Dokument ta' sessjoni

 

A7-0424/2012

11.12.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

( COM(2011)0884 – C7‑0000/2011 – 2011/0436(APP) )

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Hannu Takkula

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

NOTA SPJEGATTIVA.............................................................................................................48

OPINJONI TAL-MINORANZA..............................................................................................50

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern..51

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali............................69

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits.......................................................................88

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................96

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

( COM(2011)0884 – C7‑0000/2011 – 2011/0436(APP) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( COM(2011)0884 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0000/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tat-28 ta' Marzu 2012 dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarjiet Kostituzzjonali ( A7-0424/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"[3]; itenni li jinħtieġu riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux mistennija; jisfida lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jirrimarka li anke b'żieda ta' mill-inqas 5% fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 352 tiegħu,

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

imħassar

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u r-rekwiżit tal-unanimità fil-Kunsill previsti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) F'konformità mal-Artikolu 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom l-opportunità li jwasslu u jiskambjaw il-fehmiet tagħhom fl-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni u biex iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.

(1) F'konformità mal-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), kull ċittadin għandu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom l-opportunità li jwasslu u jiskambjaw il-fehmiet tagħhom fl-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni u biex iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea speċifikat li r-rikors għal bażi legali doppja huwa possibbli “b'mod straordinarju, ikun stabbilit li l-miżura jkollha simultanjament għadd ta' għanijiet jew li jkollha diversi komponenti li huma marbuta indissolubilment, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju jew indirett fir-rigward tal-ieħor”1, li hu ċarament il-każ fir-rigward tal-programm stabbilit b'dan ir-Regolament, fejn iż-żewġ objettivi prinċipali, jiġifieri s-sensibilizzar fir-rigward tal-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u l-inkuraġġiment tal-parteċipazzjoni ċivika, għandhom jitqiegħdu fuq l-istess bażi.

 

__________________

 

1 Ara l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni v Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585, paragrafu 45, il-Kawża C-166/07 Il-Parlament v Il-Kunsill [2009] Ġabra I-7135, paragrafu 42, u ġurisprudenza msemmija fihom.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni tirrikjedi sensiela ta’ azzjonijiet konġunti min-naħa tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB).

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Filwaqt li oġġettivament hemm valur miżjud ċar li wieħed ikun ċittadin tal-Unjoni bi drittijiet stabbiliti, l-Unjoni mhux dejjem tenfasizza b’mod effettiv ir-rabta bejn is-soluzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ problemi ekonomiċi u soċjali u l-politiki tal-Unjoni. Għalhekk, il-kisbiet impressjonanti fejn jidħlu l-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa, it-tkabbir sostenibbli fit-tul, il-prezzijiet stabbli, il-protezzjoni effiċjenti tal-konsumaturi u tal-ambjent u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, mhux dejjem wasslu għal sensazzjoni qawwija ta’ appartenenza min-naħa taċ-ċittadini fl-Unjoni.

(3) Filwaqt li oġġettivament hemm valur miżjud ċar li wieħed ikun ċittadin tal-Unjoni bi drittijiet stabbiliti, l-Unjoni mhux dejjem tenfasizza b’mod effettiv ir-rabta bejn is-soluzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ problemi ekonomiċi u soċjali u l-politiki tal-Unjoni. Billi jiġu integrati bis-sħiħ iċ-ċittadini tagħha fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, l-Unjoni se trawwem sensazzjoni iktar b'saħħitha ta' appartenenza, li hija partikolarment neċessarja f'perjodi ta' kriżi ekonomika u soċjali, meta jkun hemm tendenza li l-kisbiet tal-Unjoni fejn jidħlu l-paċi u l-istabbiltà u l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ambjent, kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali jintesew.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, hija meħtieġa varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati permezz ta’ attivitajiet fil-transnazzjonali u tal-Unjoni. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità unika biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

(4) Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, filwaqt li jitrawwem sens ta' ċittadinanza komuni permezz ta' għarfien reċiproku mtejjeb, hija meħtieġa varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati. Għandhom jittieħdu passi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiġu involuti n-nies fl-attivitajiet transnazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità unika biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE u jippromwovu djalogu usa’ fuq l-affarijiet tal-Unjoni qalb il-pubbliku.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-kwistjonijiet tal-Unjoni, il-programm għandu jqis ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE1, li f'paragrafu 2 tħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jkun rispettat u implimentat b’mod sħiħ billi jkun żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li l-konsultazzjonijiet kollha jiġu trattati bl-istess mod u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa bejn il-konsultazzjonijiet.

 

__________________

 

1 Testi adottati, P7_TA-(2012)0256.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva tistabbilixxi programm ta’ azzjoni li kkonferma l- ħtieġa li jiġi promoss djalogu sostnut mal-organizzazzjonijiet u l-muniċipalitajiet tas-soċjetà ċivili u li jingħata appoġġ lill-involviment attiv taċ-ċittadini.

(5) Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva tistabbilixxi programm ta’ azzjoni li kkonferma l-ħtieġa li jiġi promoss djalogu sostnut mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli territorjali kollha u li jingħata appoġġ lill-involviment attiv taċ-ċittadinispeċjalment iż-żgħażagħ.

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim, il-konsultazzjoni pubblika onlajn u ż-żewġ laqgħat konsekuttivi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonfermaw li Programm ġdid huwa meqjus rilevanti kemm mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-individwi parteċipanti u għandu jkun stabbilit sabiex ikun hemm impatt fuq livell organizzattiv f’termini tal-bini ta’ kapaċitajiet u fuq livell personali f’termini ta’ interess akbar fi kwistjonijiet tal-Unjoni.

(6) Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim, il-konsultazzjoni pubblika onlajn u ż-żewġ laqgħat konsekuttivi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonfermaw li programm ġdid huwa meqjus rilevanti kemm mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-individwi parteċipanti u għandu jkun stabbilit sabiex ikun hemm impatt fuq livell organizzattiv f’termini ta’ kuxjenza u interess u involviment attiv akbar fi kwistjonijiet tal-Unjoni min-naħa taċ-ċittadini.

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fejn jidħlu t-temi tal-proġetti, l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kuntest lokali u reġjonali, u l-kompożizzjoni tal-partijiet interessati, għandu jkun hemm sinerġiji importanti ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jiġifieri fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura, il-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni, u l-politika reġjonali.

(7) Fejn jidħlu t-temi tal-proġetti u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kuntest lokali u reġjonali, u l-kompożizzjoni tal-partijiet interessati, għandu jkun hemm sinerġiji importanti ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jiġifieri fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, is-settur tal-volontarjat u l-kultura, l-isport, il-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-politika reġjonali.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Sinerġiji bħal dawn jistgħu wkoll jinkisbu wkoll bl-użu ta’ baġits amministrattivi xierqa mid-Direttorati-Ġenerali differenti tal-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni pubblika, id-djalogu u l-isħubijiet għall-implementazzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tat-TUE.

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-programm il-ġdid għandu jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet differenti u jinkludi, fost oħrajn, laqgħat maċ-ċittadini, kuntatti u dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ ċittadinanza, avvenimenti fil-livell tal-Unjoni, inizjattivi għal riflessjoni fuq mumenti importanti fl-istorja Ewropea, inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-funzjonament tagħhom, u dibattiti dwar kwistjonijiet tal-politika Ewropea, bl-għan li jitrawmu l-aspetti kollha tal-ħajja pubblika.

(8) Il-programm il-ġdid għandu jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet differenti u jinkludi, fost oħrajn, laqgħat maċ-ċittadini, kuntatti u dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ ċittadinanza, avvenimenti fil-livell tal-Unjoni, inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni u għal riflessjoni fuq mumenti importanti fl-istorja Ewropea, inizjattivi bħal żjajjar ġewwa l-istituzzjonijiet Ewropej jew fid-Dar tal-Istorja Ewropea, biex iċ-ċittadini Ewropej, speċjalment iż-żgħażagħ, ikunu konxji mill-Istorja tal-Unjoni u mill-funzjonament tal-Istituzzjonijiet Ewropej, u dibattiti dwar kwistjonijiet tal-politika Ewropea, bħal pereżempju d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa jew kwistjonijiet identifikati miċ-ċittadini bħala ta' interess maġġuri għalihom, bl-għan li jitrawmu l-aspetti kollha tal-ħajja pubblika.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu1 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorja ta' delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa jissottolinjaw kemm hu importanti li l-memorji tal-passat jinżammu ħajjin bħala mezz biex nimxu lil hinn mill-passat u nibnu l-ġejjieni, u jenfasizzaw il-valur tar-rwol tal-Unjoni fl-iffaċilitar, il-kondiviżjoni u l-promozzjoni tal-memorja kollettiva ta' dawk id-delitti. Ir-relevanza tal-aspetti storiċi, kulturali u interkulturali għandha għalhekk titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet eżistenti bejn il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u l-identità Ewropea.

 

__________________

 

1 ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 25.

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Li jkun hemm distribuzzjoni bbilanċjata tar-riżorsi finanzjarji bejn iż-żewġ linji tal-programm huwa mixtieq kif ukoll xieraq, meta wieħed jaf li l-ħidma fuq il-wirt tal-konsegwenzi li huma komuni għall-Ewropej u l-kondiviżjoni tal-memorji kollettivi kemm tat-tbatija u kemm tas-suċċess jistgħu jikkontribwixxu għall-ġenesi ta’ kultura ċivika Ewropea mhux anqas mill-azzjonijiet li huma mmirati direttament lejn l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ċivika.

