar ta' riċerka u innovazzjoni ġodda u biex jakkomoda l-bżonnijiet speċjali fi spazji intraprenditorjali differenti. |
| 4. Is-SIA hu strument prinċipali għall-EIT, għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli, għall-parteċipazzjoni tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni biex tinxtered l-eċċellenza madwar l-Ewropa, inklużi l-kundizzjonijiet biex jiġu ġġenerati l-impjiegi għall-gradwati żgħażagħ fi proġetti tas-SIA. |
| 5. Is-SIA għandu wkoll il-potenzjal li jiżviluppa mudelli ta’ finanzjament ġodda, bħal premjijiet għall-innovazzjoni, li jippermetti li l-benefiċċji tal-pubbliku tal-iffinanzjar tar-riċerka jiġu massimizzati, jiżgura li l-innovazzjoni mhux biss tittratta l-bżonnijiet l-aktar urġenti tas-soċjetà iżda wkoll jista’ jkun ta’ benefiċċju rapidu għaċ-ċittadini Ewropej li jkunu jistgħu jiksbu tweġibiet xjentifiċi u tekniċi f'qasir żmien. |
| 6. Is-SIA għandu jkollu rwol ewlieni fl-għoti ta' tweġibiet fi żminijiet ta' kriżi, peress li huwa essenzjali li jiġu attirati żgħażagħ lejn it-tipi l-ġodda ta' impjiegi u jiġi żgurat li l-programmi edukattivi ġodda u eżistenti jippromwovu l-aċċess għas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ. |
| 7. Is-SIA għandu jiġi implimentat bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 294/2008. |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1a |
| Il-kwartieri ġenerali tal-EIT |
| Il-Kwartieri Ġenerali tal-EIT għandhom ikunu f’Budapest, l-Ungerija. |
Ġustifikazzjoni
Il-ftehim bejn l-EIT u l-Gvern Ungeriż ġie ffirmat fl-2010, Numru ta’ Referenza: 2010/CLXVI Minħabba dan il-ftehim, parti mill-ispiża amministrattiva hija koperta mill-Ungerija li huwa l-pajjiż ospitanti, permezz tal-għoti ta’ spazju ta’ uffiċini mingħajr ħlas sat-tmiem tal-2030, kif ukoll kontribuzzjoni annwali ta’ EUR 1.5 miljun għall-ispejjeż tal-persunal sat-tmiem tal-2015.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1b |
| Prijoritajiet Ġenerali |
| 1. L-EIT għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' "bażi tax-xjenza ta' eċċellenza" billi jrawwem il-mobilità transkonfinali – bejn id-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – billi jadotta prinċipji u prattiċi ġodda, b'mod partikolari, riċerka miftuħa u inklussiva li tiżgura li l-isforzi ta' riċerka jkunu mmirati, bħala prijoritarità u b'mod effikaċi, fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interess pubbliku ewlieni u u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f'lawriji innovattivi post-universitarji. L-eċċellenza għandha tkun il-mutur prinċipali li jmexxi l-EIT. It-twessigħ tal-parteċipazzjoni għandu jkun promoss sabiex tiġi stimolata l-eċċellenza madwar l-Ewropa, inkluż il-kunċett ta’ “skala ta’ eċċellenza” li jgħin il-ħolqien ta'kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ unitajiet żgħar ta’ eċċellenza embrijonika, bħal gruppi żgħar ta’ riċerka u impriżi ġodda b’livell għoli ta’ innovazzjoni. |
| 2. L-EIT u l-KICs għandhom jiffunzjonaw bħala implimentazzjonijiet ta’ mudelli tat-trijangolu tal-għarfien fl-UE u għandhom, eventwalment, jirriżultaw bħala fornituri ta’ servizzi għall-bini ta’ kapaċitajiet innovattivi madwar l-UE fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ innovazzjoni u strateġiji ta’ “Speċjalizzazzjoni Intelliġenti”. L-objettiv strateġiku għall-EIT huwa li jsir aktar mis-somma tal-partijiet tiegħu; għalhekk, għandhom jiġu pprattikati koordinazzjoni u kooperazzjoni trasversali tal-KIC mill-EIT sabiex jiġu żgurati sinerġiji u l-ħolqien ta’ valur miżjud mill-KICs u l-moltitudini ta’ sħab fi ħdan l-ekosistema tal-EIT. |
| 3. Billi jegħleb il-frammentazzjoni permezz ta' sħubijiet integrati fuq perjodi twal u billi joħloq aktar kooperazzjoni strateġika bejn il-pajjiżi, setturi u dixxiplini sabiex tinħoloq massa kritika suffiċjenti fit-triangolu tal-għarfien, u bil-kisba ta' din il-massa kritika permezz tad-dimensjoni Ewropea tiegħu, b'kopertura ġeografika wiesgħa u bbilanċjata, l-EIT jagħmilha ta' katalista bil-flessibilità li jittestja mudelli innovattivi ġodda, filwaqt li jrawwem it-talent b'mod transkonfinali u joħloq marka ta' eċċellenza rikonoxxuta internazzjonalment. Permezz ta’ strateġija intelliġenti ta’ riżorsi umani, inkluż l-użu sistematiku ta' ħila esperta interna u esterna, u proċeduri ta’ ġestjoni interni, l-EIT għandu jiżviluppa f’istituzzjoni ta’ referenza għal tmexxija innovattiva, u għall-iżvilupp ta' għodod ta' finanzjament ġodda fejn meħtieġ. |
| 4. L-EIT għandu jikkonsolida u jkompli jkabbar ir-rwol tiegħu bħala "investitur" li jiżviluppa u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fil-livelli kollha fl-oqsma tar-riċerka, tan-negozji u tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jrawmu l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom. L-EIT għandu jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ impriżi ġodda u spin-offs sostenibbli u innovattivi u jżid in-numru ta’ studji wara l-lawrja sabiex ir-rendimenti tiegħu jitjiebu. L-EIT għandu jimmira li jagħti spinta lit-trasferiment teknoloġiku u lill-kummerċjalizzazzjoni u jiżviluppa inizjattivi ġodda f'negozji eżistenti jew joħloq negozji innovattivi ġodda. |
| 5. F’kooperazzjon mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jistabbilixxi "Skema ta' Innovazzjoni Reġjonali" għall-assoċjazzjoni ta’ l-hekk imsejħa ċentri ta’ kolokazzjoni affiljati f’pajjiżi li ma jospitaw ebda ċentru ta’ kolokazzjoni. Dawn primarjament jappoġġjaw lill-attivitajiet ta’ innovazzjoni tal-KICs permezz tal-potenzjal għoli tagħhom għal-innovazzjoni u l-aċċess għall-ewwel konsumaturi u utenti aħħarija ta’ teknoloġiji magħmula possibbli mill-KICs, permezz ta’ faċilitajiet ta’ dimostrazzjoni, siti tat-testijiet, eċċ. kif deskritt fl-Anness, parti 2, punt 2.2.. |
| 6. L-EIT għandu jisfrutta l-flessibilità tiegħu biex jippromwovi s-simplifikazzjoni, implimentata b'mod responsabbli u filwaqt li jingħata rendikont, biex jintlaħqu riżultati effikaċi, jiġu promossi l-avvanzi fl-innovazzjoni u l-involviment tal-komunità kummerċjali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1c |
| Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs) |
| 1. L-EIT jipprovdi orjentament strateġiku għall-KICs u jikkoordinahom u jimmonitorjahom fir-rispett sħiħ tal-awtonomija tagħhom, filwaqt li jħalli spazju għal inizjattivi minn isfel għal fuq u jiżgura t-trasparenza u proċeduri ta' rendikont. L-EIT jiżgura li l-KICs joperaw fuq bażi trasparenti u jqisu l-interessi tal-parteċipanti kollha, kemm ta' dawk li diġà huma involuti kif ukoll ta' dawk li bdew joperaw reċentament. Għal KICs addizzjonali, jiġu provduti fondi addizzjonali fuq bażi kompetittiva u filwaqt li jitqiesu l-kwalità u l-potenzjal tal-proġetti. |
| 2. Il-KICs huma strument prinċipali għall-EIT. Skont il-qafas tal-Orizzont 2020, l-EIT se jiżviluppa l-kunċett tal-KIC ulterjorment biex jappoġġja l-iżvilupp ta’ kultura ta’ innovazzjoni Ewropea fl-Istati Membri kollha. Permezz tal-KICs, l-EIT għandu jgħin fil-ħolqien ta' ambjent multidixxiplinarju u interdixxiplinarju fejn mudelli innovattivi miftuħa u inklussivi għandhom aktar possibilità li jirnexxu. Filwaqt li dejjem jirrispetta l-istess prinċipju ta' materjalizzazzjoni tal-integrazzjoni sħiħa tat-triangolu tal-għarfien u bi qbil mal-objettivi fil-Pilastru 2 u 3 tal-Orizzont 2020, jeħtieġ li jkun hemm approċċ personalizzat fir-rigward tal-KICs differenti u tal-bżonnijiet finanzjarji tagħhom, peress li uħud minnhom jsiru kbar wisq u jkollhom bżonnijiet finanzjarji kbar, filwaqt li oħrajn jibqgħu żgħar u jeħtieġu anqas finanzjament. Il-KICs jistgħu jvarjaw ukoll fit-tul ta' żmien, skont iċ-ċirkostanzi u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati. |
| 3. Il-massa kritika hija essenzjali għall-EIT biex jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu bħala istitut ewlieni tal-innovazzjoni. Għandha tkun riflessa f'termini ta' appoġġ ipprovdut lill-KICs, l-intensità u l-kopertura tal-attivitajiet tiegħu ta' sensibilizzazzjoni, il-kapaċità ta' tixrid u promozzjoni tal-attivitajiet internazzjonali u l-kapaċità tiegħu li jelabora proċeduri simplifikati. Il-koordinament u l-kooperazzjoni, l-appoġġ u l-pariri tal-KICs fi kwistjonijiet amministrattivi għandu jiġi eżerċitat mill-EIT sabiex tkun żviluppata strateġija li tnaqqas il-piż amministrattiv u toħloq gwida tal-aħjar prattika li xxerred prattiki u esperjenzi tajbin minn KICs eżistenti lejn oħrajn ġodda, li tħaffef l-innovazzjoni, tiġbor flimkien l-innovazzjoni settorjali u transsettorjali, tiżgura sinerġiji u l-ħolqien ta' valur miżjud mill-bosta msieħba tal-EIT u l-qsim ta' ideat fi ħdan l-EIT, li jinċentivizza l-ħidma ta’ kolokazzjoni trasversali fi ħdan kull KIC u jistimula l-KICs biex jiżviluppaw attivitajiet konġunti dwar kwistjonijiet komuni. |
| 4. Attwalment l-EIT, permezz tal-KICs eżistenti u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, qed jiffaċċja kwistjoni ta’ konċentrazzjoni ġeografika; dan għandu jiġi kkunsidrat fil-ġejjieni, wara t-tnedija ta’ KICs futuri u l-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-EIT. Numru sinifikanti ta' ċentri ta' eċċellenza fl-Istati Membri ta' spiss ma jilħqux individwalment il-massa kritika għal kompetizzjoni globali. L-istess jista' jiġri fil-każ ta' KICs żgħar. L-integrazzjoni tagħhom fl-EIT għandu jkollha l-effett li tipprovdi l-appoġġ, l-isfond u l-massa kritika meħtieġa għas-suċċess tagħhom u biex jiksbu daqs sostanzjali sabiex ikunu “atturi ta’ livell mondjali” u jkunu kapaċi jibdlu l-xenarju tal-innovazzjoni fl-UE u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti fil-qasam rispettiv tagħhom lejn l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Il-parteċipazzjoni tal-SMEs u l-involviment ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka żgħar, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkun żgurat, billi jintużaw il-kwalitajiet ta’ komunitajiet lokali li diġà huma simboli ta’ eċċellenza, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-fatturi distintivi u l-ħtiġijiet ta’ reġjuni individwali u l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ distretti kulturali b‘assoċjazzjoni mal-industrija lokali. |
| 5. L-EIT għandu jagħżel fl-ewwel fażi, sa' erba' KICs inizjali mill-ħames temi magħżula, filwaqt li jirrispetta l-ordni ta' prijoritajiet li ġejjin: |
| 1. Materja prima u ekonomija bijoloġika – esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, riċiklaġġ, żvilupp u sostituzzjoni ta’ materjali sostenibbli |
| 2. Innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u xjuħija attiva |
| 3. Mobilità urbana, żvilupp intelliġenti u sostenibbli. |
| 4. Food4future – katina tal-provvista sostenibbli mir-riżorsi għall-konsumaturi |
| 5. Manifattura b’valur miżjud |
| L-EIT jista' jiddevja mill-ordni ta' prijoritajiet li jidher hawn fuq biss permezz ta' deċiżjoni ġustifikata u għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu f'dan ir-rigward. |
| L-ewwel fażi tal-KICs għandha titneda fl-2014. It-tieni fażi tal-KICs għandha ssegwi fl-2018. Għal din it-tieni fażi, għandu jkollhom prijorità dawk it-temi msemmija hawn fuq u li ma tqiesux fl-ewwel fażi. Jekk l-EIT ikollu riżorsi biżżejjed għall-ħolqien ta' KICs oħrajn, il-Bord tal-EIT, għandu jkollu l-awtonomija li jissuġġerixxi, jagħżel u jniedi gradwalment temi ġodda, sakemm l-iskop tagħhom jikkonforma mal-isfidi tas-soċjetà, sakemm jikkonformaw mal-kondizzjonijiet minimi ta' stabbiliment kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru. 294/2008 u li jkunu ġew soġġetti għal proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa tal-parteċipanti interessati li jirrappreżentaw it-tliet partijiet tat-triangolu tal-għarfien. |
| Jistgħu jitqiesu ukoll ċerti oqsma tematiċi indikattivi li jkunu ġew issuġġeriti mill-Kummissjoni u mill-pjattaformi differenti, bħal ma huma: Soċjetajiet sikuri intelliġenti, Baħar – l-użu sostenibbli tal-ibbħra, l-Ilma, l-Imsaġar u l-Foresti, il-Bijometiżmu, il-kostruzzjoni sostenibbli u l-binjiet b'konsum ta' enerġija żero, l-innovazzjoni tas-Saħħa u l-għoti tas-setgħa lin-nies. Din il-lista hija madankollu purament indikattiva fir-rigward tal-oqsma tematiċi li finalment se jintgħażlu, b'kunsiderazzjoni ta' sfidi ġodda u mhux previsti li jistgħu jinqalgħu fil-futur. |
| Abbażi ta’ dawn it-temi, l-EIT ser ikollu l-awtonomija biex jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KICs fil-futur. Is-suċċess ta’ sejħiet futuri għal KICs ser jiddependi fil-parti l-kbira fuq gwida ċara fir-rigward tal-aspettattivi u r-rekwiżiti, kif ukoll skeda li tippermetti lill–applikanti tal-KIC biex jorganizzaw ruħhom b’mod solidu kemm legalment u kemm finanzjarjament qabel ma jissottomettu proposta. Il-KICs ser jingħażlu skont kriterji dettaljati definiti fir-Regolament tal-EIT, u bbażati fuq il-prinċipji ġenerali tal-eċċellenza u r-rilevanza tal-innovazzjoni. Kull KIC magħżula ser ikollha turi kif ser toħloq impatt massimu fil-qasam magħżul u tagħti prova tal-vijabilità tal-istrateġija tagħha. |
| L-għażla hi bbażata fuq il-kwalità, il-vijabilità u l-potenzjal tal-proposti filwaqt li l-valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-potenzjali tar-riċerka u l-emerġenza possibbli ta’ forzi tal-innovazzjoni ġodda għandhom jiġu kkunsidrati regolarment għal KICs futuri. |
| Dan għandu jsir permezz ta' konsultazzjoni mal-parteċipanti interessati u wara għażla kompetittiva u b'applikazzjoni miftuħa ta' oqsma tematiċi ġodda u ta' KICs partikolari, permezz ta’ proċess rigoruż, trasparenti u kompetittiv li jikkunsidra approċċi minn isfel għal fuq u s-sitwazzjoni tal-isfidi fis-soċjetà tal-UE li qegħdin jevolvu, iżda jipprovdi ċarezza u prevedibilità għall-parteċipanti potenzjali. |
| 6. Sa mhux aktar minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ il-KICs għandhom ikunu soġġetti għal rieżami li jikkunsidra l-valur miżjud Ewropew tal-KICs, u li jieħu miżuri adegwati f'każ ta' prestazzjoni dgħajfa. Jekk ma jagħtix riżultati fir-rigward tal-kriterji stipulati għall-KICs, l-EIT jista’ jinterrompi l-iffinanzjar tiegħu, wara ċertu perjodu eżpliċitu ta’ żmien definit fil-ftehim mal-KICs. |
| 7. L-EIT għandu jkun sieħeb tal-KICs sakemm jiddeċiedi li l-KICs huma awtosuffiċjenti biżżejjed wara perjodu indikattiv ta' bejn 7 u 15-il sena. Meta dan il-perjodu jiskadi, u f'każ li l-KIC tiddeċiedi li tibqa' għaddejja mingħajr finanzjament mill-EIT, jew li tinbidel f'kumpanija waħda jew aktar minn waħda biex tiżviluppa n-negozju trattat mill-KIC preċedenti, l-EIT jista' jiddeċiedi li jkun sieħeb kummerċjali sħiħ tal-entità l-ġdida. |
| 8. Benefiċċji mill-investiment tal-EIT fil-KICs ser jitkejjel f’termini tal-benefiċċji tanġibbli għall-ekonomija Ewropea u s-soċjetà inġenerali, bħall-ħolqien ta’ negozji, prodotti u servizzi ġodda fi swieq eżistenti u futuri, persuni intraprenditorjali b’kapaċitajiet aqwa, opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u aktar attraenti, u l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ talent madwar l-UE u ’l barra minnha. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1d |
| Il-programmi u l-attivitajiet edukattivi |
| 1. L-EIT huwa l-uniku strument fi ħdan il-qafas tal-Orizzont 2020 li jixħet enfasi qawwija fuq l-aspett edukattiv. L-EIT għandu joħroġ bħala fornitur ta’ livell dinji ta’ edukazzjoni ta’ wara l-lawrja, peress li jikkombina taħriġ ta’ kwalità għolja, mobilità, esperjenzi imprenditorjali f’ambjent fejn qed isseħħ innovazzjoni reali, u jintroduċi paradigma edukattiva għall-edukazzjoni ogħla li teqleb is-sitwazzjoni. Punt ewlieni tas-SIA huwa l-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-missjoni edukattiva tal-EIT. L-għan huwa li persuni b’talent jiġu edukati u mħarrġa b'mod li jingħataw il-ħiliet, l-għarfien u l-istat mentali meħtieġa f'soċjetà globali u f'ekonomija tal-għarfien. F'dak is-sens, għandu jiġi żviluppat Programm ta' Borża ta' Studji Marie Curie bħala parti mill-attivitajiet tal-EIT. |
| 2. L-EIT għandu jgħin jiżviluppa r-riżorsi umani meħtieġa għal soċjetà tal-innovazzjoni, jeduka parteċipanti ewlenin bħall-istudenti, ir-riċerkaturi u l-intraprendisti, u jidentifika kundizzjonijiet ta' qafas u l-aħjar prattika dwar kwistjonijiet ta' politika, regolatorji jew ta' standardizzazzjoni fis-settur rilevanti tagħhom. L-EIT għandu jimplimenta programmi ta' taħriġ f'livelli differenti għal ġenerazzjoni ġdida ta' studenti ta' klassi dinjija – programmi Masters, programmi PhD, skejjel tas-sajf, programmi speċifiċi ta' taħriġ – li jipprovdu l-impenn fit-tul meħtieġ biex isiru bidliet sostenibbli fl-edukazzjoni għolja, b'mod partikolari permezz ta' dawn il-gradi ġodda, transdixxiplinarji u interdixxiplinarji bit-tikketta tal-EIT. L-EIT għandu jfittex ir-rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali ta' dawn il-kwalifiki bit-tikketta tal-EIT, permezz ta' valutazzjoni minn pari. L-EIT u l-KICs huma mħeġġa jiżviluppaw sinerġiji edukattivi mal-politiki tal-UE u l-Istati Membri, sabiex tiġi appoġġjata d-disponibilità futura tal-kapital uman meħtieġ li huwa essenzjali biex titwettaq id-direzzjoni Ewropea lejn it-treġija fl-innovazzjoni xjentifika, teknoloġika u innovattiva. L-EIT jista' jorganizza – waħdu jew f'kooperazzjoni ma' universitajiet jew ċentri ta' riċerka oħra Ewropej jew ta' pajjiżi terzi – programmi jew korsijiet dwar dixxiplini fundamentali u prinċipali li jippermettu l-innovazzjoni. |
| 3. F’dan il-kuntest, u biex tiġi estiża l-bażi ta’ talent fi ħdan l-UE u biex tiġi żgurata d-disponibilità ta’ numri suffiċjenti ta' individwi b'ħiliet li huma meħtieġa biex fil-fatt tinkiseb l-innovazzjoni, l-EIT għandu jipparteċipa fi sforzi biex tissaħaħ l-attrattività tal-Edukazzjoni tax-Xjenza, it-Tekonoloġija, l-Inġinerija, u l-Matematika (STEM). Il-KICs jistgħu jiżviluppaw programmi ta' taħriġ għaż-żgħażagħ Ewropej permezz ta' internati, żjarat mill-iskejjel, għotjiet għall-aħjar studenti fl-edukazzjoni post-sekondarja u universitarja fl-oqsma STEM, immaniġġjar iffinanzjat jew skola tal-kummerċ u/jew klassijiet intraprenditorjali tul is-sajf għall-aħjar studenti tax-xjenza, l-EIT u l-KICs jistgħu jipproponu firxa usa' ta' attivitajiet innovattivi ta' żvilupp professjonali, li jkunu jinvolvu t-taħriġ tal-maniġment, korsijiet ta' taħriġ imfassla apposta, moduli għal korsijiet undergraduate jew pakketti mmirati għall-edukazzjoni fl-iskejjel, i—twessigħ tal-attivitajiet edukattivi għal varjetà akbar ta' modi ta' studju, it-tisħiħ tal-impatt tal-attivitajiet edukattivi u l-ftuħ għal udjenza akbar.. L-attrattiva tar-riċerka fl-Ewropa tista’ tiġi promossa ulterjorment billi jiġu pprovduti għotjiet ta’ riċerka lil studenti eċċellenti tax-xjenza, sakemm jikkommettu ruħhom għal proġett ta' Riċerka u Żvilupp fl-Ewropa jew jistabbilixxu impriża ġdida innovattiva fl-Ewropa. |
| 4. Dawn il-programmi msemmija aktar kmieni jistgħu jkunu integrati b'mod sħiħ fl-attività ta' KICs, jistgħu jirriżultaw minn kooperazzjoni bejn KICs differenti jew jiġu organizzati mill-EIT nnifsu jew f'kooperazzjoni mal-KICs tiegħu. L-EIT ser jagħti inċentivi lill-KICs sabiex dawn jimpenjaw ruħhom f’xogħol bejn il-KICs f’oqsma li joffru potenzjal qawwi għal sinerġiji, pereżempju permezz ta’ korsijiet konġunti ta’ żvilupp professjonali, attivitajiet konġunti ta’ riċerka, lawriji ta'Masters jew PhDs jew mobilità bejn il-KICs għall-akkademja u n-negozju. |
| 5. L-EIT għandu jibda jħaddem skema speċifika- Skema għall-Innovazzjoni Reġjonali (RIS) – li tiżgura li t-talent bħal studenti, riċerkaturi, għalliema u intraprendituri f’kull livell ta’ karriera, lil hinn mill-KICs u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, ikunu konnessi mal-EIT. Skema bħal din mhux biss tipprovdi l-aqwa talent bl-opportunità li jibbenefika mill-ambjenti ta’ innovazzjoni maħluqa fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, imma tipprovdi wkoll lil dawn il-persuni b'inċentivi biex jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien u l-kompetenza miksuba f’oqsma barra mill-KICs. Tipikament, il-Fondazzjoni EIT jista’ jkollha rwol sinifikanti f’dan il-qasam. Peress li huma l-persuni li jwasslu għal innovazzjonijiet, jista’ jiġi pprovdut, fejn xieraq, li tiġi żgurata parteċipazzjoni suffiċjenti ta’ studenti fil-programmi edukattivi tal-EIT li ġejjin mill-periferija tal-UE (pereżempju permezz ta’ boroż ta’ studju koffinanzjati minn Stati Membri u r-RIS). L-EIT huwa mħeġġeġ jikkollabora mal-Istati Membri u r-reġjuni biex jiġi żgurat li gradwati tal-EIT jsibu opportunitajiet u l-appoġġ meħtieġ sabiex jesprimu l-potenzjal tagħhom ta’ innovazzjoni u imprenditorija fi ħdan l-UE. |
| 6. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jista' jorganizza, fuq bażi regolari, konferenzi Ewropej jew internazzjonali dwar suġġetti rilevanti fl-ambitu tal-attivitajiet tiegħu, b'mod li jibdel l-EIT f'salib it-toroq Ewropew ta' vera għar-riċerkaturi, il-professjonisti, l-għalliema u l-istudenti mill-Ewropa kollha u minn lil hinn minnha. Jistabbilixxi /jadatta skont l-esiġenzi għodda bbażata fuq l-internet sabiex jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ għarfien u netwerking madwar l-EIT, li se jipprovdi lill-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi li mhumiex involuti f’KICs eżistenti b’aċċess faċli għall-informazzjoni dwar ħidma li għaddejja u r-riżultati ta’ riċerka kompletata. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari l-iżvilupp ta' repożitorju ta’ materjal tal-kors miftuħ mill-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ tal-EIT u tal-KKI aċċessibbli għal kulħadd. |
| 7. L-EIT għandu jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' netwerk tal-alumni tal-EIT biex irawwem il-qsim tal-għarfien, il-mentoring u n-netwerking. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1g (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1g |
| Kooperazzjoni fl-UE kollha u internazzjonali |
| 1. L-EIT, bħala strument għal kooperazzjoni fl-Unjoni kollha bejn il-partijiet interessati kollha tat-trijangolu tal-għarfien, għandu jaħdem fuq bażi kooperattiva u kumplimentarja – u mhux f'kompetizzjoni – mal-istituzzjonijiet ta' riċerka u edukattivi tal-Istati Membri kollha, jiġifieri l-assoċjazzjonijiet tal-universitajiet, negozji, raggruppamenti u organizzazzjonijiet tar-riċerka. L-EIT, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin lill-KICs jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u lokali, peress li dawn għandhom rwol importanti sabiex ilaqqgħu n-negozji, speċjalment l-SMEs, l-istituzzjonijiet tal-għarfien u l-awtoritajiet pubbliċi, biex b'hekk iservi ta' intermedjarju bejn dawn il-parteċipanti differenti, l-Istati Membri u l-Unjoni. |
| 2. Ir-reġjuni u l-Istati Membri li huma s-sit ta’ ċentri għal kolokazzjoni se jkollhom opportunitajiet li jiksbu benefiċċji pożittivi permezz ta’ ekonomiji ta’ agglomerazzjoni u l-kisba ta’ esternalitajiet pożittivi. Dawn l-opportunitajiet se jiġu msaħħa jekk tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sħab tal-KIC fir-reġjuni u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil u l-forniment ta’ Strateġiji għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) kif deskritt fl-Anness IV fil- COM(2011) 615 , 2011/0276 (COD) , C7-0335/11 . B’kuntrast ma’ dan, ir-reġjuni li huma esklużi minn dawn l-attivitajiet jistgħu jesperjenzaw riskji ta’ effetti negattivi kumulattivi. Dan jista’ jirrinforza inugwaljanzi eżistenti, u jġib benefiċċji pożittivi lir-reġjuni li juru elementi qawwija eżistenti fil-kapaċità għall-innovazzjoni iżda li jaffettwaw b’mod negattiv dawk bi dgħufijiet eżistenti. Dawn l-opportunitajiet għandhom jitrawmu ukoll permezz ta' Skemi ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS). |
| 3. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija internazzjonali qawwija, billi jidentifika u jikkoordina ma’ interlokuturi rilevanti u sħab potenzjali minn ġewwa u minn barra l-Unjoni. L-EIT jeħtieġ li, fuq perjodu ta’ żmien twil, jikkultiva identità ċara u reputazzjoni mad-dinja bħala l-magna tal-Ewropa għall-innovazzjoni u imprenditorija u bħala fornitur ta’ livell mondjali ta’ edukazzjoni f’dan il-qasam. Bil-ħolqien ta' relazzjonijiet strateġiċi ma' msieħba ewlenin minn madwar id-dinja l-EIT jista’ jkun attraenti ħafna fih innifsu u jista' jżid mal-attrattiva tas-sħab fil-KICs. L-EIT jista’ jiżviluppa f’entità li tikkonkretizza l-aġenda ta’ innovazzjoni tal-Unjoni, l-istess kif l-ERC jikkonkretizza l-eċċellenza Ewropea u l-pożizzjoni ta' mexxej dinji fix-xjenza. It-trawwim ta’ marka EIT b’saħħitha jista’ jinkludi azzjonijiet biex jinħoloq netwerk b’saħħtu ta’ bnedmin u negozji madwar il-komunità tal-EIT (studenti, alumni, edukaturi, imprendituri, professjonisti, eċċ.) u jrawwem sens ta’ identità u viżibilità. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu l-organizzazzjoni ta’ konferenzi tax-xjenza u l-innovazzjoni, avvenimenti annwali, kompetizzjonijiet u premjijiet, ċerimonji ta’ gradwazzjoni, eċċ. |
| 4. L-EIT għandu joħloq Forum tal-Partijiet Interessati tal-EIT regolari, biex jiffaċilta l-interazzjoni u t-tagħlim reċiproku mal-komunità tal-innovazzjoni usa’ mit-trijangolu tal-għarfien, bl-inklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. |
| 5. L-EIT għandu jagħmel użu sistematiku minn assoċjazzjonijiet eżistenti ta’ universitajiet, negozji u organizzazzjonijiet ta’ riċerka u organizzazzjonijiet raggruppanti bħala pjattaformi għall-iskambju ta’ għarfien u t-tixrid tar-riżultati. |
| 6. L-EIT għandu jistabbilixxi mekkaniżmu biex ikompli jiffaċilita sinerġiji bejn l-EIT, il-KICs tiegħu u inizjattivi oħra tal-Unjoni, bħal laqgħa annwali bejn l-EIT, il-KICs u servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. |
| 7. L-EIT għandu jintuża bħala strument ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni globali fl-oqsma tat-teknoloġija u l-innovazzjoni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1h (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 1h |
| L-EIT u strumenti oħra tal-Unjoni |
| 1. L-EIT u l-KICs, bħala l-uniċi strumenti tal-UE li jikkompletaw it-triangolu tal-għarfien, għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-inizjattivi eżistenti tal-UE f’dan il-qasam, bħall-programmi tal-UE għar-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-programmi taż-żgħażagħ, billi jagħtu opportunitajiet addizzjonali fl-innovazzjoni u fl-intraprenditorija u l-ambjent industrijali lir-riċerkaturi ta' Marie Skłodowska-Curie, lill-istudenti ta' "Erasmus għal Kulħadd" u lill–parteċipanti f'inizjattivi ta' mobilità oħra fi ħdan il-Qasam ta' Riċerka Ewropea. |
| 2. Abbażi tal-karatteristiki tiegħu, l-EIT għandu jipprovdi nukleu għall-politika pan-Ewropea tal-innovazzjoni. Il-KICs, fost l-oħrajn huma element ewlieni u uniku ta' din il-politika. Inizjattivi għal Teknoloġiji Konġunti (JTIs), Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs), Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u pjattaformi (futuri) simili għall-promozzjoni ta’ riċerka fuq skala kbira u mmexxija mill-industrija huma inkoraġġiti biex jikkoordinaw mal-EIT b’mod korrispondenti, jew jekk jiddeċiedu huma, li jingħaqdu ma’ KICs bħala sħab assoċjati jew f’modi anki iktar mill-qrib. Barra minn hekk, jistgħu jsiru wkoll konnessjonijiet ma’ attivitajiet ta’ innovazzjoni fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni (PAK). Din il-pjattaforma ta' riċerka fuq skala kbira għandha tissejjes bl-istess mod bħas-SIA f'termini tal-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli, ridistributtiv u kompetittiv. |
| 3. L-EIT għandu jsaħħaħ l-interazzjoni mal-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni billi jrawwem sinerġiji u kumplimentarjetà mal-fondi strutturali, billi jindirizza l-konnessjonijiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri ta' kolokazzjoni għandu jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Anness – parti 1 – intestatura 1.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'dinja li qed titbiddel b’rata mgħaġġla, il-passaġġ tal-Ewropa lejn il-futur jistrieħ fuq tkabbir li jkun intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Biex jintlaħaq dan l-għan u biex tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija globali tal-għarfien, it-'trijangolu tal-għarfien' tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, u l-interazzjoni bejn dawn it-tliet naħat ġew rikonoxxuti bħala l-forzi motriċi primarji. L-Unjoni Ewropea aġixxiet skont dan u identifikat dawn l-oqsma bħala prijoritajiet tal-politika fl-istrateġija tagħha Ewropa 2020. Dawn il-prijoritajiet jiġu implimentati partikolarment permezz tal-inizjattivi ewlenin 'Unjoni tal-Innovazzjoni' u 'Żgħażagħ fl-Azzjoni, li jiffurmaw il-qafas politiku ġenerali għall-azzjonijiet tal-UE f’dawn l-oqsma. Dawn huma kkumplemetati mill-inizjattivi ewlenin dwar 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni' u dwar 'Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi'. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija se jikkontribwixxi bis-sħiħ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dawn l-inizjattivi ewlenin. | F'dinja li qed titbiddel b’rata mgħaġġla, il-passaġġ tal-Ewropa lejn il-futur jistrieħ fuq tkabbir li jkun intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Biex jintlaħaq dan l-għan u biex tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija globali tal-għarfien u fis-soċjetà, it-'trijangolu tal-għarfien' tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, u l-interazzjoni bejn dawn it-tliet naħat ġew rikonoxxuti bħala l-forzi motriċi primarji. L-Unjoni Ewropea aġixxiet skont dan u identifikat dawn l-oqsma bħala prijoritajiet tal-politika fl-istrateġija tagħha Ewropa 2020. Dawn il-prijoritajiet jiġu implimentati partikolarment permezz tal-inizjattivi ewlenin 'Unjoni tal-Innovazzjoni' u 'Żgħażagħ fl-Azzjoni, li jiffurmaw il-qafas politiku ġenerali għall-azzjonijiet tal-UE f’dawn l-oqsma. Dawn huma kkumplemetati mill-inizjattivi ewlenin dwar 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni' u dwar 'Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi'. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija se jikkontribwixxi bis-sħiħ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dawn l-inizjattivi ewlenin. |
Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. F’kuntest ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti. | Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. Fil-kuntest tal-ekonomija tal-għarfien u ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent, filwaqt li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu mhux biss jibbenefikaw minn dawn l-innovazzjonijiet iżda wkoll jikkontribwixxu, partikolarment permezz ta’ teknoloġiji ġodda, sabiex dawn jiżviluppaw. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti, filwaqt li t-telf ta’ mħuħ tajba hija problema sinifikanti għall-UE. |
Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa jeħtieġ li tilqa' kultura ta' intraprenditorija vera, li hija essenzjali biex jinkiseb il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni, biex jitwaqqfu attivitajiet ġodda u l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. | Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna, li tirrikjedi l-adozzjoni ta' prinċipji u prattiki ġodda, ibbażati b'mod partikolari fuq riċerka miftuħa u inklużiva. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa għandha kultura ta' intraprenditorija b’saħħitha, miftuħa u vera, b’diversità kunsiderevoli ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li hija essenzjali biex jitkattar u jingħata appoġġ il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni, biex jitwaqqfu attivitajiet ġodda u biex jinkiseb l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. |
L-EIT twaqqaf preċiżament għal dan il-għan – biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Bl-integrazzjoni sħiħa tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istitut se jikkontribwixxi ferm biex jiġġieled l-isfidi soċjali b’Orizzont 2020 u jwassal għal bidla sistemika fil-mod kif l-atturi Ewropej tal-innovazzjoni jikkollaboraw. | L-EIT twaqqaf preċiżament għal dan il-għan – biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività billi jsaħħaħ u tħaffef il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Bl-integrazzjoni sħiħa tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istitut se jikkontribwixxi ferm biex jiġġieled l-isfidi soċjali ewlenin bl-Orizzont 2020 u jwassal għal bidla sistemika fil-mod kif l-atturi Ewropej tal-innovazzjoni jikkollaboraw biex jippromwovu mudelli miftuħa u inklużivi, sabiex b'hekk ikun trattat il-paradoss Ewropew. |
| L-EIT huwa l-uniku strument fi ħdan il-qafas tal-Orizzont 2020 li jagħti enfasi qawwija fuq l-edukazzjoni. L-EIT għandu joħroġ bħala fornitur ta’ livell dinji ta’ edukazzjoni ta’ wara l-lawrja, peress li jikkombina taħriġ ta’ kwalità għolja, mobilità, esperjenzi imprenditorjali f’ambjent fejn qed isseħħ innovazzjoni reali, u jintroduċi paradigma edukattiva għall-edukazzjoni ogħla li xxekkel is-sitwazzjoni. |
Biex jinkiseb dan il-għan, l-EIT se jgħaqqad l-orjentament strateġiku fil-livell tal-EIT ma’ approċċ ‘minn isfel għal fuq’ permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu. Il-KICs huma sħubiji integrati ferm li jlaqqgħu flimkien l-universitajiet eċċellenti, iċ-ċentri tar-riċerka, il-kumpaniji żgħar u kbar u atturi oħra tal-innovazzjoni għal perjodu fit-tul madwar sfidi soċjali speċifiċi. Kull KIC hija organizzata madwar numru żgħir ta’ ċentri ta’ kolokazzjoni interkonnessi fejn l-imsieħba jaħdmu mill-qrib flimkien ta’ kuljum u bi livell mingħajr preċedent ta’ objettivi strateġiċi komuni. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni jibnu fuq ċentri tal-eċċellenza eżistenti, u jiżviluppawhom iktar f’ekosistemi lokali tal-innovazzjoni u jorbtuhom flimkien f’netwerk iktar wiesa’ ta’ punti tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. Fil-qafas tal-EIT, il-KICs individwali ngħataw livell kbir ta’ awtonomija fid-definizzjoni tal-organizzazzjoni interna, il-kompożizzjoni, l-aġenda u l-metodi ta’ ħidma tagħhom, u tħallew jagħżlu l-aħjar approċċ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom. Fil-livell strateġiku, l-EIT jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KICs, jikkoordinahom b’qafas flessibbli u jaqsam l-aħjar mudelli ta’ tmexxija u finanzjament tagħhom. | Biex jinkiseb dan il-għan, l-EIT se jgħaqqad l-orjentament strateġiku fil-livell tal-EIT ma’ approċċ ‘minn isfel għal fuq’ permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu. Il-KICs huma sħubiji integrati ferm li jlaqqgħu flimkien l-universitajiet eċċellenti, iċ-ċentri tar-riċerka, il-kumpaniji żgħar u kbar u atturi oħra tal-innovazzjoni madwar sfidi soċjali speċifiċi. Kull KIC hija organizzata madwar numru żgħir ta’ ċentri ta’ kolokazzjoni interkonnessi fejn l-imsieħba jaħdmu mill-qrib flimkien ta’ kuljum u bi livell mingħajr preċedent ta’ objettivi strateġiċi komuni. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni jibnu fuq ċentri tal-eċċellenza eżistenti, u jiżviluppawhom iktar f’ekosistemi lokali tal-innovazzjoni u jorbtuhom flimkien f’netwerk iktar wiesa’ ta’ punti tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. Fil-qafas tal-EIT, il-KICs individwali ngħataw livell kbir ta’ awtonomija fid-definizzjoni tal-organizzazzjoni interna, il-kompożizzjoni, l-aġenda u l-metodi ta’ ħidma tagħhom, u tħallew jagħżlu l-aħjar approċċ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom. Fil-livell strateġiku, l-EIT jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KICs, jikkoordinahom b’qafas flessibbli, jappoġġjahom u jagħtihom parir fi kwistjonijiet amministrattivi, jistimola l-kollaborazzjoni bejniethom u jaqsam l-aħjar mudelli ta’ tmexxija u finanzjament tagħhom. L-EIT għandu jeżerċita koordinazzjoni u kooperazzjoni trasversali tal-KIC, sabiex jiżgura sinerġiji u l-ħolqien ta’ valur miżjud min-numru vast ta’ sħab tal-EIT u mill-qsim ta’ ideat fi ħdan l-EIT. |
Permezz tal-KICs, l-EIT jgħin biex joħloq ambjenti fejn huwa aktar possibbli li tikber l-innovazzjoni u biex jiġu ġġenerati suċċessi fil-mod kif jikkollaboraw l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji. Dan l-approċċ jgħin sabiex jiġu indirizzati b’mod olistiku l-isfidi tas-soċjetà li kull ma’ jmur qed isiru aktar kumplessi u li huma stipulati f’Orizzont 2020, billi jlaqqa’ flimkien persuni eċċellenti minn setturi, sfondi u dixxiplini differenti – u li kieku ma kinux jiltaqgħu bilfors – sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet għall-isfida. | Permezz tal-KICs, l-EIT jipprova jaċċelera l-innovazzjoni u jgħin biex joħloq ambjenti multidixxiplinari u interdixxiplinari fejn huwa aktar possibbli li tikber l-innovazzjoni u biex jiġu ġġenerati suċċessi fil-mod kif jikkollaboraw l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji. Dan l-approċċ jgħin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà li kull ma’ jmur qed isiru aktar kumplessi u interkonnessi u li huma stipulati f’Orizzont 2020, billi jiġbor flimkien l-innovazzjoni settorjali u transsettorjali u billi jlaqqa’ flimkien persuni eċċellenti minn setturi, sfondi u dixxiplini differenti – u li kieku ma kinux jiltaqgħu bilfors – sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet għall-isfida. |
Kisbiet | Kisbiet |
L-EIT lesta l-fażi inizjali tiegħu, li kienet iddedikata għat-tnedija tal-operazzjonijiet tiegħu permezz tal-KICs u li jimplimenta l-funzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dawk eżekuttivi tal-EIT – il-Bord tat-Tmexxija u l-kwartieri ġenerali. L-EIT kellu wkoll suċċess fil-ksib tal-għan ewlieni tiegħu – l-integrazzjoni sħiħa tal-katina sħiħa tal-innovazzjoni, it-tlaqqigħ tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u n-negozji permezz ta’ tliet Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni inizjali, stabbiliti fl-2010 f’oqsma identifikati mill-Kunsill u l-Parlament bħala essenzjali għall-iżvilupp futur tal-Ewropa. Dawn huma enerġija sostenibbli ('KIC InnoEnergy'), l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ('ClimateKIC') u s-soċjetà futura tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ('EIT ICT Labs'). | L-EIT lesta l-fażi inizjali tiegħu, li kienet iddedikata għat-tnedija tal-operazzjonijiet tiegħu permezz tal-KICs u li jimplimenta l-funzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dawk eżekuttivi tal-EIT – il-Bord tat-Tmexxija u l-kwartieri ġenerali. L-EIT kellu wkoll suċċess fil-ksib tal-għan ewlieni tiegħu – l-integrazzjoni sħiħa tal-katina sħiħa tal-innovazzjoni, it-tlaqqigħ tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u n-negozji permezz ta’ tliet Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni inizjali, stabbiliti fl-2010 f’oqsma identifikati mill-Kunsill u l-Parlament bħala essenzjali għall-iżvilupp futur tal-Ewropa. Dawn huma enerġija sostenibbli ('KIC InnoEnergy'), l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ('ClimateKIC') u s-soċjetà futura tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni ('EIT ICT Labs'). |
Barra minn hekk l-EIT issa qiegħed jikkonsolida lilu nnifsu bħala istituzzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-kwartieri ġenerali f’Budapest. Waqqaf ukoll il-Fondazzjoni EIT, organizzazzjoni legalment indipendenti dedikata għall-promozzjoni u l-appoġġ tax-xogħol u l-attivitajiet tal-EIT, u għat-titjib tal-impatt fis-soċjetà tal-EIT. | Barra minn hekk l-EIT issa qiegħed jikkonsolida lilu nnifsu bħala istituzzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-kwartieri ġenerali f’Budapest. Waqqaf ukoll il-Fondazzjoni EIT, organizzazzjoni legalment indipendenti dedikata għall-promozzjoni u l-appoġġ tax-xogħol u l-attivitajiet tal-EIT, u għat-titjib tal-impatt fis-soċjetà tal-EIT. |
Il-KICs fi triqthom biex jilħqu sħubiji integrati ta’ klassi dinjija | Il-KICs fi triqthom biex jilħqu sħubiji integrati ta’ klassi dinjija |
It-tliet KICs attwali rnexxilhom jiksbu l-massa kritika fl-oqsma rispettivi tagħhom, inkluż parteċipazzjoni bbilanċjata mill-komponenti differenti tat-trijangolu tal-għarfien. Is-saħħa kkombinata tal-imsieħba f’KIC – kemm fin-numru kif ukoll fil-piż li jirrappreżentaw fl-oqsma rispettivi tagħhom – tagħtihom il-potenzjali li jkunu ta’ klassi dinjija. | It-tliet KICs attwali rnexxilhom jiksbu l-massa kritika fl-oqsma rispettivi tagħhom, inkluż parteċipazzjoni bbilanċjata mill-komponenti differenti tat-trijangolu tal-għarfien. Is-saħħa kkombinata tal-imsieħba f’KIC – kemm fin-numru kif ukoll fil-piż li jirrappreżentaw fl-oqsma rispettivi tagħhom – tagħtihom il-potenzjali li jkunu ta’ klassi dinjija. |
Il-KICS segwew approċċi ddifferenzjati fil-bini tal-istrateġiji u l-istrutturi tat-tmexxija tagħhom, b’mod li jirrifletti l-oqsma tematiċi differenti. Waħda mill-KICs twaqqfet bħala kumpanija filwaqt li tnejn oħra huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt. Kollha huma strutturati fuq madwar 30 imsieħeb prinċipali u ħames jew sitt ċentri ta’ kolokazzjoni, li ġeneralment ikollhom magħhom numru li jvarja ta’ msieħba affiljati addizzjonali, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). | Il-KICS segwew approċċi ddifferenzjati fil-bini tal-istrateġiji u l-istrutturi tat-tmexxija tagħhom, b’mod li jirrifletti l-oqsma tematiċi differenti. Waħda mill-KICs twaqqfet bħala kumpanija filwaqt li tnejn oħra huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt. Kollha huma strutturati fuq madwar 30 imsieħeb prinċipali u ħames jew sitt ċentri ta’ kolokazzjoni, li ġeneralment ikollhom magħhom numru li jvarja ta’ msieħba affiljati addizzjonali, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). |
It-twaqqif tal-KICs bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KICs kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KICs kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KIC, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. | It-twaqqif tal-KICs bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KICs kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KICs kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KIC, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. Il-KICs għandhom ikunu jistgħu jimmobilizzaw l-investimenti u l-impenji fit-tul mis-setturi privati, pubbliċi u terzjarji. |
L-attivitajiet tal-KICs jifirxu fuq il-katina sħiħa tal-innovazzjoni u jinkludu fost oħrajn it-twaqqif ta’ programmi tal-Masters u l-PhD bit-tikketta tal-EIT li jiġbru flimkien xjenza eċċellenti mal-edukazzjoni tal-intraprenditorija, servizzi tal-ħolqien tan-negozju u skemi tal-mobilità. Bl-attivitajiet inizjali tal-KICs iffukati fuq it-talent u l-persuni, intlaħqu l-ewwel riżultati fuq l-edukazzjoni u l-intraprenditorija, inkluż it-twaqqif ta’ programmi tal-Masters u l-PhD. Żewġ KICs għaqqdu l-isforzi tagħhom u kkooperaw fi programm konġunt ta’ Master fl-iSmart Grids. | L-attivitajiet tal-KICs jifirxu fuq il-katina sħiħa tal-innovazzjoni u jinkludu fost oħrajn it-twaqqif ta’ programmi tal-Masters u l-PhD bit-tikketta tal-EIT li jiġbru flimkien xjenza eċċellenti mal-edukazzjoni tal-intraprenditorija, servizzi tal-ħolqien tan-negozju u skemi tal-mobilità. Bl-attivitajiet inizjali tal-KICs iffukati fuq it-talent u l-persuni, intlaħqu l-ewwel riżultati fuq l-edukazzjoni u l-intraprenditorija, inkluż it-twaqqif ta’ programmi tal-Masters u l-PhD. Żewġ KICs għaqqdu l-isforzi tagħhom u kkooperaw fi programm konġunt ta’ Master fl-iSmart Grids. |
| Attwalment l-EIT, permezz tal-KICs eżistenti u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, qed jiffaċċja kwistjoni ta’ konċentrazzjoni ġeografika; dan għandu jiġi kkunsidrat fil-ġejjieni, wara t-tnedija ta’ KICs futuri u l-espansjoni tal-operat tal-EIT. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.2 – paragrafu 1 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Li tingħeleb il-frammentazzjoni permezz ta’ sħubiji integrati fuq perjodu ta’ żmien twil u li tintlaħaq il-massa kritika permezz tad-dimensjoni Ewropea tiegħu: Filwaqt li jibni fuq inizjattivi ta’ kooperazzjoni eżistenti, l-EIT iwassal is-sħubiji magħżula fil-KICs għal livell aktar permanenti u strateġiku. Il-KICs jippermettu msieħba ta’ livell dinji biex jingħaqdu f’konfigurazzjonijiet ġodda, jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti, jaċċessaw opportunitajiet ġodda ta’ negozju permezz ta’ katini ġodda ta’ valur li jindirizzaw riskju ogħla, u sfidi fuq skala akbar. Barra minn dan, filwaqt li jeżistu numru sinifikanti ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Istati Membri tal-UE, ħafna drabi dawn ma jilħqux il-massa kritika għall-kompetizzjoni globali individwalment. Iċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KICs joffru l-opportunità lil atturi lokali b’saħħithom sabiex joħolqu rabta mill-qrib ma’ msieħba oħra eċċellenti transkonfinali, biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jaġixxu u jiksbu rikonoxximent globali. | Li tingħeleb il-frammentazzjoni permezz ta’ sħubiji integrati fuq perjodu ta’ żmien twil u li tintlaħaq il-massa kritika permezz tad-dimensjoni Ewropea tiegħu: Filwaqt li jibni fuq inizjattivi ta’ kooperazzjoni eżistenti, l-EIT iwassal is-sħubiji magħżula fil-KICs għal livell aktar permanenti u strateġiku. Il-KICs jippermettu msieħba ta’ livell dinji biex jingħaqdu f’konfigurazzjonijiet ġodda, jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti u jiżviluppaw mudelli ta’ innovazzjoni miftuħa u inklużivi, jaċċessaw opportunitajiet ġodda ta’ negozju permezz ta’ katini ġodda ta’ valur li jindirizzaw riskju ogħla, u sfidi fuq skala akbar. Barra minn dan, filwaqt li jeżistu numru sinifikanti ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Istati Membri tal-UE, ħafna drabi dawn ma jilħqux il-massa kritika għall-kompetizzjoni globali individwalment. Iċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KICs joffru l-opportunità lil atturi lokali b’saħħithom sabiex joħolqu rabta mill-qrib ma’ msieħba oħra eċċellenti transkonfinali, biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jaġixxu u jiksbu rikonoxximent globali. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Anness – parti 1 – intestatura 1.2 – paragrafu 1 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Titjib fl-impatt tal-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u ttestjar ta’ mezzi ġodda għat-tmexxija tal-innovazzjoni: L-EIT jaġixxi bħala katalist, billi jżid il-valur mal-bażi ta’ riċerka eżistenti, billi jaċċellera l-introduzzjoni u l-isfruttament tat-teknoloġiji u r-riżultati ta’ riċerka. L-attivitajiet tal-innovazzjoni min-naħa tagħhom jikkontribwixxu biex jiġu allinjati u jittieħed l-aqwa riżultati minn investimenti fir-riċerka u biex jagħmlu l-attivitajiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ aktar reattivi għall-bżonnijiet tan-negozju. Għal dan il-għan, l-EIT ġie mgħammar b’ammont sostanzjali ta’ flessibbiltà biex jiġu ttestjati mudelli ġodda tal-innovazzjoni, li jippermettu differenzjazzjoni vera fil-mudelli tat-tmexxija u l-finanzjament tal-KICs u l-adattament mgħaġġel biex jiġu indirizzati aħjar l-opportunitajiet emerġenti. | Titjib fl-impatt tal-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u ttestjar ta’ mezzi ġodda għat-tmexxija tal-innovazzjoni: L-EIT jaġixxi bħala "katalist tal-innovazzjoni", billi jżid il-valur mal-bażi ta’ riċerka eżistenti, billi jaċċellera l-introduzzjoni u l-isfruttament tat-teknoloġiji u r-riżultati ta’ riċerka u billi jittrasferixxi r-riżultati tar-riċerka għal-livelli kollha tal-edukazzjoni. L-attivitajiet tal-innovazzjoni min-naħa tagħhom jikkontribwixxu biex jiġu allinjati u jittieħed l-aqwa riżultati minn investimenti fir-riċerka u biex jagħmlu l-attivitajiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ aktar reattivi għall-bżonnijiet tan-negozju. Għal dan il-għan, l-EIT ġie mgħammar b’ammont sostanzjali ta’ flessibbiltà biex jiġu ttestjati mudelli ġodda tal-innovazzjoni, li jippermettu differenzjazzjoni vera fil-mudelli tat-tmexxija u l-finanzjament tal-KICs u l-adattament mgħaġġel biex jiġu indirizzati aħjar l-opportunitajiet emerġenti. L-EIT għandu wkoll il-potenzjal li jiżviluppa mudelli ta’ finanzjament ġodda, bħal premjijiet għall-innovazzjoni, li jippermetti li jiġu massimizzati l-benefiċċji pubbliċi tal-iffinanzjar tar-riċerka jiġu massimizzati, jiżgura li l-innovazzjoni mhux biss tittratta l-bżonnijiet l-aktar urġenti tas-soċjetà iżda wkoll jista’ jkun ta’ benefiċċju rapidu għaċ-ċittadini Ewropej. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.2 – paragrafu 1 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Trawwim transkonfinali tat-talent u trawwim tal-intrapreditorija permezz tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien: L-EIT ikabbar l-innovazzjoni mmexxija mill-bniedem u jpoġġi lil studenti, riċerkaturi u intraprendituri fil-qofol tal-isforzi tiegħu. L-EIT jipprovdi possibbiltajiet ġodda ta’ karrieri bejn l-akkademja u s-settur privat u skemi innovattivi għall-iżvilupp professjonali. It-tikketta tal-EIT mgħaqqda mal-programmi innovattivi tal-KICs għal Masters u PhD ser tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ marka ta’ eċċellenza rikonoxxuta internazzjonalment li tgħin biex ikun attirat talent mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra. L-intraprenditorija titkattar permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ studenti ta’ klassi dinjija mgħammra bl-għarfien u l-attitudnijiet biex jibdlu l-ideat f’opportunitajiet ta’ negozju ġodda. | Trawwim transkonfinali tat-talent u trawwim tal-intrapreditorija permezz tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien: L-EIT ikabbar l-innovazzjoni mmexxija mill-bniedem u jpoġġi lil studenti, riċerkaturi u intraprendituri fil-qofol tal-isforzi tiegħu. L-EIT jipprovdi possibbiltajiet ġodda ta’ karrieri u ta’ mobilità bejn l-akkademja u s-settur privat u skemi innovattivi għall-iżvilupp professjonali. It-tikketta tal-EIT mgħaqqda mal-programmi innovattivi tal-KICs għal Masters u PhD ser tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ marka ta’ eċċellenza rikonoxxuta internazzjonalment li tgħin biex ikun attirat talent mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra, filwaqt li jitqiesu l-fatturi distintivi u l-ħtiġijiet ta’ reġjuni individwali u l-iffaċilitar tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ distretti kulturali b‘assoċjazzjoni mal-industrija lokali. L-intraprenditorija titkattar permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ studenti ta’ klassi dinjija mgħammra bl-għarfien u l-attitudnijiet biex jibdlu l-ideat f’opportunitajiet ta’ negozju ġodda. |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.2 – paragrafu 1 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Finanzjament intelliġenti permezz ta’ ingranaġġ ikkombinat ma’ approċċ marbut mar-riżultati u man-negozju: L-EIT jipprovdi sa 25 % tal-baġit tal-KICs u jikkatalizza 75 % tar-riżorsi finanzjarji minn medda wiesgħa ta’ msieħba pubbliċi u privati, filwaqt li joħloq effett tal-ingranaġġ sinifikanti billi jgħaqqad l-investiment fuq skala kbira u jressaq sorsi pubbliċi u privati differenti lejn strateġiji maqbula b’mod konġunt. Barra minn dan, billi jiffoka kemm fuq l-impatt fuq is-suq u fuq l-impatt fuq is-soċjetà, l-EIT isegwi approċċ immexxi mir-riżultati. Il-KICs joperaw skont loġika tan-negozju, fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozju, b’miri ċari, riżultati tanġibbli u indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni (KPIs) li jiġu mkejla magħhom. | Finanzjament intelliġenti permezz ta’ ingranaġġ ikkombinat ma’ approċċ marbut mar-riżultati u man-negozju: L-EIT jipprovdi sa 25 % tal-baġit tal-KICs u jikkatalizza 75 % tar-riżorsi finanzjarji minn medda wiesgħa ta’ msieħba pubbliċi u privati, filwaqt li joħloq effett tal-ingranaġġ sinifikanti billi jgħaqqad l-investiment fuq skala kbira u jressaq sorsi pubbliċi u privati differenti lejn strateġiji maqbula b’mod konġunt. Bl-effett sinifikanti ta’ lieva 1-to-3, il-baġit totali allokat lil EIT ta’ 3.3% tal-baġit totali tal-Orizzont 2020, jirnexxielu jakkwista b’effett ta’ lieva 10% aktar b’mod addizzjonali mill-baġit tal-Orizzont 2020, minn fondi publiċi u privati, lejn il-kisba tal-aġenda tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Barra minn dan, billi jiffoka kemm fuq l-impatt fuq is-suq u fuq l-impatt fuq is-soċjetà, l-EIT isegwi approċċ immexxi mir-riżultati. L-EIT għandu jaġixxi bħala investitur, li jsegwi loġika imprenditorjali, u l-investimenti tiegħu għandhom jaġixxu bħala lieva għal sorsi oħra ta’ ffinanzjar privat jew pubbliku. Il-KICs joperaw skont loġika tan-negozju, fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozju, b’miri ċari, riżultati tanġibbli u indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni (KPIs) li jiġu mkejla magħhom. |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-relazzjonijiet bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni qed jiġu dejjem aktar rikonoxxuti fl-inizjattivi u l-programmi tal-UE. Hemm potenzjal kbir għal azzjonijiet li jsaħħu b'mod reċiproku fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali. Fil-livell tal-UE, il-qafas strateġiku pprovdut minn Orizzont 2020 – il-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjon (2014-2020) – ser ikompli jiżgura li dawn is-sinerġiji jiġu sfruttati bis-sħiħ. | Ir-relazzjonijiet bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni qed jiġu dejjem aktar rikonoxxuti fl-inizjattivi u l-programmi tal-UE. Hemm potenzjal kbir għal azzjonijiet li jsaħħu b'mod reċiproku fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali. Fil-livell tal-UE, il-qafas strateġiku pprovdut minn Orizzont 2020 – il-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjon (2014-2020) – ser ikompli jiżgura li dawn is-sinerġiji jiġu sfruttati bis-sħiħ. L-EIT u l-KICs għandhom jikkomplimentaw it-totalità ta’ ffinanzjar tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, aktar milli jidduplikawh. |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). | L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ mudelli ta' innovazzjoni miftuħa u inklużivi fost l-SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għandu jappoġġja l-kooperazzjoni transkonfinali u transsettorjali kif ukoll il-mobilità fil-livell tar-riċerka u tal-innovazzjoni, bejn l-akkademiċi, l-istituti ta’ riċerka u intrapriżi. L-EIT se jiżviluppa pjattaforma ta’ ġbir komuni tal-innovazzjoni u tal-għarfien, li se tagħti appoġġ lil dawk l-oqsma li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs, u fuq tul ta’ żmien itwal għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-programm qafas “Orizzont 2020”. Għandha tiġi stabbilita prijorità distinta, li tiddefinixxi l-ambitu speċifiku tal-EIT fil-livell tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u li tkun tikkontribwixxi għat-tixrid tal-prattiki tajba Komunitarji. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). Mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-EIT u attivitajiet oħra fil-qafas ta’ Orizzont 2020 għandu jiġi propost mill-Kummissjoni Ewropea b’konsultazzjoni mal-EIT, u għandu jiġi implimentat mill-EIT. |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn hekk, l-EIT toffri dimensjoni kompleta tal-edukazzjoni lill-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Permezz tal-edukazzjoni innovattiva u intraprenditorjali, l-EIT għandu rwol importanti biex jgħaqqad il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u jipprovdi l-impenn fit-tul meħtieġ biex ikun hemm bidliet sostenibbli fl-edukazzjoni għolja. Partikolarment permezz ta’ lawrji ġodda trans- u interdixxiplinarji bit-tikketta tal-EIT, dan qed imexxi sforz kollaborattiv lejn l-edukazzjoni għall-innovazzjoni b’effetti ċari wkoll fuq l-aġenda usa’ Ewropea għall-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja sabiex b’hekk issir promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja. | Barra minn hekk, l-EIT toffri dimensjoni kompleta tal-edukazzjoni lill-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, inkluż permezz ta’ aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet ta’ riċerka. Permezz tal-edukazzjoni innovattiva u intraprenditorjali, l-EIT għandu rwol importanti biex jgħaqqad il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u jipprovdi l-impenn fit-tul meħtieġ biex ikun hemm bidliet sostenibbli fl-edukazzjoni għolja. Partikolarment permezz ta’ lawrji ġodda trans- u interdixxiplinarji bit-tikketta tal-EIT, dan qed imexxi sforz kollaborattiv lejn l-edukazzjoni għall-innovazzjoni b’effetti ċari wkoll fuq l-aġenda usa’ Ewropea għall-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja sabiex b’hekk issir promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja. |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.3 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KIC u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KIC kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KICs u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tal-KICs. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KIC, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KICs jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KICs – tal-preżent u tal-futur – permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KICs ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). | Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KIC u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KIC kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). |
| Ir-reġjuni u l-Istati Membri li huma s-sit ta’ ċentri għal kolokazzjoni se jkollhom opportunitajiet li jiksbu benefiċċji pożittivi permezz ta’ ekonomiji ta’ agglomerazzjoni u l-kisba ta’ esternalitajiet pożittivi. Dawn l-opportunitajiet se jiġu msaħħa jekk tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sħab tal-KIC fir-reġjuni u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil u l-forniment ta’ Strateġiji għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) kif deskritt fl-Anness IV fil- COM(2011) 615 , 2011/0276 (COD) , C7-0335/11 . B’kuntrast ma’ dan, ir-reġjuni li huma esklużi minn dawn l-attivitajiet jistgħu jesperjenzaw riskji ta’ effetti negattivi kumulattivi. Dan jista’ jsaħħaħ l-inugwaljanzi eżistenti, u jġib benefiċċji pożittivi lir-reġjuni li juru elementi qawwija eżistenti fil-kapaċità għall-innovazzjoni iżda li jaffettwaw b’mod negattiv dawk bi dgħufijiet eżistenti. Dawn ir-riskji jistgħu jiġu evitati permezz tal-Iskema RIS, u jekk ir-reġjuni li mhumiex sit għaċ-ċentri ta’ kolokazzjoni jadottaw Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) inkluż sħubija ma’ reġjuni li jospitaw ċentri eżistenti u potenzjali ta’ kolokazzjoni, bħall-Komunitajiet Reġjonali ta’ Innovazzjoni u Implimentazzjoni (RICs). |
| Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KICs, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament, bħall-Komunitajiet Reġjonali ta’ Innovazzjoni u Implimentazzjoni eżistenti tal-KICs dwar il-Klima, jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tagħhom fl-attivitajiet tal-KICs. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KIC, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KICs jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KICs u r-RICs permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KICs ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). Se jinħolqu salvagwardji sabiex jiġi evitat finanzjament doppju (75% tal-finanzjament huwa dovut għall-finanzjament privat, pubbliku u reġjonali, inklużi l-programmi Ewropej u l-Politika ta' Koeżjoni). Kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament ta' programmi oħra b'rabta mal-edukazzjoni għandu jiġi evitat. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.3 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt, strument prinċipali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni fir-riċerka, għandhom jipprovdu n-nukleu tal-bażi tar-riċerka pan-Ewropea tal-KIC. Min-naħa tagħhom, il-KICs jistgħu jgħaġġlu u jrawmu l-isfruttament ta’ riċerka pubblika eċċellenti miġbura flimkien mill-JPIs, u b’hekk jindirizzaw il-frammentazzjoni fl-innovazzjoni. L-Inizjattivi għal Teknoloġiji Konġunti (JTIs) u s-Sħubiji Pubbliċi Privati mwaqqfa dan l-aħħar jipprovdu pjattaformi għall-promozzjoni ta’ riċerka fuq skala kbira mmexxija mill-industrija u jtejbu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji prinċipali. Il-KICs jistgħu jgħinu biex jikkatalizzaw dawn l-investimenti ta' riċerka prinċipali biex iqawwu t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kummerċjalizzazzjoni u biex jiżviluppaw attivitajiet ġodda fin-negozju eżistenti permezz ta’ talent intraprenditorjali. Permezz tal-approċċ tiegħu tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT ser jikkomplementa l-investiment tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) fuq ir-riċerka ta’ livell dinji billi jindirizza l-katina kollha tal-innovazzjoni mill-ideat għall-applikazzjoni u l-isfruttament u jipprovdi opportunitajiet addizzjonali fl-innovazzjoni u espożizzjoni għall-intraprenditorija għal riċerkaturi 'Marie Curie' u studenti tal-'Erasmus għal Kulħadd'. | Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt, strument prinċipali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni fir-riċerka, għandhom jipprovdu n-nukleu tal-bażi tar-riċerka pan-Ewropea tal-KIC. Min-naħa tagħhom, il-KICs jistgħu jgħaġġlu u jrawmu l-isfruttament ta’ riċerka pubblika eċċellenti miġbura flimkien mill-JPIs, u b’hekk jindirizzaw il-frammentazzjoni fl-innovazzjoni. L-Inizjattivi għal Teknoloġiji Konġunti (JTIs) u s-Sħubiji Pubbliċi Privati mwaqqfa dan l-aħħar jipprovdu pjattaformi għall-promozzjoni ta’ riċerka fuq skala kbira mmexxija mill-industrija u jtejbu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji prinċipali. Il-KICs jistgħu jgħinu biex jikkatalizzaw dawn l-investimenti ta' riċerka prinċipali biex iqawwu t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kummerċjalizzazzjoni u biex jiżviluppaw attivitajiet ġodda fin-negozju eżistenti permezz ta’ talent intraprenditorjali. Permezz tal-approċċ tiegħu tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT ser jikkomplementa l-investiment tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) fuq ir-riċerka ta’ livell dinji billi jindirizza l-katina kollha tal-innovazzjoni mill-ideat għall-applikazzjoni u l-isfruttament u se jassigura l-iżvilupp tal-ispazju Ewropew tar-riċerka, billi joħloq opportunitajiet ġodda għar-riċerkaturi fil-qafas tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. L-EIT se jieħu vantaġġ mill-kapital intelletwali tal-Ewropa bil-ħsieb li jikseb kompetenzi ġodda fl-innovazzjoni u espożizzjoni għall-intraprenditorija permezz tal-korrelazzjoni mal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’. |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – intestatura 1.3 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni li ġejjin ser jipprovdu oqfsa globali biex jiffaċilitaw l-allinjament u s-sinerġiji fost strumenti u politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija mill-provvista u d-domanda. Il-KICs jistgħu jikkontribwixxu għall-EIPs permezz tan-natura mifruxa tagħhom u l-esperjenza prattika, u partikolarment billi jiżviluppaw il-kapital uman meħtieġ, jedukaw l-atturi ewlenin bħall-intraprendituri u r-riċerkaturi, u jidentifikaw il-kundizzjonijiet ta’ qafas u l-aqwa prattika fuq kwistjonijiet ta’ politika, regolatorji jew ta’ standardizzazzjoni fis-settur rilevanti tagħhom. | L-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni li ġejjin ser jipprovdu oqfsa globali biex jiffaċilitaw l-allinjament u s-sinerġiji fost strumenti u politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija mill-provvista u d-domanda. L-EIP jista’ jkun ir-rabta bejn l-isfidi tas-soċjetà u l-EIT, billi jwettaq r-rwol li jistipula l-aġenda u jikkunsidra l-ħtieġa ta’ ħolqien ta’ KIC fir-rigward ta’ ċerti temi. Il-KICs jistgħu jikkontribwixxu għall-EIPs permezz tan-natura mifruxa tagħhom u l-esperjenza prattika, u partikolarment billi jiżviluppaw il-kapital uman meħtieġ, jedukaw l-atturi ewlenin bħall-intraprendituri u r-riċerkaturi, u jidentifikaw il-kundizzjonijiet ta’ qafas u l-aqwa prattika fuq kwistjonijiet ta’ politika, regolatorji jew ta’ standardizzazzjoni fis-settur rilevanti tagħhom. |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.3 – subparagrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-prattika, opportunitajiet għal sinerġiji ser jimmaterjalizzaw b’modi differenti, minn KIC għal KIC u minn sfida għal sfida. Illum, qed jiġu żviluppati rabtiet fil-livell tal-KIC ma’ inizjattivi oħra, li jvarjaw skont il-punti speċifiċi ta' kull KIC u l-qasam tematiku tagħha. | Fil-prattika, opportunitajiet għal sinerġiji ser jimmaterjalizzaw b’modi differenti, minn KIC għal KIC u minn sfida għal sfida. Illum, qed jiġu żviluppati rabtiet fil-livell tal-KIC ma’ inizjattivi oħra, li jvarjaw skont il-punti speċifiċi ta' kull KIC u l-qasam tematiku tagħha. Barra minn hekk, l-EIT għandu jrawwem is-sinerġiji u l-interazzjoni tal-KICs fost il-pilastri fl-inizjattiva Orizzont 2020 u ma’ inizjattivi oħrajn, filwaqt li jikkunsidra kif dovut ir-riskju ta’ trikkib. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-proċess tat-twaqqif tal-KICs inizjali involva ammont sostanzjali ta’ 'tagħlim bil-prattika'. Wera li l-KICs huma kunċetti ġodda u l-isfida li l-KICs jiġu organizzati legalment u li jiġu ffurmati relazzjonijiet kuntrattwali mal-KICs u mal-imsieħba tagħhom kienet sottovalutata mill-partijiet kollha involuti fil-proċess. Nuqqas ta’ għarfien tal-adattabilità ta’ forom differenti ta’ entità legali m’għenx biex itaffi l-proċess tat-twaqqif. Filwaqt li għandu jinżamm l-approċċ minn isfel għal fuq, li jagħti spazju sostanzjali lil kull KIC biex torganizza l-isħubiji tagħha, għandha tingħata aktar gwida biex jiġu identifikati proġetti ġodda legali adattati. Barra minn dan, l-isfida li jinġiebu flimkien kulturi akkademiċi u ta’ negozju differenti f’entità legali waħda m'għandhiex tkun sottovalutata; għalhekk l-importanza li jkunu kondiviżi valuri komuni kemm fuq livell tal-KIC u tal-EIT. Barra minn hekk, il-KICs huma innovazzjonijiet istituzzjonali fuq skala kbira, u l-ebda żewġ KICs m’huma l-istess. Dan joffri firxa kbira ta’ mudelli tal-innovazzjoni, iżda jagħmel il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ġenerali tal-KICs iktar diffiċli. | Il-proċess tat-twaqqif tal-KICs inizjali involva ammont sostanzjali ta’ 'tagħlim bil-prattika'. Wera li l-KICs huma kunċetti ġodda u l-isfida li l-KICs jiġu organizzati legalment u li jiġu ffurmati relazzjonijiet kuntrattwali mal-KICs u mal-imsieħba tagħhom kienet sottovalutata mill-partijiet kollha involuti fil-proċess. Nuqqas ta’ għarfien tal-adattabilità ta’ forom differenti ta’ entità legali m’għenx biex itaffi l-proċess tat-twaqqif. Filwaqt li għandu jinżamm l-approċċ minn isfel għal fuq, li jagħti spazju sostanzjali lil kull KIC biex torganizza l-isħubiji tagħha, għandha tingħata aktar gwida biex jiġu identifikati proġetti ġodda legali adattati. Barra minn dan, l-isfida li jinġiebu flimkien kulturi akkademiċi u ta’ negozju differenti f’entità legali waħda m'għandhiex tkun sottovalutata; għalhekk l-importanza li jkunu kondiviżi valuri komuni kemm fuq livell tal-KIC u tal-EIT. Barra minn hekk, il-KICs huma innovazzjonijiet istituzzjonali fuq skala kbira, u l-ebda żewġ KICs m’huma l-istess. Dan joffri firxa kbira ta’ mudelli tal-innovazzjoni, iżda jagħmel il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ġenerali tal-KICs iktar diffiċli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun hemm approċċ individwali għall-KICs differenti. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-futur, għandha tingħata gwida upstream iktar ċara peress li l-proċess tal-għażla biex jiżgura li fatturi strateġiċi essenzjali huma kondiviżi mill-KICs kollha, filwaqt li jippermettu approċċi differenti fl-organizzazzjoni, it-twassil u l-finanzjament tal-approċċi. Finalment, in-numru totali attwali ta’ tliet KICs għadu ma jipprovdix il-massa kritika għall-EIT sabiex dan jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu bħala Istitut ta' innovazzjoni minn ta’ quddiem. Bi tliet KICs biss hemm opportunitajiet limitati għall-kisb tal-benefiċċji mifruxin mal-KICs ta’ opportunitajiet ta’ innovazzjoni simili kif ukoll biex ikun hemm ekonomiji tal-iskala fl-amministrazzjoni u t-tifrix. Ifisser ukoll li l-EIT mhuwiex ta’ skala kbira biżżejjed biex jaġixxi tabilħaqq ta’ istituzzjoni Ewropea fih innifsu. F’dan ir-rigward, il-KICs addizzjonali huma meħtieġa sabiex l-EIT jakkwista l-massa kritika biex ikun iktar milli sempliċiment 'is-somma tal-partijiet tiegħu'. Jekk l-EIT għandu jesplora mudelli ġodda ta’ tmexxija u ġestjoni tal-innovazzjoni permezz tal-KICs, għandu jiġi stabbilit numru limitat ta’ sħubiji addizzjonali sabiex jitkabbar il-kampjun li fuqu hija bbażata l-esperjenza tal-EIT. | Fil-futur, għandha tingħata gwida upstream iktar ċara peress li l-proċess tal-għażla biex jiżgura li fatturi strateġiċi essenzjali huma kondiviżi mill-KICs kollha, filwaqt li jippermettu approċċi differenti fl-organizzazzjoni, it-twassil u l-finanzjament tal-approċċi. L-EIT għandu jkollu rwol aktar attiv fl-għoti ta' pariri u l-appoġġ li jagħti lill-KICs fi kwistjonijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u toħloq gwida tal-aħjar prattiki li xxerred prattiki u esperjenzi tajba ta’ KICs eżistenti għal KICs ġodda. Finalment, in-numru totali attwali ta’ tliet KICs għadu ma jipprovdix il-massa kritika għall-EIT sabiex dan jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu bħala Istitut ta' innovazzjoni minn ta’ quddiem. Bi tliet KICs biss hemm opportunitajiet limitati għall-kisb tal-benefiċċji mifruxin mal-KICs ta’ opportunitajiet ta’ innovazzjoni simili kif ukoll biex ikun hemm ekonomiji tal-iskala fl-amministrazzjoni u t-tifrix. Ifisser ukoll li l-EIT għad mhuwiex ta’ skala kbira biżżejjed biex jaġixxi tabilħaqq ta’ istituzzjoni Ewropea fih innifsu. |
| L-EIT bħala istitut reali |
| L-EIT għandu jkun aktar minn sempliċement "is-somma tal-partijiet tiegħu", li bħalissa huma l-KICs. L-UE teħtieġ tikketta ta' eċċellenza fir-rigward tal-innovazzjoni, li tkun tista' tingħaraf internazzjonalment, u dan jista' jinkiseb billi l-EIT jingħata raġġ ta' azzjoni wiesgħa u inklużiv. |
| F’dan ir-rigward, il-KICs addizzjonali huma meħtieġa sabiex l-EIT jakkwista l-massa kritika. Jekk l-EIT għandu jesplora mudelli ġodda ta’ tmexxija u ġestjoni tal-innovazzjoni permezz tal-KICs, għandu jiġi stabbilit numru limitat ta’ sħubiji addizzjonali sabiex jitkabbar il-kampjun li fuqu hija bbażata l-esperjenza tal-EIT. |
| L-EIT għandu l-għan li jikkonsolida u jkompli jiżviluppa ir-rwol tiegħu bħala "investitur" li jiffavorixxi u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fl-oqsma tar-riċerka, tan-negozji u tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jrawmu l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom. |