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dimensjoni orizzontali tal-Programm għandha tiżgura l-valorizzazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati għal impatt imtejjeb u sostenibilità fit-tul. Għal dan il-għan, l-attivitajiet mibdija għandu jkollhom rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea, u jiġu kkomunikati b’mod xieraq.

(9) Dimensjoni orizzontali tal-programm għandha tiżgura l-valorizzazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati għal impatt imtejjeb u sostenibilità fit-tul, fost l-oħrajn permezz tan-netwerking, il-pjattaformi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aqwa prattiki, inklużi metodi speċifiċi bħalma hi l-estensjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, id-dejtabejżis u l-media soċjali.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multilingwali tal-UE.

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet, b’kunsiderazzjoni tad-diversità kulturali, lingwistika u ġeografika tal-Unjoni u l-ħtieġa li jkunu inklużi gruppi li diffiċilment jintlaħqu. L-aċċess għall-programm, b'mod partikolari, għandu jingħata lil proġetti żgħar u ta' daqs medju, u ma jkunx limitat għal proġetti kbar biss, biex jiġu żgurati l-flessibbiltà akbar u l-aċċessibbiltà mtejba tal-programm għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tal-Programm għaċ-ċittadini Ewropej u għall-gruppi taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-parteċipazzjoni ta’ persuni fiżiċi fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri li jippossedu ċittadinanza Ewropea u/jew organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet privati f’dawk il-pajjiżi jew territorji għandha tkun rikonoxxuta u mħeġġa bl-għan li tissaħħaħ ir-rabta mal-Unjoni u jitferrxu l-valuri tal-Unjoni bl-aktar mod effettiv f’dawn ix-xhieda tal-Unjoni fid-dinja.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li huma ċittadini tal-UE, il-persuni fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-programm. Fl-ambitu tad-deċiżjoni riċenti li l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej jingħataw status ta’ assoċjazzjoni, dawk il-pajjiżi jistgħu jieħdu sehem fil-programmi kollha tal-UE.

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-objettivi li tiġi stabbilita d-demokrazija profonda u sostenibbli u li tiġi żviluppata soċjetà ċivili b’saħħitha u li timxi ’l quddiem huma komuni kemm għall-programm stabbilit b’dan ir-Regolament u kemm għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENI). L-Unjoni toffri lill-pajjiżi koperti mill-ENI relazzjoni privileġġjata, li tibni fuq impenn reċiproku għall-valuri u l-prinċipji kondiviżi.

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/YY/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(12) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju indikattiv li jikkostitwixxi r-referenza finanzjarja, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/YY/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi mal-Artikolu 12(1).

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Se tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-UE bil-għan li jipparteċipaw fit-tfassil tal-aġenda politika tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità.

(16) Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil għotjiet għal proġetti irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda b’impatt kbir, jew li inkella juru potenzjal kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-Unjoni jew lil kwistjonijiet identifikati miċ-ċittadini bħal ta' interess maġġuri, u li jkollhom effett parteċipattiv fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni, u dawk proposti fi Stati Membri fejn ikun hemm livell baxx ta' attività min-naħa tas-soċjetà ċivili jew ta' parteċipazzjoni ċivika u politika. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar b’mod li jippermetti wkoll l-inklużjoni ta’ proġetti fuq skala żgħir u gruppi li jkunu diffiċili biex jintlaħqu, fost l-oħrajn permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità, biex jittieħed iktar kont tal-ispejjeż reali tal-proġetti, partikolarment l-ispejjeż speċifiċi tal-proġetti dovuti għall-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-għan globali ta’ kontribut għall-fehim dwar l-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika, il-programm għandu jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li ġej:

2. Bil-għan ġenerali li l-Ewropa tinġieb eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha, l-objettivi ġenerali tal-programm huma:

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– il-kontribut għall-fehim taċ-ċittadini rigward l-Unjoni, u t-trawwim tas-sens tagħhom ta’ appartenenza għal Ewropa magħquda fid-diversità tagħha, permezz tal-kommemorazzjoni, biex jiġi żviluppat sens ta' Storja komuni;

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– It-tisħiħ tal-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni.

– It-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika u għad-djalogu interkulturali fil-livell tal-Unjoni, permezz ta' fehma aħjar tal-istituzzjonijiet, il-politiki u l-politika tal-Unjoni.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin, li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet fuq livell transnazzjonali jew b’dimensjoni Ewropea ċara:

Il-programm għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li għandhom jiġu implimentati permezz ta' azzjonijiet fil-livell transnazzjonali jew b'dimensjoni Ewropea:

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. iqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

1. it-tqajjim ta' kuxjenza tal-kommemorazzjoni, l-istorja komuni, il-wirt kulturali, l-identità u l-għan tal-Unjoni li tippromwovi l-paċi, it-tolleranza, il-fehim reċiprku, il-valuri tagħha, id-diversità kulturali u lingwistika tagħha u l-benessri tal-popli tagħha, billi tistimula d-dibattitu, l-azzjonijiet, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks u billi ġġib flimkien nies mill-komunitajiet u l-assoċjazzjonijiet lokali madwar l-Ewropa kollha biex jaqsmu bejniethom u jiskambjaw l-esperjenzi u biex jitgħallmu mill-istorja;

(Il-kliem ta' dan is-subparagrafu se japplika wkoll għall-Anness – Parti 3 – Taqsima 1 – kliem introduttorju)

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-progress se jitkejjel permezz tan-numru ta’ benefiċjarji li jintlaħqu direttament u indirettament, il-kwalità tal-proġetti, u l-perċentwali ta’ applikanti tal-ewwel darba.

imħassar

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiżviluppa l-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

2. l-inkoraġġiment tal-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi parteċipanti kollha kif ukoll il-parteċipazzjoni demokratika u ċivika u d-djalogu interkulturali fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fih, u jiġu promossi opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

(Il-kliem ta' dan is-subparagrafu se japplika wkoll għall-Anness – Parti 3 – Taqsima 2 – kliem introduttorju)

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-progress se jitkejjel permezz tan-numru ta’ benefiċjarji li jintlaħqu direttament u indirettament, il-perċezzjoni tal-UE u tal-istituzzjonijiet tagħha mill-benefiċjarji, il-kwalità tal-proġetti, u l-perċentwali ta’ applikanti tal-ewwel darba.

imħassar

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. it-tqegħid ta' fokus speċjali fuq ir-Roma u minoranzi oħra tal-Unjoni, sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni bi drittijiet sħaħ.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea

(a) ‘It-trawwim tal-kommemorazzjoni tal-istorja Ewropea u l-iżvilupp ta' sens ta' identità Ewropea u spirtu ta' appartenenza lill-Unjoni’;

(Il-kliem ta' dan is-subparagrafu se japplika wkoll għall-Anness – Parti 1 – Taqsima 1 – titolu)

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-impenn demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika.

(b) “It-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea permezz tal-impenn demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika”.

(Il-kliem ta' dan is-subparagrafu se japplika wkoll għall-Anness – Parti 1 – Taqsima 2 – titolu)

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati tal-proġett (azzjonijiet ta’ “Valorizzazzjoni”).

Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati tal-proġett (azzjonijiet ta’ “Disseminazzjoni u moltiplikazzjoni”).

Ġustifikazzjoni

Xi riżultati ta’ proġetti jistgħu jkunu disseminati, filwaqt li oħrajn huma tajba għall-moltiplikazzjoni (użu frekwenti u ripetut).

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-programm għandu jiffinanzja, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin, implimentati fuq livell transnazzjonali jew li għandhom dimensjoni Ewropea ċara:

2. Sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-programm għandu jiffinanzja, inter alia (iżda mhux esklussivament), it-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin, implimentati fil-livell transnazzjonali jew li għandhom dimensjoni Ewropea:

 

(a) tagħlim reċiproku u attivitajiet ta' kooperazzjoni bħal:

– Laqgħat taċ-ċittadini, ġemellaġġi tal-ibliet

– laqgħat u panels taċ-ċittadini, ġemellaġġi tal-ibliet, netwerks ta' bliet b'ġemellaġġ u proġetti konġunti mill-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u atturi lokali oħrajn;

– Il-ħolqien u l-operazzjonijiet ta’ sħubiji u netwerks transnazzjonali

– proġetti implimentati minn sħubijiet transnazzjonali inklużi t-tipi differenti ta' partijiet interessati elenkati fl-Artikolu 6, kooperazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

 

– proġetti ta' kommemorazzjoni b'dimensjoni Ewropea;

 

– skambji bbażati inter alia fuq l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-komunikazzjonijiet (ICT) u/jew il-midja soċjali;

– Appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta’ interess ġenerali Ewropew

(b) appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet, bħal:

– Il-bini tal-Komunità u dibattiti dwar kwistjonijiet taċ-ċittadinanza bbażata fuq l-użu tal-ICT u/jew midja soċjali

– organizzazzjonijiet ta’ interess Ewropew ġenerali kif iddefinit fl-Artikolu ... tar-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju], bħan-netwerks Ewropej u ċ-ċentri Ewropej għall-edukazzjoni li għandhom objettiv ta' interess Ewropew;