| Madankollu, l-UE ma tistax taffordja li titlef jew li taħli l-għarfien. F'dan ir-rigward, l-EIT jeħtieġ ukoll jinkludi netwerks universitarji, apparti dawk li diġà qed jipparteċipaw fil-KICs, kif ukoll l-għotjiet għall-innovazzjoni Marie Curie, u jaħdem f'kooperazzjoni u artikulazzjoni mill-qrib mal-JTIs, l-RICs u forom innovattivi oħra li jistgħu jitfaċċaw ta' kif issir jew tiġi promossa r-riċerka, inklużi KICs iżgħar. Minkejja l-fatt li l-għan tar-riċerka mhuwiex ewlieni għall-KICs eżistenti, l-EIT għandu jippromwovi approċċi multidixxiplinarji għall-innovazzjoni, u jappoġġja l-iżvilupp tal-innovazzjoni mhux teknoloġika, organizzattiva u tas-sistemi u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku bħala komplement neċessarju għall-attivitajiet eżistenti tal-innovazzjoni, kif ukoll għal oħrajn futuri possibbli. |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-EIT jeħtieġ li, fuq perjodu ta’ żmien twil, jikkultiva identità ċara u reputazzjoni mad-dinja bħala l-magna tal-Ewropa għall-innovazzjoni u l-imprenditorija u bħala fornitur ta’ livell mondjali ta’ edukazzjoni f’dan il-qasam. L-EIT jista’ jiżviluppa f’entità li tikkonkretizza l-aġenda ta’ innovazzjoni tal-Unjoni, l-istess kif l-ERC jikkonkretizza l-eċċellenza Ewropea u l-pożizzjoni ta' mexxej dinji fix-xjenza. It-trawwim ta’ marka EIT b’saħħitha jista’ jinkludi azzjonijiet biex jinħoloq netwerk b’saħħtu ta’ bnedmin u negozji madwar il-komunità tal-EIT (studenti, alumni, edukaturi, imprendituri, professjonisti, eċċ.) u jkattar sens ta’ identità u viżibilità. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu l-organizzazzjoni ta’ konferenzi tax-xjenza u l-innovazzjoni, avvenimenti annwali, kompetizzjonijiet u premjijiet, ċerimonji ta’ gradwazzjoni, eċċ. |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Huwa u jkompli jibni fuq dawn it-tagħlimiet, l-EIT biħsiebu jikkonsolida u jiżviluppa iktar ir-rwol tiegħu bħala ‘investitur’ li jrawwem u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fir-riċerka, in-negozji u l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jkattru l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom permezz tal-KICs. | Huwa u jkompli jibni fuq dawn it-tagħlimiet, l-EIT biħsiebu jikkonsolida u jiżviluppa iktar billi jrawwem u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fir-riċerka, in-negozji u l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jkattru l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom permezz tal-KICs. Fid-dawl ta' dan, għandhom jitnedew kampanji ta' informazzjoni li jagħmlu użu mill-mezzi u l-modi kollha ta' komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat li kemm l-universitajiet kif ukoll l-istudenti jkollhom biżżejjed aċċess għal informazzjoni dwar it-tħaddim u l-ambitu tal-EIT u l-KICs. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-approċċ tal-‘investitur EIT’ jirrappreżenta l-punt fokali biex jiġu identifikati l-aqwa opportunitajiet strateġiċi u biex jintagħżel portafoll ta’ sħubiji ta' livell dinji – il-KICs – sabiex irendu fuq dawn. Bħala parti minn dan l-approċċ, l-EIT jagħti l-għotjiet annwali lill-KICs abbażi tar-rendiment tagħhom fil-passat u l-attivitajiet li jipproponu fil-pjan ta’ ħidma tagħhom. L-evalwazzjooni tal-pjanijiet ta’ ħidma jiġu appoġġati mill-esperti indipendenti esterni. F’din il-perspettiva, l-EIT mhux biss għandu jwaqqaf direzzjonijiet u viżjonijiet wiesgħa, imma jinħtieġ li jipprovdi lill-KICs b’livell xieraq ta’ appoġġ u jissorvelja r-rendiment tagħhom. Fl-istess ħin, il-KICs huma mogħtija ammont sostanzjali ta’ spazju biex huma jiddefinixxu l-istrateġiji interni u l-organizzazzjoni tagħhom kif ukoll biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u jimmobilizzaw it-talent u r-riżorsi meħtieġa. | L-approċċ tal-‘investitur EIT’ jirrappreżenta l-punt fokali biex jiġu identifikati l-aqwa opportunitajiet strateġiċi u biex jintgħażel portafoll ta’ sħubiji ta' livell dinji – il-KICs – sabiex irendu fuq dawn. Bħala parti minn dan l-approċċ, l-EIT jagħti l-għotjiet annwali lill-KICs abbażi tar-rendiment tagħhom fil-passat u l-attivitajiet li jipproponu fil-pjan ta’ ħidma tagħhom, wara proċedura ċara, pubblika u trasparenti. L-evalwazzjooni tal-pjanijiet ta’ ħidma jiġu appoġġati mill-esperti indipendenti esterni. F’din il-perspettiva, l-EIT mhux biss għandu jwaqqaf direzzjonijiet u viżjonijiet wiesgħa, imma jinħtieġ li jipprovdi lill-KICs b’livell xieraq ta’ appoġġ u jissorvelja r-rendiment tagħhom. Fl-istess ħin, il-KICs huma mogħtija ammont sostanzjali ta’ spazju biex huma jiddefinixxu l-aġenda, l-istrateġiji interni u l-organizzazzjoni tagħhom kif ukoll biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u jimmobilizzaw it-talent u r-riżorsi meħtieġa. |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dħul fuq l-investiment tal-EIT fil-KICs ser jitkejjel f’termini tal-benefiċċji tanġibbli għall-ekonomija Ewropea u s-soċjetà inġenerali, bħall-ħolqien ta’ negozji, prodotti u servizzi ġodda fi swieq eżistenti u futuri, persuni intraprenditorjali b’kapaċitajiet aqwa, opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u aktar attraenti, u l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ talent madwar l-UE u ’l barra minnha. | Dħul fuq l-investiment tal-EIT fil-KICs ser jitkejjel f’termini tal-benefiċċji tanġibbli għall-ekonomija Ewropea u s-soċjetà inġenerali, bħall-ħolqien ta’ negozji, prodotti u servizzi ġodda fi swieq eżistenti u futuri, persuni intraprenditorjali b’kapaċitajiet aqwa, opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u aktar attraenti, u kif ukoll billi jintużaw il-kwalitajiet ta’ komunitajiet lokali li diġà huma simboli ta’ eċċellenza, u l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ talent madwar l-UE u ’l barra minnha. Madankollu, anki indikaturi tar-rendiment kwalitattiv jiġu stipulati biex il-KICs jiġu vvalutati. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Element importanti f'dan ir-rigward huwa wkoll l-iżvilupp, flimkien mal-KICs, ta’ ‘identità korporattiva’ reali tal-EIT fuq grupp ta’ valuri kondiviżi. Filwaqt li l-KICs kollha u l-imsieħba individwali tagħhom għandhom identitajiet u valuri korporattivi tagħhom stess, huma kollha jikkondividu l-valuri li jgħaqqdu flimkien il-komunità EIT/KICs. Dawn huma: eċċellenza fit-trijangolu tal-għarfien; persuni tas-sengħa u intraprenditorjali; kollaborazzjoni fit-tul bejn il-fruntieri, id-dixxiplini u s-setturi; u l-punt fokali fuq l-impatt tas-soċjetà u ekonomiku. Identità bħal din ser ittejjeb ukoll il-viżibilità u r-reputazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs. | Element importanti f'dan ir-rigward huwa wkoll l-iżvilupp, flimkien mal-KICs, ta’ ‘identità korporattiva’ reali tal-EIT fuq grupp ta’ valuri kondiviżi. Filwaqt li l-KICs kollha u l-imsieħba individwali tagħhom għandhom identitajiet u valuri korporattivi tagħhom stess, huma kollha jikkondividu l-valuri li jgħaqqdu flimkien il-komunità EIT/KICs. Dawn huma: eċċellenza fit-trijangolu tal-għarfien; opportunitajiet għall-involviment tal-Istati Membri kollha; persuni b’ħiliet speċjalizzati u intraprenditorjali; kollaborazzjoni fit-tul bejn il-fruntieri, id-dixxiplini u s-setturi; u l-punt fokali fuq l-impatt tas-soċjetà u ekonomiku. Identità bħal din ser ittejjeb ukoll il-viżibilità u r-reputazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT se jappoġġa b’mod attiv it-tliet KICs inizjali biex itejjeb il-potenzjal u l-impatt tagħhom u l-kontribuzzjoni tagħhom lill-għanijiet ta’ Orizzont 2020. Maż-żmien, il-KICs ser jespandu l-portafoll inizjali tal-attivitajiet tagħhom sabiex jiksbu opportunitajiet ġodda fis-suq jew fis-soċjetà. Biex jappoġġja dawn l-iżviluppi, l-EIT għandu jagħti pariri u jiddefinixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kull KIC individwali, strateġiji ta’ kofinanzjament imfassla apposta, li fl-istess ħin isostnu attivitajiet strateġiċi minn perspettiva tal-EIT. | L-EIT se jappoġġa b’mod attiv it-tliet KICs inizjali biex itejjeb il-potenzjal u l-impatt tagħhom u l-kontribuzzjoni tagħhom lill-għanijiet ta’ Orizzont 2020. Maż-żmien, il-KICs ser jespandu l-portafoll inizjali tal-attivitajiet tagħhom sabiex jiksbu opportunitajiet ġodda fis-suq jew fis-soċjetà u jadattaw ruħhom għall-ambjent dinji li jinbidel. Biex jappoġġja dawn l-iżviluppi, l-EIT għandu jagħti pariri u jiddefinixxi – b'mod ċar, trasparenti u li jagħti rendikont pubbliku – f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kull KIC individwali, strateġiji ta’ kofinanzjament imfassla apposta, li fl-istess ħin isostnu attivitajiet strateġiċi minn perspettiva tal-EIT. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Finanzjament |
| Il-finanzjament mill-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni hu ta' sinifikat ewlieni u għandu jiġi sfruttat għal effett ta’ lieva. L-effett ta' lieva huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-użu mill-EIT tal-fondi tal-Unjoni, li jattira finanzjament addizzjonali privat u pubbliku, jippromwovi approċċ multifondi u jsaħħaħ il-pontijiet li jgħaqqdu l-EIT mal-fondi strutturali. L-EIT u l-KICs ifittxu wkoll sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll ma' ċentri potenzjali u emerġenti ta' eċċellenza, komunitajiet jew reġjuni innovattivi fi Stati Membri li jrendu anqas innovazzjoni. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Peress li huma l-persuni li jwasslu għal innovazzjonijiet, jista’ jiġi pprovdut, fejn xieraq, li tiġi żgurata parteċipazzjoni suffiċjenti ta’ studenti fil-programmi edukattivi tal-EIT li ġejjin mill-periferija tal-UE (pereżempju permezz ta’ boroż ta’ studju kofinanzjati minn Stati Membri u l-Fellowship Scheme). L-EIT huwa mħeġġeġ jikkollabora mal-Istati Membri u r-reġjuni biex jiġi żgurat li gradwati tal-EIT se jsibu opportunitajiet u l-appoġġ meħtieġ sabiex jesprimu l-potenzjal tagħhom ta’ innovazzjoni u imprenditorija fi ħdan l-UE. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KICs mhux biss jibnu fuq il-bażi ta' riċerka eċċellenti eżistenti tal-imsieħba tagħhom, imma huma wkoll minn ta’ quddiem biex jippromwovu u jimplimentaw il-missjoni edukattiva tal-EIT. L-għan huwa li persuni b’talent jiġu edukati u mħarrġa bil-kapaċitajiet, l-għarfien u l-kundizzjoni mentali meħtieġa fl-ekonomija tal-għarfien globali. Għal dan il-għan, l-EIT jippromwovi b’mod attiv, inter alia, l-gradi b’tikketta tal-EIT billi jissorvelja l-kwalità u l-implimentazzjoni koerenti tagħhom fil-KICs. F’dan ix-xogħol, huma ser jagħmlu użu estensiv mill-valutazzjonijiet ta’ msieħba u esperti, u jistabbilixxu djalogu mal-korpi nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan ser itejjeb ir-rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali tal-kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jżid l-attrazzjoni tagħhom globalment, filwaqt li jipprovdi pjattaforma għall-kollaborazzjoni f’livell internazzjonali. Fil-futur, KICs ser ikunu mħeġġa biex jespandu l-attivitajiet edukattivi tagħhom lil hinn mill-edukazzjoni post-graduate lil varjetà akbar ta’ moduli ta’ studju biex jaqdu varjetà usa’ ta’ attivitajiet innovattivi, ta’ żvilupp professjonali, li jinvolvu edukazzjoni eżekuttiva, korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta, u skejjel tas-sajf. Biex jittejjeb l-impatt tal-attivitajiet edukattivi tal-KICs u biex tintlaħaq udjenza usa, il-KICs jistgħu jipprevedu d-disinn, fuq bażi sperimentali, ta’ moduli għal korsijiet undergraduate jew pakketti li jkunu mmirati għall-edukazzjoni fl-iskola. | Il-KICs mhux biss jibnu fuq il-bażi ta' riċerka eċċellenti eżistenti tal-imsieħba tagħhom, imma huma wkoll minn ta’ quddiem biex jippromwovu u jimplimentaw il-missjoni edukattiva tal-EIT. L-għan huwa li persuni b’talent jiġu edukati u mħarrġa bil-kapaċitajiet, l-għarfien u l-kundizzjoni mentali meħtieġa fl-ekonomija u f'soċjetà tal-għarfien globali. Għal dan il-għan, l-EIT jippromwovi b’mod attiv, inter alia, l-gradi b’tikketta tal-EIT billi jissorvelja l-kwalità u l-implimentazzjoni koerenti tagħhom fil-KICs. F’dan ix-xogħol, se jiġu applikati serje ta’ kriterji tal-kwalità mill-KICs għal gradi b’tikketta tal-EIT, biex tiġi żgurata l-preservazzjoni ta’ standards akkademiċi għoljin u r-reputazzjoni ta’ universitajiet Ewropej. Barra minn hekk, huma ser jagħmlu użu estensiv mill-valutazzjonijiet ta’ msieħba u esperti, u jistabbilixxu djalogu mal-korpi nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan ser itejjeb ir-rikonoxximent u r-reputazzjoni nazzjonali u internazzjonali tal-kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jżid l-attrazzjoni tagħhom globalment, filwaqt li jipprovdi pjattaforma għall-kollaborazzjoni f’livell internazzjonali. Fil-futur, KICs ser ikunu mħeġġa biex jespandu l-attivitajiet edukattivi tagħhom lil hinn mill-edukazzjoni post-graduate lil varjetà akbar ta’ moduli ta’ studju biex jaqdu varjetà usa’ ta’ attivitajiet innovattivi, ta’ żvilupp professjonali, li jinvolvu edukazzjoni eżekuttiva, korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta (inklużi korsijiet ta' taħriġ professjonali), u skejjel tas-sajf, kif ukoll apprendistati fi ħdan il-KICs u s-sħab tagħhom. Biex jittejjeb l-impatt tal-attivitajiet edukattivi tal-KICs u biex tintlaħaq udjenza usa', il-KICs jistgħu jipprevedu d-disinn, fuq bażi sperimentali, ta’ moduli u lawrji b'distanza u permezz ta’ tagħlim elettroniku, kif ukoll moduli għal korsijiet undergraduate jew pakketti li jkunu mmirati għall-edukazzjoni fl-iskola. |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| F’dan il-kuntest, u biex tiġi estiża l-bażi ta’ talent fi ħdan l-UE u biex tiġi żgurata d-disponibilità ta’ numri suffiċjenti ta' individwi b'ħiliet li huma meħtieġa biex fil-fatt tinkiseb l-innovazzjoni, l-EIT għandu jipparteċipa fi sforzi biex tissaħaħ l-attrattività tal-Edukazzjoni tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, u l-Matematika (STEM). Il-KICs jistgħu jiżviluppaw programmi ta’ kkowċjar għal żgħażagħ Ewropej permezz ta’ apprendistati, żjarat fl-iskejjel, għotjiet għal studenti tal-iskejjel u l-università b’riżultati eċċellenti fl-oqsma tal-iSTEM, korsijiet f’istituzzjonijiet tan-negozju jew tal-maniġment u/jew tal-imprenditorija għal studenti tax-xjenza eċċellenti tul is-sajf. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1 – paragrafu 5 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jinċentivizza l-KICs biex jiżviluppaw attivitajiet konġunti dwar kwistjonijiet komuni. | Jinċentivizza l-ħidma ta’ kolokazzjoni trasversali fi ħdan kull KIC u jistimula l-KICs biex jiżviluppaw attivitajiet konġunti dwar kwistjonijiet komuni. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.1.1. – paragrafu 5 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - Jistabbilixxi kriterji għal-lawrji bit-tikketta EIT, sabiex jiġu garantiti l-validità akkademika u l-livell għoli tagħhom. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1. – paragrafu 5 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iwaqqaf sistema ta’ valutazzjonijiet minn imsieħba għal kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jidħol fi djalogu ma’ korpi ta' assigurazzjoni nazzjonali u internazzjonali. | Jiżgura b'mod attiv konsistenza u ekwivalenza fl-EIT kollu billi jwaqqaf sistema ta’ reviżjonijiet minn imsieħba għal kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jidħol fi djalogu ma’ korpi ta' assigurazzjoni nazzjonali u internazzjonali. |
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1. – paragrafu 5 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iħeġġeġ lill-KICs biex jiżviluppaw varjetà ikbar ta’ attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ. | Iħeġġeġ lill-KICs biex jiżviluppaw varjetà ikbar ta’ attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ, partikolarment attivitajiet maħsuba biex jagħtu lill-KICs l-opportunità li jaqsmu l-għarfien tagħhom ma' istituzzjonijiet li jafu jkunu interessati fil-parteċipazzjoni f'KICs futuri, u biex titqajjem il-kuxjenza dwar l-eżistenza ta’ dawn il-programmi edukattivi. |
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1. – paragrafu 5 – punt 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - Jistieden lill-KICs jipprovdu lill-istudenti b'informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-lawrji miksuba fi Stat Membru ieħor. |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.1. – paragrafu 5 – punt 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jidentifika proċessi ta' akkreditazzjoni komuni għal diplomi u lawrji fil-livell Ewropew. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.1 – subintestatura 2.1.2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex ikompli jtejjeb l-impatt u jinċentiva l-innovazzjoni f’oqsma ġodda ta’ sfidi tas-soċjetà, gradwalment l-EIT ser jespandi l-portafoll tiegħu ta’ KICs. Billi jsegwi rotta ta’ żvilupp inkrimentali biex iwaqqaf KICs ġodda, l-EIT ser jiżgura li l-lezzjonijiet li ttieħdu minn sessjonijiet preċedenti jiġu kkunsidrati kif xieraq, u li l-KICs jitwaqqfu biss f’oqsma fejn hemm potenzjal ċar ta’ innovazzjoni u eċċellenza mill-aqwa li wieħed jista’ jibni fuqhom. Għalhekk, fil-perjodu 2014-2020, ser jitwaqqfu KICs ġodda f’żewġ fażijiet, jiġifieri tliet KICs ġodda fl-2014 u tlieta oħra fl-2018, li jwassal għal portafoll ta’ disa’ KICs fil-perjodu 2014-2020 (li jfisser it-twaqqif ta’ madwar 40-50 ċentru ta’ kolokazzjoni madwar l-UE). Proċess tal-għażla potenzjalment ġdid għal KICs fl-2018 għandha tibni bis-sħiħ fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs eżistenti, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u fuq is-soċjetà tal-KICs u l-kontribuzzjoni tal-EIT biex isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll fuq ir-riżultati mill-valutazzjonijiet ta’ Orizzont 2020. | Sabiex ikompli jtejjeb l-impatt u jinċentiva l-innovazzjoni f’oqsma ġodda ta’ sfidi tas-soċjetà, gradwalment l-EIT ser jespandi l-portafoll tiegħu ta’ KICs, kif stipulat fl-Artikolu 1C, permezz ta' proċess għall-offerti miftuħ, skont il-prijoritajiet u l-objettivi fi ħdan l-ambitu tal-"isfidi soċjetali" u "tat-tmexxija f'teknoloġiji industrijali ewlenin". Billi jsegwi rotta ta’ żvilupp inkrimentali biex iwaqqaf KICs ġodda, l-EIT ser jiżgura li l-lezzjonijiet li ttieħdu minn sessjonijiet preċedenti jiġu kkunsidrati kif xieraq, u li l-KICs jitwaqqfu biss f’oqsma fejn hemm potenzjal ċar ta’ innovazzjoni u eċċellenza mill-aqwa li wieħed jista’ jibni fuqhom. Il-proposti kkwalifikati se jintgħażlu biex jibdew fl-2014, imbagħad, wara l-evalwazzjoni tal-Orizzont 2020, l-EIT u l- KICS, se jkun hemm proċess għall-offerti miftuħ ġdid sabiex jintgħażlu l-KICs ġodda biex jibdew fl-2018. Proċess tal-għażla potenzjalment ġdid għal KICs fl-2018 għandha tibni bis-sħiħ fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs eżistenti, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u fuq is-soċjetà tal-KICs u l-kontribuzzjoni tal-EIT biex isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll fuq ir-riżultati mill-valutazzjonijiet ta’ Orizzont 2020. |
Il-KICs il-ġodda se jitwaqqfu fl-oqsma tal-isfidi kbar għas-soċjetà li joffru potenzjal innovattiv reali. L-EIT għalhekk se jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għnijiet tal-aġenda politika usa’ tal-EU u partikolarment għall-għanijiet ta’ Orizzont 2020, li jidentifika għadd kbir ta’ sfidi kbar għas-soċjetà, u t-teknoloġiji tat-twettiq u industrijali. L-għan huwa li jitwaqqfu l-KICs f’oqsma tematiċi li, minħabba l-kobor u n-natura kumplessa tagħhom, jistgħu jkunu indirizzati biss permezz ta’ approċċ transdixxiplinarju, transkonfinali u transettorjali. L-għażla tal-oqsma tematiċi għalhekk għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa dwar jekk il-KIC jistax iġib valur miżjud reali u jekk jistax ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà. | Il-KICs il-ġodda se jitwaqqfu fl-oqsma tal-isfidi kbar għas-soċjetà li joffru potenzjal innovattiv reali. L-EIT għalhekk se jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet tal-aġenda politika usa’ tal-EU u partikolarment għall-għanijiet ta’ Orizzont 2020, li jidentifika għadd kbir ta’ sfidi kbar għas-soċjetà, u t-teknoloġiji tat-twettiq u industrijali. L-għan huwa li jitwaqqfu l-KICs f’oqsma tematiċi li, minħabba l-kobor u n-natura kumplessa tagħhom, jistgħu jkunu indirizzati biss permezz ta’ approċċ transdixxiplinarju, transkonfinali u transettorjali. L-għażla tal-oqsma tematiċi għalhekk għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa dwar jekk il-KIC jistax iġib valur miżjud reali u jekk jistax ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà. Għandha wkoll tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tal-istudji umanistiċi fl-edukazzjoni għolja, peress li dawn jikkontribwixxu kemm għall-ħajja ekonomika kif ukoll għat-trawwim tal-kultura u tal-wirt Ewropej. F'dan ir-rigward, l-istudji umanistiċi m'għandhomx jiġu injorati jew minsija meta jkunu qed jintgħażlu oqsma tematiċi għal KICs futuri. |
| L-allokazzjoni tal-fondi għal KICs ġodda għandha tingħata fuq bażi kompetittiva u billi jiġu kkunsidrati l-kwalità u l-potenzjal tal-proġetti, filwaqt li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għal kull KIC biex tassew tinkiseb l-innovazzjoni. |
Il-Kummissjoni Ewropea wettqet din l-analiżi bi proċess imfassal biex jevalwa oġġettivament il-potenzjal tat-temi futuri tal-KIC. Punt inizjali wieħed kien l-abbozz tal-SIA li l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT bagħat lill-Kummissjoni f’Ġunju 2011. B’mod parallel, ġie żviluppat grupp ta’ kriterji robusti li jippermetti valutazzjoni oġġettiva tal-potenzjal tal-innovazzjoni offrut minn kull tema futura. Il-validità ta’ dawn il-kriterji kienet ikkontrollata mal-komunità usa’ tal-innovazzjoni mit-trijangolu tal-għarfien permezz ta' konsultazzjoni pubblika miftuħa. Dan il-proċess irriżulta fil-lista ta’ kriterji li ġejja. | Il-Kummissjoni Ewropea wettqet din l-analiżi bi proċess imfassal biex jevalwa oġġettivament il-potenzjal tat-temi futuri tal-KIC. Punt inizjali wieħed kien l-abbozz tal-SIA li l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT bagħat lill-Kummissjoni f’Ġunju 2011. B’mod parallel, ġie żviluppat grupp ta’ kriterji robusti li jippermetti valutazzjoni oġġettiva tal-potenzjal tal-innovazzjoni offrut minn kull tema futura. Il-validità ta’ dawn il-kriterji kienet ikkontrollata mal-komunità usa’ tal-innovazzjoni mit-trijangolu tal-għarfien permezz ta' konsultazzjoni pubblika miftuħa. Dan il-proċess irriżulta fil-lista ta’ kriterji li ġejja. |
L-indirizzar ta’ sfidi ekonomiċi u soċjali kbar li taffaċċja l-Ewropa, u kontribut għall-ksib tal-Aġenda tal-Ewropa 2020; | L-indirizzar ta’ sfidi ekonomiċi u soċjali kbar li taffaċċja l-Ewropa, u kontribut għall-ksib tal-Aġenda tal-Ewropa 2020; |
L-allinjament u l-koordinazzjoni mal-prijoritajiet relevanti tal-UE kif ukoll mal-inizjattivi eżistenti definiti f’Orizzont 2020 u Erasmus għal Kulħadd. | L-allinjament u l-koordinazzjoni mal-prijoritajiet relevanti tal-UE kif ukoll mal-inizjattivi eżistenti definiti f’Orizzont 2020 u Erasmus għal Kulħadd. |
Ikun jista’ jimmobilizza l-investiment u l-impenn fit-tul mis-settur tan-negozji; li jkun hemm suq eżistenti għall-prodotti tiegħu jew ikun jista' joħloq oħrajn ġodda; | Ikun jista’ jimmobilizza l-investiment u l-impenn fit-tul mis-settur tan-negozji; li jkun hemm suq eżistenti għall-prodotti tiegħu jew ikun jista' joħloq oħrajn ġodda; |
Il-ħolqien ta' impatt sostenibbli u sistemiku, imkejjel f’termini ta’ persuni intraprenditorjali edukati ġodda, teknoloġiji ġodda u negozji ġodda. | Il-ħolqien ta' impatt sostenibbli u sistemiku, imkejjel f’termini ta’ persuni intraprenditorjali edukati ġodda, teknoloġiji ġodda, negozji ġodda u impjiegi ġodda b’ħiliet speċjalizzati; |
It-taħlit ta’ massa kritika ta’ riċerka f’livell dinji, edukazzjoni u partijiet interessati fl-innovazzjoni, li kieku ma jiltaqgħux flimkien; | It-taħlit ta’ massa kritika ta’ riċerka f’livell dinji, edukazzjoni u partijiet interessati fl-innovazzjoni, li kieku ma jiltaqgħux flimkien; |
Il-ħtieġa ta’ strateġiji transdixxiplinarji u l-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ edukazzjoni bejn id-dixxiplini differenti; | Il-ħtieġa ta’ approċċi transdixxiplinarji u t-tħeġġiġ lill-universitajiet biex jiżviluppaw tipi ġodda ta’ edukazzjoni bejn id-dixxiplini differenti; |
L-indirizzar ta’ spazji vojta ta’ innovazzjoni prinċipali bħall-paradoss Ewropew, jiġifieri temi fejn l-Ewropa għandha bażi qawwija ta’ riċerka iżda prestazzjoni dgħajfa tal-innovazzjoni | L-indirizzar ta’ spazji vojta ta’ innovazzjoni prinċipali bħall-paradoss Ewropew, jiġifieri temi fejn l-Ewropa għandha bażi qawwija ta’ riċerka iżda prestazzjoni dgħajfa tal-innovazzjoni |
L-evalwazzjoni tat-temi proposti fl-abbozz tal-EIT kif ukoll mill-komunità usa' ta’ partijiet interessati wriet b’mod ċar ċertu livell ta’ varjazzjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali li joffri t-twaqqif ta’ KIC. Bħala riżultat, numru ta’ temi twarrbu kompletament; oħrajn ġew definiti mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għall-punti speċifiċi tal-kuntest Ewropew u globali f’dan il-qasam. | L-evalwazzjoni tat-temi proposti fl-abbozz tal-EIT kif ukoll mill-komunità usa' ta’ partijiet interessati wriet b’mod ċar ċertu livell ta’ varjazzjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali li joffri t-twaqqif ta’ KIC. Bħala riżultat, numru ta’ temi twarrbu kompletament; oħrajn ġew definiti mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għall-punti speċifiċi tal-kuntest Ewropew u globali f’dan il-qasam. |
L-oqsma tematiċi li ġejjin ġew identifikati bħala dawk fejn it-twaqqif ta’ KIC għandu l-akbar potenzjal li jżid il-valur ma’ attivitajiet eżistenti u jwassal għal spinta reali għall-innovazzjoni: |
|
Manifattura b’valur miżjud |
|
Food4future – katina tal-provvista sostenibbli mir-riżorsi għall-konsumaturi |
|
Innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u xjuħija attiva |
|
Materja prima – esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, riċiklaġġ u sostituzzjoni sostenibbli |
|
Soċjetajiet sikuri intelliġenti |
|
Mobilità urbana |
|
Fid-dokumenti fit-tarf ta’ dan id-dokument hemm iktar dettalji dwar it-temi individwali |
|
Abbażi ta’ dawn it-temi, l-EIT ser ikollu l-awtonomija biex jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KICs fil-futur. Is-suċċess ta’ sejħiet futuri għal KICs ser jiddependi fil-parti l-kbira fuq gwida ċara fir-rigward tal-aspettattivi u r-rekwiżiti, kif ukoll skeda li tippermetti lill–applikanti tal-KIC biex jorganizzaw ruħhom b’mod solidu kemm legalment u kemm finanzjarjament qabel ma jissottomettu proposta. Il-KICs ser jingħażlu skont kriterji dettaljati definiti fir-Regolament tal-EIT, u bbażati fuq il-prinċipji ġenerali tal-eċċellenza u r-rilevanza tal-innovazzjoni. Kull KIC magħżula ser ikollha turi kif ser toħloq impatt massimu fil-qasam magħżul u tagħti prova tal-vijabilità tal-istrateġija tagħha. |
|
Fid-dawl taż-żewġ gruppi ta’ sejħiet għal KICs previsti, l-2014 u l-2018, ġew identifikati tliet temi għall-ewwel grupp. B’riflessjoni tal-ħtieġa għal approċċ aktar gradwali fit-twaqqif tal-KICs il-ġodda, l-għażla tal-ewwel tliet temi ġiet ibbażata fuq il-maturità tal-qasam, l-impatt potenzjali tas-soċjetà u ekonomiku, kif ukoll l-opportunitajiet għal sinerġiji ma’ inizjattivi oħra. Dawn huma: |
|
Innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u xjuħija attiva |
|
Materja prima – esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, riċiklaġġ u sostituzzjoni sostenibbli |
|
Food4future – katina tal-provvista sostenibbli mir-riżorsi għall-konsumaturi |
|
Għat-tieni grupp fl-2018, se jitqiesu t-temi li jifdal (il-mobilità urbana, il-manifattura bil-valur miżjud u s-soċjetajiet siguri intelliġenti), filwaqt li jitqiesu l-isfidi ġodda u mhux previsti li jistgħu jinqalgħu fil-futur. |
|
| Il-valutazzjoni regolari tal-iżvilupp tal-potenzjali tar-riċerka u l-emerġenza possibbli ta’ forzi tal-innovazzjoni ġodda għandhom jiġu kkunsidrati għal KICs futuri f’setturi li għadhom mhumiex ikkunsidrati iżda li jissodisfaw il-kriterji pprovduti. |
L-EIT se | L-EIT se |
Iħejji f’waqtha proċedura tal-għażla għat-tieni grup ta’ KICs fl-2014 u – wara l-evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020, jinkludi l-programm speċifiku tiegħu u tal-EIT – għat-tielet grupp fl-2018 | Jħejji f’waqtha proċedura tal-għażla għat-tieni grup ta’ KICs fl-2014 u – wara l-evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020, jinkludi l-programm speċifiku tiegħu u tal-EIT – għat-tielet grupp fl-2018 |
| Jikkonsulta bis-sħiħ mal-partijiet kollha interessati, inkluż - flimkien mal-universitajiet, in-negozji, l-intraprendituri u ċ-ċentri ta' riċerka - is-soċjetà ċivili, il-gvern lokali u l-NGOs rilevanti, qabel ma jiddeċiedi dwar l-oqsma tematiċi li għandhom jiġu koperti mit-tielet grupp ta' KICs fl-2018. |
| Jagħmel kull sforz biex jiżgura li kemm jista' jkun partijiet interessati jsiru konxji mill-proċeduri ta' għażla ta' KICs futuri. Partijiet potenzjalment interessati għandhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jqisu kif xieraq jekk jistgħux jagħmlu kontribuzzjoni, u liema. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni lil dawk l-oqsma u reġjuni li għadhom ma pprovdewx parteċipanti fil-KICs eżistenti. |
| Jiżgura li l-aspett soċjali se jkun jikkostitwixxi kriterju essenzjali fi ħdan il-KICs u jkun viżibbli f'kull tibdil soċjetali. |
Jiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ qafas ta’ proċeduri tal-għażla futuri tal-KIC jkunu jiffavurixxu riżultat ottimu, partikolarment billi jipprovdi gwida ċara rigward ir-rekwiżiti u l-proċessi, u billi jippermetti żmien biżżejjed għal dawk li qed jagħmlu l-proposti biex jorganizzaw l-isħubija. | Jiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ qafas ta’ proċeduri tal-għażla futuri tal-KIC jkunu jiffavurixxu riżultat ottimu, partikolarment billi jipprovdi gwida ċara rigward ir-rekwiżiti u l-proċessi, u billi jippermetti żmien biżżejjed għal dawk li qed jagħmlu l-proposti biex jorganizzaw l-isħubija. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2.2. It-titjib tal-impatt tal-EIT | 2.2. It-titjib tal-impatt tal-EIT |
It-tkattir tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni | It-tkattir tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni |
Fil-perjodu inizjali, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KICs. Filwaqt li mira ċara għall-EIT hija t-tisħiħ taċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza, l-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal oqsma tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KICs. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. | Matul il-perjodu inizjali tiegħu, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KICs. Filwaqt li mira ċara għall-EIT hija t-tisħiħ taċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza - jew it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta' ċentri ġodda - bil-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri, l-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal oqsma tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KICs. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. |
| L-EIT u l-KICs għandhom jiffunzjonaw bħala implimentazzjonijiet ta’ mudelli tat-trijangolu tal-għarfien fl-UE u għandhom, eventwalment, jirriżultaw bħala fornituri ta’ servizzi għall-bini ta’ kapaċitajiet innovattivi madwar l-UE fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ innovazzjoni u strateġiji ta’ “Speċjalizzazzjoni Intelliġenti”. |
Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KIC tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KICs, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KICs tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju ta’ persuni u istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs. | Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KIC tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Fil-qafas tal-Orizzont 2020, l-EIT se jiżviluppa l-kunċett tal-KIC ulterjorment biex jappoġġja l-iżvilupp ta’ kultura ta’ innovazzjoni Ewropea fl-Istati Membri kollha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KICs, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KICs tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju taċ-ċittadini - il-pubbliku ġenerali, l-entitajiet privati u l-istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-EIT iżid il-viżibilità tiegħu mal-Istati Membri li għadhom mhumiex involuti fil-KICs, u l-iktar ma' dawk b'inqas esperjenza f'dawn il-forom ta' attivitajiet konġunti. Il-kriterju tal-eċċellenza kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandhom japplikaw dejjem. |
L-EIT jista’ jkollu r-rwol deċiżiv biex jissintesizza d-diversità tal-approċċi applikati mill-KICs u biex jagħmilhom trasferibbli f’oqsma fejn il-kapaċità tal-innovazzjoni hija dgħajfa, u li inkella ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza li jkun akkwista l-EIT. Din il-firxa globali se tiżgura li l-benefiċċji tal-esperjenza tal-EIT jippromwovu l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni f’dawn l-oqsma. Din l-attività tista’ tiġġenera dħul qawwi peress li din tibni fuq ix-xogħol tal-KICs. | L-EIT jista’ jkollu r-rwol deċiżiv biex jissintesizza d-diversità tal-approċċi applikati mill-KICs u biex jagħmilhom trasferibbli f’oqsma tematiċi fejn il-kapaċità tal-innovazzjoni hija dgħajfa, u li inkella ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza li jkun akkwista l-EIT. Din il-firxa globali se tiżgura li l-benefiċċji tal-esperjenza tal-EIT jippromwovu l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni f’dawn l-oqsma. Din l-attività tista’ tiġġenera dħul qawwi peress li din tibni fuq ix-xogħol tal-KICs. (F'dan ir-rigward huwa ta' importanza kbira li l-kunċett ta' innovazzjoni għandu jiġi applikat ukoll għal oqsma akkademiċi, li jistgħu jipproduċu ideat u kunċetti jew provi materjali ġodda b'rabta mal-passat u l-preżent kulturali tal-Ewropa.) |
| Bħala miżura biex jappoġġa dan il-proċess, l-EIT se jiżviluppa Skema ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS). Il-parteċipanti tal-RIS għandhom ikollhom l-ambizzjoni u l-potenzjal li jsiru membri sħaħ ta' KIC u jiżviluppaw f'ekosistemi li jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin taċ-ċentri tal-kolokazzjoni. Il-parteċipanti tal-RIS għandhom ikunu sħubiji strutturati ta' negozji, istituzzjonijiet edukattivi u ta' riċerka, u jkollhom allinjament tematiku ċar ma' KICs eżistenti u mal-pjanijiet ta' innovazzjoni, bħal pereżempju Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Il-KICs se jħeġġu lill-parteċipanti tal-RIS biex jiksbu għarfien u jiffaċilitaw l-interazzjonijiet mal-KICs sabiex jippermettu lill-KICs biex jaċċedu għall-potenzjal mhux sfruttat ta' ċentri ta' eċċellenza emerġenti. L-identifikazzjoni ta’ kandidati adattati għandha ssir permezz ta’ proċedura ta’ sejħa miftuħa u trasparenti, immaniġġjata mill-KICs individwali bl-assistenza tal-EIT. Il-kandidati huma magħżula mill-KIC abbażi tal-proposti tagħhom u l-potenzjal għoli għall-innovazzjoni, permezz ta' faċilitajiet ta' dimostrazzjoni, siti ta' testijiet, parks teknoloġiċi, inkubaturi eċċ. Il-baġit għat-Tixrid u l-Outreach tal-EIT jista' jintuża biex jippermetti lill-parteċipant biex jipparteċipa fi proġetti speċifiċi, jitgħallem l-aħjar prattiki jew isir l-ewwel konsumatur ta' teknoloġiji magħmula possibbli mill-KIC li jiffaċilitaw l-aċċess għall-utenti finali. B’dan il-mod, jistgħu wkoll jattiraw impriżi ġodda mill-KICs bħala investiment fil-kapital tar-riskju. Wara l-ewwel sentejn, il-parteċipanti tal-RIS jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta' sorsi ta' finanzjament reġjonali u nazzjonali u fondi Strutturali bħal pereżempju l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Permezz ta' din l-iskema ta' assoċjazzjoni, l-EIT se jtejjeb l-impatt Pan-Ewropew tiegħu u r-relevanza mal-objettiv li l-EIT se jiżviluppa tal-anqas żewġ rappreżentanti tal-RIS matul il-perjodu 2014-2020. L-EIT se jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-RIS fir-Rapport ta' Attività Annwali tiegħu. |