– Avvenimenti fil-livell tal-Unjoni

– Punti ta' Kuntatt ta' L-Ewropa għaċ-Ċittadini;

– Dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-istorja Ewropea, b’mod partikolari biex jinżammu ħajjin il-memorji tar-reati mwettqa taħt in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu

– strutturi ta’ informazzjoni/għoti ta' pariri tal-programm fl-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

– Riflessjoni/dibattiti fuq valuri komuni

(c) Attivitajiet analitiċi fil-livell tal-Unjoni bħalma huma:

– Inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u l-funzjonament tagħhom

– studji magħżula minn fost oħrajn li jkunu jiffukaw fuq kwestjonijiet relatati mal-objettivi tal-programm;

– Azzjonijiet li jisfruttaw u jkomplu jivvalorizzaw ir-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati

(d) miżuri għaż-żieda fl-għarfien dwar il-programm, kif ukoll attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni maħsuba biex jisfruttaw u jkomplu jivvalorizzaw ir-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati u biex jiġu enfasizzati l-prattiki tajba min-naħa tal-bosta organizzazzjonijiet u korpi, bħal:

– Studji dwar kwistjonijiet relatati maċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni ċivika

– Avvenimenti fil-livell tal-Unjoni, inklużi konferenzi, kommemorazzjonijiet u ċeremonji ta' għoti ta' premijiet;

– Appoġġ tal-istrutturi ta’ informazzjoni/ta' pariri tal-programm fl-Istati Membri

– reviżjonijiet bejn il-pari, laqgħat tal-esperti u seminars;

 

– dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-Istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea, inter alia biex jinżammu ħajjin il-memorji tad-delitti mwettqa taħt reġimi totalitarji fl-Istorja moderna Ewropea, bħan-Nazziżmu, il-Faxxiżmu u r-reġimi komunisti totalitarji inkluż l-Istaliniżmu, bl-għan aħħari li tkun preservata il-koeżistenza paċifika fl-Ewropa;

 

– inizjattivi għall-involviment tal-anzjani biex tinżamm ħajja l-memorja ta’ avvenimenti ewlenin li ħallew il-marka tagħhom fuq l-istorja Ewropea;

 

– il-kommemorazzjoni ta’ avvenimenti storiċi importanti u l-promozzjoni ta’ għarfien dwarhom;

 

– inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-funzjonament tagħhom u biex tkun provduta aktar informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali;

 

– riflessjoni/dibattiti fuq valuri komuni;

 

– inizjattivi għal qawmien ta’ kuxjenza biex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-ksenofobija;

Ġustifikazzjoni

L-azzjonijiet ġew organizzati mill-ġdid skont it-tip ta’ attività.

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Iż-żewġ linji msemmija fil-paragrafu 1 huma deskritti fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għotjiet tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti permezz ta’ forom speċifiċi bħal għotjiet operattivi, jew għotjiet ta’ azzjoni.

1. Għotjiet tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti permezz ta’ għotjiet operattivi, jew għotjiet ta’ azzjoni.

 

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kuntratti tal-akkwist pubbliku se jkopru x-xiri ta' servizzi, bħal dawk għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti, l-istudji u r-riċerka, l-informazzjoni u l-għodod ta' disseminazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

2. Il-kuntratti tal-akkwist pubbliku se jkopru x-xiri ta' servizzi li jippermettu l-implementazzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni ta' avvenimenti, l-istudji u r-riċerka, l-informazzjoni u l-għodod ta' disseminazzjoni u l-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Billi l-kelma ‘programm’ kif użata f’din id-deċiżjoni tirreferi għall-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, l-użu tagħha hawnhekk jista’ joħloq il-konfużjoni. Huwa wkoll importanti li jkun hemm enfasi li l-akkwist pubbliku għandu jintuża hawn fejn l-avvenimenti f'livell ta' programm jkunu għadhom qed jiġu kkunsidrati (kelma diretta).

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin, minn issa ’l quddiem imsejħa l-“pajjiżi parteċipanti”:

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-Istati Membri;

(a) l-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) tagħhom, kif elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ġustifikazzjoni

Minħabba li huma ċittadini tal-UE, il-persuni fil-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-programm. Fl-ambitu tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni l-ġdida, l-OCTs huma intitolati jieħdu sehem fil-programmi kollha tal-UE.

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-pajjiżi aderenti, dawk kandidati u dawk potenzjalment kandidati, b’mod konformi mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas, Deċiżjonijiet ta’ Assoċjazzjoni tal-Kunsill jew Ftehimiet simili rispettivi;

(b) il-pajjiżi aderenti, dawk kandidati u dawk potenzjalment kandidati, b’mod konformi mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas, Deċiżjonijiet ta’ Assoċjazzjoni tal-Kunsill jew ftehimiet simili rispettivi; il-proġetti jew programmi li jirċievu finanzjament iridu jikkonformaw u jirrispettaw il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni, bħal relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi ġirien, il-kooperazzjoni, ir-rekonċiljazzjoni u r-rispett reċiproku bejn in-nazzjonijiet;

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-kommemorazzjoni, iċ-ċittadinanza u l-integrazzjoni Ewropea, id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini, b'mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali u reġjonali, kumitati ta' ġemellaġġ, organizzazzjonijiet ta' riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta' riflessjoni), istituti kulturali u storiċi, gruppi ta' ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inklużi assoċjazzjonijiet tal-volontarji u s-superstiti), u organizzazzjonijiet kulturali, taż-żgħażagħ, edukattivi, tar-riċerka u tal-isport. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċeduri amministrattivi huma razzjonalizzati, biex jipprovdu aċċess faċli għall-programm.

 

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm jista’ jkopri attivitajiet konġunti fil-qasam koperti minn dan il-programm, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO, fuq il-bażi ta’ kontribuzzjonijiet konġunti u skont ir-Regolament Finanzjarju.

Il-programm jista’ jappoġġja attivitajiet konġunti fil-qasam koperti minn dan il-programm, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO, fuq il-bażi ta’ kontribuzzjonijiet konġunti u skont ir-Regolament Finanzjarju.

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-programm skont ir-Regolament Finanzjarju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness ma’ dan ir-Regolament.

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-programm u l-partijiet interessati rilevanti u l-esperti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-programm u l-imsieħba u l-esperti rilevanti.

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza u l-komplementarjetà bejn dan il-programm u strumenti f’oqsma oħra ta’ azzjoni tal-Unjoni, speċjalment l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-kultura, l-isport, id-drittijiet u libertajiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza tas-sessi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika tat-tkabbir u l-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm il-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-miżuri applikati fil-programm stabbilit minn dan ir-Regolament u strumenti f'oqsma oħra ta' azzjoni tal-Unjoni, speċjalment l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ, l-isport, il-kultura u s-settur awdjoviżiv, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-solidarjetà interġenerazzjonali, il-volontarjat, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-soċjetà tal-informazzjoni, il-politika tat-tkabbir, il-politika tal-viċinat - b'mod partikolari l-qasam transkonfinali tagħha - u l-azzjoni esterna tal-Unjoni.

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta’ EUR229 miljun.

1. Fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-XXX/YYY dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda, l-ammont ta' referenza finanzjarja tal-programm għandu jkun ta' minimu ta' EUR 229 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Enfasizzar tal-irwol tal-awtorità baġitarja.

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin bejn l-2014 u l-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda.

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament permezz ta’ tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt dwar il-finanzjament tal-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament permezz ta’ tali finanzjament għall-programm skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt dwar il-finanzjament tal-Unjoni għall-programm.

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet dwar għotjiet u deċiżjonijiet dwar għotjiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu s-saħħa b'mod ċar lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet bħal dawn.

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet dwar għotjiet u deċiżjonijiet dwar għotjiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu s-saħħa b'mod ċar lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu verifiki, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet bħal dawn fir-rigward ta' proġetti fl-ambitu tal-programm.

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2, il-progress ser jitkejjel skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Għotjiet magħmula fl-2014

 

Għall-għotjiet magħmula fl-2014, ikun possibli li l-perjodu ta' eliġibilità tal-infiq biex jibda fl-1 ta' Jannar 2014, sakemm l-infiq ma jippreċedix id-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni għall-għotja jew id-data li fiha tibda s-sena baġitarja tal-benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-programm jista’ jibda fl-1 ta' Jannar 2014, anke jekk il-proċess jittardja.