Il-mexxejja ewlenin tat-tagħlim fil-livell tal-EIT jistgħu jkunu: riċerka mmexxija mill-innovazzjoni għall-ħolqien ta’ negozji ġodda u mudelli ta’ negozju ġodda, l-immaniġġjar tal-portafolli tal-IP u approċċi ġodda għall-kondiviżjoni tal-IP, intraprenditorija u forom integrati ġodda ta’ edukazzjoni f’diversi dixxiplini; mudelli innovattivi ta’ tmexxija u finanzjarji bbażati fuq il-kunċett ta’ innovazzjoni miftuħa jew li jinvolvu lill-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jgħin lil EIT sabiex ikun mudell u biex jaġixxi bħala 'game shifter' fl-ambjent Ewropew tal-innovazzjoni u biex dan isir istituzzjoni ta’ innovazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment. | Il-mexxejja ewlenin tat-tagħlim fil-livell tal-EIT jistgħu jkunu: riċerka mmexxija mill-innovazzjoni għall-ħolqien ta’ negozji ġodda u mudelli ta’ negozju ġodda, inkluża l-possibilità għall-SMEs u l-istituzzjonijiet pubbliċi biex jipparteċipaw b'mod aktar attiv fl-innovazzjoni, intraprenditorija u forom integrati ġodda ta’ edukazzjoni f’diversi dixxiplini; mudelli innovattivi ta’ tmexxija u finanzjarji bbażati fuq il-kunċett ta’ innovazzjoni miftuħa jew li jinvolvu lill-awtoritajiet pubbliċi, partikolarment biex ir-riċerka tkun immirata lejn il-ħtiġijiet ta’ prijorità tas-soċjetà. Dan għandu jgħin lil EIT sabiex ikun mudell u biex jaġixxi bħala 'game shifter' fl-ambjent Ewropew tal-innovazzjoni u biex dan isir istituzzjoni ta’ innovazzjoni ta' livell mondjali rikonoxxuta internazzjonalment. |
Trawwim u attrazzjoni ta’ talent | Trawwim u attrazzjoni ta’ talent |
Fil-qalba tal-innovazzjoni b’suċċes insibu lil persuni li għandhom talent. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-EIT huwa li jagħti lil persuni b’talent l-opportunità li jużaw il-potenzjal tagħhom bis-sħiħ u biex dawn joħolqu ambjenti fejn jistgħu jikbru. Permezz tal-KICs, l-EIT qed jiġġenera dawn l-ambjenti, imma għandu bżonn li jikkumplimentahom bi strateġiji biex jattira u jinkludi l-aqwa talent minn barra mill-KICs. | Meta jingħataw l-edukazzjoni adegwata u l-opportunità li jaħdmu f'kundizzjonijiet ispiranti, fil-qalba tar-riċerka b’suċċess u tal-innovazzjoni, insibu lil persuni li għandhom talent. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-EIT huwa li jagħti lil persuni b’talent l-opportunità li jużaw il-potenzjal tagħhom bis-sħiħ u biex dawn joħolqu ambjenti fejn jistgħu jikbru. Permezz tal-KICs, l-EIT qed jiġġenera dawn l-ambjenti, imma għandu bżonn li jikkumplimentahom bi strateġiji biex jattira u jinkludi l-aqwa talent minn barra mill-KICs. |
L-EIT għalhekk ser iwaqqaf skema speċifika ta’ persuni biex jiżgura li t-talent – studenti, riċerkaturi, għalliema u intraprendituri f’kull livell ta’ karriera – barra ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni jkunu konnessi bis-sħiħ mal-inizjattiva. Skema bħal din mhux biss se tipprovdi l-aqwa talent minn barra l-KICs bl-opportunità li jibbenefikaw mill-ambjenti ta’ innovazzjoni maħluqa fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, imma ser jipprovdilhom ukoll l-inċentivi biex jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien u l-kapaċità miksuba f’oqsma barra mill-KICs. Tipikament, il-Fondazzjoni EIT jista’ jkollha rwol sinifikanti f’dan il-qasam. | L-EIT għalhekk, permezz tal-RIS, ser iwaqqaf skema biex jiżgura li t-talent – studenti, riċerkaturi, għalliema u intraprendituri f’kull livell ta’ karriera – barra ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni jkunu konnessi bis-sħiħ mal-inizjattiva. Skema bħal din mhux biss se tipprovdi l-aqwa talent minn barra l-KICs bl-opportunità li jibbenefikaw mill-ambjenti ta’ innovazzjoni maħluqa fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni, imma ser jipprovdilhom ukoll l-inċentivi biex jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien u l-kapaċità miksuba f’oqsma barra mill-KICs. Tipikament, il-Fondazzjoni EIT jista’ jkollha rwol sinifikanti f’dan il-qasam. |
Barra minn dan, l-ET għandu rwol ċar x’jaqdi biex jattira t-talent minn barra l-UE. Bil-ħolqien ta’ marka b’saħħitha u l-formazzjoni ta’ relazzjonijiet strateġiċi ma’ msieħba ewlenin minn madwar id-dinja, l-EIT jista’ jżid mal-attrazzjoni tal-imsieħba fil-KICs. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija internazzjonali qawwija, billi jidentifika u jikkoordina ma’ interlokuturi rilevanti u msieħba potenzjali. F’dan il-kuntest, l-EIT u l-KICs għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-inizjattivi eżistenti tal-UE f’dan il-qasam, bħall-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Azzjonijiet Marie Curie. Barra minn hekk, l-EIT jista’ jkattar il-qsim tal-għarfien, il-mentoring u n-netwerking billi jħeġġeġ it-twaqqif ta' netwerk ta' alumi tal-EIT. | Barra minn dan, l-EIT għandu rwol ċar x’jaqdi fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-għarfien u l-innovazzjoni. Bil-ħolqien ta’ marka b’saħħitha u l-formazzjoni ta’ relazzjonijiet strateġiċi ma’ msieħba ewlenin minn madwar id-dinja, l-EIT jista’ jżid mal-attrazzjoni tal-imsieħba fil-KICs, jew ta' kwalunkwe attività jew qasam ta' azzjoni oħrajn tiegħu. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija internazzjonali qawwija, billi jidentifika u jikkoordina ma’ interlokuturi rilevanti u msieħba potenzjali. F’dan il-kuntest, l-EIT u l-KICs għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-inizjattivi eżistenti tal-UE f’dan il-qasam, bħall-programmi tal-UE għar-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-programmi taż-żgħażagħ, inkluż il-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u inizjattivi ta' mobilità oħra fi ħdan il-Qasam ta' Riċerka Ewropea. Barra minn hekk, l-EIT jista’ jkattar il-qsim tal-għarfien, il-mentoring u n-netwerking billi jħeġġeġ it-twaqqif ta' netwerk ta' alumi tal-EIT, fost oħrajn. |
| L-EIT u l-KICs huma mħeġġa jiżviluppaw sinerġiji edukattivi mal-politiki tal-UE u l-Istati Membri, sabiex tiġi appoġġjata d-disponibilità futura tal-kapital uman meħtieġ li huwa essenzjali biex jingħata kontribut għall-orjentazzjoni tal-Ewropa lejn pożizzjoni quddiem nett fl-innovazzjoni xjentifika, teknoloġika u innovattiva. Għal dan il-għan, għandha ssir promozzjoni tal-edukazzjoni fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, u l-Matematika (STEM), u l-ikkowċjar imprenditorjali, l-apprendistati, u għandhom jinħolqu għotjiet għaż-żgħażagħ Ewropej u għal studenti tal-iskejjel u l-università b’riżultati eċċellenti. |
| Sabiex jittejbu r-riżultati tal-EIT, l-attivitajiet imwettqa mill-KICs għandu jkollhom impatt kalkolabbli fuq il-ħolqien ta' impriżi ġodda u spin-offs innovattivi u sostenibbli, partikolarment permezz tal-appoġġ ta’ sistema ta’ netwerks u l-attivitatjiet imprenditorjali ta’ riċevituri ta’ gradi universitarji u taħriġ tal-EIT. |
L-EIT ser jikkumplimenta l-isforzi tiegħu biex jippromwovi lil persuni b’talent u ideat brillanti permezz ta’ miżuri oħra, bħall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonjiet għal ideat jew għall-għoti ta’ premjijiet, kemm bħala inizjattiva tagħhom stess jew f’kooperazzjoni ma’ msieħba globali ewlenin. | L-EIT ser jikkumplimenta l-isforzi tiegħu biex jippromwovi lil persuni b’talent u ideat brillanti permezz ta’ miżuri oħra, bħall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonjiet għal ideat jew għall-għoti ta’ premjijiet, kemm bħala inizjattiva tagħhom stess jew f’kooperazzjoni ma’ msieħba globali ewlenin. |
| L-EIT u l-KICs tiegħu jistgħu jużaw ir-riżultati xjentifiċi u l-applikazzjonijiet tagħhom, li joħorġu minn studji fil-livell ta' Masters u PhD, kif ukoll dawk miksuba taħt l-awspiċi tagħhom, jiġu ppubblikati sabiex jikkontribwixxu għal djalogu akkademiku internazzjonali. |
L-EIT se | L-EIT se |
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, jistabbilixxi skema ('EIT fellows') li tippermetti lil persuni b’ħafna talent minn madwar l-UE u lil hinn minnha li jkunu involuti fl-attivitajiet taċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KIC għal perjosu qasir ta’ żmien, biex b’hekk jinħolqu benefiċċji reċiproki kemm għall-parteċipant u kemm għall-KIC. | F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, jistabbilixxi skema tal-RIS li tippermetti lil varjetà wiesgħa ta' studenti, riċerkaturi, akkademiċi, staff tat-tagħlim u intraprendituri mill-oqsma kollha ta' studju u riċerka tal-Unjoni, li mhumiex attwalment involuti f'KICs eżistenti, lil persuni b’ħafna talent minn madwar l-Unjoni u lil hinn minnha li jkunu involuti fl-attivitajiet taċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KIC għal perjodu ta’ żmien, biex b’hekk jinħolqu benefiċċji reċiproċi kemm għall-parteċipant u kemm għall-KIC, u jgħin biex titqajjem kuxjenza dwar l-attivitajiet tal-KICs u l-viżibilità tal-EIT b'mod iktar ġenerali. |
| F’kooperazzjon mill-qrib mal-KICs, jistabbilixxi skema għall-assoċjazzjoni ta’ l-hekk imsejħa ċentri ta’ kolokazzjoni affiljati f’pajjiżi li ma jospitaw ebda ċentru ta’ kolokazzjoni. Dawn primarjament jappoġġjaw lill-attivitajiet ta’ innovazzjoni tal-KIC permezz tal-potenzjal għoli tagħhom għal-innovazzjoni u aċċess għall-ewwel konsumaturi u utenti finali ta’ teknoloġiji magħmula possibbli mill-KIC, permezz ta’ faċilitajiet ta’ dimostrazzjoni, siti tat-testijiet, eċċ. |
| Jipprovdi pjattaforma għat-tkattir tal-eċċellenza, il-kooperazzjoni u l-proġetti komuni għall-universitajiet madwar l-Unjoni. |
Jistabbilixxi /jadatta skont l-esiġenzi għodda bbażata fuq il-web sabiex jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ għarfien u netwerking madwar l-EIT. | Jistabbilixxi /jadatta skont l-esiġenzi għodda bbażata fuq il-web sabiex jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ għarfien u netwerking madwar l-EIT, li tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni dwar ħidma kontinwa u r-riżultati ta' riċerka kompluta. Din l-għodda għandha tintuża biex tħeġġeġ lil studenti, riċerkaturi, akkademiċi, staff tat-tagħlim u intraprendituri li mhumiex attwalment involuti f'KICs eżistenti biex jitgħallmu dwar u minn xogħol attwali li qed isir minn KICs eżistenti u l-pjanijiet għal gruppi ġodda ta' KICs. |
Jibni u jappoġġa netwerk funzjonali u b’saħħtu ta’ gradwati mill-attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ tal-EIT/KIC (‘alumni tal-EIT'). | Jibni u jappoġġa netwerk funzjonali u b’saħħtu ta’ gradwati mill-attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ tal-EIT/KIC (‘alumni tal-EIT'). |
Jagħti aċċess sistematiku għat-tagħlimiet u s-suċċessi li jkunu ħarġu mill-KICs lill-komunità tal-innovazzjoni usa’ tal-UE u lil hinn minnha. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’repożitorju ta’ materjal tal-kors miftuħ mill-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ tal-EIT u tal-KICs. | Jagħti aċċess sistematiku għat-tagħlimiet u s-suċċessi li jkunu ħarġu mill-KICs lill-komunità tal-innovazzjoni usa’ tal-UE u lil hinn minnha. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’repożitorju ta’ materjal tal-kors miftuħ mill-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ tal-EIT u tal-KICs, li għandu jkun disponibbli għal kulħadd, jiġifieri universitajiet u istituti ta' edukazzjoni għolja madwar l-Unjoni. |
| Jiżgura parteċipazzjoni b’saħħitha tas-settur privat, speċjalment l-SMEs, fit-trijangolu tal-għarfien. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KICs ser jipprovdu bażi tal-ittestjar ideali għal approċċi ġodda għall-iffinanzjar u l-ġestjoni tal-innovazzjoni. Permezz tal-esperimentazzjoni u l-esperjenza tal-KICs, l-EIT ser jipprovdi aġenda ta’ simplifikazzjoni f’oqsma ewlenin bħalma huma l-ftehimiet kuntrattwali, ir-rappurtar simplifikat, is-somom grossi u r-rati fissi. | Il-KICs ser jipprovdu bażi tal-ittestjar ideali għal approċċi ġodda għall-iffinanzjar u l-ġestjoni tal-innovazzjoni. L-istabbiliment ta’ premjijiet għall-innovazzjoni assoċjati ma’ arranġamenti speċifiċi ta’ għoti ta’ liċenzji jista’ jaċċelera r-riċerka f’oqsma ta’ importanza soċjali ewlenija bil-ħsieb li jinkisbu tweġibiet preċiżi xjentifiċi u tekniċi b’rapidità. Permezz tal-esperimentazzjoni u l-esperjenza tal-KICs, l-EIT ser jipprovdi aġenda ta’ simplifikazzjoni f’oqsma ewlenin bħalma huma l-ftehimiet kuntrattwali, ir-rappurtar simplifikat, is-somom grossi u r-rati fissi sabiex jonqos il-piż amministrattiv għall-KICs. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness – parti 2 – intestatura 2.3 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KICS, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tan-negozju tal-KICs. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KICs, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KICs fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KICs. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KICs, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: | Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KICs, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tar-riċerka u tan-negozju u atittudni pożittiva għal ideat u sħab ġodda tal-KICs. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KICs, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KICs fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KICs. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KICs, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: |
Il-livell Orizzont 2020: biex jimmonitorja regolarment il-kontribut tal-EIT u tal-KICs fil-ksib tal-għanijiet ta' Orizzont 2020 | Il-livell Orizzont 2020: biex jimmonitorja regolarment il-kontribut tal-EIT u tal-KICs fil-ksib tal-għanijiet ta' Orizzont 2020 |
Il-livell tal-EIT: biex jevalwa r-rendiment atl-EIT bħala korp effiċjenti u effettiv tal-UE; dan se jitkejjel f’termini ta’ appoġġ mogħti lill-KICs, l-intensità u l-kopertura tal-firxa tiegħu, l-attivitajiet ta’ tqassim u internazzjonali tiegħu u l-kapaċità tiegħu li joffri proċeduri ssimplifikati. | Il-livell tal-EIT: biex jevalwa r-rendiment atl-EIT bħala korp effiċjenti u effettiv tal-UE; dan se jitkejjel f’termini ta’ appoġġ mogħti lill-KICs, l-intensità u l-kopertura tal-firxa tiegħu, l-attivitajiet ta’ tixrid u internazzjonali tiegħu u l-kapaċità tiegħu li joffri proċeduri ssimplifikati, kif ukoll f'termini ta' tħeġġiġ tal-ħolqien ta' ċentri ta' eċċellenza, bħala mezz biex jespandi r-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. |
Il-Livell trans-KIC: biex jimmonitorja l-kontribut tal-KICs kollha fil-ksib tal-għanijiet strateġiċi tal-EIT, kif identifikati fi strument apposta bħat-Tabella tar-Riżultati tal-EIT. | Il-Livell trans-KIC: biex jimmonitorja l-kontribut tal-KICs kollha fil-ksib tal-għanijiet strateġiċi tal-EIT, kif identifikati fi strument apposta bħat-Tabella tar-Riżultati tal-EIT, kif ukoll fit-tħeġġiġ ta' riċerka interdixxiplinari, bħala mezz biex jissaħħaħ u jiġi appoġġat il-ħolqien ta' oqsma ġodda ta' riċerka u innovazzjoni. |
Il-livell tal-KIC individwali: biex jimmonitorjal r-rendiment tal-KICs individwali bbażat fuq il-miri individwali u l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) kif stipulati fil-pjanijiet tan-negozju individwali tal-KIC. Il-KICs għandhom mudelli tan-negozju u swieq differenti u għalhekk KPIs industrijali differenti li huma ċentrali għall-ġestjoni b’suċċess tal-KIC individwali. | Il-livell tal-KIC individwali: biex jimmonitorjal r-rendiment tal-KICs individwali bbażat fuq il-miri individwali u l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) kif stipulati fil-pjanijiet tan-negozju individwali tal-KIC. Il-KICs għandhom mudelli tan-negozju u swieq differenti u għalhekk KPIs industrijali differenti li huma ċentrali għall-ġestjoni b’suċċess tal-KIC individwali. Barra minn hekk, għandu jitħeġġeġ il-ħolqien ta' ċentri ta' kolokazzjoni, bħala mezz li jespandi l-attivitajiet tagħhom u jippromwovi l-idea ta' kollaborazzjoni fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, bħala kontribuzzjoni għall-objettivi tal-EIT. |
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – intestatura 2.3 – paragrafu 6 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jistabbilixxi, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-KICs, sistema komprensiva biex jimmonitorja: il-kontribut tal-EIT lil Orizzont 2020; l-impatt tal-EIT permezz tal-attivitajiet tiegħu stess u dawk tal-KIC; u r-riżultati tal-KICs. L-EIT se jirrapporta dwar l-attivitajiet kollha tiegħu ta’ monitoraħħ fir-rapport annwali ta’ attività. | Jistabbilixxi, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-KICs, sistema komprensiva biex jimmonitorja: il-kontribut tal-EIT lil Orizzont 2020; l-impatt tal-EIT permezz tal-attivitajiet tiegħu stess u dawk tal-KIC; u r-riżultati tal-KICs. L-EIT se jirrapporta dwar l-attivitajiet kollha tiegħu ta’ monitoraġġ fir-rapport annwali ta’ attività li jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-mudell tat-tmexxija tal-EIT wera l-valur globali tiegħu. Madankollu, l-esperjenzi mill-perjodu inizjali juru li jistgħu jsiru iktar sforzi biex iżidu l-effettività tal-mekkaniżmi tal-EIT għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni. Ir-relazzjoni bejn il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, responsabbli għad-deċiżjonijiet strateġiċi u l-kwartieri ġenerali tal-EIT responsabbli għall-implimentazzjoni, għandha tiġi definita aħjar u ssimplifikata. Il-kwartieri ġenerali tal-EIT se jkollhom jiddefinixxu l-oqsma kritiċi fejn l-EIT għandha tipprovdi appoġġ lill-KICS, biex jolqtu bilanċ xieraq bejn il-funzjonijiet tal-appoġġ u l-monitoraġġ. Fl-aħħar nett, il-Bord tat-Tmexxija jeħtieġ jiżgura aħjar li d-deċiżjonijiet strateħiċi jkunu infurmati sewwa mill-esperjenzi mill-KICs u l-komunità usa' tal-innovazzjoni. | Il-mudell tat-tmexxija tal-EIT wera l-valur globali tiegħu. Madankollu, l-esperjenzi mill-perjodu inizjali juru li jistgħu jsiru iktar sforzi biex iżidu l-effettività tal-mekkaniżmi tal-EIT għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni. Ir-relazzjoni bejn il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, responsabbli għad-deċiżjonijiet strateġiċi u l-kwartieri ġenerali tal-EIT responsabbli għall-implimentazzjoni, għandha tiġi definita aħjar u ssimplifikata. Il-kwartieri ġenerali tal-EIT se jkollhom jiddefinixxu l-oqsma kritiċi fejn l-EIT għandha tipprovdi appoġġ lill-KICS, biex jolqtu bilanċ xieraq bejn il-funzjonijiet tal-appoġġ u l-monitoraġġ. Fl-aħħar nett, il-Bord tat-Tmexxija jeħtieġ jiżgura aħjar li d-deċiżjonijiet strateħiċi jkunu infurmati sewwa mill-esperjenzi mill-KICs u l-komunità usa' tal-innovazzjoni. L-objettiv strateġiku għall-EIT huwa li jsir aktar mis-somma tal-partijiet tiegħu; għalhekk, għandhom jiġu pprattikati koordinazzjoni u kooperazzjoni trasversali tal-KIC mill-EIT sabiex jiġu żgurati sinerġiji u l-ħolqien ta’ valur miżjud mill-KICs u l-multitudini ta’ sħab fi ħdan l-ekosistema tal-EIT. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness – parti 3 – intestatura 3.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fatturi determinanti f'dan ir-rigward huma d-daqs, il-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-Bord tat-Tmexxija. Il-prinċipju ta’ membri indipendenti, ikkombinat ma’ numru limitat ta’ membri eletti li jirrappreżentaw il-komunità tal-KIC, ta prova tal-valur tiegħu u jippremetti l-ġbir ta’ kompetenzi mit-trijangolu tal-għarfien. Il-mudell inizjali bit-18-il membru elett flimkien ma’, aktar reċentement, erba’ rappreżentanti addizzjonali tal-KIC, madankollu wera l-limitazzjonijiet tiegħu. Bord ta’ daqs iżgħar ser iwassal għal teħid aktar effiċjenti ta’ deċiżjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Finalment, tista’ tinkiseb aktar effiċjenza billi l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jerġa jiġi ffukat fuq ir-rwol ewlieni tiegħu li huwa li jipprovdi gwida strateġika. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. L-informazzjoni dwar l-EIT u l-KICs mill-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT se Tippermetti l-evalwazzjoni u li jkun hemm komplementarjetà mal-partijiet l-oħra ta’ Orizzont 2020 u Politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. Dawn il-bidliet kollha ġew inkorporati fir-regolament modifikat tal-EIT li jakkumpanja l-SIA. | Fatturi determinanti f'dan ir-rigward huma d-daqs, il-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-Bord tat-Tmexxija. Il-prinċipju ta’ membri indipendenti, ikkombinat ma’ numru limitat ta’ membri eletti li jirrappreżentaw il-komunità tal-KIC, ta prova tal-valur tiegħu u jippremetti l-ġbir ta’ kompetenzi mit-trijangolu tal-għarfien. Fil-Bord għandu jkun hemm bilanċ tajjeb bejn membri fost il-partijiet interessati li jipparteċipaw fil-proċess ta' innovazzjoni, in-negozju, il-gvern u x-xjenza. Il-mudell inizjali bit-18-il membru elett flimkien ma’, aktar reċentement, erba’ rappreżentanti addizzjonali tal-KIC, madankollu wera l-limitazzjonijiet tiegħu. Bord ta’ daqs iżgħar ser iwassal għal teħid aktar effiċjenti ta’ deċiżjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Finalment, tista’ tinkiseb aktar effiċjenza billi l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jerġa jiġi ffukat fuq ir-rwol ewlieni tiegħu li huwa li jipprovdi gwida strateġika. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. Għal dan l-għan, Kumitat ta' esperti akkademiċi li jipprovdi għajnuna u konsulenza ta' valur kbir lill-Bord ta' Tmexxija jista' jkun utli ferm b'rabta ma' kwistjonijiet relatati l-iktar mal-istrateġija akkademika u l-prattiki edukattivi tal-KICs, li r-rwol tiegħu huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontenut tal-programmi, il-kriterji ta' kwalità tagħhom u l-aspetti soċjali u kulturali tagħhom. L-informazzjoni dwar l-EIT u l-KICs mill-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT se tippermetti l-evalwazzjoni u li jkun hemm komplementarjetà mal-partijiet l-oħra ta’ Orizzont 2020 u Politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. Dawn il-bidliet kollha ġew inkorporati fir-regolament modifikat tal-EIT li jakkumpanja l-SIA. |
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT huma implimentati mill-kwartieri ġenerali tal-EIT taħt it-tmexxija tad-Direttur li huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-EIT. Meta jagħmel dan, il-kwartieri ġenerali jirriflettu n-natura orjentata lejn ir-riżultati tal-EIT u l-KICs tiegħu u huwa l-qawwa li twassal għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri. Fl-istess ħin, il-kwartieri ġenerali tal-EIT jiżviluppaw il-kapaċità biex sistematikament jiddiġerixxu t-tagħlim mill-KICs u jagħmlu dawn ir-riżultati disponibbli għall-benefiċċju tal-komunità usa' tal-innovazzjoni. Maż-żmien, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser isiru repożitorju ta’ riżori ta’ prattika tajba u sieħeb ta’ għarfien reali għal dawk li jfasslu l-politika. | Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT huma implimentati mill-kwartieri ġenerali tal-EIT taħt it-tmexxija tad-Direttur li huwa responsabbli lejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill għall-azzjonijiet tal-EIT. Meta jagħmel dan, il-kwartieri ġenerali jirriflettu n-natura orjentata lejn ir-riżultati tal-EIT u l-KICs tiegħu u huwa l-qawwa li twassal għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri. Fl-istess ħin, il-kwartieri ġenerali tal-EIT jiżviluppaw il-kapaċità biex sistematikament jiddiġerixxu t-tagħlim mill-KICs u jagħmlu dawn ir-riżultati disponibbli għall-benefiċċju tal-komunità usa' tal-innovazzjoni. Maż-żmien, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser isiru repożitorju ta’ riżori ta’ prattika tajba u sieħeb ta’ għarfien reali għal dawk li jfasslu l-politika. |
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Interazzjonijiet bejn l-EIT u l-KICs mhux biss jipprovdu l-qafas għall-KICs sabiex joperaw b’suċċess, imma huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta’ tagħlim reċiproku li jippermetti lill-EIT li jwettaq ir-rwol tiegħu bħala post fejn jiġu ttestjati mudelli ta’ innovazzjoni ġodda. Sabiex il-KICs ikunu pprovduti b’kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, għandha tingħata gwida ċara u koerenti mill-EIT f’kull stadju tal-proċess, fl-istess ħin mingħajr ma dan ikun preskrittiv wisq. L-interazzjonijiet bejn il-kwartieri ġenerali tal-EIT u l-KICs għandhom ikunu sistematiċi u bbażati fuq il-fiduċja sabiex tintlaħaq l-effiċjenza massima. Kemm ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-EIT u l-KICs kif ukoll l-arranġamenti organizzattivi tal-kwartieri ġenerali tal-EIT għandhom jikkontribwixxu għal dan. | Interazzjonijiet bejn l-EIT u l-KICs mhux biss jipprovdu l-qafas għall-KICs sabiex joperaw b’suċċess, imma huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta’ tagħlim reċiproku li jippermetti lill-EIT li jwettaq ir-rwol tiegħu bħala post fejn jiġu ttestjati mudelli ta’ innovazzjoni ġodda. Sabiex il-KICs ikunu pprovduti b’kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, għandha tingħata gwida ċara u koerenti mill-EIT f’kull stadju tal-proċess, fl-istess ħin mingħajr ma dan ikun preskrittiv wisq. Din il-gwida tista’ b’mod partikolari tkopri l-ġestjoni tal-KICs u l-kooperazzjoni mas-sħab tagħhom. L-interazzjonijiet bejn il-kwartieri ġenerali tal-EIT u l-KICs għandhom ikunu sistematiċi u regolari kif ukoll ċari, trasparenti u bbażati fuq il-fiduċja sabiex tintlaħaq l-effiċjenza massima. Kemm ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-EIT u l-KICs kif ukoll l-arranġamenti organizzattivi tal-kwartieri ġenerali tal-EIT għandhom jikkontribwixxu għal dan. |
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Lil hinn mir-rwol sempliċi ta’ amministratur, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser jottimizza l-funzjonijiet operazzjonali tagħhom biex imexxi lill-KICs lejn prestazzjoni massima u jagħmel ir-riżultati tajbin disponibbli. Jistgħu jinkisbu effiċjenzi mill-provvista ta’ numru ta’ servizzi u funzjonijiet ċentralizzati, pjuttost milli fuq livell tal-KIC individwali. Filwaqt li l-KICs kollha jaħdmu fuq temi speċifiċi, numru ta’ elementi għandhom natura opposta, u huwa preċiżament hawn fejn l-EIT jista’ jipprovdi valur miżjud tanġibbli. Dawn il-funzjonijiet tal-fornitur tal-għarfien jistgħu jirrelataw b’mod partikolari biex il-kwartieri ġenerali tal-EIT isiru distributur tal-informazzjoni u interlokutur tajjeb, pereżempju biex irawwem skambju u tagħlim reċiproku bejn il-KICs, jiffaċilita r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet oħra ewlenin, bħall-OECD, jew dwar kwistjonijiet speċifiċi orizzontali, bħall-għoti ta’ pariri dwar IP, trasferiment ta’ teknoloġija u għarfien, issettjar ta’ limiti skont l-aqwa prattiki internazzjonali, jew li jsiru studji ta’ antiċipazzjoni u ppjanar bil-quddiem fl-identifikazzjoni tad-direzzjonijiet futuri għall-EIT u l-KICs. L-EIT u l-KICs għandhom jiddeċiedu flimkien fejn dawn ix-xogħlijiet jistgħu jiġu ttrattati bl-aktar mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, ser ikun ta’ importanza kruċjali għall-EIT u l-KICs li jistabbilixxu mekkaniżmi vijabbli għal kollaborazzjoni sistematika fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni. | Lil hinn mir-rwol sempliċi ta’ amministratur, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser jottimizzaw il-funzjonijiet operazzjonali tagħhom biex imexxu lill-KICs lejn prestazzjoni massima u jagħmlu ir-riżultati tajbin disponibbli. Jistgħu jinkisbu effiċjenzi mill-provvista ta’ numru ta’ servizzi u funzjonijiet ċentralizzati, pjuttost milli fuq livell tal-KIC individwali. Filwaqt li l-KICs kollha jaħdmu fuq temi speċifiċi, numru ta’ elementi u sfidi għandhom natura opposta, u huwa preċiżament hawn fejn l-EIT jista’ jipprovdi valur miżjud tanġibbli. Dawn il-funzjonijiet tal-fornitur tal-għarfien jistgħu jirrelataw b’mod partikolari biex il-kwartieri ġenerali tal-EIT isiru distributur tal-informazzjoni u interlokutur tajjeb, pereżempju biex irawwem kolokazzjoni trasversali u skambju u tagħlim reċiproku bejn il-KICs, jippromwovi l-iskambju tal-għarfien bejn il-KICs u n-netwerks universitarji, l-RICs, KICs iżgħar u attivitajiet oħra ta' riċerka mwettqa b'finanzjament mill-EIT, jiffaċilita r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet oħra ewlenin, bħall-OECD, jew dwar kwistjonijiet speċifiċi orizzontali, bħall-għoti ta’ pariri dwar IP, trasferiment ta’ teknoloġija u għarfien, issettjar ta’ limiti skont l-aqwa prattiki internazzjonali, jew li jsiru studji ta’ antiċipazzjoni u ppjanar bil-quddiem fl-identifikazzjoni tad-direzzjonijiet futuri għall-EIT u l-KICs. L-EIT u l-KICs għandhom jiddeċiedu flimkien fejn dawn ix-xogħlijiet jistgħu jiġu ttrattati bl-aktar mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, ser ikun ta’ importanza kruċjali għall-EIT u l-KICs li jistabbilixxu mekkaniżmi vijabbli għal kollaborazzjoni sistematika fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni. |
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.2 – paragrafu 3 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jipprovdi gwida għall-ġestjoni tal-KICs u l-kooperazzjoni mas-sħab tagħhom. |
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.3 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-EIT se jiżviluppa wkoll kampanja ta’ komunikazzjoni għall-universitajiet, l-awtoritajiet lokali u l-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jipprovdi l-aqwa informazzjoni possibbli għall-partijiet interessati fil-katina tal-innovazzjoni, fl-interess reċiproku tal-partijiet kollha. Din il-kampanja ta’ komunikazzjoni se tissottolinja l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea permezz tal-EIT. |
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 3 – intestatura 3.3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, il-konsultazzjoni attiva ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, partikolarment mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni, minn kmieni fil-proċess ser tgħin biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u tagħlim reċiproku ma’ inizjattivi oħra tal-UE. | Barra minn dan, il-konsultazzjoni attiva ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE minn kmieni fil-proċess se tgħin biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u tagħlim reċiproku ma’ inizjattivi oħra tal-UE. L-EIT se jinvolvi ruħu fi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew u mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni. |
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT fassal mudell oriġinali ta’ finanzjament li jibni fuq saħħiet u riżorsi konġunti tal-organizzazzjonijiet eċċellenti eżistenti; il-finanzjament tal-EIT jaġixxi bħala katalist biex jieħu benefiċċju minn u jgħaqqad flimkien riżorsi finanzjarji addizzjonali minn medda wiesgħa ta’ msieħba pubbliċi u privati. Fuq din il-bażi, l-EIT jipprovdi medja ta’ madwar 25% tal-finanzjament totali tal-KIC, filwaqt li l-bqija minima ta’ 75% għandha tiġi minn sorsi mhux relatati mal-EIT. Dan jinkludi d-dħul u r-riżorsi tal-imsieħba tal-KIC, iżda wkoll il-finanzjament pubbliku fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak tal-UE, partikolarment il-Fondi Strutturali - kurrenti u futuri – u l-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Fil-każ tal-aħħar, il-KICs (jew xi wħud mill-imsieħba tagħhom) japplikaw għall-finanzjament skont ir-regoli rispettivi tal-programmi u fuq livell indaqs mal-applikanti l-oħra. Il-kontribuzzjoni mill-imsieħba tal-KIC mhix rekwiżit ta’ għotja klassika bħala “kofinanzjament” imma prerekwiżit għal livell minimu ta’ involviment tal-organizzazzjonijiet eżistenti u l-impenn finanzjarju tagħhom għall-KIC. Dan l-approċċ minn isfel għal fuq jiggarantixxi impenn qawwi mill-imsieħba tal-KIC, jagħti inċentiv għal investiment u jistimula bidla strutturali u organizzattiva fost l-imsieħba tal-KIC u lil hinn minnhom. L-esperjenza tal-KICs inizjali turi li l-industrija hija impenjata finanzjarjament għall-ksib tal-pjanijiet tan-negozju tal-KIC u li s-sehem mill-baġit tal-KIC mill-imsieħba industrijali jammonta għal bejn 20 % u 30 % tal-baġit annwali tal-KIC. Barra minn hekk, il-KICs irnexxilhom jallinjaw u jiġbru sorsi addizzjonali ta’ fondi nazzjonali li ma kinux ikun disponibbli inkella (pereżempju, il-Gvern Ġermaniż iddeċieda li jafda t-tmexxija tal-inizjattiva tal-edukazzjoni “Software Campus” lil-Laboratorji tal-ICT, b'baġit ta' EUR 50 miljun għal perjodu ta’ ħames snin, li ġej minn sorsi pubbliċi u wkoll privati). | L-EIT fassal mudell oriġinali ta’ finanzjament li jibni fuq saħħiet u riżorsi konġunti tal-organizzazzjonijiet eċċellenti eżistenti; il-finanzjament tal-EIT jaġixxi bħala katalist biex jieħu benefiċċju minn u jgħaqqad flimkien riżorsi finanzjarji addizzjonali minn medda wiesgħa ta’ msieħba pubbliċi u privati. Fuq din il-bażi, l-EIT jipprovdi medja ta’ madwar 25% tal-finanzjament totali tal-KIC, filwaqt li l-bqija minima ta’ 75% għandha tiġi minn sorsi mhux relatati mal-EIT. Dan jinkludi d-dħul u r-riżorsi tal-imsieħba tal-KIC, iżda wkoll il-finanzjament pubbliku fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak tal-UE, partikolarment il-Fondi Strutturali - kurrenti u futuri – u l-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Fil-każ tal-aħħar, il-KICs (jew xi wħud mill-imsieħba tagħhom) japplikaw għall-finanzjament skont ir-regoli rispettivi tal-programmi u fuq livell indaqs mal-applikanti l-oħra. Il-kontribuzzjoni mill-imsieħba tal-KIC mhix rekwiżit ta’ għotja klassika bħala “kofinanzjament” imma prerekwiżit għal livell minimu ta’ involviment tal-organizzazzjonijiet eżistenti u l-impenn finanzjarju tagħhom għall-KIC. Dan l-approċċ minn isfel għal fuq jiggarantixxi impenn qawwi mill-imsieħba tal-KIC, jagħti inċentiv għal investiment u jistimula bidla strutturali u organizzattiva fost l-imsieħba tal-KIC u lil hinn minnhom. Madankollu, kostruzzjoni minn fuq għal isfel ma għandhiex tiġi eskluża, speċjalment f’inizzjattivi ta’ riċerka li huma diġà bbażati fuq kostruzzjoni bħal din. L-esperjenza tal-KICs inizjali turi li l-industrija hija impenjata finanzjarjament għall-ksib tal-pjanijiet tan-negozju tal-KIC u li s-sehem mill-baġit tal-KIC mill-imsieħba industrijali jammonta għal bejn 20 % u 30 % tal-baġit annwali tal-KIC. Barra minn hekk, il-KICs irnexxilhom jallinjaw u jiġbru sorsi addizzjonali ta’ fondi nazzjonali li ma kinux ikun disponibbli inkella (pereżempju, il-Gvern Ġermaniż iddeċieda li jafda t-tmexxija tal-inizjattiva tal-edukazzjoni “Software Campus” lil-Laboratorji tal-ICT, b'baġit ta' EUR 50 miljun għal perjodu ta’ ħames snin, li ġej minn sorsi pubbliċi u wkoll privati). |
Ġustifikazzjoni
Kostruzzjonijiet minn fuq għal isfel ma għandhomx ikunu esklużi fil-każ ta’ inizzjattivi ta’ riċerka bl-għan unifikanti li jiġu żviluppati metodoloġiji ta’ ttestjar mhux fuq annimali tas-seklu 21 u speċjalment f’inizzjattivi ta’ riċerka li diġà huma bbażati fuq kostruzzjoni bħal din.