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – sottotitolu ġenerali

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni kumplimentari dwar l-aċċess għall-programm

Informazzjoni kumplimentari dwar l-azzjonijiet appoġġjati

 

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 1 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LINJA 1: Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea

LINJA 1: ‘It-trawwim tal-kommemorazzjoni tal-istorja Ewropea u l-iżvilupp ta' sens ta' identità Ewropea u spirtu ta' appartenenza lill-Unjoni’

(Il-kliem ta' dan it-titolu juża l-kliem tal-emenda għall-Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a)

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linja hija definita minn proġetti u inizjattivi possibbli li jistgħu jiġu mnedija taħt l-intestatura tagħha, mhux mit-tip ta’ organizzazzjonijiet ċiviċi jew atturi li jistgħu japplikaw.

imħassar

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq valuri komuni fl-aktar sens wiesa’, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-diversità. Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jirriflettu fuq il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu) u sabiex jiġu mfakkra l-vittmi tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar punti ta’ referenza oħra fl-istorja Ewropea riċenti. B’mod partikolari, din se tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni bl-iskop li tintlaħaq il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Il-linja għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq l-istorja u d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u fuq valuri komuni fl-aktar sens wiesa', filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ugwaljanza bejn is-sessi. Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jwasslu għal riflessjoni u dibattitu fuq il-kawżi li wasslu għar-reġimi totalitarji u awtoritarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu li wassal għall-Olokawst u r-reġimi komunisti totalitarji, inkluż l-Istaliniżmu) u li jikkommemoraw il-vittmi tar-reati tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar mumenti ewlenin oħra fl-istorja Ewropea riċenti kif ukoll ġebel miljari importanti fl-integrazzjoni tal-Ewropa. B'mod partikolari, din ser tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza, il-fehim reċiproku permezz tad-djalogu interkulturali, ir-rikonċiljazzjoni u l-memorja storika, kif ukoll sens ta' appartenenza għall-Unjoni, bħala mezz biex nimxu 'l quddiem u nibnu l-ġejjieni, b'mod partikolari bl-iskop li tintlaħaq il-ġenerazzjoni żagħżugħa, u fl-istess waqy jiġu miġġielda r-razziżmu u l-intolleranza.

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Anness – parti I – taqsima 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 25 % tal-baġit totali allokat għall-programm ser imorru għal din il-linja.

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LINJA 2: L-impenn demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika

LINJA 2: Trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea permezz tal-impenn demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika.

(Il-kliem ta' dan it-titolu juża l-kliem tal-emenda għall-Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b)

 

Emenda  62

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linja hija definita minn proġetti u inizjattivi possibbli li jistgħu jiġu mnedija taħt l-intestatura tagħha, mhux mit-tip ta’ organizzazzjonijiet ċiviċi jew atturi li jistgħu japplikaw. Il-linja se tinkludi attivitajiet li jkopru l-parteċipazzjoni ċivika fl-aktar sens wiesa’, b’enfasi partikolari fuq il-metodi ta’ strutturar għal sostenibbiltà fit-tul. Se tagħti preferenza lill-inizjattivi u l-proġetti b’rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea.

Il-linja ser tinkludi attivitajiet li jkopru l-parteċipazzjoni ċivika fl-aktar sens wiesa', b'enfasi partikolari fuq il-metodi ta' strutturar biex jiġi żgurat li l-attivitajiet iffinanzjati jkollhom effett dewwiemi. Se tagħti preferenza lill-inizjattivi u l-proġetti - partikolarment proġetti żgħar - mis-soċjetà ċivili u minn organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju b’rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea u dawk li jinvolvu kooperazzjoni u netwerking, djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u metodi ffukati fuq iċ-ċittadini, kif ukoll kwistjonijiet identifikati miċ-ċittadini bħala li jkunu ta' interess maġġuri. Se tkun qed timmira wkoll li tinkludi gruppi li huma diffiċilment raġġunġibbli.

 

Emenda  63

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista’ tkopri wkoll proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ solidarjetà, impenn soċjali u volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

Tista’ tkopri wkoll proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ fehim reċiproku u solidarjetà u li jippromwovu d-demokrazija parteċipattiva, impenn soċjali, netwerking u volontarjat.

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jifdal ħafna xi jsir biex jiġu attirati aktar nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi. Il-fehmiet tan-nisa għandhom jinstemgħu aħjar u tittieħed azzjoni fuqhom minn dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja tan-nies.

Jifdal ħafna xi jsir biex jiġu attirati aktar żgħażagħ u nisa, kif ukoll minoranzi kulturali, f'demokrazija parteċipattiva u fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi. Il-fehmiet tagħhom għandhom jinstemgħu aħjar u tittieħed azzjoni fuqhom minn dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja tan-nies.

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Peress li l-integrazzjoni sħiħa tal-minoritajiet hija għan permanenti tal-Unjoni, għandu jittieħed approċċ aktar kostruttiv biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni politika u ċivika tagħhom.

 

Emenda  66

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 2 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 60 % tal-baġit totali allokat għall-programm ser imorru għal din il-linja.

 

Emenda  67

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

AZZJONI ORIZZONTALI: Valorizzazzjoni

AZZJONI ORIZZONTALI: Disseminazzjoni u moltiplikazzjoni tar-riżultati

Ġustifikazzjoni

Billi hawn qed nittrattaw l-azzjonijiet li huma orizzontali u f’xi każijiet jidhru pjuttost astratti, l-ismijiet li jingħataw għandhom jispjegaw x'inhuma. Barra minn hekk, mhumiex biss ir-riżultati nfushom li għandhom jiġu disseminati; l-impatt u l-valur miżjud tagħhom li jġibu magħhom għandhom ikunu sfruttata ripetutament u, f'xi każijiet, f’setturi oħrajn. L-introduzzjoni tal-kelma ‘moltiplikazzjoni’ tissuġġerixxi dan il-mod ta’ ħsieb. Ngħidu aħna, jekk it-tfassil ta’ metodoloġija ġdida huwa wieħed mir-riżultati ta’ proġett, dan jista' jkun sfruttat illimitatament fi proġetti li jiġu wara.

 

Emenda  68

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-azzjoni għandha tiġi definita għall-Programm ġenerali u tkun applikabbli kemm għal-Linja 1 kif ukoll għal-Linja 2.

Din l-azzjoni għandha tiġi definita għall-programm ġenerali u għandha tkun applikabbli kemm għal-Linja 1 kif ukoll għal-Linja 2. Għandha tapplika biss fejn ikun jidher li tkun utli, meħtieġa u xierqa.

 

Emenda  69

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tappoġġja inizjattivi li jagħtu spinta lit-trasferibbiltà tar-riżultati, tipprovdi qligħ aħjar minn fuq l-investiment, u żżid it-tagħlim mill-esperjenza. Ir-raison d’être ta’ din l-azzjoni huwa “valorizzazzjoni” ulterjuri u l-isfruttament tar-riżultati tal-inizjattivi mnedija bil-għan li tingħata spinta lis-sostenibbiltà fit-tul.

Għandha tappoġġja l-Punti tal-Ewropa għaċ-ċittadini u inizjattivi li joperaw fil-pajjiżi tal-programm li jagħtu spinta lit-trasferibbiltà tar-riżultati, tipprovdi qligħ aħjar minn fuq l-investiment, u żżid it-tagħlim mill-esperjenza. Ir-raison d'être ta' din l-azzjoni huwa ‘valorizzazzjoni’ ulterjuri u l-isfruttament tar-riżultati tal-inizjattivi varati bl-għan li jiġi żgurat li jkollhom effett dewwiemi.

 

Emenda  70

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi bejn il-partijiet interessati fil-livelli lokali u reġjonali inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tat-taħriġ. Dan tal-aħħar jista’ jinkludi skambju interattiv, taħriġ għat-trejners, kif ukoll pereżempju l-iżvilupp ta’ database dwar l-organizzazzjonijiet/il-proġetti ffinanzjati mill-programm.

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi u għarfien bejn il-partijiet interessati inkluż fil-livelli lokali u reġjonali u inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tal-midja soċjali u t-taħriġ. Dan tal-aħħar jista' jinkludi skambji bejn il-pari u taħriġ għal min iħarreġ, kif ukoll, pereżempju, l-iżvilupp ta' għodod tal-ICT li jipprovdu informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet/il-proġetti ffinanzjati mill-programm.

 

Emenda  71

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – taqsima 3 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 5 % tal-baġit totali allokat għall-programm ser imorru għal din il-linja.

 

Emenda  72

Proposta għal regolament

Anness – Parti 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’mod ġenerali, tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta ma’ politiki tal-Unjoni bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

B’mod ġenerali se tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti, ikun x’ikun id-daqs tagħhom, li jkollhom impatt kbir jew li inkella juru potenzjal kbir, b’mod partikolari dawk li huma marbuta ma’ politiki tal-Unjoni jew ma’ kwestjonijiet identifikati miċ-ċittadini bħala kwestjonijiet ta’ interess maġġuri, bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

 

Emenda  73

Proposta għal regolament

Anness – Parti 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni tal-programm u l-maġġoranza tal-azzjonijiet jistgħu jkunu amministrati ċentralment minn aġenzija eżekuttiva.

Il-ġestjoni tal-programm u l-maġġoranza tal-azzjonijiet se jkunu amministrati ċentralment minn aġenzija eżekuttiva. Fil-proċess tal-għażla tal-proġetti, l-aġenzija eżekuttiva għandha tiżgura kemm jista' jkun bilanċ ġeografiku fl-allokazzjoni ta’ fondi u għandha timmonitorja li l-kumpens ta’ finanzjament tal-proġett isir abbażi ta’ infiq reali. L-aġenzija eżekuttiva għandha wkoll toffri tagħrif, pariri u taħriġ fil-lingwa tal-applikant.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament se jiddetermina x’tip ta’ istituzzjoni tkun tikkoordina l-programm.

 

Emenda  74

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet kollha se jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali jew għandu jkollhom dimensjoni Ewropea ċara. Huma se jinkoraġġixxu l-mobbiltà taċ-ċittadini u l-iskambju tal-ideat fl-Unjoni Ewropea.

L-azzjonijiet kollha se jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali jew għandu jkollhom dimensjoni Ewropea. Huma ser jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-iskambju tal-ideat fl-Unjoni.

 

Emenda  75

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-elementi tan-netwerking u l-iffukar fuq l-effetti multiplikaturi, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) moderni u l-midja soċjali, se jkunu importanti u riflessi kemm fit-tipi ta’ attivitajiet kif ukoll fil-firxa ta’ organizzazzjonijiet involuti. L-iżvilupp ta’ interazzjoni u sinerġija fost it-tipi differenti ta’ partijiet interessati involuti fil-programm se jkun imħeġġeġ bil-qawwa.

L-elementi tan-netwerking u l-iffukar fuq l-effetti multiplikaturi, inkluż l-użu ta' ICT moderni u l-midja soċjali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tintlaħaq il-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa, se jkunu importanti u riflessi kemm fit-tipi ta' attivitajiet kif ukoll fil-firxa ta' organizzazzjonijiet involuti. L-iżvilupp ta’ interazzjoni u sinerġija fost it-tipi differenti ta’ partijiet interessati involuti fil-programm se jkun imħeġġeġ bil-qawwa flimkien mal-parteċipazzjoni ta’ gruppi li diffiċli wieħed jilħaqhom.

 

Emenda  76

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ twettaq attivitajiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni kif xieraq, u b’hekk tiżgura konoxxenza wiesgħa u impatt għoli tal-attivitajiet appoġġati mill-programm.

Il-Kummissjoni se twettaq attivitajiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni kif xieraq, u b’hekk tiżgura konoxxenza wiesgħa u impatt għoli tal-attivitajiet appoġġati mill-programm. Dan se jagħmel enfasi fuq it-tagħrif u l-pubbliċità mogħtijin f’livell ta’ Stat Membru fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Għad illi l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jiddominaw bħala l-lingwa ta’ ħidma fil-livell ta’ implementazzjoni tal-proġetti, il-programm jikkonċerna ċ-ċittadinanza Ewropea, u għalhekk il-komunikazzjoni fit-23 (24 mill-2013 ’il quddiem) ilsien uffiċjali għandha tkun inkoraġġita; dan hu wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE.

 

Emenda  77

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġit allokat ikopri wkoll il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

imħassar

 

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bejn wieħed u ieħor 10 % tal-baġit totali ser jiġi allokat għall-ġestjoni tal-programm.

 

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettivi speċifiċi fl-Artikolu 2 jiddeskrivu r-riżultati li l-Programm jipprova jikseb. Il-progress se jitkejjel bl-użu ta’ indikaturi relatati mal-prestazzjoni, kif ġej:

L-objettivi speċifiċi fl-Artikolu 2 jiddeskrivu r-riżultati li l-programm jipprova jikseb. Il-progress ser jitkejjel bl-użu ta' indikaturi relatati mal-prestazzjoni bħalma huma:

 

Emenda  80

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv speċifiku nru 1: Titqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jiġi stimulat dibattitu, riflessjoni u netwerking.

Objettiv speċifiku nru 1: It-tqajjim ta' kuxjenza tal-kommemorazzjoni, l-istorja komuni, il-wirt kulturali, l-identità u l-għan tal-Unjoni li tippromwovi l-paċi, it-tolleranza, il-fehim reċiprku, il-valuri tagħha, id-diversità kulturali u lingwistika tagħha u l-benessri tal-popli tagħha, billi tistimula d-dibattitu, l-azzjonijiet, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks u billi ġġib flimkien nies mill-komunitajiet u l-assoċjazzjonijiet lokali madwar l-Ewropa kollha biex jaqsmu bejniethom u jiskambjaw l-esperjenzi u biex jitgħallmu mill-istorja.

(Il-kliem introduttorju ta' din it-taqsima juża l-kliem tal-emenda għall-Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1)

 

Emenda  81

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

it-tabella mħassra

(Ara l-emendi 82 sa 88)

 

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – intestatura (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Indikaturi:

 

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' parteċipanti involuti direttament;

 

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' persuni milħuqa indirettament mill-programm;

 

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta’ Stati Membri u pajjiżi oħra involuti fi proġetti;

 

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' proġetti;

 

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 5 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– kwalità ta' applikazjonijiet tal-proġetti u l-grad sa fejn ir-riżultati tal-proġetti selezzjonati jistgħu jiġu sfruttati/trasferiti ulterjorment;

 

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 1 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 6 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– perċentwal ta’ dawk li qed japplikaw għall-ewwel darba.

 

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv speċifiku nru 2: Inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għal involviment soċjali u volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

Objettiv speċifiku nru 2: Inkoraġġiment tal-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi parteċipanti kollha kif ukoll il-parteċipazzjoni demokratika u ċivika u d-djalogu interkulturali fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fih, u jiġu promossi opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

(Il-kliem introduttorju ta' din it-taqsima juża l-kliem tal-emenda għall-Artikolu 2 – punt 2 – subparagrafu 1)

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

it-tabella mħassra

(Ara l-emendi 91 sa 106)

 

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – intestatura (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Indikaturi:

 

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' parteċipanti involuti direttament;

 

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' persuni milħuqa indirettament mill-programm;

 

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' organizzazzjonijiet li qed jieħdu sehem;

 

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta’ Stati Membri u pajjiżi oħra involuti fi proġetti;

 

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 5 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– il-perċezzjoni tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha min-naħa tal-benefiċjarji;

 

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 6 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– kwalità tal-applikazzjonijiet tal-proġetti;

 

Emenda  98

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 7 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– perċentwal ta’ dawk li qed japplikaw għall-ewwel darba;

 

Emenda  99

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 8 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' sħubiji transnazzjonali inklużi tipi differenti ta' partijiet interessati;

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 9 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd ta' netwerks ta' bliet iġġemellati;

 

Emenda  101

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 10 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– għadd u kwalità tal-inizjattivi ta’ politika li jagħtu segwitu għal attivitajiet appoġġjati mill-programm fil-livell lokali jew Ewropew;

 

Emenda  102

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 11 (ġdid) – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– kopertura ġeografika tal-attivitajiet:

 

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 11 (ġdid) – punt 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

• tqabbil bejn il-perċentwal ta' proġetti mressqa minn Stat Membru wieħed bħala sieħeb mexxej u l-popolazzjoni ta’ dak l-Istat Membru bħala perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni;

 

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 11 (ġdid) – punt 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

• tqabbil bejn il-perċentwal ta' proġetti selezzjonati skont kull Stat Membru bħala sieħeb mexxej u l-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni;

 

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 11 (ġdid) – punt 3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

• tqabbil bejn il-perċentwal ta' proġetti mressqa minn Stat Membru wieħed bħala sieħeb mexxej jew kosieħeb u l-popolazzjoni ta’ dak l-Istat Membru bħala perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni;

 

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – taqsima 2 – subtaqsima 1 (ġdida) – inċiż 11 (ġdid) – punt 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

• tqabbil bejn il-perċentwal ta' proġetti selezzjonati skont kull Stat Membru bħala sieħeb mexxej jew kosieħeb u l-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni;

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-proposta tal-Kummissjoni L-Ewropa għaċ-Ċittadini (2014-2010), li ssegwi l-programm attwali (2007-2013), minkejja baġit relattivament modest (previst li se jkun ta' EUR 229 miljun), hija waħda mill-programmi l-aktar viżibbli li qed jiġi kkunsidrat mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew. L-objettiv tal-programm hu t-tisħiħ tal-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni, u jibqa' l-uniku programm li hu esklussivament iddedikat għall-promozzjoni ta' dawn l-għanijiet fuq livell Ewropew. Il-proposta tal-programm il-ġdid hija simili għall-programm Ewropa għaċ-Ċittadini (2007-2013) li hemm fis-seħħ bħalissa, li għalih ir-relatur diġà kien responsabbli. Dan ir-rapport jagħti l-fehmiet tar-relatur dwar il-programm propost.

Il-proposta tal-Kummissjoni bniet fuq il-valutazzjoni ta’ nofs it-term tal-programm attwali, u tiddikjara li qieset konsultazzjonijiet li saru ma’ partijiet interessati ewlenin. Madankollu, minkejja similaritajiet maġġuri fil-programm attwali u dak futur, il-Kummissjoni, kemmxejn b’mod sorprendenti u mingħajr ma tat aktar spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni, għamlet bidla waħda żgħira imma safrattant sinifikanti fil-proposta tagħha: hija ddikjarat l-Artikolu 352 TFUE bħala l-unika bażi legali tal-programm. L-artikolu in kwestjoni jipprovdi għal proċedura leġiżlattiva speċjali, jiġifieri l-proċedura ta’ approvazzjoni, li tagħti lill-Parlament Ewropew l-għażla waħda li jew jaċċetta jew jirrifjuta, imma mhux li jemenda t-test. Skont din il-proċedura, ir-rwol ewlieni ġie assenjat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropa. Preċedentement, għalkemm taħt it-trattat tal-UE ta’ qabel, it-TKE, il-programm kien ingħata bażi legali doppja biex tkun taqbel mal-objettivi differenti tiegħu, fosthom il-parteċipazzjoni ċivika, id-diversità kulturali u l-kommemorazzjoni, u ġie adottat skont (dik li attwalment tissejjaħ) il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ir-relatur, kif ukoll il-Kumitat CULT, sabuha bi tqila li jaċċettaw il-bażi legali proposta u ttieħdet deċiżjoni biex tinkiseb l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Parlament. L-opinjoni tas-Servizz Legali dwar il-kwestjoni, li sussegwentement ġiet approvata mill-Kumitat tal-Parlament JURI, ikkonkluda li bażi legali doppja kienet xierqa għall-programm, peress li ż-żewġ objettivi tal-programm kienu meqjusa indaqs fl-importanza tagħhom, imma safrattant kienu koperti b’mod distint minn artikoli differenti tat-TFUE, jiġifieri l-Artikoli 167 u 352. Ir-relatur għamel għadd ta’ tentattivi biex jirrikonċilja l-kwestjoni, imma la l-Kummissjoni u l-anqas il-Kunsill ma wrew xi xewqa li jibdlu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwestjoni.