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KICs jgħaddu minn diversi fażijiet ta’ żvilupp b’karatteristiċi differenti tal-baġits totali tagħhom qabel ma jilħqu rata tajba ta’ ħidma. Il-kapaċità tal-assorbiment ta’ KIC hija relattivament limitata fil-bidu nett, imma tiżviluppa b'mod sostanzjali matul is-snin ta' wara. | Il-KICs jgħaddu minn diversi fażijiet ta’ żvilupp b’karatteristiċi differenti tal-baġits totali tagħhom qabel ma jilħqu rata tajba ta’ ħidma. Il-kapaċità tal-assorbiment ta’ KIC hija relattivament limitata fil-bidu nett, imma tiżviluppa b'mod sostanzjali matul is-snin ta' wara. Madankollu, is-setturi tan-negozju jistgħu jkunu differenti ħafna minn xulxin u jitolbu approċċ differenti. Uħud mill-KICs isiru kbar ħafna u jkollhom ħtiġijiet finanzjarji kbar ħafna, filwaqt li oħrajn jibqgħu żgħar u jeħtieġu inqas finanzjament. L-EIT, għalhekk, għandu japplika approċċ imfassal apposta lejn il-KICs u l-bżonnijiet ta’ ffinanzjar tagħhom. |
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-ħtiġijiet tal-baġit tal-EIT fil-perjodu 2014-2020 huma EUR 3.1 biljun u huma bbażati fuq tliet komponenti ewlenin: l-infiq neċessarju għall-konsolidament tat-tliet KICs eżistenti, l-iżvilupp gradwali tal-KICs il-ġodda fl-2014 u l-2018 rispettivament, u l-attivitajiet ta’ tqassim u outreach u l-infiq amministrattiv. | Il-baġit tal-EIT għall-perjodu 2014-2020 huwa EUR 3.1 biljun u huwa bbażat fuq tliet komponenti ewlenin: l-infiq neċessarju għall-konsolidament tat-tliet KICs eżistenti, l-iżvilupp gradwali tal-KICs il-ġodda fl-2014 u l-2018 rispettivament, l-attivitajiet ta’ tixrid u outreach u l-infiq amministrattiv. |
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għalhekk, il-baġit ipproġettat tal-EIT għall-KICs fil-perjodu 2014-2020 huwa ugwali għal EUR 2,9 biljun (93,13 % tal-baġit totali tal-EIT għall-perjodu 2014/2020). Permezz tal-effett qawwi tal-EIT, il-KICs mistennija jimmobilizzaw EUR 8,890 biljun oħra minn sorsi pubbliċi u privati. | Il-baġit ipproġettat tal-EIT għall-KICs fil-perjodu 2014-2020 huwa ugwali għal EUR 2,9 biljun (93,13 % tal-baġit totali tal-EIT għall-perjodu 2014/2020). Permezz tal-effett qawwi tal-EIT, il-KICs mistennija jimmobilizzaw EUR 8,890 biljun oħra minn sorsi pubbliċi u privati. |
(B’referenza għall-Emenda 31; PE489.613v01-00)
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.2 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT ser jimpenja ruħu wkoll f’numru ta’ attivitajiet ta’ tixrid u firxa, bħall-programm ta’ sħubija tal-EIT li ser itejjeb b’mod sinifikanti l-impatt tal-operazzjonijiet tiegħu madwar l-Ewropa. Barra minn dan, numru ta’ servizzi ta’ appoġġ u monitoraġġ mifruxa ser jipprovdu valur miżjud u effiċjenzi għal attivitajiet tal-KIC. Fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet, l-EIT ser ikollu bżonn isegwi strateġija mmirata għal proporzjon ta' effiċjenza għolja, jiġifieri massimu ta' impatt li għandu jintlaħaq permezz ta' makkaniżmi ħfief. Madwar EUR 141,76 miljun (4,4%) tal-baġit tal-EIT huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. | L-EIT ser jimpenja ruħu wkoll f’numru ta’ attivitajiet ta’ tixrid u firxa, bħall-programm ta’ sħubija tal-EIT li ser itejjeb b’mod sinifikanti l-impatt tal-operazzjonijiet tiegħu madwar l-Ewropa. Barra minn dan, numru ta’ servizzi ta’ appoġġ u monitoraġġ mifruxa ser jipprovdu valur miżjud u effiċjenzi għal attivitajiet tal-KIC. Fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet, l-EIT ser ikollu bżonn isegwi strateġija mmirata għal proporzjon ta' effiċjenza għolja, jiġifieri massimu ta' impatt li għandu jintlaħaq permezz ta' makkaniżmi ħfief. EUR 141,76 miljun (4,4%) tal-baġit tal-EIT huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. |
(B’referenza għall-Emenda 32; PE489.613v01-00)
Ġustifikazzjoni
Il-baġit għall-attivitajiet ewlenin tal-EIT jkunu insuffiċjenti jekk parti eċċessiva mill-baġit tal-EIT kellu jiġi allokat għat-tixrid, għall-outreach u n-nefqiet amministrattivi.
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 4 – intestatura 4.2 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk l-EIT ser imexxi mudelli ġodda ta’ innovazzjoni u simplifikazzjoni miftuħa, dan għandu jkun rifless fl-approċċ tiegħu għall-amministrazzjoni. Il-kwartieri ġenerali tal-EIT jinħtieġ li jkunu organizzazzjoni effiċjenti, li ssegwi approċċ strateġiku li tagħmel użu minn kompetenzi kull meta jkun hemm bżonn, imma mingħajr ma jinħolqu strutturi tqal u permanenti li mhumiex meħtieġa. L-ispejjeż tan-nefqa amministrattiva, li jkopru l-ispejjeż neċessarji tal-persunal, amministrattivi, tal-infrastruttura u operazzjonali, fuq iż–żmien mhux se jeċċedu 2.4 % tal-baġit tal-EIT. Parti mill-ispiża amministrattiva hija koperta mill-Ungerija li huwa l-pajjiż li qed jilqagħhom, permezz tal-għoti ta’ spazju għall-uffiċċju mingħajr ħlas sat-tmiem tal-2030, kif ukoll kontribuzzjoni annwali ta’ 1.5 miljun euro għall-ispejjeż tal-persunal sat-tmiem tal-2015. Fuq din il-bażi, l-infiq amministrattiv se jkun għalhekk madwar EUR 77 miljun għall-2014-2020. | L-EIT ser imexxi mudelli ġodda ta’ innovazzjoni u simplifikazzjoni miftuħa. Dan għandu jkun rifless fl-approċċ tiegħu għall-amministrazzjoni. Il-kwartieri ġenerali tal-EIT jinħtieġ li jkunu organizzazzjoni effiċjenti, li ssegwi approċċ strateġiku li tagħmel użu minn kompetenzi kull meta jkun hemm bżonn, imma mingħajr ma jinħolqu strutturi tqal u permanenti li mhumiex meħtieġa. L-ispejjeż tan-nefqa amministrattiva, li jkopru l-ispejjeż neċessarji tal-persunal, amministrattivi, tal-infrastruttura u operazzjonali, fuq iż–żmien mhux se jeċċedu 2.4 % tal-baġit tal-EIT. Parti mill-ispiża amministrattiva hija koperta mill-Ungerija li huwa l-pajjiż li qed jilqagħhom, permezz tal-għoti ta’ spazju għall-uffiċċju mingħajr ħlas sat-tmiem tal-2030, kif ukoll kontribuzzjoni annwali ta’ 1.5 miljun euro għall-ispejjeż tal-persunal sat-tmiem tal-2015. Fuq din il-bażi, l-infiq amministrattiv se jkun għalhekk madwar EUR 77 miljun għall-2014-2020. |
(B’referenza għal PE489.613v01-00, Emenda 33)
Ġustifikazzjoni
Il-ftehim bejn l-EIT u l-Gvern Ungeriż ġie ffirmat fl-2010, Numru ta’ Referenza: 2010/CLXVI. Minħabba dan il-ftehim, parti mill-ispiża amministrattiva hija koperta mill-Ungerija li huwa l-pajjiż li qed jilqagħhom, permezz tal-għoti ta’ spazju għall-uffiċċju mingħajr ħlas sat-tmiem tal-2030, kif ukoll kontribuzzjoni annwali ta’ 1.5 miljun euro għall-ispejjeż tal-persunal sat-tmiem tal-2015.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 1 – parti 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
KIC fuq il-manifattura b’valur miżjud għandha tgħin biex jintlaħqu l-prijoritajiet ta' Orizzont 2020 f’termini tal-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, u l-għan speċifiku tagħha ta’ “trasformazzjoni tal-forom industrijali tal-produzzjoni tal-lum f'teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar b’għarfien aktar intensivi, sostenibbli, b’karbonju baxx, transettorjali, biex jitwettqu prodotti, proċessi u servizzi innovattivi”. | KIC fuq il-manifattura b’valur miżjud għandha tgħin biex jintlaħqu l-prijoritajiet ta' Orizzont 2020 f’termini tal-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, u l-għan speċifiku tagħha ta’ “trasformazzjoni tal-forom industrijali tal-produzzjoni tal-lum f'teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar b’għarfien aktar intensivi, sostenibbli, b’emissjonijiet baxxi, transettorjali, biex jitwettqu prodotti, proċessi u servizzi innovattivi”. |
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Ġustifikazzjoni
Il-kunċett ta’ emissjonijiet baxxi jirreferi għat-tnaqqis tas-sustanzi inkwinanti kollha fl-arja, ġejjin minn setturi differenti, mhux biss għad-dijossidu tal-karbonju jew il-metan. Għalhekk, huwa kompletament ġustifikat li l-kliem jinbidel minn b’karbonju baxx għal emissjonijiet baxxi, li huwa l-iskop reali tal-azzjoni proposta fid-dokument. Ir-riċerka għandha tfittex modi kif jiġu eliminati l-gassijiet kollha b’effett ta’ serra u sustanzi inkwinanti.
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 1 – parti 2 – paragrafu 2– punt -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ekodisinn |
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 2 – parti 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-UE hija impenjata bis-sħiħ f'dan il-qasam. KIC tista' tikkontribwixxi biex tindirizza l-isfida tas-soċjetà ta’ Orizzont 2020 “Sikurezza tal-Ikel, Agrikoltura Sostenibbli u l-Bijo-Ekonomija”. Partikolarment din tista’ tikkoopera mas-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea (EIP) proposta “Produttività u Sostenibilità fl-Agrikoltura”. Filwaqt li din tal-aħħar ser tagħmel enfasi fuq il-bini ta’ konnessjonijiet bejn riċerka l-aktar reċenti u innovazzjoni prattika, KIC tista’ toħloq b’mod partikolari komplementarjetà fl-edukazzjoni ta’ atturi ewlenin, bħal intraprendituri u konsumaturi. Hija meħtieġa wkoll il-koordinazzjoni, mal-Inizjattiva tal-Programmazzjoni Konġunta “Agrikoltura, Sikurezza fl-Ikel u Bidla fil-Klima”, li ser tgħaqqad l-isforzi ta’ riċerka nazzjonali sabiex tintegra l-adattament, il-mitigazzjoni u s-sikurezza tal-ikel fis-setturi tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd se jkun qed jippromwovi s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tas-sajd u l-akkwakultura, u b’hekk jenfasizza l-ħtieġa għal żviluppi tekniċi flimkien ma’ ħiliet intraprenditorjali ġodda f’dawn l-oqsma, f’konformità mal-evoluzzjoni tal-imġiba tal-konsumaturi, u jiġu pprovduti l-possibilitajiet għas-sinerġiji. Bl-istess mod, il-koordinazzjoni ser tkun possibbli wkoll mal-JPI "Ikel Bnin għal Ħajja b’Kundizzjonijiet ta’ Saħħa Tajbin” li ġie mniedi reċentement, u mal-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija f’oqsma relatati (partikolarment, il-Pjattaforma Food for Life) jew diversi proġetti tal-FP 7. Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn l-ikel u x-xorb huma waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020 fil-kuntest tal-azzjoni tal-isfidi soċjali tal-Klima u l-effiċjenza tar-Riżorsi. | L-UE hija impenjata bis-sħiħ f'dan il-qasam. KIC tista' tikkontribwixxi biex tindirizza l-isfida tas-soċjetà ta’ Orizzont 2020 “Sikurezza tal-Ikel, Agrikoltura Sostenibbli, ibħra u oċeani produttivi u l-Bijo-Ekonomija”. Partikolarment din tista’ tikkoopera mas-Sħubija tal-Innovazzjoni Ewropea (EIP) proposta “Produttività u Sostenibilità fl-Agrikoltura”. Filwaqt li din tal-aħħar ser tagħmel enfasi fuq il-bini ta’ konnessjonijiet bejn riċerka l-aktar reċenti u innovazzjoni prattika, KIC tista’ toħloq b’mod partikolari komplementarjetà fl-edukazzjoni ta’ atturi ewlenin, bħal intraprendituri u konsumaturi. Hija meħtieġa wkoll il-koordinazzjoni, mal-Inizjattiva tal-Programmazzjoni Konġunta “Agrikoltura, Sikurezza fl-Ikel u Bidla fil-Klima”, li ser tgħaqqad l-isforzi ta’ riċerka nazzjonali sabiex tintegra l-adattament, il-mitigazzjoni u s-sikurezza tal-ikel fis-setturi tal-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd se jkun qed jippromwovi s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tas-sajd u l-akkwakultura, u b’hekk jenfasizza l-ħtieġa għal żviluppi tekniċi flimkien ma’ ħiliet intraprenditorjali ġodda f’dawn l-oqsma, f’konformità mal-evoluzzjoni tal-imġiba tal-konsumaturi, u jiġu pprovduti l-possibilitajiet għas-sinerġiji. Bl-istess mod, il-koordinazzjoni ser tkun possibbli wkoll mal-JPI "Ikel Bnin għal Ħajja b’Kundizzjonijiet ta’ Saħħa Tajbin” li ġie mniedi reċentement, u mal-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija f’oqsma relatati (partikolarment, il-Pjattaforma Food for Life) jew diversi proġetti tal-FP 7. Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn l-ikel u x-xorb huma waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020 fil-kuntest tal-azzjoni tal-isfidi soċjali tal-Klima u l-effiċjenza tar-Riżorsi. |
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Anness – skeda informattiva 2 – parti 4 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jippromwovi il-kooperazzjoni tal-iżvilupp internazzjonali dwar it-titjib tal-produzzjoni tal-ikel u ż-żieda fil-livell u l-kwalitá tas-settur tal-ikel u n-nutrizzjoni. |
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 3 – parti 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-risposta għal dawn l-isfidi ġiet definita f’Orizzont 2020 bħala li timmira “biex tipprovdi saħħa, kwalità tal-ħajja u benesseri ġenerali aqwa għal kulħadd billi jingħata appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. Dawn l-attivitajiet se jiffokaw fuq il-manutenzjoni u l-promozzjoni ta’ saħħa matul ħajjitna, u fuq il-prevenzjoni ta’ mard; fuq it-titjib tal-abilità tagħna li nfejqu, nittrattaw u nimmaniġġjaw il-mard u d-diżabilità; l-appoġġ għal xjuħija attiva; u l-kontribuzzjoni tal-kisba ta’ settur tal-kura sostenibbli u effiċjenti." | Ir-risposta għal dawn l-isfidi ġiet definita f’Orizzont 2020 bħala li timmira “biex tipprovdi saħħa, kwalità tal-ħajja u benesseri ġenerali aqwa għal kulħadd billi jingħata appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. Dawn l-attivitajiet se jiffokaw fuq il-manutenzjoni u l-promozzjoni ta’ saħħa matul ħajjitna, u fuq il-prevenzjoni ta’ mard; fuq it-titjib tal-abilità tagħna li nfejqu, nittrattaw u nimmaniġġjaw il-mard u d-diżabilità; l-appoġġ għal xjuħija attiva; u l-kontribuzzjoni tal-kisba ta’ settur tal-kura sostenibbli u effiċjenti." Barra minn hekk, għandha tingħata importanza speċjali lis-servizzi lokali u l-adattament tal-ibliet u l-faċilitajiet tagħhom għal popolazzjoni li qed tixjieħ. |
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 3 – parti 2 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Popolazzjoni li qed tixjieħ għandha tkun l-objettiv ta’ bosta proġetti u politiki bħall-iżvilupp u t-titjib ta’ servizzi lokali u l-adattament urban. |
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Is-soċjetà moderna hija totalment dipendenti fuq l-aċċess għall-materja prima. L-aċċess għal materjal li ma jiswiex ħafna huwa essenzjali għall-funzjonament effettiv tal-ekonomija tal-UE. Madankollu, it-triptiku ta’ riżorsi naturali li jispiċċaw li qed jonqsu, popolazzjoni li dejjem qed tiżdied, u livelli ta’ konsum li qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla fid-dinja li qed tiżviluppa qed iżidu dejjem aktar id-domanda għall-materja prima u r-riżorsi naturali tal-pjaneta. Dawn il-fatturi huma wħud minn dawk responsabbli għaż-żieda mistennija fil-konsum tar-riżorsi naturali matul is-snin li ġejjin. | Is-soċjetà moderna hija totalment dipendenti fuq l-aċċess għall-materja prima. L-aċċess għal materjal huwa essenzjali għall-funzjonament effettiv tal-ekonomija tal-UE. Madankollu, it-triptiku ta’ riżorsi naturali li jispiċċaw li qed jonqsu, popolazzjoni li dejjem qed tiżdied, u livelli ta’ konsum li qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla fid-dinja li qed tiżviluppa qed iżidu dejjem aktar id-domanda għall-materja prima u r-riżorsi naturali tal-pjaneta. Dawn il-fatturi huma wħud minn dawk responsabbli għaż-żieda mistennija fil-konsum tar-riżorsi naturali matul is-snin li ġejjin. |
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kif enfasizzat mill-Pjan tal-Effiċjenza tar-Riżorsi u Orizzont 2020, għandha timmiraw li niżguraw l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-materja prima meħtieġa għall-ekonomija Ewropea u għas-sodisfazzjon tal-benessri tagħna, filwaqt li niksbu ekonomija effiċjenti fir-riżorsi li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li qed tikber fil-limiti ekoloġiċi ta’ pjaneta bir-riżorsi limitati. | Kif enfasizzat mill-Pjan tal-Effiċjenza tar-Riżorsi u Orizzont 2020, għandna nimmiraw li niżguraw l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-użu sostenibbli tal-materja prima meħtieġa għall-ekonomija Ewropea u għas-sodisfazzjon tal-benessri tagħna, filwaqt li niksbu ekonomija effiċjenti fir-riżorsi li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li qed tikber fil-limiti ekoloġiċi ta’ pjaneta bir-riżorsi limitati. |
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F’allinjament ma’ attivitajiet oħra tal-UE, KIC f’dan il-qasam għandha tikkonċentra fuq it-trawwim ta’ nukleu tal-għarfien u ċentru ta’ kompetenzi dwar edukazzjoni u riċerka akkademika, teknika u prattika f’xogħol f’minjieri sostenibbli tal-wiċċ, taħt l-art u fl-ibħra, ġestjoni ta’ materjal, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ, sostituzzjoni ta’ materjal u kummerċ ġeopolitiku f'materja prima. Din tista’ taġixxi bħala intermedjarja u clearing house għal ċentri ta’ eċċellenza Ewropej dwar dawn it-temi relatati u timmaniġġja programm ta’ riċerka ta’ importanza strateġika għall-industrija tal-UE. Għal din ir-raġuni u sabiex timmassimizza l-impatt tal-azzjonijiet u tevita kull duplikazzjoni tal-attivitajiet tal-UE, inkluż l-EIP dwar il-Materja Prima, il-KIC se tipprovdi l-kumplament neċessarju fl-oqsma tal-kapital uman (jiġifieri t-taħriġ, l-edukazzjoni) għall-azzjonijiet piloti tat-teknoloġija innovattiva (eż. impjanti tal-wiri) għall-esplorazzjoni fl-art u l-baħar, l-estrazzjoni u l-ipproċessar, il-ġbir u r-riċiklaġġ. Fl-istess ħin, dan jista’ jinkludi miri biex tieħu post fuq quddiem tat-teknoloġija bil-ħolqien ta’ skemi pilota u dimostraturi ta’ proċessi u soluzzjonijiet innovattivi, li jinvolvu pereżempju l-użu ta’ materjali alternattivi li huma ekonomikament attraenti u sostenibbli ta’ importanza strateġika għall-UE. Konsegwentement, tista’ twassal għall-espansjoni ta’ swieq eżistenti u l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, jiġifieri fl-oqsma tal-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, il-ġestjoni ta’ materjali, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ, u sostituzzjoni ta’ materjali. Se jkun meħtieġ li jiġu evalwati l-impatti u jiġu żviluppati miżuri innovattivi u kost-effettivi għall-adattament u l-prevenzjoni tar-riskju għal ħabitats partikolarment sensittivi, bħall-Arktiku. | F’allinjament ma’ attivitajiet oħra tal-UE, KIC f’dan il-qasam għandha tikkonċentra fuq it-trawwim ta’ nukleu tal-għarfien u ċentru ta’ kompetenzi dwar edukazzjoni u riċerka akkademika, teknika u prattika f’xogħol f’minjieri sostenibbli tal-wiċċ, taħt l-art, fl-ibħra, urban u tħaffir ta’ landfills, ġestjoni ta’ materjal, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ, sostituzzjoni ta’ materjal u kummerċ miftuħ kif ukoll governanza globali f'materja prima. Din tista’ taġixxi bħala intermedjarja u clearing house għal ċentri ta’ eċċellenza Ewropej dwar dawn it-temi relatati u timmaniġġja programm ta’ riċerka ta’ importanza strateġika għall-industrija tal-UE. Għal din ir-raġuni u sabiex timmassimizza l-impatt tal-azzjonijiet u tevita kull duplikazzjoni tal-attivitajiet tal-UE, inkluż l-EIP dwar il-Materja Prima, il-KIC se tipprovdi l-kumplament neċessarju fl-oqsma tal-kapital uman (jiġifieri t-taħriġ, l-edukazzjoni) għall-azzjonijiet piloti tat-teknoloġija innovattiva (eż. impjanti tal-wiri) għall-esplorazzjoni fl-art u l-baħar, l-estrazzjoni u l-ipproċessar, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-ġbir, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni. Fl-istess ħin, dan jista’ jinkludi miri biex tieħu post fuq quddiem tat-teknoloġija bil-ħolqien ta’ skemi pilota u dimostraturi ta’ proċessi u soluzzjonijiet innovattivi, li jinvolvu pereżempju l-użu ta’ materjali alternattivi li huma ekonomikament attraenti u sostenibbli ta’ importanza strateġika għall-UE. Konsegwentement, tista’ twassal għall-espansjoni ta’ swieq eżistenti u l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, jiġifieri fl-oqsma tal-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, il-ġestjoni ta’ materjali li tkun effiċjenti fir-riżorsi, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ, u sostituzzjoni ta’ materjali. Se jkun meħtieġ li jiġu evalwati l-impatti u jiġu żviluppati miżuri innovattivi u kost-effettivi għall-adattament u l-prevenzjoni tar-riskju għal ħabitats partikolarment sensittivi, bħall-Arktiku. |
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-UE identifikat dan il-qasam ta’ prijorità bħala wieħed mill-isfidi ewlenin. KIC tikkontribwixxi għal Orizzont 2020, partikolarment għall-isfida soċjali marbuta mal-provvista tal-materja prima u l-effiċjenza tar-riżorsi. Tikkontribwixxi għall-EIP propost dwar il-Materja Prima. L-EIP dwar il-Materja Prima ser tipprovdi oqfsa globali biex tiffaċilita l-allinjament u s-sinerġiji fost strumenti u politiki eżistenti tar-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija mill-provvista u d-domanda. Din se tkopri attivitajiet iffukati fuq it-teknoloġija, iżda wkoll l-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas u l-aħjar prassi għal kwistjonijiet politiċi, regolatorju jew ta' standardizzazzjoni li jkollhom impatt fuq l-innovazzjoni f'settur jew sfida partikolari. KIC f’din it-tema toħloq komplementarjetà fl-edukazzjoni ta’ atturi ewlenin, iżda wkoll fil-provvista ta’ netwerk uniku strutturat ta’ prattikanti. Din tipprovdi bażi solida għall-appoġġ ta’ azzjonijiet oħra marbuta mal-innovazzjoni li jitwettqu fil-qafas tal-EIP u li għas-suċċess tagħhom il-kapital uman huwa neċessità assoluta. Se tkun f’pożizzjoni tajba biex tappoġġa l-EIP fl-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas u l-aħjar prassi dwar kwistjonijiet politiċi, regolatorji u ta’ standardizzazzjoni li jkollhom impatt fuq is-settur. KIC tibni wkoll bis-sħiħ u tagħmel kapital mir-riżultati ta’ diversi proġetti ta’ riċerka tas-Seba’ Programm ta’ Qafas (FP7) li jindirizza t-tema, partikolarment dawk iffinanzjati fil-qafas tan-nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni, u temi ambjentali. | L-UE identifikat dan il-qasam ta’ prijorità bħala wieħed mill-isfidi ewlenin. KIC tikkontribwixxi għal Orizzont 2020, partikolarment għall-isfida soċjali marbuta mal-provvista sostenibbli tal-materja prima u l-effiċjenza tar-riżorsi. Tikkontribwixxi għall-EIP propost dwar il-Materja Prima. L-EIP dwar il-Materja Prima ser tipprovdi oqfsa globali biex tiffaċilita l-allinjament u s-sinerġiji fost strumenti u politiki eżistenti tar-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija mill-provvista u d-domanda. Din se tkopri attivitajiet iffukati fuq it-teknoloġija, iżda wkoll l-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas u l-aħjar prassi għal kwistjonijiet politiċi, regolatorju jew ta' standardizzazzjoni li jkollhom impatt fuq l-innovazzjoni f'settur jew sfida partikolari. KIC f’din it-tema toħloq komplementarjetà fl-edukazzjoni ta’ atturi ewlenin, iżda wkoll fil-provvista ta’ netwerk uniku strutturat ta’ prattikanti. Din tipprovdi bażi solida għall-appoġġ ta’ azzjonijiet oħra marbuta mal-innovazzjoni li jitwettqu fil-qafas tal-EIP u li għas-suċċess tagħhom il-kapital uman huwa neċessità assoluta. Se tkun f’pożizzjoni tajba biex tappoġġa l-EIP fl-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas u l-aħjar prassi dwar kwistjonijiet politiċi, regolatorji u ta’ standardizzazzjoni li jkollhom impatt fuq is-settur. KIC tibni wkoll bis-sħiħ u tagħmel kapital mir-riżultati ta’ diversi proġetti ta’ riċerka tas-Seba’ Programm ta’ Qafas (FP7) li jindirizza t-tema, partikolarment dawk iffinanzjati fil-qafas tan-nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni, u temi ambjentali. |
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn ir-riċiklaġġ tal-materjali huwa waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020 fil-kuntest tal-isfidi tas-soċjetà tal-azzjoni tal-klima, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-provvista sostenibbli tal-materja prima. | Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn ir-riċiklaġġ tal-materjali huwa waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020, b’mod partikolari fil-kuntest tal-isfidi tas-soċjetà tal-azzjoni tal-klima, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-provvista sostenibbli tal-materja prima, filwaqt li tħeġġeġ l-użu ta’ materjali li jiggarantixxu reżistenza aħjar għall-effetti taż-żmien fuq il-wirt kulturali. |
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 3 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Barra minn hekk, wieħed għandu jfittex sinerġiji mal-istabbiliment tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fil-Qasam tal-Elementi Rari tal-Art għall-materja prima kritika magħrufa bħala elementi rari tal-art. Il-kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tal-materja prima, bħal dik fuq tliet partijiet, bejn l-UE, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-R&D dwar materja prima kritika, hija wkoll ta’ importanza kbira ħafna, kif inhu x-xogħol tal-International Resource Panel u dan għandu jiġi kkunsidrat f’dan il-KIC. |
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
KIC f’dan l-qasam ser tkun komplementari għal dawn l-attivitajiet peress li din tiffoka fuq attivitajiet transdixxiplinarji fit-trijangolu tal-għarfien b’enfasi qawwija fuq prodotti u servizzi innovattivi u edukazzjoni intraprenditorjali. | KIC f’dan il-qasam tfittex kumplimentarità u sinerġiji ma’ dawk l-attivitajiet u għandha tiffoka fuq attivitajiet transdixxiplinarji fit-trijangolu tal-għarfien b’enfasi qawwija fuq prodotti u servizzi innovattivi u edukazzjoni intraprenditorjali. |
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – paragrafu 1 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tindirizza sfida ewlenija u rilevanti ekonomika u tas-soċjetà li qed taffaċċja l-Ewropa (il-bżonn li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima li jkollhom karbonju baxx u jkunu kost-effettivi u li jirrispettaw l-ambjent), u tikkontribwixxi għat-twettiq tal-aġenda Ewropa 2020 u l-għanijiet tagħha dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. | Tindirizza sfida ewlenija u rilevanti ekonomika u tas-soċjetà li qed taffaċċja l-Ewropa (il-bżonn li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materja prima li jkollhom karbonju baxx u jkunu kost-effettivi u li jirrispettaw l-ambjent), u tikkontribwixxi għat-twettiq tal-aġenda Ewropa 2020 u l-għanijiet tagħha dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. |
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 4 – parti 4 – paragrafu 1 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tista’ timmobilizza l-investiment mis-settur tan-negozji u toffri possibilitajiet għal diversi prodotti u servizzi emerġenti – partikolarment, fl-oqsma tal-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, ġestjoni tal-materjali, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ, u sostituzzjoni ta’ materjali. | Tista’ timmobilizza l-investiment mis-settur tan-negozji u toffri possibilitajiet għal diversi prodotti u servizzi emerġenti – partikolarment, fl-oqsma tal-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, ġestjoni tal-materjali, teknoloġiji ta’ riċiklaġġ u t-tħaffir tal-minjieri urbani, u sostituzzjoni ta’ materjali. |
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mobilità Urbana | Mobilità urbana, żvilupp intelliġenti u sostenibbli. |
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-tema ta’ trasport intelliġenti, favur l-ambjent u integrat ġiet identifikata bħala waħda mill-isfidi ewlenin tas-soċjetà li ser tkun indirizzata fil-qafas ta’ Orizzont 2020. Il-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport issaħħaħ iktar l-importanza tat-teħid tal-azzjoni f’dan il-qasam fl-għaxar snin li ġejjin. Il-mobilità urbana hija kompitu bi sfida partikolari. Din tindirizza numru ta' temi bħat-trasport (inklużi kunċetti ġodda ta’ mobilità, organizzazzjoni tat-trasport, loġistika, sikurezza u sigurtà fis-sistemi ta’ trasport), kwistjonijiet ambjentali (tnaqqis fil-gassijiet b’effett serra, tniġġis tal-arja u storbju), ippjanar urban (kunċetti ġodda biex iqarrbu x-xogħol u l-għajxien), u għandha impatt importanti kemm fuq livell ekonomiku u kemm fuq dak soċjali (ħolqien ta’ negozji ġodda, impjiegi, inklużjoni soċjali, strateġiji ta’ akkomodazzjoni u lokazzjoni). L-għan globali huwa li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej li – f’numri li dejjem jiżdiedu – jgħixu f’komunitajiet kbar urbani fejn tiġi ġġenerata ħafna mill-prestazzjoni ekonomika tal-Ewropa. | It-tema ta’ trasport intelliġenti, favur l-ambjent u integrat ġiet identifikata bħala waħda mill-isfidi ewlenin tas-soċjetà li ser tkun indirizzata fil-qafas ta’ Orizzont 2020. Il-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport issaħħaħ iktar l-importanza tat-teħid tal-azzjoni f’dan il-qasam fl-għaxar snin li ġejjin. Il-mobilità urbana hija kompitu bi sfida partikolari. Għandha tiġi indirizzata permezz ta’ approċċ realment integrat u olistiku, billi espliċitament tiġi kkunsidrata l-interazzjoni ma’ temi oħra f’kuntest spazjali. Din tindirizza numru ta' temi bħat-trasport (inklużi kunċetti ġodda ta’ mobilità, organizzazzjoni tat-trasport, loġistika, sikurezza u sigurtà fis-sistemi ta’ trasport), kwistjonijiet ambjentali (tnaqqis fil-gassijiet b’effett serra, tniġġis tal-arja u storbju), ippjanar urban, pajsaġġ urban u naturali (kunċetti ġodda biex iqarrbu x-xogħol u l-għajxien), wirt kulturali u għandha impatt importanti kemm fuq livell ekonomiku u kemm fuq dak soċjali (ħolqien ta’ negozji ġodda, impjiegi, inklużjoni soċjali, strateġiji ta’ akkomodazzjoni u lokazzjoni). L-għan globali huwa li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej li – f’numri li dejjem jiżdiedu – jgħixu f’komunitajiet kbar urbani fejn tiġi ġġenerata ħafna mill-prestazzjoni ekonomika tal-Ewropa. |
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 1 – paragrafu 1 – paragrafu 1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Peress li l-bliet u l-mobilità urbana huma fi ħdan sistema kumplessa magħmula minn varjabbli differenti, din il-KIC għandha tintegra ruħha mat-territorju, id-demografija, l-inklużjoni soċjali, id-dinamiċi ekonomiċi, ir-restawr u l-preservazzjoni ta’ riżorsi tal-bini u riżorsi storiċi. It-trijangolu tal-għarfien ikun koerenti biss jekk dan jiġi rispettat. |
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-għan ewlieni ta’ KIC dwar il-mobilità urbana ser ikun li tiġi żgurata sistema ta’ mobilità urbana aktar tajba għall-ambjent, aktar inklussiva, aktar sikura u aktar intelliġenti. | L-għan ewlieni ta’ KIC dwar il-mobilità urbana u l-iżvilupp intelliġenti u sostenibbli ser ikun li tiġi żgurata sistema ta’ mobilità urbana aktar tajba għall-ambjent, aktar inklussiva, aktar sikura u aktar intelliġenti. |
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kif diġà msemmi hawn fuq, it-tema hija tassew rilevanti minn perspettiva ta’ politika tas-soċjetà u pubblika. Hija rilevanti ħafna wkoll minn perspettiva soċjoekonomika peress li tinvolvi setturi ekonomiċi importanti f’termini ta’ PGD u tal-impjieg, bħas-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni. Barra minn dan, il-mobilità urbana hija marbuta mal-istrateġiji ta’ protezzjoni ambjentali u inkluża bis-sħiħ f’politiki ta’ inklużjoni soċjali, lokazzjoni, akkomodazzjoni u disinn urban. | Kif diġà msemmi hawn fuq, it-tema hija tassew rilevanti minn perspettiva ta’ politika tas-soċjetà u pubblika. Hija rilevanti ħafna wkoll minn perspettiva soċjoekonomika peress li tinvolvi setturi ekonomiċi importanti f’termini ta’ PGD u tal-impjieg, bħas-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni. Barra minn dan, il-mobilità urbana hija marbuta mal-istrateġiji ta’ protezzjoni ambjentali u inkluża bis-sħiħ f’politiki ta’ inklużjoni soċjali, lokazzjoni, akkomodazzjoni, disinn urban u għoti ta’ ħajja ġdida liċ-ċentri storiċi. |
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
KIC dwar il-mobilità urbana hija skont il-prijoritajiet definiti kemm f’Orizzont 2020 u kemm mal-għanijiet ta’ strateġija ta’ Ewropa 2020 biex jintlaħaq żvilupp urban aktar intelliġenti, aktar sostenibbli, b’karbonju baxx u inklussiv. KIC dwar din it-tema tista’ tikkontribwixxi għal kull wieħed mill-għanijiet ta’ strateġija ta’ Ewropa 2020, pereżempju bil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet ekoeffiċjenti, skemi intelliġenti tal-ICT għall-ġestjoni tat-traffiku, u l-provvista ta' servizzi ta' trasport aktar effiċjenti u li ma jiswiex ħafna. | KIC dwar il-mobilità urbana u l-iżvilupp intelliġenti u sostenibbli hija skont il-prijoritajiet definiti kemm f’Orizzont 2020 u kemm mal-għanijiet ta’ strateġija ta’ Ewropa 2020 biex jintlaħaq żvilupp urban aktar intelliġenti, aktar sostenibbli, b’karbonju baxx u inklussiv. KIC dwar din it-tema tista’ tikkontribwixxi għal kull wieħed mill-għanijiet ta’ strateġija ta’ Ewropa 2020, pereżempju bil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet ekoeffiċjenti, skemi intelliġenti tal-ICT għall-ġestjoni tat-traffiku, u l-provvista ta' servizzi ta' trasport aktar effiċjenti u li ma jiswiex ħafna. |
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-fatt, peress li l-mobilità urbana hija sistematika min-natura tagħha, KIC f’dan il-qasam tista' toffri diversi possibilitajiet għall-innovazzjoni matul il-katina tal-innovazzjoni, bħall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport b’diversi modi, u soluzzjonijiet ta’ trasport aktar intelliġenti u aktar sostenibbli. | Il-mobilità u l-aċċessibilità urbana huma min-natura tagħhom sistemiċi. Il-kumplessità tal-ibliet, il-koerenza tat-triangolu tat-tagħrif, it-twettiq ta’ proġetti fil-post jeħtieġu approċċ integrali. KIC f’dan il-qasam tal-bord tista' toffri diversi possibilitajiet għall-innovazzjoni matul il-katina tal-innovazzjoni, bħall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ trasport b’diversi modi, u soluzzjonijiet ta’ trasport aktar intelliġenti u aktar sostenibbli. |
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
KIC dwar il-mobilità urbana tibbaża fuq bażi teknoloġika u industrijali soda, u toffri potenzjal għal prodotti u servizzi ġodda, partikolarment fl-oqsma tal-ippjanar sostenibbli u l-ekoindustriji. | KIC dwar il-mobilità urbana u l-iżvilupp intelliġenti u sostenibbli tibbaża fuq bażi teknoloġika u industrijali soda, u toffri potenzjal għal prodotti u servizzi ġodda, partikolarment fl-oqsma tal-ippjanar sostenibbli u l-ekoindustriji. |
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Skeda Informattiva 6 – parti 2 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KIC dwar il-Mobilità Urbana se tiffoka fuq dawk l-attivitajiet tat-trijangolu tal-innovazzjoni li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali tal-UE permezz tal-EIT. Fil-verità , il-valur miżjud ewlieni ta’ KIC f’dan il-qasam ser ikun ir-rwol tagħha fl-integrazzjoni tat-tliet oqsma tat-trijangolu tal-għarfien u biex twassal bidla sistematika fil-mod kif il-partijiet fl-innovazzjoni jaħdmu flimkien. Bl-istess mod, l-enfasi tal-KIC fuq innovazzjoni mmexxija mill-bniedem, li tpoġġi lil studenti, riċerkaturi u intraprendituri fil-qalba tal-isforzi tal-KIC ser tkun fundamentali biex jiġu indirizzati l-isfidi msemmija hawn fuq. Konsegwentement, se jkun hemm enfasi qawwija fuq l-edukazzjoni/it-taħriġ, l-intraprenditorija u l-użu tar-riżultati, eż. l-iżvilupp ta' ħiliet u għarfien tal-professjonisti tat-trasport urban fl-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali (tagħlim tul il-ħajja / programmi ta' skambju tal-persunal / taħriġ professjonali), il-proposta għal programmi speċifiċi tal-edukazzjoni għolja fil-Mobilità Urbana’(skejjel tas-sajf/skemi ta’ skambju), it-twassil b’suċċess ta’ kunċetti innovattivi tat-trasport fis-suq (appoġġ għal spin-offs u kumpaniji ġodda mill-universitajiet u l-istituzzjonijiet tar-riċerka, eċċ.). Barra minn dan, il-kunċett ta’ kolokazzjoni jista’ jkun imsaħħaħ f’KIC li tiffoka fuq din it-tema, peress li naturalment dan il-qasam tematiku għandu dimensjoni qawwija lokali u reġjonali. | Il-KIC dwar il-Mobilità Urbana u żvilupp intelliġenti u sostenibbli se tiffoka fuq dawk l-attivitajiet tat-trijangolu tal-innovazzjoni li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali tal-UE permezz tal-EIT. |
| Il-proġetti kollha dwar l-aċċessibilità u l-mobilità jeħtieġ li jikkunsidraw id-dimensjoni tat-territorju, id-dinamiċi ekonomiċi, l-impatt demografku u tal-popolazzjoni, il-preservazzjoni tal-pajsaġġ urban u l-kapaċità ta’ attrazzjoni ta’ riżorsi ekonomiċi u kulturali. |
| Fil-verità , il-valur miżjud ewlieni ta’ KIC f’dan il-qasam ser ikun ir-rwol tagħha fl-integrazzjoni tat-tliet oqsma tat-trijangolu tal-għarfien u biex twassal bidla sistematika fil-mod kif il-partijiet fl-innovazzjoni jaħdmu flimkien. Bl-istess mod, l-enfasi tal-KIC fuq innovazzjoni mmexxija mill-bniedem, li tpoġġi lil studenti, riċerkaturi u intraprendituri fil-qalba tal-isforzi tal-KIC ser tkun fundamentali biex jiġu indirizzati l-isfidi msemmija hawn fuq. Konsegwentement, se jkun hemm enfasi qawwija fuq l-edukazzjoni/it-taħriġ, l-intraprenditorija u l-użu tar-riżultati, eż. l-iżvilupp ta' ħiliet u għarfien tal-professjonisti tat-trasport urban fl-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali (tagħlim tul il-ħajja / programmi ta' skambju tal-persunal / taħriġ professjonali), il-proposta għal programmi speċifiċi tal-edukazzjoni għolja fil-Mobilità Urbana’(skejjel tas-sajf/skemi ta’ skambju), it-twassil b’suċċess ta’ kunċetti innovattivi tat-trasport fis-suq (appoġġ għal spin-offs u kumpaniji ġodda mill-universitajiet u l-istituzzjonijiet tar-riċerka, eċċ.). Barra minn dan, il-kunċett ta’ kolokazzjoni jista’ jkun imsaħħaħ f’KIC li tiffoka fuq din it-tema, peress li naturalment dan il-qasam tematiku għandu dimensjoni qawwija lokali u reġjonali. |
NOTA SPJEGATTIVA
Hemm konsensus ġenerali dwar l-importanza tal-EIT bħala strument ewlieni għall-politika tal-UE fil-qasam tat-teknoloġija u l-innovazzjoni u dwar l-istrateġija u l-funzjonament tiegħu. Dan jippermetti lir-rapporteur, f'din in-nota spjegattiva qasira, taqbeż dawk il-kwistjonijiet kollha fejn m'hemmx bżonn li tinbidel il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali, u tiffoka fuq l-aspetti li, fl-opinjoni tagħna, għandhom ikunu s-suġġett ta' xi bidliet biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet importanti tal-EIT.