Ir-rapport, għalhekk, ġie mħejji waqt żmien meta kien hemm staġnar fil-proċeduri. Ir-relatur u l-Kumitat iddeċidew li jirrifjutaw il-proposta fis-sura attwali tagħha. Imma, b’mod importanti, minħabba s-suċċess tal-programm attwali, ir-relevanza tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll il-‘valur miżjud’ Ewropew ċar tiegħhu, dan ir-rapport ġie maħdum bil-ħsieb li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta jagħmilhom espliċiti. Ir-relatur jittama li r-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki tiegħu, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki sussegwenti tal-kollegi tiegħu, jiġu meqjusa malajr mill-Kummissjoni u mill-Kunsill, ħalli l-programm il-ġdid ma jiddewwimx, jew, jerġa’ agħar minn hekk, jiġi ikkanċllat. Ir-relatur irid jenfasizza li l-proposta, bl-eċċezzjoni tal-bażi legali proposta, hija tajba sa ċertu punt kif inhi, u l-Kunsill kompla jtejjeb it-test.

Minħabba l-iskeda stretta tax-xogħol u bil-għan li jiġi żgurat li l-programm il-ġdid ma jiddewwimx minħabba l-impenji tal-Parlament Ewropew, ir-relatur qies it-test tal-Kunsill, ippubblikat fl-4 ta’ Mejju 2012. Għad wieħed irid jittama li t-test finali jkun jista’ jsir qbil dwaru (ukoll mal-Kummissjoni u mal-Kunsill) u jiġi adottat kmieni fis-sena 2013, u b'hekk tkun tista' ssir transizzjoni mingħajr intoppi mill-programm attwali ta’ L-Ewropa għaċ-Ċittadini għall-programm il-ġdid.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-modifiki prinċipali tar-relatur dwar il-proposta saru fl-oqsma u/jew fil-modi li ġejjin:

a) tiġi emendata l-bażi legali biex tirrifletti l-fehmiet tal-Parlament Ewropew, i.e. bażi legali doppja: Artikoli 352 u 167 tat-TFUE;

b) tiġi msaħħa l-parti tal-programm dwar il-kommmemorazzjoni, billi tiġi enfasizzata din diġà fl-objettivi ġenerali;

c) tiġi enfasizzata l-importanza tal-inizjattivi żgħar fil-livell lokali u dawk minn isfel għal fuq u l-kwestjonijiet identifikati miċ-ċittadini bħala kwestjonijiet ta’ interess maġġuri għalihom; jiġi kkunsidrat b’mod ugwali l-potenzjal ġejjieni tal-proġetti, u mhux sempliċement l-impatt qawwi tagħhom fuq żmien qasir;

d) titnaqqas kemm jista’ jkun l-allokazzjjoni tal-baġit għall-attivitajiet tal-Kummissjoni stess ta’ ‘komunikazzjoni korporattiva’, ħalli l-fondi jintefqu fejn huma l-aktar importanti;

e) jiġi żgurat li r-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-isport jiġi enfasizzat fil-proposta;

f) jiġi żgurat, kemm jista’ jkun possibbli, bilanċ ġeografiku fid-distribuzzjoni tal-fondi.

Barra minn hekk, ir-relatur irid jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kunsill għadu jrid jiddiskuti l-baġit li hu pproġettat fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-baġit se jiġi diskuss meta l-Qafas Finanzjarju Pluriennali jiġi finalizzat. Ladarba jkun sar dan, ir-relatur jixtieq jara lill-Kumitat CULT, kif ukoll lill-Parlament Ewropew b’mod ġenerali, jirsistu għal żieda fl-invilopp finanzjarju. Bħalissa, iċ-ċifri tal-baġit l-anqas biss jaqblu mal-invilopp finanzjarju tal-programm attwali ta’ L-Ewropa għaċ-Ċittadini, jekk jiġu aġġustati skont l-inflazzjoni.

 

OPINJONI TAL-MINORANZA

imressqa skont l-Artikolu 52(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Marie-Christine Vergiat, Lothar Bisky, Inês Cristina Zuber

f'isem il-Grupp GUE/NGL

Bħalissa, il-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" (2007-2013) jiffinanzja għadd ta' ħidmiet ta' OMGs u ġemellaġġi.

Iżda l-Kunsill, appoġġjat mill-maġġoranza tal-Membri tal-Kumitat CULT, biddel bis-saħħa l-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

Wara votazzjoni fil-Kumitat, 25% ta' dan il-programm (meta mqabbel mal-4% preċedenti) jistgħu jiġu ddedikati għall-"memorja tal-Istorja Ewropea", terminu ambigwu li jmur oltre d-"dmir ta' memorja" meħtieġ fir-rigward tal-vittmi tar-reġimi totalitarji.

Aħna ma naċċettawx li jiġu trażmessi lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda la l-gidba storika li toħloq rabta bejn il-komunisti u n-nazzisti, u lanqas it-tentattivi ta' tnessija tad-dittaturi faxxisti li aġixxew fin-nofsinhar tal-Ewropa, u lanqas il-passat kolonjali.

Dan huwa insult għall-memorja tal-komunisti kollha u tad-demokrati l-oħra li kkumbattew kontra dawn ir-reġimi u mietu għal din il-ġlieda.

Din tikkostitwixxi għażla ridotta tal-Istorja.

Ivvutajna kontra dan ir-rapport għaliex niddefendu:

- id-diversità u r-rispett tad-diversi kulturi u popli li jikkostitwixxu l-Ewropa

- il-firda bejn il-ħidma politika u dik tal-istoriċi u r-riċerkaturi

- il-prinċipji demokratiċi li jinkludu d-dibattitu u l-possibilità ta' viżjoni kritika tal-UE, tal-kostruzzjoni tagħha u tal-Istorja tagħha.

12.10.2012

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu bejn l-2020 u l-2020

( COM(2011)0884 – C7‑0000/2012 – 2011/0436(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Sógor

 

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-proġett Ewropew u l-iżvilupp tal-Ewropa għandhom rwol importanti fit-tegħlib tal-kriżi u t-tqegħid tal-Ewropa fuq mogħdija sostenibbli lejn it-tkabbir, billi jibnu fuq l-esperjenza misluta f'50 sena ta' ħidma, disponibilità għall-kooperazzjoni, kooperazzjoni li tittraxxendi l-ġnus u n-nazzjonijiet, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-għajnuna mogħtija minn dawk aktar avvanzati lil dawk anqas vantaġġjati. Flimkien mal-fatti u s-sensazzjonijiet addizjonali, dawn il-fatturi kollha jsawru l-ispirtu Ewropew, li, oltre l-kooperazzjoni ekonomika u soċjali, huwa l-ixprun fundamentali tal-Ewropa bħala komunità fil-livell ta' ċittadini Eworpej, u li jeħtieġ it-tisħiħ.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tal-espressjoni ‘l-ispirtu Ewropew’ fil-programm ‘Ewropa għaċ-ċittadini’ għandha tagħti imbuttatura lill-ippjanar u lill-implementazzjoni tal-proġetti. Jekk naħsbu dwarhom, il-proġetti tal-ġemellaġġ tal-ibliet u n-nies imdaħħlin fil-proġetti ta’ sħubija internazzjonali jippersonifikaw dan l-ispirtu permezz tal-azzjonijiet tagħhom: li kieku ma jkunx hemm konfini fiżiċi u nikkondividu l-ispazju Ewropew bejnietna, id-diversità nazzjonali u kulturali tagħmilna aktar miftuħin u naċċettaw lil xulxin, u nkunu nistgħu nibnu fuq 50 sena ta' storja u suċċess tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, hija meħtieġa varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati permezz ta’ attivitajiet fil-transnazzjonali u tal-Unjoni. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità unika biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

(4) Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, filwaqt li jitħaddan is-sens ta' ċittadinanza komuni permezz ta' fehim aħjar u għarfien reċiproku aħjar, hija meħtieġa varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati permezz ta’ attivitajiet fil-transnazzjonali u tal-Unjoni. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità unika biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-politika u fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fejn jidħlu t-temi tal-proġetti, l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kuntest lokali u reġjonali, u l-kompożizzjoni tal-partijiet interessati, għandu jkun hemm sinerġiji importanti ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jiġifieri fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura, il-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni, u l-politika reġjonali.

(7) Fejn jidħlu t-temi tal-proġetti, l-inkorporazzjoni tagħhom fil-kuntest lokali u reġjonali, u l-kompożizzjoni tal-partijiet interessati, għandu jkun hemm sinerġiji importanti ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jiġifieri fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura, il-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll is-solidarjetà interġenerazzjonali u l-politika reġjonali.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-programm il-ġdid għandu jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet differenti u jinkludi, fost oħrajn, laqgħat maċ-ċittadini, kuntatti u dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ ċittadinanza, avvenimenti fil-livell tal-Unjoni, inizjattivi għal riflessjoni fuq mumenti importanti fl-istorja Ewropea, inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-funzjonament tagħhom, u dibattiti dwar kwistjonijiet tal-politika Ewropea, bl-għan li jitrawmu l-aspetti kollha tal-ħajja pubblika.

(8) Il-programm il-ġdid għandu jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet differenti u jinkludi, fost oħrajn, laqgħat maċ-ċittadini, kuntatti u dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ ċittadinanza, avvenimenti fil-livell tal-Unjoni, inizjattivi għal riflessjoni fuq mumenti importanti fl-istorja Ewropea u fuq il-futur tal-Ewropa u għall-analiżi u l-kommemorazzjoni tagħhom, inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-funzjonament tagħhom, u dibattiti dwar kwistjonijiet tal-politika Ewropea, bl-għan li jitrawmu l-aspetti kollha tal-ħajja pubblika.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multilingwali tal-UE.

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multikulturali u multilingwi tal-UE.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Se tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-UE bil-għan li jipparteċipaw fit-tfassil tal-aġenda politika tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità.

(16) Se tingħata preferenza mhux biss lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, imma wkoll b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-UE bil-għan li jipparteċipaw fit-tfassil tal-aġenda politika tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità, barra minn hekk, kull sena għandhom jiġu stabbiliti diversi skadenzi għall-irċevuti tal-offerti, il-proporzjon tal-ispejjeż tal-proġetti ffinanzjati mill-għotjiet tal-UE u l-finanzjament minn qabel tal-proġetti għandu jiżdied, u għandhom jiġu stabbiliti skadenzi itwal u aktar flessibbli għall-implimentazzjoni tal-proġetti.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tisħiħ tal-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni.

It-tisħiħ tal-kommemorazzjoni u l-ispirtu Ewropew u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-inkorporazzjoni tal-kelma ‘spirtu’ tissuġġerixxi għamla ta’ pont bejn l-imgħoddi u l-preżent. It-tifkira hija wieħed mill-elementi ta’ dan l-ispirtu, billi l-ġrajjiet negattivi tal-imgħoddi kellhom parti ewlenija fit-twaqqif tal-Komunità Ewropea. Il-programm għandu jissuġġerixxi li l-Komunità Ewropea tkun iggwidata minn spirtu komuni, u li jkun importanti għall-Komunità li kemm jista’ jkun ċittadini jħossuh u jipprofessawh dan l-ispirtu, billi jista' jwassal għal koeżjoni eqreb.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. iqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

1. it-tqajjim tal-kuxjenza tal-kommemorazzjoni, l-istorja komuni, l-identità u l-valuri u l-għan tal-Unjoni tal-promozzjoni tal-paċi, il-valuri tagħha, id-diversità kulturali u lingwistika tagħha u l-benessri taċ-ċittadini tagħha, billi jiġu stimulati d-dibattitu, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta' netwerks u billi jgħaqqdu n-nies ħalli jikkondividu u jaqsmu esperjenzi, jitgħallmu mill-istorja u jiddiskutu l-futur tal-Ewropa;

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-Roma u lill-minoritajiet oħra fl-UE, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom bħala ċittadini tal-UE bid-drittijiet kollha.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) iqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

(1) iqajjem kuxjenza tal-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità, l-ispirtu u l-objettivi tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

Ġustifikazzjoni

L-inkorporazzjoni tal-kelma ‘spirtu’ tissuġġerixxi għamla ta’ pont bejn l-imgħoddi u l-preżent. Il-kommemorazzjoni hija element minnhom ta’ dan l-ispirtu, billi l-ġrajjiet negattivi tal-imgħoddi kellhom parti ewlenija fit-twaqqif tal-Komunità Ewropea. Il-programm għandu jissuġġerixxi li l-Komunità Ewropea tkun iggwidata minn spirtu komuni, u li jkun importanti għall-Komunità li kemm jista’ jkun ċittadini jħossuh u jipprofessawh dan l-ispirtu, billi jista' jwassal għal koeżjoni eqreb.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea

(a) ‘It-trawwim tal-kommemorazzjoni tal-istorja Ewropea u l-iżvilupp ta' sens ta' identità u spirtu Ewropej’

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati tal-proġett (azzjonijiet ta’ “Valorizzazzjoni”).

Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati tal-proġett (azzjonijiet ta’ “Disseminazzjoni u moltiplikazzjoni”).

Ġustifikazzjoni

Xi riżultati ta’ proġetti jistgħu jkunu disseminati, filwaqt li oħrajn huma tajba għall-moltiplikazzjoni (użu frekwenti u ripetut).

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-programm għandu jiffinanzja, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin, implimentati fuq livell transnazzjonali jew li għandhom dimensjoni Ewropea ċara:

(2) Sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-programm għandu jiffinanzja, fost l-oħrajn (iżda mhux b’mod esklussiv), it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin, implimentati fuq livell transnazzjonali jew li għandhom dimensjoni Ewropea ċara:

Ġustifikazzjoni

L-inklużjon ta' 'mhux eklussivament' tfisser li l-elenku mhux konkluż.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħolqien u l-operazzjonijiet ta’ sħubiji u netwerks transnazzjonali

Il-ħolqien u l-operazzjoni ta’ konnessjonijiet bejn il-fruntieri ta’ kooperazzjoni u netwerks internazzjonali

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta’ interess ġenerali Ewropew

Appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta’ interess Ewropew

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini tal-Komunità u dibattiti dwar kwistjonijiet taċ-ċittadinanza bbażata fuq l-użu tal-ICT u/jew midja soċjali

Id-dibattiti dwar kwistjonijiet taċ-ċittadinanza bħalma huwa l-bini ta' komunità bbażata fuq l-użu tal-ICT u/jew midja soċjali

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-istorja Ewropea, b’mod partikolari biex jinżammu ħajjin il-memorji tar-reati mwettqa taħt in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu

Dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-istorja Ewropea, b’mod partikolari biex jinżammu ħajjin il-memorji tar-reati mwettqa taħt reġimi totalitarji

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riflessjoni/dibattiti fuq valuri komuni

Riflessjoni/dibattiti fuq valuri komuni Ewropej, l-identità u l-futur u l-ispirtu Ewropej

Ġustifikazzjoni

F’armonija mal-artikolu l-oħrajn konċernanti l-introduzzjoni tat-terminu ‘spirtu’, li huwa wieħed mill-elementi kostituttivi fundamentali tal-kostruzzjoni Ewropea.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u l-funzjonament tagħhom

Inizjattivi biex jikber għarfien in-nies fuq l-istituzzjonijiet tal-UE u l-funzjonament tagħhom

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jisfruttaw u jkomplu jivvalorizzaw ir-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati

Azzjonijiet għat-tixrid, l-isfruttament u l-promozzjoni tal-moltiplikazzjoni tar-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati

Ġustifikazzjoni

Oltre t-tixried tar-riżultati, għandha tingħata attenzjoni meta jkunu ppjanifikati u implementati l-proġetti ħalli jkun deċiż kif ir-riżultati jistgħu jintużaw mill-ġdid fil-futur, billi jkun hemm kontribuzzjoni għal żvilupp aktar dinamiku. Ngħidu aħna, ir-riżultat ta’ proġett jista’ jkun studju, imma dik li setgħet kienet metodoloġija ġdida mfassla hu u jiġi prodott l-istudju, tista' tkun applikabbli għal bosta proġetti oħrajn. Il-metodoloġija għalhekk tkun importanti daqs ir-riżultat, billi tista’ tintuża bosta drabi.

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Appoġġ tal-istrutturi ta’ informazzjoni/ta' pariri tal-programm fl-Istati Membri

Il-pubbliċità u l-pariri dwar il-programm fil-livell ta’ Stat Membru u l-għoti ta’ struttura istituzzjonali xierqa għalbiex dan iseħħ

Ġustifikazzjoni

It-tisħiq ma għandux isir dwar l-istrutturi istituzzjonali imma dwar il-pubbliċità u l-pariri, li għalihom tkun meħtieġa l-istruttura istituzzjonali.

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kuntratti tal-akkwist pubbliku se jkopru x-xiri ta' servizzi, bħal dawk għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti, l-istudji u r-riċerka, l-informazzjoni u l-għodod ta' disseminazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

(2) Il-kuntratti tal-akkwist pubbliku se jkopru x-xiri ta' servizzi li jippermettu l-implementazzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni ta' avvenimenti, l-istudji u r-riċerka, l-informazzjoni u l-għodod ta' disseminazzjoni u l-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Billi l-kelma ‘programm’ kif użata f’din id-deċiżjoni tirreferi għall-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, l-użu tagħha hawnhekk jista’ joħloq il-konfużjoni. Huwa wkoll importanti li jkun hemm enfasi li l-akkwist pubbliku għandu jintuża hawn fejn l-avvenimenti f'livell ta' programm jkunu għadhom qed jiġu kkunsidrati (kelma diretta).