L-EIT bħala Istitut Ewropew u marka globali ta' eċċellenza
L-EIT mhuwiex programm u lanqas netwerk: L-EIT huwa Istitut. Tabilħaqq, jaħdem fil-qafas ta' programm u ċertament jibni netwerks tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni ma' ħafna sħab differenti, iżda huwa Istitut bi rwol importanti, li mhuwiex ir-rwol ta' sempliċi amministratur, koordinatur jew faċilitatur tal-KICs tiegħu. Bħala Istitut, għandu jiġi indirizzat b'mod speċifiku ħafna, differenti minn taqsimiet oħra ta' Orizzont 2020. Peress li huwa mhux biss strument għall-innovazzjoni iżda wkoll strument għall-edukazzjoni, l-EIT jagħti dimensjoni edukattiva sħiħa lill-politika tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Din hija waħda mill-ispeċifiċitajiet tal-EIT fil-qafas politiku tal-UE kollu kemm hu: huwa l-uniku strument li jgħaqqad it-trijangolu tal-għarfien.
Għandna l-għan li nagħmlu mill-EIT sieħeb kbir fl-innovazzjoni fl-Ewropa u lil hinn minnha, iżda wkoll ċentru ewlieni ta' riċerka u interskambji xjentifiċi u teknoloġiċi, ta' tixrid ta' prattiki tajba u kultura tal-qsim tal-għarfien.
L-EIT jista' jsaħħaħ ir-rwol tiegħu f'dan il-qasam billi jospita u jorganizza (jew jorganizza b'mod konġunt mal-KICs tiegħu) konferenzi kbar, seminars, eżibizzjonijiet teknoloġiċi kif ukoll azzjonijiet ta' taħriġ speċifiċi, moduli għal korsijiet undergraduate jew pakketti mmirati għall-edukazzjoni fl-iskejjel, korsijiet tas-sajf u programm ta' fellowship tal-EIT, apparti l-programmi Masters u PhD bit-tikketta tal-EIT li diġà jeżistu u li għandhom ikomplu jiġu żviluppati.
Għalkemm huwa Istitut edukattiv, teknoloġiku u tal-innovazzjoni, l-EIT ma jistax jitqies (jew jagħmilha ta') kompetitur għall-Universitajiet u ċ-Ċentri ta' Riċerka tagħna, pubbliċi jew privati, iżda għodda importanti li lkoll kemm huma għandhom għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni aħjar, skambju ta' fehmiet u esperjenzi u għall-iżvilupp ta' tip differenti ta' proġetti komuni: proġetti ta' riċerka komuni, proġetti ta' innovazzjoni komuni u proġetti edukattivi komuni. B'dan il-mod, l-EIT jgħin lill-UE aħjar biex taffaċċja l-problema msemmija fil-proposta tal-Kummissjoni li "ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata."
Irridu nirrikonoxxu wkoll li l-EIT m'għandux biżżejjed viżibbiltà u rikonoxximent fl-Ewropa u, aktar minn hekk, fuq skala globali. L-aġenda strateġika ġdida għandha tittratta din il-problema u timmira li toħloq marka rikonoxxuta internazzjonalment ta' eċċellenza, li tgħin biex tattira t-talent mill-Ewropa u minn barra minnha u biex issawwar relazzjonijiet strateġiċi ma' sħab ewlenin minn madwar id-dinja.
Biex jintlaħaq dak l-għan, huma meħtieġa affarijiet differenti. Ċertament, aġenda ambizzjuża għall-attivitajiet imsemmija hawn fuq tgħin biex issolvi l-problema; hija meħtieġa wkoll komunikazzjoni tajba u effikaċi; iżda nemmnu li pass importanti 'l quddiem fir-rigward tal-uffiċċji futuri tal-Istitut se jkun element prinċipali f'din l-Aġenda Strateġika.
Kwartieri ġenerali ġodda għall-EIT
Fid-dinja kummerċjali ħadd ma jikkontesta li l-kwartieri ġenerali ta' kumpanija huma strument tal-akbar importanza għall-komunikazzjoni istituzzjonali u l-istabbiliment tal-marka tagħha. Naħsbu li wasal iż-żmien biex nittrattaw din il-kwistjoni fir-rigward tal-EIT jekk irridu nibnuh bħala marka globali ta' eċċellenza, kif jidher li hi l-mira li kulħadd jaqbel dwarha.
Biex id-dinja tarah bħala parteċipant globali f'dan il-qasam, impenjat għalkollox favur tal-eċċellenza, l-EIT għandu jkollu sede eċċellenti. Dan jirrifletti l-importanza li l-UE kollha kemm hi tagħti lill-politika tagħha fil-qasam tat-teknoloġija u l-innovazzjoni.
Fl-opinjoni tagħna, il-bini tal-PE fi Strasburgu huma assolutament xierqa biex jospitaw l-EIT. U naħsbu li t-trasferiment tal-kwartieri ġenerali tal-EIT fil-bini tagħna fi Strasburgu jkun bidla pożittiva mhux biss għall-EIT, iżda wkoll għall-Parlament u għall-UE, kemm f'termini politiċi kif ukoll f'termini ekonomiċi. U li dan ikun ukoll soluzzjoni pożittiva ħafna għall-belt ta' Strasburgu. Ejja naraw għalfejn.
Jekk l-EIT ikun fil-bini tal-PE fi Strasburgu, dan immedjatament iżid l-interess mill-Ewropa u mid-dinja u jiġbed l-attenzjoni tal-midja dinjija fuq il-proġett tal-EIT. Jitqies miċ-ċittadini u min-negozji Ewropej u mis-sħab dinjija tagħna bħala simbolu b'saħħtu tal-viżjoni l-ġdida li l-UE biħsiebha tadotta fil-perjodu ta' seba' snin li jmiss, jiġifieri li ssaħħaħ l-attenzjoni u l-impenn tagħha favur politika tal-innovazzjoni aktar b'saħħitha.
Mill-perspettiva politika, dan jikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-MPEs, ikkonfermata darbtejn reċentament f'votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, li jkun hemm sede waħda. Iżda jagħti wkoll tweġiba lix-xewqa li għandhom ħafna MPEs li ma jibqax vojt assolut wara d-deċiżjoni tagħhom.
Mill-perspettiva tal-immaġni li l-opinjoni pubblika għandha fir-rigward tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha, primarjament matul dawn iż-żminijiet ta' kriżi fl-infiq pubbliku, din id-deċiżjoni ma tista' tagħmel xejn ħlief tiġġenera simpatija.
Mill-perspettiva ekonomika, u meta nqisu l-baġit ġenerali tal-UE fiċ-ċifri globali tiegħu, kif jeħtieġ li nagħmlu, din is-soluzzjoni tista' biss iġġib tnaqqis fl-ispejjeż totali. Mhuma meħtieġa l-ebda flus addizzjonali biex tiġi adottata din is-soluzzjoni - pjuttost il-kuntrarju.
Għall-belt ta' Strasburgu, din tkun soluzzjoni pożittiva ħafna. Il-prestiġju tal-belt ma jiġix affettwat; saħansitra jissaħħaħ, peress li ssir il-Kapitali Ewropea tal-Għarfien u l-Innovazzjoni, mhux biss minħabba fejn ikun jinsab l-EIT, iżda peress li, minħabba l-karatteristiki tal-bini, l-UE tista' wkoll tospita fl-istess bini proġetti u istituzzjonijiet akkademiċi jew ta' riċerka oħra Ewropej relatati. Għall-ġestjoni tajba tal-ħajja fil-belt, huwa ħafna aħjar li jkun hemm preżenza permanenti ta' nies li jgħixu u jaħdmu hemmhekk, milli li jkun hemm livelli massimi ta' eluf ta' vjaġġaturi tliet ġranet fix-xahar. Xorta waħda, ħafna avvenimenti kbar, b'ħafna parteċipanti, jiġu organizzati regolarment fi Strasburgu mill-EIT.
Għall-EIT u l-attivitajiet preżenti tagħha, iżda primarjament dawk futuri, uffiċċji fi Strasburgu jidhru assolutament ideali. Għandhom il-potenzjal sħiħ li jkunu soluzzjoni irħisa, faċli u rapida biex jiġu installati l-kwartieri ġenerali tal-EIT, iżda wkoll biex l-EIT jospita konferenzi kbar, seminars, azzjonijiet u korsijiet ta' taħriġ kif ukoll eżibizzjonijiet teknoloġiċi jew xjentifiċi, b'bosta swali kbar u żgħar għal-laqgħat (jew klassijiet), uffiċċji, bars u ristoranti, u anke bosta mijiet ta' kmamar b'faċilitajiet sħaħ fejn wieħed jinħasel fejn il-parteċipanti f'dawn l-avvenimenti, li jkunu ġejjin mid-dinja kollha, ikunu jistgħu jiġu akkomodati mingħajr ħlas.
Bini fi Strasburgu jospita wkoll il-Fondazzjoni tal-EIT, il-Forum tal-Partijiet Interessati tal-EIT, l-Assoċjazzjoni tal-Alumni tal-EIT u inizjattivi oħrajn, impriżi fil-fażi inizjali tagħhom u netwerks universitarji.
Xi ċentri ġodda ta' kolokazzjoni ta' KICs jista' jkollhom l-uffiċċji tagħhom hemm ukoll, fejn is-sħab ikollhom kundizzjonijiet eċċellenti biex jaħdmu mill-qrib flimkien ta' kuljum (dan m'għandux ikun ta' detriment għal-linja gwida politika ewlenija għal distribuzzjoni tal-lokalizzazzjoni tal-KICs li tgħin issaħħaħ il-konnettività lokali-globali u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet u universitajiet nazzjonali u reġjonali, raggruppamenti lokali u SMEs differenti).
Nafu li l-PE ma jistax jiddeċiedi waħdu dwar din il-bidla. Iżda jista' jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà tagħha. Dan huwa dak li qed nipproponu.
L-allokazzjoni tar-riżorsi
Biex inwettqu l-kompiti meħtieġa biex l-EIT isir marka globali ta' eċċellenza, neħtieġu baġit reali għall-EIT li jmur ħafna lil hinn mis-sempliċi somma tal-baġit tal-KICs. Fil-proposta tal-Kummissjoni, insibu 4.4 % għal attivitajiet ta' tixrid u outreach u 2 % għal infiq amministrattiv. Din l-allokazzjoni ta' riżorsi hija koerenti mal-viżjoni preżenti ta' EIT "KICs biss" (jew kważi "KICs biss"). Iżda forsi l-viżjoni tal-EIT bħala proġett "KICs biss" mhijiex l-aktar waħda adegwata għall-missjoni u r-rwol importanti li l-EIT jista' jkollu fl-UE, kif deskritt aktar qabel u kif issuġġerit fil-proposta tal-Kummissjoni.
Madankollu, biex nibnu l-EIT fuq viżjoni differenti u iktar ambizzjuża, ma neħtieġux verament aktar flus għall-EIT: sempliċi bidla fid-distribuzzjoni tar-riżorsi previsti mill-Kummissjoni taf tkun biżżejjed. L-allokazzjoni ta' bejn 10 u 15 % tal-baġit globali għall-attivitajiet proprji tal-EIT, filwaqt li jinżammu 2 % għan-nefqa amministrattiva u l-bqija għall-KICs, hija soluzzjoni possibbli meta jitqies dan li ġej rigward in-numru u d-daqs tal-KICs.
Rigward in-numru u d-daqs tal-KICs
Il-mudell u d-daqs tal-KICs użati fil-proċess tat-twaqqif tat-tliet KICs inizjali, li jirrikjedu minnhom li jkollhom massa kritika mill-mument proprju tal-ħolqien tagħhom, kienu x'aktarx il-forma adegwata ta' kif jitnieda l-proġett. Fid-dinja tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, li tkun tista' tikseb massa kritika huwa verament kritiku.
Rekwiżit simili jista' jinżamm għal uħud mill-KICs ġodda. Iżda issa forsi huwa possibbli approċċ ftit differenti: jekk l-EIT jeżisti bħala tali u għandu daqs tajjeb, ma jistax jitqies fih innifsu, flimkien man-netwerk ta' KICs eżistenti fi kwalunkwe mument, bħala fornitur ta' massa kritika jew bħala qafas ta' massa kritika, li jappoġġa l-ħolqien ta' KICs iżgħar jew proġetti oħra ta' kooperazzjoni reġjonali tal-EIT? F'xi każijiet, biex jiġu trattati sfidi speċifiċi, KICs iżgħar jistgħu jirriżultaw li huma soluzzjoni aħjar. F'dan il-każ, li jinżamm approċċ dogmatiku fir-rigward tad-daqs tal-KICs (approċċ wieħed għall-każijiet kollha) jista' jkun ostakolu biex tinstab l-aħjar tweġiba.
Imissna naġixxu skont x'jiġri xi drabi fid-dinja kummerċjali, fejn il-ħolqien ta' kumpanija żgħira affiljata ma' grupp kbir tista' tippreżenta soluzzjoni li jkollha kemm is-sempliċità u l-flessibbiltà ta' organizzazzjonijiet żgħar kif ukoll il-prestiġju, l-istabilità u l-garanziji tas-suq ta' grupp kbir, f'għaqda virtwuża u dijalettika.
Il-KICs issa għandhom jiġu żviluppati fin-numru, fil-varjetà tematika u fil-kopertura ġeografika. Għandna nenfasizzaw li, ikbar jew iżgħar, il-KICs għandhom dejjem ikunu sħubijiet integrati ferm li jlaqqgħu madwar sfidi speċifiċi tas-soċjetà l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, il-kumpaniji, inklużi l-SMEs, u parteċipanti oħra fl-innovazzjoni.
Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni diġà identifikat sitt oqsma tematiċi fejn l-istabbiliment ta' KICs ġdida jista' jkollu potenzjal kbir biex iżid il-valur mal-attivitajiet eżistenti u jagħti spinta ġenwina lill-innovazzjoni:
Manifattura b’valur miżjud
Food4future – katina tal-provvista sostenibbli mir-riżorsi għall-konsumaturi
Innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u xjuħija attiva
Materja prima – esplorazzjoni, estrazzjoni, ipproċessar, riċiklaġġ u sostituzzjoni sostenibbli
Soċjetajiet sikuri intelliġenti
Mobilità urbana
Naħsbu li għadu kmieni wisq biex din il-lista tiġi approvata u magħluqa u li għandu jkompli jiġi żviluppat approċċ minn isfel għal fuq fejn oqsma oħrajn ukoll ikunu jistgħu jkunu l-oġġett ta' applikazzjonijiet li ta' min jikkunsidrahom, bħall-każ tal-KICs dwar l-użu sostenibbli tal-ibħra, dik dwar l-ilma u dik Marina. Il-lista għadha mhijiex magħluqa, u lanqas għadha ma ttieħdet id-deċiżjoni dwar in-numru, id-daqs u l-iskeda ta' żmien għall-KICs il-ġodda li jridu jitniedu. L-EIT se jkollu l-awtonomija li jorganizza, skont ir-Regolament, il-proċess ta' għażla tal-KICs futuri, b'mod miftuħ, trasparenti u kompetittiv, filwaqt li jqis il-prijoritajiet definiti f'Orizzont 2020.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkollu l-awtonomija li jorganizza, b'mod pubbliku u trasparenti, skont il-proċedura definita fir-Regolament dwar l-EIT, il-proċess ta' għażla tal-KICs futuri, abbażi ta' temi ġenerali li jidħlu fil-qafas tal-isfidi l-kbar tas-soċjetà. Is-sejħa għal applikazzjonijiet għandha tkun aktar miftuħa milli jkun il-każ jekk jiġu stabbiliti minn qabel it-tliet oqsma ta' attività f'kull fażi, kif ġie ssuġġerit mill-Kummissjoni. Jistgħu jkunu iktar, jew inqas.
Approċċ aktar flessibbli fir-rigward tad-daqs (u l-ħtiġijiet ta' finanzjament) tal-KICs jista' jwassal għal soluzzjoni fejn iktar minn tliet KICs ġodda jistgħu jiġu previsti għat-tieni u/jew għat-tielet fażi.
Xorta waħda, il-Bord tat-Tmexxija se jżomm lill-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari l-Parlament, infurmat b'mod sħiħ dwar dan il-proċess u se jqis l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suġġett.
Dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi fit-tul mal-KICs
Fl-ewwel fażi tal-ħajja ta' KIC, l-EIT jipprovdi sa 25 % tal-baġit tal-KICs. Ir-rendiment fuq l-investiment tal-EIT fil-KICs jista' jitkejjel f'termini tal-benefiċċji għas-soċjetà u għall-ekonomija, bħal opportunitajiet aħjar ta' edukazzjoni, il-ħolqien ta' negozji ġodda u impjiegi ġodda kif ukoll ta' prodotti u servizzi ġodda.
Tul iż-żmien, billi jaħtfu opportunitajiet fis-suq u fis-soċjetà, il-KICs jistgħu jsiru indipendenti mill-finanzjament tal-EIT, meta l-proġett inizjali jasal fit-tmiem naturali tiegħu. Iżda jista' jkun li dan ma jfissirx li l-EIT għandu jtemm ir-relazzjoni ekonomika tiegħu ma' dik il-KIC jew mal-istituzzjoni jew kumpanija li se ssir meta l-programm ta' 7 jew 15-il sena jintemm. L-EIT għandu jikkunsidra li jkun is-sieħeb kummerċjali fit-tul fil-proġett li jkun għen joħloq u wkoll benefiċjarju tad-dħul li jista' jiġġenera, u mhux biss id-dħul li jirriżulta mill-isfruttament dirett jew indirett tar-riżultati tal-proprjetà intellettwali.
Iż-żamma ta' din is-sħubija tista' tkun ta' importanza strateġika mill-perspettiva teknoloġika, iżda anke minn dik ekonomika. Dan id-dħul jgħin lill-baġit tal-EIT jiffinanzja KICs ġodda jew jgħin biex jiġu żviluppati proġetti edukattivi oħra.
20.9.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva
( COM(2011)0822 – C7‑0462/2011 – 2011/0387(COD) )
Rapporteur għal opinjoni (*): Chrysoula Paliadeli
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni (SIA) tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) huwa dokument politiku li jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-EIT għall-perjodu 2014-2020.
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta u tappoġġa l-impenn għal involviment qawwi min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-iżvilupp ulterjuri tal-EIT.
Ir-rapporteur tirrimarka li ġej:
·L-iskadenza ta' sena għall-implementazzjoni tal-Programm ewlieni fit-tliet Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) hija wisq qasira biex titwettaq valutazzjoni adegwata, u b'hekk ftit hemm spazju għal ġudizzju oġġettiv.
·Fis-SIA, jidher li fost it-tliet aspetti ta' bażi: l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-edukazzjoni għolja b'xi mod qed jitħallew lura. Fi ħdan dak li huwa magħruf bħala "trijangoli tal-għarfien", madankollu, dawn probabbilment jikkostitwixxu l-bażi tat-trijangolu. Għalhekk, il-KICs huma mħeġġa biex jiġi żgurat li l-programmi tagħhom tal-Masters u tal-PhD jiġu finanzjati kif xieraq.
·Fis-SIA, l-istudji soċjali u l-istudji umanistiċi mhumiex enfasizzati skont il-valur miżjud attwali tagħhom. Huwa għalhekk essenzjali li r-rwol attwali u futur tagħhom fir-riċerka u fl-edukazzjoni jiġi enfasizzat kif xieraq, u li l-kontribut tagħhom għall-ħolqien ta' oqsma ġodda u innovattivi ta' riċerka bbażata fuq kunċetti interdixxiplinari jiġi rikonoxxut.
Ir-rapporteur tixtieq tiżgura li:
1. L-universitajiet isiru iktar konxji mill-eżistenza u r-rwol tal-EIT sabiex għadd ikbar fosthom ikunu jistgħu jiġu involuti fil-KICs.
2. Għadd ikbar fost l-aħjar studenti jitħajru jidħlu fi programmi post-terzjarji tal-KICs. L-Istitut EIT se jsir iktar viżibbli għall-istudenti. L-EIT għandu jaġixxi bħala l-post ewlieni fejn jingħaqdu ż-żgħażagħ b'talent, u dan jgħin biex jiġi żgurat tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklussiv għall-ġejjieni tal-Ewropa. Fid-dawl ta' dan, għandhom jitnedew kampanji ta' informazzjoni li jagħmlu użu mill-mezzi u l-livelli kollha ta' komunikazzjoni biex jiġi żgurat li kemm l-universitajiet kif ukoll l-istudenti jkollhom biżżejjed informazzjoni dwar l-EIT u l-KICs.
3. Se jinħolqu salvagwardji sabiex jiġi evitat finanzjament doppju (75% tal-finanzjament huwa dovut għall-finanzjament privat, pubbliku u reġjonali, inklużi l-programmi Ewropej u l-Politika ta' Koeżjoni). Kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament ta' programmi oħra b'rabta mal-edukazzjoni għandu jiġi evitat.
4. Se tiġi żgurata l-kumplimentarità tal-EIT ma' programmi eżistenti ta' edukazzjoni u riċerka.
5. Il-validità akkademika tal-lawrji u d-diplomi mogħtija taħt it-tikketta EIT se tkun salvagwardjata. It-tikketta EIT għandha tkun tikketta ta' kwalità għolja u, għalhekk, għandhom japplikaw kriterji ta' kwalità għolja għal-lawrji kollha tal-EIT (jiġifieri, skont il-proċess ta' Bolonja, l-intraprenditorija, li tippermetti mobilità settorjali mill-qrib bejn l-akkademja u l-industriji) sabiex tiġi protetta r-reputazzjoni dinjija tal-Universitajiet Ewropej u tal-EIT.
6. Se jiġi promoss it-tixrid tal-aħjar prattiki permezz tal-EIT f'pajjiżi li għadhom mhumiex involuti fil-KICs eżistenti.
7. L-Istati Membri li għad ma jagħmlux parti mill-KICs għandhom opportunità ekwa li jiġu involuti, dejjem billi jiġi applikat il-kriterju tal-eċċellenza kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà.
8. Il-Bord ta' Tmexxija tal-EIT se jiġi megħjun minn Kumitat ta' esperti akkademiċi, li r-rwol tiegħu huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontenut tal-programmi, il-kriterji ta' kwalità tagħhom u l-aspetti soċjali u kulturali tagħhom.
9. Għandhom jitqiesu ż-żewġ ċikli tematiċi proposti mill-Kummissjoni għall-2014 u l-2018, li sfortunatament juru kunċett futur unilaterali għar-riċerka u l-innovazzjoni.
10. L-aspett soċjali se jkun jikkostitwixxi kriterju essenzjali fi ħdan il-KICs u se jkun iktar viżibbli f'kull tibdil soċjetali.
11. L-EIT għandu jidentifika proċessi ta' akkreditazzjoni komuni għal diplomi u lawrji fil-livell Ewropew.
Konklużjonijiet tar-rapporteur
1. L-istudenti universitarji li jkunu wrew eċċellenza se jkollhom l-opportunità jwettqu r-riċerka post-terzjarja u tad-dottorat tagħhom f'iktar minn università waħda tal-KICs. B'hekk huma se jibbenefikaw mill-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka u n-negozji.
2. L-universitajiet li jipparteċipaw fil-KICs huma mħeġġa jiżviluppaw kurrikuli li, flimkien mal-għarfien, ir-riċerka u l-intraprenditorija, jipprovdu taħriġ ta' kwalità għolja, bħala mezz biex tinkiseb l-innovazzjoni.
3. L-universitajiet għandhom jibqgħu jissalvagwardjaw il-libertà akkademika tagħhom fir-rigward tal-għarfien u r-riċerka u, billi jfittxu sinerġiji mal-interessi kummerċjali, għandhom jaraw li jipproteġu l-kurrikuli individwali.
4. Għandha wkoll tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tal-istudji umanistiċi fl-edukazzjoni għolja, peress li dawn jikkontribwixxu kemm għall-ħajja ekonomika kif ukoll għat-trawwim tal-kultura u tal-wirt Ewropej. F'dan ir-rigward, l-istudji umanistiċi m'għandhomx jiġu injorati meta jkunu qed jintgħażlu oqsma tematiċi għal KICs futuri.
L-EIT joffri ċaqliq paradigmatiku fit-trijangolu tal-għarfien, kemm fost l-universitajiet kif ukoll fl-industrija, fl-oqsma ta' tmexxija, tal-għalliema u tal-"istudent tul il-ħajja", u b'hekk jista' jikkostitwixxi element importanti lejn l-iżvilupp ta' forza tax-xogħol Ewropea b'kapaċitajiet kbar għall-ġejjieni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. F’kuntest ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti. | Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. Fil-kuntest tal-ekonomija tal-għarfien u ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent, filwaqt li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu mhux biss jibbenefikaw minn dawn l-innovazzjonijiet iżda wkoll jikkontribwixxu, partikolarment permezz ta’ teknoloġiji ġodda, sabiex dawn jiżviluppaw. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti. |
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa jeħtieġ li tilqa' kultura ta' intraprenditorija vera, li hija essenzjali biex jinkiseb il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni, biex jitwaqqfu attivitajiet ġodda u l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. | Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna, li jiġri bl-adozzjoni ta’ prinċipji u prattiki ġodda bbażati b’mod partikolari fuq riċerka miftuħa u inklużiva, fuq l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jippromwovu t-trasparenza u l-iskambju, kif ukoll l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’ finanzjament li jiżguraw li l-isforzi tar-riċerka jkunu mmirati b’mod prijoritarju u effikaċi lejn kwistjonijiet ewlenin ta’ interess pubbliku. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa jeħtieġ li tilqa' kultura ta' intraprenditorija vera, li hija essenzjali biex jinkiseb il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni, biex jitwaqqfu attivitajiet ġodda u l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.1 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Permezz tal-KICs, l-EIT jgħin biex joħloq ambjenti fejn huwa aktar possibbli li tikber l-innovazzjoni u biex jiġu ġġenerati suċċessi fil-mod kif jikkollaboraw l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji. Dan l-approċċ jgħin sabiex jiġu indirizzati b’mod olistiku l-isfidi tas-soċjetà li kull ma’ jmur qed isiru aktar kumplessi u li huma stipulati f’Orizzont 2020, billi jlaqqa’ flimkien persuni eċċellenti minn setturi, sfondi u dixxiplini differenti – u li kieku ma kinux jiltaqgħu bilfors – sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet għall-isfida. | Permezz tal-KICs, l-EIT jgħin biex joħloq ambjenti fejn huwa aktar possibbli li tikber l-innovazzjoni u biex jiġu ġġenerati suċċessi fil-mod kif jikkollaboraw l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji. Barra minn hekk, l-EIT jikkontribwixxi għall-impjieg taż-żgħażagħ. Dan l-approċċ jgħin sabiex jiġu indirizzati b’mod olistiku l-isfidi tas-soċjetà li kull ma’ jmur qed isiru aktar kumplessi u li huma stipulati f’Orizzont 2020, billi jlaqqa’ flimkien persuni eċċellenti minn setturi, sfondi u dixxiplini differenti – u li kieku ma kinux jiltaqgħu bilfors – sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet għall-isfida. |
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.2 – paragrafu 1 – punt bulit 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Titjib fl-impatt tal-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u ttestjar ta’ mezzi ġodda għat-tmexxija tal-innovazzjoni: L-EIT jaġixxi bħala katalist, billi jżid il-valur mal-bażi ta’ riċerka eżistenti, billi jaċċellera l-introduzzjoni u l-isfruttament tat-teknoloġiji u r-riżultati ta’ riċerka. L-attivitajiet tal-innovazzjoni min-naħa tagħhom jikkontribwixxu biex jiġu allinjati u jittieħed l-aqwa riżultati minn investimenti fir-riċerka u biex jagħmlu l-attivitajiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ aktar reattivi għall-bżonnijiet tan-negozju. Għal dan il-għan, l-EIT ġie mgħammar b’ammont sostanzjali ta’ flessibbiltà biex jiġu ttestjati mudelli ġodda tal-innovazzjoni, li jippermettu differenzjazzjoni vera fil-mudelli tat-tmexxija u l-finanzjament tal-KICs u l-adattament mgħaġġel biex jiġu indirizzati aħjar l-opportunitajiet emerġenti. | Titjib fl-impatt tal-investimenti fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u ttestjar ta’ mezzi ġodda għat-tmexxija tal-innovazzjoni: L-EIT jaġixxi bħala katalist, billi jżid il-valur mal-bażi ta’ riċerka eżistenti, billi jaċċellera l-introduzzjoni u l-isfruttament tat-teknoloġiji u r-riżultati ta’ riċerka. L-attivitajiet tal-innovazzjoni min-naħa tagħhom jikkontribwixxu biex jiġu allinjati u jittieħed l-aqwa riżultati minn investimenti fir-riċerka u biex jagħmlu l-attivitajiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ aktar reattivi għall-bżonnijiet tan-negozju. Għal dan il-għan, l-EIT ġie mgħammar b’ammont sostanzjali ta’ flessibbiltà biex jiġu ttestjati mudelli ġodda tal-innovazzjoni, li jippermettu differenzjazzjoni vera fil-mudelli tat-tmexxija u l-finanzjament tal-KICs u l-adattament mgħaġġel biex jiġu indirizzati aħjar l-opportunitajiet emerġenti. L-EIT għandu wkoll il-potenzjal li jiżviluppa mudelli finanzjarji ġodda, bħal premiji għall-innovazzjoni, li jippermettulu jimmassimizza l-qligħ pubbliku tal-finanzjament tar-riċerka, filwaqt li jiġi żgurat li l-innovazzjoni ma tindirizzax biss l-aktar ħtiġijiet urġenti tas-soċjetà iżda wkoll tista' tipprovdi benefiċċju malajr għaċ-ċittadini Ewropej. |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). | L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għandu jippromwovi l-kooperazzjoni transkonfinali u transsettorjali kif ukoll il-mobilità fil-livell tar-riċerka xjentifika u tal-innovazzjoni, bejn universitajiet, istituti ta’ riċerka u intrapriżi. L-EIT se jiżviluppa pjattaforma ta’ ġbir komuni tal-innovazzjoni u tal-għarfien, li se tikkontribwixxi għall-appoġġ tar-reġjuni li ma jipparteċipawx direttament fil-KKI, u fuq tul ta’ żmien itwal għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-programm qafas “Orizzont 2020”. Għandha tiġi stabbilita prijorità distinta, li tiddefinixxi l-qafas tal-funzjonament speċifiku tal-EIT fil-livell tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tar-riċerka xjentifika u tal-innovazzjoni, u li tkun tikkontribwixxi għat-tixrid tal-prattiki tajba Komunitarji. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). |
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn hekk, l-EIT toffri dimensjoni kompleta tal-edukazzjoni lill-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Permezz tal-edukazzjoni innovattiva u intraprenditorjali, l-EIT għandu rwol importanti biex jgħaqqad il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u jipprovdi l-impenn fit-tul meħtieġ biex ikun hemm bidliet sostenibbli fl-edukazzjoni għolja. Partikolarment permezz ta’ lawrji ġodda trans- u interdixxiplinarji bit-tikketta tal-EIT, dan qed imexxi sforz kollaborattiv lejn l-edukazzjoni għall-innovazzjoni b’effetti ċari wkoll fuq l-aġenda usa’ Ewropea għall-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja sabiex b’hekk issir promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja. | Barra minn hekk, l-EIT toffri komponent komplet tal-edukazzjoni lill-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, bħala l-uniku strument fi ħdan il-qafas tal-Orizzont 2020 li jagħmel enfasi qawwija fuq l-aspett edukattiv, inkluż permezz ta’ aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet ta’ riċerka. B'hekk, l-EIT għandu jiżgura li l-programmi ta' Masters u ta' PhD tal-KICs ikunu finanzjati kif xieraq. Permezz tal-edukazzjoni innovattiva u intraprenditorjali, l-EIT għandu rwol importanti biex jgħaqqad il-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u jipprovdi l-impenn fit-tul meħtieġ biex ikun hemm modi ġodda biex l-edukazzjoni għolja tadatta għar-rekwiżiti emerġenti tas-soċjetajiet rispettivi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-finanzjament xieraq tal-universitajiet u ta’ stabbilimenti ta’ tagħlim għoli oħrajn. Dan jiżgura l-ugwaljanza fl-opportunitajiet lill-istituzzjonijiet li għandhom fil-mira li jilħqu l-ogħla livell fl-Ewropa. Għandu jitkompla wkoll l-appoġġ taċ-ċentri ta’ riċerka u ta’ edukazzjoni li diġà għandhom status ta’ eċċellenza. Partikolarment permezz ta’ lawrji ġodda trans- u interdixxiplinarji bit-tikketta tal-EIT, dan qed imexxi sforz kollaborattiv lejn l-edukazzjoni għall-innovazzjoni b’effetti ċari wkoll fuq l-aġenda usa’ Ewropea għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm it-tradizzjoni umanistika tal-edukazzjoni għolja Ewropea, sabiex b’hekk issir promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja. |
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.3 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KIC u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KIC kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KICs u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tal-KICs. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KIC, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KICs jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KICs – tal-preżent u tal-futur – permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KICs ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). | Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KIC u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KIC kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KICs u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tal-KICs. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KIC, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KICs jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KICs – tal-preżent u tal-futur – permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KICs ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). Se jinħolqu salvagwardji sabiex jiġi evitat finanzjament doppju (75% tal-finanzjament huwa dovut għall-finanzjament privat, pubbliku u reġjonali, inklużi l-programmi Ewropej u l-Politika ta' Koeżjoni). Kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament ta' programmi oħra b'rabta mal-edukazzjoni għandu jiġi evitat. |
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 1.3 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt, strument prinċipali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni fir-riċerka, għandhom jipprovdu n-nukleu tal-bażi tar-riċerka pan-Ewropea tal-KIC. Min-naħa tagħhom, il-KICs jistgħu jgħaġġlu u jrawmu l-isfruttament ta’ riċerka pubblika eċċellenti miġbura flimkien mill-JPIs, u b’hekk jindirizzaw il-frammentazzjoni fl-innovazzjoni. L-Inizjattivi għal Teknoloġiji Konġunti (JTIs) u s-Sħubiji Pubbliċi Privati mwaqqfa dan l-aħħar jipprovdu pjattaformi għall-promozzjoni ta’ riċerka fuq skala kbira mmexxija mill-industrija u jtejbu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji prinċipali. Il-KICs jistgħu jgħinu biex jikkatalizzaw dawn l-investimenti ta' riċerka prinċipali biex iqawwu t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kummerċjalizzazzjoni u biex jiżviluppaw attivitajiet ġodda fin-negozju eżistenti permezz ta’ talent intraprenditorjali. Permezz tal-approċċ tiegħu tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT ser jikkomplementa l-investiment tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) fuq ir-riċerka ta’ livell dinji billi jindirizza l-katina kollha tal-innovazzjoni mill-ideat għall-applikazzjoni u l-isfruttament u jipprovdi opportunitajiet addizzjonali fl-innovazzjoni u espożizzjoni għall-intraprenditorija għal riċerkaturi 'Marie Curie' u studenti tal-'Erasmus għal Kulħadd'. | Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt, strument prinċipali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni fir-riċerka, għandhom jipprovdu n-nukleu tal-bażi tar-riċerka pan-Ewropea tal-KIC. Min-naħa tagħhom, il-KICs jistgħu jgħaġġlu u jrawmu l-isfruttament ta’ riċerka pubblika eċċellenti miġbura flimkien mill-JPIs, u b’hekk jindirizzaw il-frammentazzjoni fl-innovazzjoni. L-Inizjattivi għal Teknoloġiji Konġunti (JTIs) u s-Sħubiji Pubbliċi Privati mwaqqfa dan l-aħħar jipprovdu pjattaformi għall-promozzjoni ta’ riċerka fuq skala kbira mmexxija mill-industrija u jtejbu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji prinċipali. Il-KICs jistgħu jgħinu biex jikkatalizzaw dawn l-investimenti ta' riċerka prinċipali biex iqawwu t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kummerċjalizzazzjoni u biex jiżviluppaw attivitajiet ġodda fin-negozju eżistenti permezz ta’ talent intraprenditorjali. Permezz tal-approċċ tiegħu tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT ser jikkomplementa l-investiment tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) fuq ir-riċerka ta’ livell dinji billi jindirizza l-katina kollha tal-innovazzjoni mill-ideat għall-applikazzjoni u l-isfruttament u se jassigura l-iżvilupp tal-ispazju Ewropew tar-riċerka, billi joħloq opportunitajiet ġodda għar-riċerkaturi fil-qafas tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. L-EIT se jieħu vantaġġ mill-kapital intelletwali tal-Ewropa bil-ħsieb li jikseb kompetenzi ġodda fl-innovazzjoni u espożizzjoni għall-intraprenditorija permezz tal-korrelazzjoni mal-programm ‘Erasmus għal Kulħadd’. |
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Huwa u jkompli jibni fuq dawn it-tagħlimiet, l-EIT biħsiebu jikkonsolida u jiżviluppa iktar ir-rwol tiegħu bħala ‘investitur’ li jrawwem u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fir-riċerka, in-negozji u l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jkattru l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom permezz tal-KICs. | Huwa u jkompli jibni fuq dawn it-tagħlimiet, l-EIT biħsiebu jikkonsolida u jiżviluppa iktar ir-rwol tiegħu bħala ‘investitur’ li jrawwem u jippermetti li ċ-ċentri eżistenti ta’ eċċellenza fir-riċerka, in-negozji u l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jiltaqgħu u jkattru l-kollaborazzjonijiet sistematiċi fit-tul tagħhom permezz tal-KICs. Fid-dawl ta' dan, għandhom jitnedew kampanji ta' informazzjoni li jagħmlu użu mill-mezzi u l-modi kollha ta' komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat li kemm l-universitajiet kif ukoll l-istudenti jkollhom biżżejjed aċċess għal informazzjoni dwar it-tħaddim u l-ambitu tal-EIT u l-KICs. |
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – il-paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KICs mhux biss jibnu fuq il-bażi ta' riċerka eċċellenti eżistenti tal-imsieħba tagħhom, imma huma wkoll minn ta’ quddiem biex jippromwovu u jimplimentaw il-missjoni edukattiva tal-EIT. L-għan huwa li persuni b’talent jiġu edukati u mħarrġa bil-kapaċitajiet, l-għarfien u l-kundizzjoni mentali meħtieġa fl-ekonomija tal-għarfien globali. Għal dan il-għan, l-EIT jippromwovi b’mod attiv, inter alia, l-gradi b’tikketta tal-EIT billi jissorvelja l-kwalità u l-implimentazzjoni koerenti tagħhom fil-KICs. F’dan ix-xogħol, huma ser jagħmlu użu estensiv mill-valutazzjonijiet ta’ msieħba u esperti, u jistabbilixxu djalogu mal-korpi nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan ser itejjeb ir-rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali tal-kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jżid l-attrazzjoni tagħhom globalment, filwaqt li jipprovdi pjattaforma għall-kollaborazzjoni f’livell internazzjonali. Fil-futur, KICs ser ikunu mħeġġa biex jespandu l-attivitajiet edukattivi tagħhom lil hinn mill-edukazzjoni post-graduate lil varjetà akbar ta’ moduli ta’ studju biex jaqdu varjetà usa’ ta’ attivitajiet innovattivi, ta’ żvilupp professjonali, li jinvolvu edukazzjoni eżekuttiva, korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta, u skejjel tas-sajf. Biex jittejjeb l-impatt tal-attivitajiet edukattivi tal-KICs u biex tintlaħaq udjenza usa, il-KICs jistgħu jipprevedu d-disinn, fuq bażi sperimentali, ta’ moduli għal korsijiet undergraduate jew pakketti li jkunu mmirati għall-edukazzjoni fl-iskola. | Il-KICs mhux biss jibnu fuq il-bażi ta' riċerka eċċellenti eżistenti tal-imsieħba tagħhom, imma huma wkoll minn ta’ quddiem biex jippromwovu u jimplimentaw il-missjoni edukattiva tal-EIT. L-għan huwa li persuni b’talent jiġu edukati u mħarrġa bil-kapaċitajiet, l-għarfien u l-kundizzjoni mentali meħtieġa fl-ekonomija tal-għarfien globali. Għal dan il-għan, l-EIT jippromwovi b’mod attiv, inter alia, l-gradi b’tikketta tal-EIT billi jissorvelja l-kwalità u l-implimentazzjoni koerenti tagħhom fil-KICs. F'dan ix-xogħol, għandhom jiġu applikati għadd ta' kriterji ta' kwalità mill-KICs għal-lawrji bit-tikketta EIT (jiġifieri, skont il-proċess ta' Bolonja, intraprenditorija, li tippermetti mobilità settorjali mill-qrib bejn l-akkademja u l-industriji), sabiex jinżammu livelli akkademiċi għoljin, u fl-aħħar mill-aħħar biex jiġu żgurati r-reputazzjoni u l-prestiġju tal-universitajiet Ewropej. Barra minn hekk, huma ser jagħmlu użu estensiv mill-valutazzjonijiet ta’ msieħba u esperti, u jistabbilixxu djalogu mal-korpi nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Dan ser itejjeb ir-rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali tal-kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jżid l-attrazzjoni tagħhom globalment, filwaqt li jipprovdi pjattaforma għall-kollaborazzjoni f’livell internazzjonali. Fil-futur, KICs ser ikunu mħeġġa biex jespandu l-attivitajiet edukattivi tagħhom lil hinn mill-edukazzjoni post-graduate lil varjetà akbar ta’ moduli ta’ studju biex jaqdu varjetà usa’ ta’ attivitajiet innovattivi, ta’ żvilupp professjonali, li jinvolvu edukazzjoni eżekuttiva, korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta, u skejjel tas-sajf. L-universitajiet għandhom jibqgħu jissalvagwardjaw il-libertà akkademika tagħhom fir-rigward tal-għarfien u r-riċerka u, billi jistabbilixxu sinerġiji mal-interessi kummerċjali, għandhom jaraw li jipproteġu l-kurrikuli individwali. |
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – paragrafu 5 – punt bulit 2a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jistabbilixxu kriterji għal-lawrji bit-tikketta EIT, sabiex jiġu garantiti l-validità akkademika u l-livell għoli tagħhom. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – paragrafu 5 – punt bulit 3 (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iwaqqaf sistema ta’ valutazzjonijiet minn imsieħba għal kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jidħol fi djalogu ma’ korpi ta' assigurazzjoni nazzjonali u internazzjonali. | Jiżgura b'mod attiv konsistenza u ekwivalenza fl-EIT kollu billi jwaqqaf sistema ta’ reviżjonijiet minn imsieħba għal kwalifiki bit-tikketta tal-EIT u jidħol fi djalogu ma’ korpi ta' assigurazzjoni nazzjonali u internazzjonali. |
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – paragrafu 5 – punt bulit 4 (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iħeġġeġ lill-KICs biex jiżviluppaw varjetà ikbar ta’ attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ. | Iħeġġeġ lill-KICs biex jiżviluppaw varjetà ikbar ta’ attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ, partikolarment attivitajiet maħsuba biex jagħtu lill-KICs l-opportunità li jaqsmu l-għarfien tagħhom ma' istituzzjonijiet li jafu jkunu interessati fil-parteċipazzjoni f'KICs futuri, u biex titqajjem il-kuxjenza dwar l-eżistenza ta’ dawn il-programmi edukattivi. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – paragrafu 5 – punt bulit 4a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jistieden lill-KICs jipprovdu lill-istudenti b'informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-lawrji miksuba fi Stat Membru ieħor. |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.1 – paragrafu 5 – punt bulit 4b (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jidentifika proċessi ta' akkreditazzjoni komuni għal diplomi u lawrji fil-livell Ewropew. |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex ikompli jtejjeb l-impatt u jinċentiva l-innovazzjoni f’oqsma ġodda ta’ sfidi tas-soċjetà, gradwalment l-EIT ser jespandi l-portafoll tiegħu ta’ KICs. Billi jsegwi rotta ta’ żvilupp inkrimentali biex iwaqqaf KICs ġodda, l-EIT ser jiżgura li l-lezzjonijiet li ttieħdu minn sessjonijiet preċedenti jiġu kkunsidrati kif xieraq, u li l-KICs jitwaqqfu biss f’oqsma fejn hemm potenzjal ċar ta’ innovazzjoni u eċċellenza mill-aqwa li wieħed jista’ jibni fuqhom. Għalhekk, fil-perjodu 2014-2020, ser jitwaqqfu KICs ġodda f’żewġ fażijiet, jiġifieri tliet KICs ġodda fl-2014 u tlieta oħra fl-2018, li jwassal għal portafoll ta’ disa’ KICs fil-perjodu 2014-2020 (li jfisser it-twaqqif ta’ madwar 40-50 ċentru ta’ kolokazzjoni madwar l-UE). Proċess tal-għażla potenzjalment ġdid għal KICs fl-2018 għandha tibni bis-sħiħ fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs eżistenti, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u fuq is-soċjetà tal-KICs u l-kontribuzzjoni tal-EIT biex isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll fuq ir-riżultati mill-valutazzjonijiet ta’ Orizzont 2020. | Sabiex ikompli jtejjeb l-impatt u jinċentiva l-innovazzjoni f’oqsma ġodda ta’ sfidi tas-soċjetà, gradwalment l-EIT ser jespandi l-portafoll tiegħu ta’ KICs. Billi jsegwi rotta ta’ żvilupp inkrimentali biex iwaqqaf KICs ġodda, l-EIT ser jiżgura li l-lezzjonijiet li ttieħdu minn sessjonijiet preċedenti jiġu kkunsidrati kif xieraq, u li l-KICs jitwaqqfu biss f’oqsma tematiċi fejn hemm potenzjal ċar ta’ innovazzjoni u ta' impatt soċjali sinifikanti, kif ukoll eċċellenza mill-aqwa li wieħed jista’ jibni fuqhom. Għalhekk, fil-perjodu 2014-2020, ser jitwaqqfu KICs ġodda f’żewġ fażijiet, jiġifieri tliet KICs ġodda fl-2014 u tlieta oħra fl-2018, li jwassal għal portafoll ta’ disa’ KICs fil-perjodu 2014-2020 (li jfisser it-twaqqif ta’ madwar 40-50 ċentru ta’ kolokazzjoni madwar l-UE). Proċess tal-għażla potenzjalment ġdid għal KICs fl-2018 għandha tibni bis-sħiħ fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs eżistenti, inkluż valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u fuq is-soċjetà tal-KICs u l-kontribuzzjoni tal-EIT biex isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll fuq ir-riżultati mill-valutazzjonijiet ta’ Orizzont 2020. |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-KICs il-ġodda se jitwaqqfu fl-oqsma tal-isfidi kbar għas-soċjetà li joffru potenzjal innovattiv reali. L-EIT għalhekk se jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għnijiet tal-aġenda politika usa’ tal-EU u partikolarment għall-għanijiet ta’ Orizzont 2020, li jidentifika għadd kbir ta’ sfidi kbar għas-soċjetà, u t-teknoloġiji tat-twettiq u industrijali. L-għan huwa li jitwaqqfu l-KICs f’oqsma tematiċi li, minħabba l-kobor u n-natura kumplessa tagħhom, jistgħu jkunu indirizzati biss permezz ta’ approċċ transdixxiplinarju, transkonfinali u transettorjali. L-għażla tal-oqsma tematiċi għalhekk għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa dwar jekk il-KIC jistax iġib valur miżjud reali u jekk jistax ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà. | Il-KICs il-ġodda se jitwaqqfu fl-oqsma tematiċi tal-isfidi kbar għas-soċjetà li joffru potenzjal innovattiv reali. L-EIT għalhekk se jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għnijiet tal-aġenda politika usa’ tal-EU u partikolarment għall-għanijiet ta’ Orizzont 2020, li jidentifika għadd kbir ta’ sfidi kbar għas-soċjetà. L-għan huwa li jitwaqqfu l-KICs f’oqsma tematiċi li, minħabba l-kobor u n-natura kumplessa tagħhom, jistgħu jkunu indirizzati biss permezz ta’ approċċ transdixxiplinarju, transkonfinali u transettorjali. L-għażla tal-oqsma tematiċi għalhekk għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa dwar jekk il-KIC jistax iġib valur miżjud reali u jekk jistax ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà. L-allokazzjoni tal-fondi għal KKI ġodda għandha tingħata fuq bażi kompetittiva u billi jiġu kkunsidrati l-kwalità u l-potenzjal tal-proġetti, filwaqt li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għal kull KKI biex tassew toħloq innovazzjoni. |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 3 – punt bulit 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-ħtieġa ta’ strateġiji transdixxiplinarji u l-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ edukazzjoni bejn id-dixxiplini differenti; | Il-ħtieġa ta’ approċċi transdixxiplinarji u t-tħeġġiġ lill-universitajiet biex jiżviluppaw tipi ġodda ta’ edukazzjoni bejn id-dixxiplini differenti; |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness – point 2.1.2 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-evalwazzjoni tat-temi proposti fl-abbozz tal-EIT kif ukoll mill-komunità usa' ta’ partijiet interessati wriet b’mod ċar ċertu livell ta’ varjazzjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali li joffri t-twaqqif ta’ KIC. Bħala riżultat, numru ta’ temi twarrbu kompletament; oħrajn ġew definiti mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għall-punti speċifiċi tal-kuntest Ewropew u globali f’dan il-qasam. | L-evalwazzjoni tat-temi proposti fl-abbozz tal-EIT kif ukoll mill-komunità usa' ta’ partijiet interessati wriet b’mod ċar ċertu livell ta’ varjazzjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali li joffri t-twaqqif ta’ KIC. Bħala riżultat, numru ta’ temi twarrbu kompletament; oħrajn ġew definiti mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għall-punti speċifiċi tal-kuntest Ewropew u globali f’dan il-qasam. Il-valutazzjoni regolari tal-iżvilupp tal-potenzjali tar-riċerka u l-emerġenza possibbli ta’ forzi tal-innovazzjoni ġodda għandhom jiġu kkunsidrati għal KKI futuri f’setturi li għadhom mhumiex ikkunsidrati iżda li jissodisfaw il-kriterji pprovduti (bħal pereżempju fil-qasam marittimu). |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 5 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-oqsma tematiċi li ġejjin ġew identifikati bħala dawk fejn it-twaqqif ta’ KIC għandu l-akbar potenzjal li jżid il-valur ma’ attivitajiet eżistenti u jwassal għal spinta reali għall-innovazzjoni: | L-oqsma tematiċi li ġejjin ġew identifikati bħala oqsma fejn it-twaqqif ta’ KIC ġdid jista' jżid il-valur ma’ attivitajiet eżistenti u jwassal għal spinta reali għall-innovazzjoni. Din il-lista hija madankollu purament indikattiva fir-rigward tal-oqsma tematiċi li finalment se jintgħażlu għal KICs futuri: |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għat-tieni grupp fl-2018, se jitqiesu t-temi li jifdal (il-mobilità urbana, il-manifattura bil-valur miżjud u s-soċjetajiet siguri intelliġenti), filwaqt li jitqiesu l-isfidi ġodda u mhux previsti li jistgħu jinqalgħu fil-futur. | Għat-tieni grupp fl-2018, jistgħu jitqiesu t-temi li jifdal mil-lista ta' hawn fuq (il-mobilità urbana, il-manifattura bil-valur miżjud u s-soċjetajiet siguri intelliġenti), flimkien ma' temi oħra, li jqisu l-isfidi ġodda u mhux previsti li jistgħu jinqalgħu fil-futur. |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Għandha wkoll tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tal-istudji umanistiċi fl-edukazzjoni għolja, peress li dawn jikkontribwixxu kemm għall-ħajja ekonomika kif ukoll għat-trawwim tal-kultura u tal-wirt Ewropej. F'dan ir-rigward, l-istudji umanistiċi m'għandhomx jiġu injorati jew minsija meta jkunu qed jintgħażlu oqsma tematiċi għal KICs futuri. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 10 – punt bulit 1a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jikkonsulta bis-sħiħ mal-partijiet kollha interessati, inkluż - flimkien mal-universitajiet, in-negozji, l-intraprendituri u ċ-ċentri ta' riċerka - is-soċjetà ċivili, il-gvern lokali u l-NGOs rilevanti, qabel ma jiddeċiedi dwar l-oqsma tematiċi li għandhom jiġu koperti mit-tielet mewġa ta' KICs fl-2018. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 10 – punt bulit 1b (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jagħmel kull sforz biex jiżgura li kemm jista' jkun partijiet interessati jsiru konxji mill-proċeduri ta' għażla ta' KICs futuri. Partijiet potenzjalment interessati għandhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jqisu kif xieraq jekk jistgħux jagħmlu kontribuzzjoni, u liema. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-oqsma u reġjuni li għadhom ma pprovdewx parteċipanti fil-KICs eżistenti. |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.1.2. – paragrafu 10 – punt bulit 2a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jiżgura l-aspett soċjali se jkun jikkostitwixxi kriterju essenzjali fi ħdan il-KICs u se jkun viżibbli f'kull tibdil soċjetali. |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-perjodu inizjali, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KICs. Filwaqt li mira ċara għall-EIT hija t-tisħiħ taċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza, l-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal oqsma tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KICs. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. | Matul il-perjodu inizjali, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KICs. Filwaqt li mira ċara għall-EIT hija t-tisħiħ taċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza jew it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta' ċentri ġodda, l-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal oqsma tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KICs. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-EIT iżid il-viżibilità tiegħu mal-Istati Membri li għadhom mhumiex involuti fil-KICs, u l-iktar ma' dawk b'inqas esperjenza f'dawn il-forom ta' attivitajiet konġunti. Il-kriterju tal-eċċellenza kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandhom japplikaw dejjem. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba, bħal riċerka miftuħa u pubblikazzjoni miftuħa ta’ riżultati, għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. |
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KIC tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KICs, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KICs tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju ta’ persuni u istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs. | Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KIC tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KICs, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KICs tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-entitajiet privati u istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs. |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT jista’ jkollu r-rwol deċiżiv biex jissintesizza d-diversità tal-approċċi applikati mill-KICs u biex jagħmilhom trasferibbli f’oqsma fejn il-kapaċità tal-innovazzjoni hija dgħajfa, u li inkella ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza li jkun akkwista l-EIT. Din il-firxa globali se tiżgura li l-benefiċċji tal-esperjenza tal-EIT jippromwovu l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni f’dawn l-oqsma. Din l-attività tista’ tiġġenera dħul qawwi peress li din tibni fuq ix-xogħol tal-KICs. | L-EIT jista’ jkollu r-rwol deċiżiv biex jissintesizza d-diversità tal-approċċi applikati mill-KICs u biex jagħmilhom trasferibbli f’oqsma tematiċi fejn il-kapaċità tal-innovazzjoni hija dgħajfa, u li inkella ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza li jkun akkwista l-EIT. Din il-firxa globali se tiżgura li l-benefiċċji tal-esperjenza tal-EIT jippromwovu l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni f’dawn l-oqsma. Din l-attività tista’ tiġġenera dħul qawwi peress li din tibni fuq ix-xogħol tal-KICs. F'dan ir-rigward huwa ta' importanza kbira li l-kunċett ta' innovazzjoni jiġi applikat ukoll għal oqsma akkademiċi, li jistgħu jipproduċu ideat u kunċetti jew provi materjali ġodda b'rabta mal-passat u l-preżent kulturali tal-Ewropa. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-qalba tal-innovazzjoni b’suċċes insibu lil persuni li għandhom talent. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-EIT huwa li jagħti lil persuni b’talent l-opportunità li jużaw il-potenzjal tagħhom bis-sħiħ u biex dawn joħolqu ambjenti fejn jistgħu jikbru. Permezz tal-KICs, l-EIT qed jiġġenera dawn l-ambjenti, imma għandu bżonn li jikkumplimentahom bi strateġiji biex jattira u jinkludi l-aqwa talent minn barra mill-KICs. | Meta jingħataw l-edukazzjoni adegwata u l-opportunità li jaħdmu f'kundizzjonijiet ispiranti, fil-qalba tar-riċerka b’suċċess u tal-innovazzjoni, insibu lil persuni li għandhom talent. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-EIT huwa li jagħti lil persuni b’talent l-opportunità li jużaw il-potenzjal tagħhom bis-sħiħ u biex dawn joħolqu ambjenti fejn jistgħu jikbru. Permezz tal-KICs, l-EIT qed jiġġenera dawn l-ambjenti, imma għandu bżonn li jikkumplimentahom bi strateġiji biex jattira u jinkludi l-aqwa talent minn barra mill-KICs. |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, l-ET għandu rwol ċar x’jaqdi biex jattira t-talent minn barra l-UE. Bil-ħolqien ta’ marka b’saħħitha u l-formazzjoni ta’ relazzjonijiet strateġiċi ma’ msieħba ewlenin minn madwar id-dinja, l-EIT jista’ jżid mal-attrazzjoni tal-imsieħba fil-KICs. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija internazzjonali qawwija, billi jidentifika u jikkoordina ma’ interlokuturi rilevanti u msieħba potenzjali. F’dan il-kuntest, l-EIT u l-KICs għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-inizjattivi eżistenti tal-UE f’dan il-qasam, bħall-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Azzjonijiet Marie Curie. Barra minn hekk, l-EIT jista’ jkattar il-qsim tal-għarfien, il-mentoring u n-netwerking billi jħeġġeġ it-twaqqif ta' netwerk ta' alumi tal-EIT. | Barra minn dan, l-ET għandu rwol ċar x’jaqdi biex jattira t-talent minn barra l-UE. Bil-ħolqien ta’ marka b’saħħitha u l-formazzjoni ta’ relazzjonijiet strateġiċi ma’ msieħba ewlenin minn madwar id-dinja, l-EIT jista’ jżid mal-attrazzjoni tal-imsieħba fil-KICs. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, l-EIT għandu jiżviluppa strateġija internazzjonali qawwija, billi jidentifika u jikkoordina ma’ interlokuturi rilevanti u msieħba potenzjali. F’dan il-kuntest, l-EIT u l-KICs għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-inizjattivi eżistenti tal-UE f’dan il-qasam, bħall-programm Erasmus għal Kulħadd u l-Azzjonijiet Marie Curie. Il-kumplementarità tal-EIT mal-programmi l-oħra kollha eżistenti ta' edukazzjoni u riċerka (Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, iċ-Ċentri ta' Riċerka Konġunta, is-Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni, l-Alleanzi tal-Għarfien eċċ) għandhom jiġu żgurati. Barra minn hekk, l-EIT jista’ jkattar il-qsim tal-għarfien, il-mentoring u n-netwerking billi jħeġġeġ it-twaqqif ta' netwerk ta' alumi tal-EIT. Dan jista' wkoll jikkontribwixxi f'dan il-kompitu billi jappoġġa oqsma ta' riċerka b'rabta mal-kultura Ewropea, li dejjem kienet tattira l-interess dinji. |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-EIT u l-KICs tiegħu għandhom jiżguraw li r-riżultati xjentifiċi u l-applikazzjonijiet tagħhom, li joħorġu minn studji fil-livell ta' Masters u PhD, kif ukoll dawk miksuba taħt l-awspiċi tagħhom, jiġu ppubblikati sabiex jikkontribwixxu għal djalogu akkademiku internazzjonali. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 9 – punt bulit 1 (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, jistabbilixxi skema ('EIT fellows') li tippermetti lil persuni b’ħafna talent minn madwar l-UE u lil hinn minnha li jkunu involuti fl-attivitajiet taċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KIC għal perjosu qasir ta’ żmien, biex b’hekk jinħolqu benefiċċji reċiproki kemm għall-parteċipant u kemm għall-KIC. | F’kooperazzjoni mill-qrib mal-KICs, jistabbilixxi skema ('EIT fellows') li tippermetti varjetà wiesgħa ta' studenti, riċerkaturi, akkademiċi, staff tat-tagħlim u intraprendituri mill-oqsma kollha ta' studju u riċerka tal-Unjoni, li mhumiex attwalment involuti f'KICs eżistenti, lil persuni b’ħafna talent minn madwar l-Unjoni u lil hinn minnha li jkunu involuti fl-attivitajiet taċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KIC għal perjodu qasir ta’ żmien, biex b’hekk jinħolqu benefiċċji reċiproċi kemm għall-parteċipant u kemm għall-KIC, u jgħin biex titqajjem kuxjenza dwar l-attivitajiet tal-KICs u l-viżibilità tal-EIT b'mod iktar ġenerali. |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2 - paragrafu 9 – punt bulit 1a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jipprovdi pjattaforma għat-tkattir tal-eċċellenza, il-kooperazzjoni u l-proġetti komuni għall-universitajiet madwar l-Unjoni. |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 9 – punt bulit 2 (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jistabbilixxi /jadatta skont l-esiġenzi għodda bbażata fuq il-web sabiex jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ għarfien u netwerking madwar l-EIT. | Jistabbilixxi /jadatta skont l-esiġenzi għodda bbażata fuq il-web sabiex jipprovdi pjattaforma għall-kondiviżjoni ta’ għarfien u netwerking madwar l-EIT. Din l-għodda għandha tintuża biex tħeġġeġ lil studenti, riċerkaturi, akkademiċi, staff tat-tagħlim u intraprendituri li mhumiex attwalment involuti f'KICs eżistenti biex jitgħallmu dwar u minn xogħol attwali li qed isir minn KICs eżistenti u l-pjanijiet għal mewġiet ġodda ta' KICs. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2 - paragrafu 9 – punt bulit 2a (ġdid) (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jiżviluppa għodod biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’qasam jew fil-kuntest tar-riċerka, kif ukoll il-kisba, l-assenjazzjoni jew it-trażmissjoni skont kif ikun xieraq u skont il-ħtiġijiet tal-partijiet interessati. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.2. – paragrafu 9 – punt bulit 4 (ġewwa l-kaxxa)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jagħti aċċess sistematiku għat-tagħlimiet u s-suċċessi li jkunu ħarġu mill-KICs lill-komunità tal-innovazzjoni usa’ tal-UE u lil hinn minnha. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’repożitorju ta’ materjal tal-kors miftuħ mill-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ tal-EIT u tal-KICs. | Jagħti aċċess sistematiku għat-tagħlimiet u s-suċċessi li jkunu ħarġu mill-KICs lill-komunità tal-innovazzjoni usa’ tal-UE u lil hinn minnha. Dan għandu jinkludi l-iżvilupp ta’ repożitorju ta’ materjal tal-kors miftuħ mill-attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ tal-EIT u tal-KICs, li għandu jkun disponibbli għal universitajiet u istituti ta' edukazzjoni għolja madwar l-Unjoni. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.3. – paragrafu 5 – kliem introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KICS, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tan-negozju tal-KICs. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KICs, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KICs fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KICs. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KICs, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: | Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KICS, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tan-negozju u r-riċerka tal-KICs. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KICs, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KICs fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KICs. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KICs, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: |
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.3. – paragrafu 5 – punt bulit 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-livell tal-EIT: biex jevalwa r-rendiment atl-EIT bħala korp effiċjenti u effettiv tal-UE; dan se jitkejjel f’termini ta’ appoġġ mogħti lill-KICs, l-intensità u l-kopertura tal-firxa tiegħu, l-attivitajiet ta’ tqassim u internazzjonali tiegħu u l-kapaċità tiegħu li joffri proċeduri ssimplifikati. | Il-livell tal-EIT: biex jevalwa r-rendiment atl-EIT bħala korp effiċjenti u effettiv tal-UE; dan se jitkejjel f’termini ta’ appoġġ mogħti lill-KICs, l-intensità u l-kopertura tal-firxa tiegħu, l-attivitajiet ta’ tqassim u internazzjonali tiegħu u l-kapaċità tiegħu li joffri proċeduri ssimplifikati f'termini ta' tħeġġiġ tal-ħolqien ta' ċentri ta' eċċellenza, bħala mezz biex jespandi r-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. |
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.3. – paragrafu 5 – punt bulit 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Livell trans-KIC: biex jimmonitorja l-kontribut tal-KICs kollha fil-ksib tal-għanijiet strateġiċi tal-EIT, kif identifikati fi strument apposta bħat-Tabella tar-Riżultati tal-EIT. | Il-Livell trans-KIC: biex jimmonitorja l-kontribut tal-KICs kollha fil-ksib tal-għanijiet strateġiċi tal-EIT, kif identifikati fi strument apposta bħat-Tabella tar-Riżultati tal-EIT, kif ukoll fit-tħeġġiġ ta' riċerka interdixxiplinari, bħala mezz biex jissaħħaħ u jiġi appoġġat il-ħolqien ta' oqsma ġodda ta' riċerka u innovazzjoni. |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 2.3. – paragrafu 5 – punt bulit 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-livell tal-KIC individwali: biex jimmonitorjal r-rendiment tal-KICs individwali bbażat fuq il-miri individwali u l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) kif stipulati fil-pjanijiet tan-negozju individwali tal-KIC. Il-KICs għandhom mudelli tan-negozju u swieq differenti u għalhekk KPIs industrijali differenti li huma ċentrali għall-ġestjoni b’suċċess tal-KIC individwali. | Il-livell tal-KIC individwali: biex jimmonitorjal r-rendiment tal-KICs individwali bbażat fuq il-miri individwali u l-indikaturi ewlenin tar-rendiment (KPIs) kif stipulati fil-pjanijiet tan-negozju individwali tal-KIC. Il-KICs għandhom mudelli tan-negozju u swieq differenti u għalhekk KPIs industrijali differenti li huma ċentrali għall-ġestjoni b’suċċess tal-KIC individwali. Barra minn hekk, għandu jitħeġġeġ il-ħolqien ta' ċentri ta' kolokazzjoni, bħala mezz li jespandi l-attivitajiet tagħhom u jippromwovi l-idea ta' kollaborazzjoni fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, bħala kontribuzzjoni lill-objettivi tal-EIT. |
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 3.1. – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fatturi determinanti f'dan ir-rigward huma d-daqs, il-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-Bord tat-Tmexxija. Il-prinċipju ta’ membri indipendenti, ikkombinat ma’ numru limitat ta’ membri eletti li jirrappreżentaw il-komunità tal-KIC, ta prova tal-valur tiegħu u jippremetti l-ġbir ta’ kompetenzi mit-trijangolu tal-għarfien. Il-mudell inizjali bit-18-il membru elett flimkien ma’, aktar reċentement, erba’ rappreżentanti addizzjonali tal-KIC, madankollu wera l-limitazzjonijiet tiegħu. Bord ta’ daqs iżgħar ser iwassal għal teħid aktar effiċjenti ta’ deċiżjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Finalment, tista’ tinkiseb aktar effiċjenza billi l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jerġa jiġi ffukat fuq ir-rwol ewlieni tiegħu li huwa li jipprovdi gwida strateġika. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. L-informazzjoni dwar l-EIT u l-KICs mill-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT se Tippermetti l-evalwazzjoni u li jkun hemm komplementarjetà mal-partijiet l-oħra ta’ Orizzont 2020 u Politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. Dawn il-bidliet kollha ġew inkorporati fir-regolament modifikat tal-EIT li jakkumpanja l-SIA. | Fatturi determinanti f'dan ir-rigward huma d-daqs, il-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-Bord tat-Tmexxija. Il-prinċipju ta’ membri indipendenti, ikkombinat ma’ numru limitat ta’ membri eletti li jirrappreżentaw il-komunità tal-KIC, ta prova tal-valur tiegħu u jippremetti l-ġbir ta’ kompetenzi mit-trijangolu tal-għarfien. Il-mudell inizjali bit-18-il membru elett flimkien ma’, aktar reċentement, erba’ rappreżentanti addizzjonali tal-KIC, madankollu wera l-limitazzjonijiet tiegħu. Bord ta’ daqs iżgħar ser iwassal għal teħid aktar effiċjenti ta’ deċiżjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi. Finalment, tista’ tinkiseb aktar effiċjenza billi l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jerġa jiġi ffukat fuq ir-rwol ewlieni tiegħu li huwa li jipprovdi gwida strateġika. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. Għal dan l-għan, Kumitat ta' esperti akkademiċi li jipprovdi għajnuna u konsulenza ta' valur kbir lill-Bord ta' Tmexxija jista' jkun utli ferm b'rabta ma' kwistjonijiet relatati l-iktar mal-istrateġija akkademika u l-prattiki edukattivi tal-KICs, li r-rwol tiegħu huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontenut tal-programmi, il-kriterji ta' kwalità tagħhom u l-aspetti soċjali u kulturali tagħhom. Barra minn dan, il-koerenza ma’ inizjattivi oħra tal-UE ser tkompli tissaħħaħ permezz ta’ konsultazzjoni rinfurzata mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT. L-informazzjoni dwar l-EIT u l-KICs mill-Programm ta’ Ħidma Triennali tal-EIT se Tippermetti l-evalwazzjoni u li jkun hemm komplementarjetà mal-partijiet l-oħra ta’ Orizzont 2020 u Politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. Dawn il-bidliet kollha ġew inkorporati fir-regolament modifikat tal-EIT li jakkumpanja l-SIA. |
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Anness – punt 3.2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Lil hinn mir-rwol sempliċi ta’ amministratur, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser jottimizza l-funzjonijiet operazzjonali tagħhom biex imexxi lill-KICs lejn prestazzjoni massima u jagħmel ir-riżultati tajbin disponibbli. Jistgħu jinkisbu effiċjenzi mill-provvista ta’ numru ta’ servizzi u funzjonijiet ċentralizzati, pjuttost milli fuq livell tal-KIC individwali. Filwaqt li l-KICs kollha jaħdmu fuq temi speċifiċi, numru ta’ elementi għandhom natura opposta, u huwa preċiżament hawn fejn l-EIT jista’ jipprovdi valur miżjud tanġibbli. Dawn il-funzjonijiet tal-fornitur tal-għarfien jistgħu jirrelataw b’mod partikolari biex il-kwartieri ġenerali tal-EIT isiru distributur tal-informazzjoni u interlokutur tajjeb, pereżempju biex irawwem skambju u tagħlim reċiproku bejn il-KICs, jiffaċilita r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet oħra ewlenin, bħall-OECD, jew dwar kwistjonijiet speċifiċi orizzontali, bħall-għoti ta’ pariri dwar IP, trasferiment ta’ teknoloġija u għarfien, issettjar ta’ limiti skont l-aqwa prattiki internazzjonali, jew li jsiru studji ta’ antiċipazzjoni u ppjanar bil-quddiem fl-identifikazzjoni tad-direzzjonijiet futuri għall-EIT u l-KICs. L-EIT u l-KICs għandhom jiddeċiedu flimkien fejn dawn ix-xogħlijiet jistgħu jiġu ttrattati bl-aktar mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, ser ikun ta’ importanza kruċjali għall-EIT u l-KICs li jistabbilixxu mekkaniżmi vijabbli għal kollaborazzjoni sistematika fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni. | Lil hinn mir-rwol sempliċi ta’ amministratur, il-kwartieri ġenerali tal-EIT ser jottimizza l-funzjonijiet operazzjonali tagħhom biex imexxi lill-KICs lejn prestazzjoni massima u jagħmel ir-riżultati tajbin disponibbli. Jistgħu jinkisbu effiċjenzi mill-provvista ta’ numru ta’ servizzi u funzjonijiet ċentralizzati, pjuttost milli fuq livell tal-KIC individwali. Filwaqt li l-KICs kollha jaħdmu fuq temi speċifiċi, numru ta’ elementi għandhom natura opposta, u huwa preċiżament hawn fejn l-EIT jista’ jipprovdi valur miżjud tanġibbli. Dawn il-funzjonijiet tal-fornitur tal-għarfien jistgħu jirrelataw b’mod partikolari biex il-kwartieri ġenerali tal-EIT isiru distributur tal-informazzjoni u interlokutur tajjeb, pereżempju biex irawwem skambju, trasparenza u disponibbiltà tal-informazzjoni (b’mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali), u jiżviluppa tagħlim reċiproku bejn il-KICs, jiffaċilita r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet oħra ewlenin, bħall-OECD. Hekk ikun jista' jintrabat ma’ kwistjonijiet speċifiċi orizzontali, bħall-għoti ta’ pariri dwar riċerka miftuħa, riċerka kollaborattiva, leġiżlazzjoni dwar l-IP u l-kompetizzjoni, trasferiment ta’ teknoloġija u għarfien, issettjar ta’ limiti skont l-aqwa prattiki internazzjonali, jew li jsiru studji ta’ antiċipazzjoni u ppjanar bil-quddiem fl-identifikazzjoni tad-direzzjonijiet futuri għall-EIT u l-KICs. L-EIT u l-KICs għandhom jiddeċiedu flimkien fejn dawn ix-xogħlijiet jistgħu jiġu ttrattati bl-aktar mod effiċjenti. F’dan ir-rigward, ser ikun ta’ importanza kruċjali għall-EIT u l-KICs li jistabbilixxu mekkaniżmi vijabbli għal kollaborazzjoni sistematika fir-rigward ta’ kwistjonijiet komuni. |
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Anness – dokument tal-fatti 2 – parti 4 - paragrafu 1 – punt bulit 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jippromwovi il-kooperazzjoni tal-iżvilupp internazzjonali dwar it-titjib tal-produzzjoni tal-ikel u ż-żieda fil-livell u l-kwalitá tas-settur tal-ikel u n-nutrizzjoni. |
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Anness – dokument tal-fatti – parti 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn ir-riċiklaġġ tal-materjali huwa waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020 fil-kuntest tal-isfidi tas-soċjetà tal-azzjoni tal-klima, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-provvista sostenibbli tal-materja prima. | Bl-istess mod, taħdem ukoll mal-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-ekoinnovazzjoni tas-CIP (Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni), fejn ir-riċiklaġġ tal-materjali huwa waħda mill-oqsma prijoritarji. Din l-esperjenza se tkompli b'Orizzont 2020, b’mod partikolari fil-kuntest tal-isfidi tas-soċjetà tal-azzjoni tal-klima, l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-provvista sostenibbli tal-materja prima, filwaqt li tħeġġeġ l-użu ta’ materjali li jiggarantixxu reżistenza aħjar għall-effetti tal-elementi tat-temp fuq il-wirt kulturali. |
PROĊEDURA
Titolu | L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva | |||
Referenzi | COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 13.12.2011 | |||
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | 20.4.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Chrysoula Paliadeli 2.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 25.4.2012 | 19.6.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 19.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 25 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Marie-Christine Vergiat | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Iosif Matula, Mitro Repo, Kay Swinburne | |||
13.7.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva
( COM(2011)0822 – C7‑0462/2011 – 2011/0387(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Alajos Mészáros
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) 294/2008 bl-għan li jsaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Ewropa. Hu jirrappreżenta l-ewwel tentattiv tal-UE biex tintegra l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, fl-hekk imsejjaħ "trijangolu tal-għarfien". Din l-integrazzjoni sseħħ primarjament permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), li jlaqqgħu flimkien organizzazzjonijiet fuq bażi ta' medda twila ta' żmien biex isolvu l-isfidi soċjetali. L-EIT beda jopera fl-2010 u s-sede tiegħu tinsab f'Budapest.
Hemm rieda politika ġenerali favur il-promozzjoni ulterjuri tal-eżistenza tal-EIT, u għaldaqstant ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni (ASI).
Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn l-inizjattivi tal-UE
Qabel kollox jeħtieġ li jiġi enfasizzat, madankollu, li għandu jiġi implementat mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-EIT u l-attivitajiet l-oħra taħt l-inizjattiva Orizzont 2020. L-EIT għandu jippromwovi l-interazzjoni trażversali tal-KKI bejn il-pilastri fl-inizjattiva Orizzont 2020 u ma’ inizjattivi oħrajn, filwaqt li jqis kif dovut ir-riskju ta’ trikkib.
L-estensjoni tal-prijoritajiet tal-ASI
Ir-rapporteur jilqa’ l-oqsma tematiċi tal-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni iżda jissuġġerixxi li l-lista ta’ prijoritajiet li hemm fiha tista' tiġi estiża saħansitra lil hinn minn katina ta’ provvista sostenibbli mir-riżorsi sal-konsumaturi, innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u xjuħija attiva, esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, riċiklaġġ u sostituzzjoni sostenibbli ta’ materja prima, soċjetajiet sikuri intelliġenti u mobilità urbana. Fl-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ prijorità ġodda, l-EIT għandu jinvolvi ruħu fi djalogu regolari mal-istituzzjonijiet tal-UE.
Iż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-Istati Membri kollha u t-trawwim ta’ sinerġiji tal-istrutturi tal-EIT, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs
L-EIT huwa istitut privileġġat b’kunċett ġdid ta’ organizzazzjoni tar-riċerka, l-edukazzjoni għolja u n-negozju li għandu jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-settur privat, b'mod partikolari l-SMEs, fit-trijangolu tal-għarfien. Dan se jippromwovi t-tisrif aħjar tar-riżultati tar-riċerka fi prodotti u servizzi innovattivi u ġodda. Il-KKI għandhom jappoġġaw ir-reġjuni fl-attivitajiet ta’ proċess ta’ "speċjalizzazzjoni intelliġenti" u "skala ta' eċċellenza" li se jagħtu l-opportunità li jiġu involuti atturi mir-reġjuni kollha tal-Ewropa.
Il-ġestjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
Finalment, ir-rapporteur jixtieq jara l-EIT jiżviluppa prattiki u politiki innovattivi u ġodda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jistgħu jirrispondu għall-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati involuti fl-Ewropa, b’mod partikolari l-SMEs.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-SIA għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“EIT”) u tinkludi valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tiegħu u tal-kapaċità li jiġġenera l-aħjar valur miżjud għall-innovazzjoni. L-SIA għandha tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-EIT. | L-ASI għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“EIT”) filwaqt li tippromwovi l-eċċellenza u l-parteċipazzjoni wiesgħa fl-UE kollha, u tinkludi valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tiegħu u tal-kapaċità li jiġġenera l-aħjar valur miżjud għall-innovazzjoni. L-SIA għandha tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-EIT. |
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'dinja li qed titbiddel b’rata mgħaġġla, il-passaġġ tal-Ewropa lejn il-futur jistrieħ fuq tkabbir li jkun intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Biex jintlaħaq dan l-għan u biex tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija globali tal-għarfien, it-'trijangolu tal-għarfien' tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, u l-interazzjoni bejn dawn it-tliet naħat ġew rikonoxxuti bħala l-forzi motriċi primarji. L-Unjoni Ewropea aġixxiet skont dan u identifikat dawn l-oqsma bħala prijoritajiet tal-politika fl-istrateġija tagħha Ewropa 2020. Dawn il-prijoritajiet jiġu implimentati partikolarment permezz tal-inizjattivi ewlenin 'Unjoni tal-Innovazzjoni' u 'Żgħażagħ fl-Azzjoni, li jiffurmaw il-qafas politiku ġenerali għall-azzjonijiet tal-UE f’dawn l-oqsma. Dawn huma kkumplemetati mill-inizjattivi ewlenin dwar 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni' u dwar 'Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi'. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija se jikkontribwixxi bis-sħiħ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dawn l-inizjattivi ewlenin. | F'dinja li qed titbiddel b’rata mgħaġġla, il-passaġġ tal-Ewropa lejn il-futur jistrieħ fuq tkabbir li jkun intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Biex jintlaħaq dan l-għan u biex tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija globali tal-għarfien, it-'trijangolu tal-għarfien' tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, u l-interazzjoni bejn dawn it-tliet naħat ġew rikonoxxuti bħala l-forzi motriċi primarji. L-Unjoni Ewropea aġixxiet skont dan u identifikat dawn l-oqsma bħala prijoritajiet tal-politika fl-istrateġija tagħha Ewropa 2020. Dawn il-prijoritajiet jiġu implimentati partikolarment permezz tal-inizjattivi ewlenin 'Unjoni tal-Innovazzjoni' u 'Żgħażagħ fl-Azzjoni, li jiffurmaw il-qafas politiku ġenerali għall-azzjonijiet tal-UE f’dawn l-oqsma. Dawn huma kkumplementati mill-inizjattivi ewlenin dwar 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni', dwar 'Aġenda Diġitali għall-Ewropa', dwar 'Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi' u dwar 'Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi'. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija se jikkontribwixxi bis-sħiħ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dawn l-inizjattivi ewlenin. |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.1 – subparagrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT twaqqaf preċiżament għal dan il-għan – biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Bl-integrazzjoni sħiħa tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istitut se jikkontribwixxi ferm biex jiġġieled l-isfidi soċjali b’Orizzont 2020 u jwassal għal bidla sistemika fil-mod kif l-atturi Ewropej tal-innovazzjoni jikkollaboraw. | L-EIT twaqqaf preċiżament għal dan l-għan – biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-kompetittività billi jsaħħaħ il-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jagħti spinta lill-potenzjal tagħha li tittrasforma l-eżitu tar-riċerka u l-innovazzjoni fi prodotti u servizzi ta' valur għoli. Bl-integrazzjoni sħiħa tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istitut se jikkontribwixxi ferm biex jiġġieled l-isfidi soċjali b’Orizzont 2020 u jwassal għal bidla sistemika fil-mod kif l-atturi Ewropej tal-innovazzjoni jikkollaboraw f’mudelli ta’ innovazzjoni miftuħa u inklużivi. |
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.1 – subparagrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Biex jinkiseb dan il-għan, l-EIT se jgħaqqad l-orjentament strateġiku fil-livell tal-EIT ma’ approċċ ‘minn isfel għal fuq’ permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu. Il-KICs huma sħubiji integrati ferm li jlaqqgħu flimkien l-universitajiet eċċellenti, iċ-ċentri tar-riċerka, il-kumpaniji żgħar u kbar u atturi oħra tal-innovazzjoni għal perjodu fit-tul madwar sfidi soċjali speċifiċi. Kull KIC hija organizzata madwar numru żgħir ta’ ċentri ta’ kolokazzjoni interkonnessi fejn l-imsieħba jaħdmu mill-qrib flimkien ta’ kuljum u bi livell mingħajr preċedent ta’ objettivi strateġiċi komuni. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni jibnu fuq ċentri tal-eċċellenza eżistenti, u jiżviluppawhom iktar f’ekosistemi lokali tal-innovazzjoni u jorbtuhom flimkien f’netwerk iktar wiesa’ ta’ punti tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. Fil-qafas tal-EIT, il-KICs individwali ngħataw livell kbir ta’ awtonomija fid-definizzjoni tal-organizzazzjoni interna, il-kompożizzjoni, l-aġenda u l-metodi ta’ ħidma tagħhom, u tħallew jagħżlu l-aħjar approċċ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom. Fil-livell strateġiku, l-EIT jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KICs, jikkoordinahom b’qafas flessibbli u jaqsam l-aħjar mudelli ta’ tmexxija u finanzjament tagħhom. | Biex jinkiseb dan il-għan, l-EIT se jgħaqqad l-orjentament strateġiku fil-livell tal-EIT ma’ approċċ ‘minn isfel għal fuq’ permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KKI) tiegħu. Il-KKI huma sħubiji integrati ferm fl-Ewropa kollha li jlaqqgħu flimkien l-universitajiet eċċellenti, iċ-ċentri tar-riċerka, il-kumpaniji żgħar u kbar u atturi oħra tal-innovazzjoni għal perjodu fit-tul madwar sfidi soċjali speċifiċi. Kull KKI hija organizzata madwar numru żgħir ta’ ċentri ta’ kolokazzjoni interkonnessi fejn l-imsieħba jaħdmu mill-qrib flimkien ta’ kuljum u bi livell mingħajr preċedent ta’ objettivi strateġiċi komuni. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni jibnu fuq ċentri tal-eċċellenza eżistenti, u jiżviluppawhom iktar f’ekosistemi lokali tal-innovazzjoni u jorbtuhom flimkien f’netwerk iktar wiesa’ ta’ punti tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. Fil-qafas tal-EIT, il-KKI individwali ngħataw livell kbir ta’ awtonomija fid-definizzjoni tal-organizzazzjoni interna, il-kompożizzjoni, l-aġenda u l-metodi ta’ ħidma tagħhom, u tħallew jagħżlu l-aħjar approċċ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom. L-EIT għandu jaġixxi bħala mudell ta’ eżempju tajjeb fl-Ewropa kollha għal governanza effikaċi u mhux rigoruża żżejjed. Fil-livell strateġiku, l-EIT jorganizza l-proċess tal-għażla tal-KKI, skont l-oqsma tematiċi approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u jikkoordinahom b’qafas flessibbli u jaqsam l-aħjar mudelli ta’ tmexxija u finanzjament tagħhom. |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.1 – subparagrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-twaqqif tal-KICs bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KICs kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KICs kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KIC, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. | It-twaqqif tal-KKI bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KKI kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KKI kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KKI, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. Il-KKI għandhom ikunu jistgħu jimmobilizzaw l-investimenti u l-impenji fit-tul mis-settur tan-negozju. |
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). | L-EIT ser jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għanijiet stabbiliti f’Orizzont 2020, partikolarment billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod kumplimentari għal inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. F’Orizzont 2020, l-EIT se jkun parti mill-għan "l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà" iżda se jsegwi l-approċċ tal-interazzjoni mhux interrotta mifruxa fuq l-għanijiet, se jikkontribwixxi wkoll għal oqfsa ta’ tmexxija u "kompetittività industrijali" billi jistimula r-riċerka mmexxija mir-riżultati u jkattar il-ħolqien ta’ mudelli ta’ innovazzjoni miftuħa u inklużivi fost SMEs innovattivi bi tkabbir għoli. Fl-aħħar nett, se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ "bażi tax-xjenza eċċellenti" billi jkattar il-mobilità transkonfinali – tad-dixxiplini, is-setturi u l-pajjiżi – u billi jintegra l-intraprenditorija u kultura li tieħu r-riskji f’lawrji tal-edukazzjoni għolja innovattivi. L-EIT għalhekk se tikkontribwwixxi ferm għall-promozzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ qafas li huma meħtieġa biex jitwettaq il-potenzjal innovattiv tar-riċerka tal-UE u biex jippromwovu t-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). Mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-EIT u attivitajiet oħra fil-qafas ta’ Orizzont 2020 għandu jiġi propost mill-Kummissjoni Ewropea b’konsultazzjoni mal-EIT, u għandu jiġi implimentat mill-EIT. |
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.3 – subparagrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KIC u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KIC kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KICs u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tal-KICs. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KIC, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KICs jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KICs – tal-preżent u tal-futur – permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KICs ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). | Barra minn dan, hemm opportunitajiet sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni b’mod reċiproku mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni billi jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aspetti lokali u globali tal-innovazzjoni. Wieħed mir-rwoli ewlenin tal-KKI tal-EIT huwa li jappoġġaw lir-reġjuni fl-attivitajiet ta’ proċess ta’ “speċjalizzazzjoni intelliġenti” u “skala ta' eċċellenza” li se jagħtu l-opportunità li atturi mir-reġjuni kollha tal-Ewropa jipparteċipaw u jibbenefikaw mill-EIT. Ċentri ta’ kolokazzjoni jipprovdu kollaborazzjoni transkonfinali kemm ġewwa u barra n-netwerks tal-KKI u jinstabu f’pożizzjoni tajba biex japprofittaw u jibbenefikaw minn diversi skemi ta’ finanzjament mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Iċ-ċentri tal-kolokazzjoni għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-konnettività lokali-globali tal-KKI kollu kemm hu, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali, partikolarment dawk involuti fid-disinn u t-twassil tal-Istrateġiji tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3). Barra minn hekk, ir-rabtiet bejn il-KKI u l-organizzazzjonijiet lokali ta’ raggruppament jistgħu jissaħħu biex jiżdied l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tal-KKI. Il-kunċetti emerġenti ta’ Komunitajiet Reġjonali ta’ Innovazzjoni u Implimentazzjoni (RICs) mill-KKI jipprovdu mudell li jista’ jikkontribwixxi b’mod effikaċi għall-konnettività u r-rabtiet mal-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti ta’ finanzjament tagħha. Filwaqt li l-opportunitajiet għas-sinerġiji jvarjaw skont l-erja tematika ta’ KKI, numru ta’ inizjattivi u programmi fil-livell tal-UE jidhru partikolarment tajbin biex joffru benefiċċji mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Billi l-istess kunċett tal-EIT/KKI jiddependi fuq li jżid il-valur għall-eċċellenza Ewropea eżistenti, il-KKI – tal-preżent u tal-futur – permezz tad-definizzjoni tagħhom ifittxu li jesploraw dawn is-sinerġiji għal livell massimu. Il-KKI ser iżidu l-valur ma’ inizjattivi li jistgħu jeżistu fl-oqsma rilevanti, inkluż Inizjattivi għall-Ipprogrammar Konġunt (JPIs), Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni (EIPs) u Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs). |
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 1.3 – subparagrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-prattika, opportunitajiet għal sinerġiji ser jimmaterjalizzaw b’modi differenti, minn KIC għal KIC u minn sfida għal sfida. Illum, qed jiġu żviluppati rabtiet fil-livell tal-KIC ma’ inizjattivi oħra, li jvarjaw skont il-punti speċifiċi ta' kull KIC u l-qasam tematiku tagħha. | Fil-prattika, opportunitajiet għal sinerġiji ser jimmaterjalizzaw b’modi differenti, minn KKI għal KKI u minn sfida għal sfida. Illum, qed jiġu żviluppati rabtiet fil-livell tal-KKI ma’ inizjattivi oħra, li jvarjaw skont il-punti speċifiċi ta' kull KKI u l-qasam tematiku tagħha. Barra minn hekk, l-EIT għandu jrawwem is-sinerġiji u l-interazzjoni trażversali tal-KKI bejn il-pilastri fl-inizjattiva Orizzont 2020 u ma’ inizjattivi oħrajn, filwaqt li jqis kif dovut ir-riskju ta’ trikkib. |
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.1 – subparagrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-approċċ tal-‘investitur EIT’ jirrappreżenta l-punt fokali biex jiġu identifikati l-aqwa opportunitajiet strateġiċi u biex jintagħżel portafoll ta’ sħubiji ta' livell dinji – il-KICs – sabiex irendu fuq dawn. Bħala parti minn dan l-approċċ, l-EIT jagħti l-għotjiet annwali lill-KKI abbażi tar-rendiment tagħhom fil-passat u l-attivitajiet li jipproponu fil-pjan ta’ ħidma tagħhom. L-evalwazzjooni tal-pjanijiet ta’ ħidma jiġu appoġġati mill-esperti indipendenti esterni. F’din il-perspettiva, l-EIT mhux biss għandu jwaqqaf direzzjonijiet u viżjonijiet wiesgħa, imma jinħtieġ li jipprovdi lill-KICs b’livell xieraq ta’ appoġġ u jissorvelja r-rendiment tagħhom. Fl-istess ħin, il-KICs huma mogħtija ammont sostanzjali ta’ spazju biex huma jiddefinixxu l-istrateġiji interni u l-organizzazzjoni tagħhom kif ukoll biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u jimmobilizzaw it-talent u r-riżorsi meħtieġa. | L-approċċ tal-‘investitur EIT’ jirrappreżenta l-punt fokali biex jiġu identifikati l-aqwa opportunitajiet strateġiċi u biex jintagħżel portafoll ta’ sħubiji ta' livell dinji – il-KKI – sabiex irendu fuq dawn. Bħala parti minn dan l-approċċ, l-EIT jagħti l-għotjiet annwali lill-KKI abbażi tar-rendiment tagħhom fil-passat u l-attivitajiet li jipproponu fil-pjan ta’ ħidma tagħhom fi proċedura ċara u trasparenti. L-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma jiġu appoġġati mill-esperti indipendenti esterni. F’din il-perspettiva, l-EIT mhux biss għandu jwaqqaf direzzjonijiet u viżjonijiet wiesgħa, imma jinħtieġ li jipprovdi lill-KKI b’livell xieraq ta’ appoġġ u jissorvelja u jirrapporta r-rendiment tagħhom bla ma jkun dettaljat iżżejjed u mingħajr ma jikkawża ebda piż amministrattiv addizzjonali. Fl-istess ħin, il-KKI huma mogħtija ammont sostanzjali ta’ spazju biex huma jiddefinixxu l-istrateġiji interni u l-organizzazzjoni tagħhom kif ukoll biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u jimmobilizzaw it-talent u r-riżorsi meħtieġa. |
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.1 – subparagrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Element importanti f'dan ir-rigward huwa wkoll l-iżvilupp, flimkien mal-KICs, ta’ ‘identità korporattiva’ reali tal-EIT fuq grupp ta’ valuri kondiviżi. Filwaqt li l-KICs kollha u l-imsieħba individwali tagħhom għandhom identitajiet u valuri korporattivi tagħhom stess, huma kollha jikkondividu l-valuri li jgħaqqdu flimkien il-komunità EIT/KICs. Dawn huma: eċċellenza fit-trijangolu tal-għarfien; persuni tas-sengħa u intraprenditorjali; kollaborazzjoni fit-tul bejn il-fruntieri, id-dixxiplini u s-setturi; u l-punt fokali fuq l-impatt tas-soċjetà u ekonomiku. Identità bħal din ser ittejjeb ukoll il-viżibilità u r-reputazzjoni esterna tal-EIT u l-KICs. | Element importanti f'dan ir-rigward huwa wkoll l-iżvilupp, flimkien mal-KKI, ta’ ‘identità korporattiva’ reali tal-EIT fuq grupp ta’ valuri kondiviżi. Filwaqt li l-KKI kollha u l-imsieħba individwali tagħhom għandhom identitajiet u valuri korporattivi tagħhom stess, huma kollha jikkondividu l-valuri li jgħaqqdu flimkien il-komunità EIT/KKI. Dawn huma: eċċellenza fit-trijangolu tal-għarfien; opportunitajiet għall-involviment tal-Istati Membri kollha; persuni tas-sengħa u intraprenditorjali; kollaborazzjoni fit-tul bejn il-fruntieri, id-dixxiplini u s-setturi; u l-punt fokali fuq l-impatt tas-soċjetà u ekonomiku. Identità bħal din ser ittejjeb ukoll il-viżibilità u r-reputazzjoni esterna tal-EIT u l-KKI. |
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness – subintestatura 2.1.1 – subparagrafu 5 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iħeġġeġ lill-KICs biex jiżviluppaw varjetà ikbar ta’ attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ. | Iħeġġeġ lill-KKI biex jiżviluppaw varjetà ikbar u jipprovdu parir dwar attivitajiet edukattivi u tat-taħriġ fl-UE kollha. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness – subintestatura 2.1.2 – subparagrafu 5 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-oqsma tematiċi li ġejjin ġew identifikati bħala dawk fejn it-twaqqif ta’ KIC għandu l-akbar potenzjal li jżid il-valur ma’ attivitajiet eżistenti u jwassal għal spinta reali għall-innovazzjoni: | L-oqsma tematiċi indikattivi li ġejjin ġew identifikati bħala dawk fejn it-twaqqif ta’ KKI għandu l-akbar potenzjal li jżid il-valur ma’ attivitajiet eżistenti u jwassal għal spinta reali għall-innovazzjoni: |
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Intestatura 2.2 – Subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-perjodu inizjali, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KICs. Filwaqt li mira ċara għall-EIT hija t-tisħiħ taċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza, l-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal oqsma tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KICs. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. | Fil-perjodu inizjali, l-EIT iffoka primarjament l-isforzi tiegħu biex iwaqqaf il-KKI. Trid tkun mira ċara għall-EIT li jissaħħu ċ-ċentri eżistenti tal-eċċellenza billi titħeġġeġ parteċipazzjoni bbilanċjata tal-Istati Membri. L-EIT ser ikollu jiżgura li jagħti wkoll benefiċċji għal żoni tal-Unjoni li mhumiex qed jipparteċipaw direttament fil-KKI. Għaldaqstant, huwa kritiku għall-missjoni tal-EIT li dan jippromwovi b’mod attiv it-tixrid tal-prattiki tajba għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta’ qsim tal-innovazzjoni u l-għarfien. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-EIT se jkollu rwol fl-appoġġ tal-iżvilupp tal-politika u l-prattiki innovattivi tad-DPI li jistgħu jwieġbu l-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati involuti fl-Ewropa, b’mod partikolari l-SMEs. Dan se jippromwovi tisrif aħjar tar-riżultati tar-riċerka fi prodotti u servizzi innovattivi u ġodda. |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.2 – subparagrafu 9 – inċiż 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ikollu rwol mexxej fl-iżvilupp ta' prattiki u politiki innovattivi tad-DPI li jistgħu jirrispondu għall-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati involuti fl-Ewropa, b’mod partikolari l-SMEs. |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.2 – subparagrafu 9 – inċiż 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jiżgura parteċipazzjoni b’saħħitha tas-settur privat, speċjalment l-SMEs, fit-trijangolu tal-għarfien. |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 2.3 – subparagrafu 5 – test introduttorju
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KICS, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tan-negozju tal-KICs. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KICs, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KICs fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KICs. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KICs, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: | Il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fl-appoġġ tal-EIT lejn it-twaqqif ta’ sistema ta' monitoraġġ b’saħħitha u solida orjentata lejn ir-riżultati. Din is-sistema ta’ monitoraġġ se tiżgura responsabbiltà sħiħa tal-EIT u tal-KKI, il-kwalità tar-riżultati, il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet Orizzont 2020, u fl-istess ħin tippermetti għal biżżejjed flessibbiltà fid-dinamika tan-negozju u l-ftuħ għal ideat u sħab ġodda tal-KKI. Se tippermetti lill-EIT jiżviluppa kapaċità solida għall-ġbir u l-analiżi tal-input mill-KKI, biex ikkejjel ir-rendiment tal-EIT fil-konfront tal-għanijiet tiegħu stess u biex ikejjel il-prassi tal-EIT u l-KKI fil-konfornt tal-aħjar prassi fil-livell Ewropew u dak globali. Is-sistema se tkun imfassla b'mod flessibbli u jekk meħtieġ se tiġi aġġustata biex tqis il-portafoll dejjem jevolvi u jikber ta’ attivitajiet tal-EIT u l-KKI. Wara r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni esterna indipendenti u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ monitoraġġ skont Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet, flimkien mal-EIT u l-KKI, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-rendiment orjentata lejn ir-riżultati għall-EIT, li tindirizza erba’ livelli ta’ attività: |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 3.2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Interazzjonijiet bejn l-EIT u l-KICs mhux biss jipprovdu l-qafas għall-KICs sabiex joperaw b’suċċess, imma huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta’ tagħlim reċiproku li jippermetti lill-EIT li jwettaq ir-rwol tiegħu bħala post fejn jiġu ttestjati mudelli ta’ innovazzjoni ġodda. Sabiex il-KICs ikunu pprovduti b’kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, għandha tingħata gwida ċara u koerenti mill-EIT f’kull stadju tal-proċess, fl-istess ħin mingħajr ma dan ikun preskrittiv wisq. L-interazzjonijiet bejn il-kwartieri ġenerali tal-EIT u l-KICs għandhom ikunu sistematiċi u bbażati fuq il-fiduċja sabiex tintlaħaq l-effiċjenza massima. Kemm ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-EIT u l-KICs kif ukoll l-arranġamenti organizzattivi tal-kwartieri ġenerali tal-EIT għandhom jikkontribwixxu għal dan. | Interazzjonijiet bejn l-EIT u l-KKI mhux biss jipprovdu l-qafas għall-KKI sabiex joperaw b’suċċess, imma huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta’ tagħlim reċiproku li jippermetti lill-EIT li jwettaq ir-rwol tiegħu bħala post fejn jiġu ttestjati mudelli ta’ innovazzjoni ġodda. Sabiex il-KKI ikunu pprovduti b’kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, għandha tingħata gwida ċara u koerenti mill-EIT f’kull stadju tal-proċess, fl-istess ħin mingħajr ma dan ikun preskrittiv wisq. Din il-gwida tista’ b’mod partikolari tkopri l-ġestjoni tal-KKI u l-kooperazzjoni mas-sħab tagħhom. L-interazzjonijiet bejn il-kwartieri ġenerali tal-EIT u l-KKI għandhom ikunu sistematiċi u regolari kif ukoll ċari, miftuħa, trasparenti u bbażati fuq il-fiduċja sabiex tintlaħaq l-effiċjenza massima. Kemm ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-EIT u l-KKI kif ukoll l-arranġamenti organizzattivi tal-kwartieri ġenerali tal-EIT għandhom jikkontribwixxu għal dan. |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 3.2 – subparagrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jipprovdi gwida għall-ġestjoni tal-KKI u l-kooperazzjoni ma’ sħabhom. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness – intestatura 3.3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Barra minn dan, il-konsultazzjoni attiva ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, partikolarment mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni, minn kmieni fil-proċess ser tgħin biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u tagħlim reċiproku ma’ inizjattivi oħra tal-UE. | Barra minn dan, il-konsultazzjoni attiva ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE minn kmieni fil-proċess se tgħin biex jiġu massimizzati s-sinerġiji u tagħlim reċiproku ma’ inizjattivi oħra tal-UE. L-EIT se jinvolvi ruħu fi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew u mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni. |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – punt 1.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. F’kuntest ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti. | Ir-raġunijiet biex jitpoġġew ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni fiċ-ċentru huma ċari. F’kuntest ta’ kompetizzjoni globali li qed tiżdied, u quddiem sfida demografika lokali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi futuri tal-Ewropa sejrin jiġu dejjem iżjed minn skoperti ta’ innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli tan-negozju, kif ukoll mill-kapaċità tagħha biex tkattar, tħajjar u żżomm persuni b'talent, u l-kapaċità taċ-ċittadini li jużaw, jadottaw u japplikaw dawn l-innovazzjonijiet. Waqt li jeżistu stejjer individali ta’ suċċess madwar l-Ewropa, l-Istati Membri tal-UE normalment ma jmorrux daqshekk tajjeb meta mqabbla mal-mexxejja globali tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni ikbar għat-talent minn ċentri ġodda ta’ eċċellenza fl-ekonomiji emerġenti. |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – punt 1.1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa jeħtieġ li tilqa' kultura ta' intraprenditorija vera, li hija essenzjali biex jinkiseb il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni, biex jitwaqqfu attivitajiet ġodda u l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. | Għalhekk, tinħtieġ bidla ġenwina fis-sistemi u fil-paradigma tal-innovazzjoni tagħna. Madankollu, ta’ spiss, l-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li teżisti b’mod ċar madwar l-UE, għadha frammentata. L-Ewropa teħtieġ li tegħleb dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni strateġika bejn il-fruntieri – pajjiżi, setturi u dixxiplini. Barra minn dan, l-Ewropa għandha kultura ta' intraprenditorija b’saħħitha, miftuħa u vera, b’diversità kunsiderevoli ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li hija essenzjali biex il-valur ta’ riċerka u innovazzjoni jiġi żviluppat u biex jgħin sabiex jiġu akkwistati, biex jiġu stabbiliti attivitajiet ġodda u biex jinkiseb l-użu fis-suq attwali ta’ innovazzjonijiet f’setturi ta’ tkabbir kbir potenzjali. L-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala magni tal-innovazzjoni, peress li persuni b’talent għandhom jirċievu l-kapaċitajiet tajbin, l-għarfien u l-attitudnijiet sabiex imexxu l-innovazzjoni ’l quddiem. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 1 – punt 1.1 – paragrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-twaqqif tal-KICs bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KICs kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KICs kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KIC, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. | It-twaqqif tal-KKI bħala entitajiet legali mmexxija minn Kap Eżekuttiv (CEO) huwa differenza ċara mill-approċċ tradizzjonali ta’ ħafna benefiċjarji. Barra minn hekk, il-KKI kollha jsegwu loġika tan-negozju għall-ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tagħhom, u l-KKI kollha implimentaw il-kunċett tal-kolokazzjoni: li jlaqqgħu flimkien timijiet differenti f’post fiżiku wieħed, li jaġixxu bħala 'clearing house' għal ħafna attivitajiet tal-KKI, u li jgħaqqdu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet żviluppati f’oqsma differenti ta’ speċjalizzazzjoni fuq livell pan-Ewropew. Il-KKI għandhom ikunu jistgħu jimmobilizzaw l-investimenti u l-impenji fit-tul mis-settur privat, is-settur pubbliku u s-settur terz. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti 2 – punt 2.2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KIC tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KICs, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KICs tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju ta’ persuni u istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KICs. | Fil-futur, l-EIT għandu jaħdem biex l-esperjenza tal-KKI tkun tista’ tinftiehem u tiġi ripetuta u mibnija f’kultura li tista’ taġixxi bħala mudell fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin, kif ukoll mudelli ġodda ta’ tmexxija u ffinanzjar mill-KKI, l-EIT qed ifittex li jiżgura li l-għarfien iġġenerat fl-EIT u l-KKI tiegħu jiġi mqassam u kkapitalizzat għall-benefiċċju tal-pubbliku ġenerali, l-entitajiet privati u l-istituzzjonijiet, inkluż dawk li ma jipparteċipawx direttament fil-KKI. |
PROĊEDURA
Titolu | L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva | |||
Referenzi | COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 13.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Alajos Mészáros 19.12.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 30.5.2012 | 19.6.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 21 0 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Piotr Borys, Luis de Grandes Pascual, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer, Axel Voss | |||
PROĊEDURA
Titolu | L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva | |||
Referenzi | COM(2011)0822 – C7-0462/2011 – 2011/0387(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 13.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 13.12.2011 | EMPL 13.12.2011 | ENVI 13.12.2011 | AGRI 13.12.2011 |
| CULT 13.12.2011 | JURI 13.12.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 28.8.2012 | EMPL 16.2.2012 | ENVI 20.12.2011 | AGRI 20.12.2011 |
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 20.4.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Marisa Matias 20.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 23.1.2012 | 18.6.2012 | 17.9.2012 | 8.10.2012 |
Data tal-adozzjoni | 28.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 46 0 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Amelia Andersdotter, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Alejo Vidal-Quadras | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Yves Cochet, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Vladimír Remek, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău | |||
Data tat-tressiq | 12.12.2012 | |||