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni, il-memorja komuni u l-valuri u l-identità Ewropej, irrispettivament min-numru tal-membri li għandhom jew id-daqs tal-baġit tagħhom, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari mal-benefiċjarji tal-programm u l-partijiet interessati rilevanti u l-esperti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari lokali u onlajn mal-benefiċjarji tal-programm u l-partijiet interessati rilevanti u l-esperti.

Ġustifikazzjoni

Il-faċilità ta’ konsultazzjoni onlajn għandha tkun konsolidata u jkollha profil ogħla. Għad li ġa teżisti, dan għandu jingħad b’mod aktar ċar fir-regolament.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proposti magħmulin matul il-konsultazzjonijiet jitqiesu mill-Kummissjoni hi u tfassal il-programmi tagħha ta' ħidma ta' kull sena.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament se jġiegħel lill-Kummissjoni kontinwament ittejjeb il-programmi tagħha ta’ ħidma ta’ kull sena, ukoll meta l-programmi jkunu għaddejjin.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza u l-komplementarjetà bejn dan il-programm u strumenti f’oqsma oħra ta’ azzjoni tal-Unjoni, speċjalment l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-kultura, l-isport, id-drittijiet u libertajiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza tas-sessi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika tat-tkabbir u l-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koerenza u komplementarjetà bejn il-miżuri applikati f’dan il-programm u strumenti f’oqsma oħra ta’ azzjoni tal-Unjoni, speċjalment l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-kultura, l-isport, id-drittijiet u libertajiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza tas-sessi, is-solidarjetà interġenerazzjonali, ix-xogħol volontarju, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika tal-viċinat u tat-tkabbir u l-azzjoni esterna tal-Unjoni.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Anness – Punt 1 – element 1 - Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea

1. Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, iċ-ċittadinanza u l-ispirtu Ewropej

Ġustifikazzjoni

Jinġieb inlinja mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Anness 1 – element 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq valuri komuni fl-aktar sens wiesa’, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-diversità. Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jirriflettu fuq il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu) u sabiex jiġu mfakkra l-vittmi tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar punti ta’ referenza oħra fl-istorja Ewropea riċenti. B’mod partikolari, din se tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni bl-iskop li tintlaħaq il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq l-istorja Ewropea, id-diversità kulturali u lingwistika, u valuri komuni fl-aktar sens wiesa’, filwaqt li tiġi kkunsidrata Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jirriflettu fuq il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu) u sabiex jiġu mfakkra l-vittmi tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar punti ta’ referenza oħra fl-istorja Ewropea riċenti. B'mod partikolari, din ser tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza, il-fehim reċiproku permezz ta' djalogu interkulturali u r-rikonċiljazzjoni bħala mezz biex nimxu lil hinn mill-passat u nibnu l-futur, b'mod partikolari bl-iskop li tintlaħaq il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Anness 1 – element 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jifdal ħafna xi jsir biex jiġu attirati aktar nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi. Il-fehmiet tan-nisa għandhom jinstemgħu aħjar u tittieħed azzjoni fuqhom minn dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja tan-nies.

Jifdal ħafna xi jsir biex it-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi jinfetaħ aktar għan-nisa u għal dawk li jinsabu f’qagħdiet vulnerabbli. Leħinhom għandu jinstema’ aħjar u tittieħed azzjoni fuqu minn dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi li għandhom impatt fuq il-ħajja tan-nies.

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Anness 1 – element 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Peress li l-integrazzjoni sħiħa tal-minoritajiet hija għan permanenti tal-UE, għandu jittieħed approċċ aktar kostruttiv biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni politika u ċivika tagħhom.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Anness – Punt 1 – Azzjoni orizzontali - Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

AZZJONI ORIZZONTALI: Valorizzazzjoni

AZZJONI ORIZZONTALI: tixrid u moltiplikazzjoni tar-riżultati

Ġustifikazzjoni

Billi hawn qed nittrattaw l-azzjonijiet li huma orizzontali u f’xi każijiet jidhru pjuttost astratti, l-ismijiet li jingħataw għandhom jispjegaw x'inhuma. Barra minn hekk, mhumiex biss ir-riżultati nfushom li għandhom jiġu disseminati; l-impatt u l-valur miżjud tagħhom li jġibu magħhom għandhom ikunu sfruttata ripetutament u, f'xi każijiet, f’setturi oħrajn. L-introduzzjoni tal-kelma ‘moltiplikazzjoni’ tissuġġerixxi dan il-mod ta’ ħsieb. Ngħidu aħna, jekk it-tfassil ta’ metodoloġija ġdida huwa wieħed mir-riżultati ta’ proġett, dan jista' jkun sfruttat illimitatament fi proġetti li jiġu wara.

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Anness – Azzjoni orizzontali – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi bejn il-partijiet interessati fil-livelli lokali u reġjonali inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tat-taħriġ. Dan tal-aħħar jista’ jinkludi skambju interattiv, taħriġ għat-trejners, kif ukoll pereżempju l-iżvilupp ta’ database dwar l-organizzazzjonijiet/il-proġetti ffinanzjati mill-programm.

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi bejn il-partijiet interessati fil-livelli lokali u reġjonali inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tal-midja soċjali jew tat-taħriġ. Dan tal-aħħar jista’ jinkludi skambju interattiv, taħriġ għat-trejners, kif ukoll pereżempju l-iżvilupp ta’ database dwar l-organizzazzjonijiet/il-proġetti ffinanzjati mill-programm.

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Anness 1 – punt 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’mod ġenerali, tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta ma’ politiki tal-Unjoni bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

B’mod ġenerali, tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma marbuta ma’ politiki tal-Unjoni jew kwistjonijiet identifikati minn ċittadini bħala li huma ta' interess maġġuri, bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Anness – punt 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni tal-programm u l-maġġoranza tal-azzjonijiet jistgħu jkunu amministrati ċentralment minn aġenzija eżekuttiva.

Il-ġestjoni tal-programm u l-maġġoranza tal-azzjonijiet se jkunu amministrati ċentralment minn aġenzija eżekuttiva.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament se jiddetermina x’tip ta’ istituzzjoni tkun tikkoordina l-programm.

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Anness – punt 2 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa amministrattiva globali tal-programm għandha tkun proporzjonata mal-kompiti previsti fil-programm ikkonċernat.

In-nefqa amministrattiva globali tal-programm għandha tkun proporzjonata mal-kompiti previsti fil-programm ikkonċernat u ma għandhiex tikkomprendi aktar minn 12% tal-baġit tal-programm.

Ġustifikazzjoni

Il-fissazzjoni tal-livell massimu fir-regolament iservi bħala messaġġ u jiskoraġġixxi l-kummenti dwar il-burokrazija Ewropea eċċessiva.

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Anness – punt 2 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ twettaq attivitajiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni kif xieraq, u b’hekk tiżgura konoxxenza wiesgħa u impatt għoli tal-attivitajiet appoġġati mill-programm.

Il-Kummissjoni se twettaq attivitajiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni kif xieraq, u b’hekk tiżgura konoxxenza wiesgħa u impatt għoli tal-attivitajiet appoġġati mill-programm. Dan se jagħmel enfasi fuq it-tagħrif u l-pubbliċità mogħtijin f’livell ta’ Stat Membru fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Għad illi l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jiddominaw bħala l-lingwa ta’ ħidma fil-livell ta’ implementazzjoni tal-proġetti, il-programm jikkonċerna ċ-ċittadinanza Ewropea, u għalhekk il-komunikazzjoni fit-23 (24 mill-2013 ’il quddiem) ilsien uffiċjali għandha tkun inkoraġġita; dan hu wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE.

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Anness 1 – punt 3 – objettiv speċifiku 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Titqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u dwar l-identità u l-għan tagħha billi jiġi stimulat dibattitu, riflessjoni u netwerking;

It-tqajjim tal-kuxjenza tal-kommemorazzjoni, l-istorja komuni, l-identità u l-valuri u tal-għan tal-Unjoni tal-promozzjoni tal-paċi, il-valuri tagħha, id-diversità kulturali u lingwistika tagħha u l-benessri taċ-ċittadini tagħha, billi jiġu stimulati d-dibattitu, ir-riflessjoni u l-iżvilupp ta' netwerks u billi jgħaqqdu n-nies ħalli jikkondividu u jaqsmu esperjenzi, jitgħallmu mill-istorja u jiddiskutu l-futur tal-Ewropa.

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Anness – punt 3 – objettiv speċifiku 2 – Tabella – ringiela 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

Proporzjon ta’ kapijiet ta’ konsorzju mill-Istati li ssieħbu fl-UE fl-2004, l-2007 u fl-2013

m.a.

Minimu ta’ 35 % fl-oqsma kollha.

Ġustifikazzjoni

Irid ikun enfasizzat f’livell ta’ programmi komunitarji li l-koordinazzjoni tal-proġetti għandha ssir mhux biss mill-15-il Stat Membru l-antiki imma għandha tibda tinfirex ukoll f’dan il-qasam – fi kliem ieħor, il-kultura u l-esperjenza tal-ġestjoni tal-proġetti għal sħubijiet internazzjonali għandhom ikunu żvilupp fit-13-il Stat Membru ġdid, biex b’hekk tkun promossa integrazzjoni Ewropea realistika.

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness – punt 3 – Azzjoni orizzontali (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

AZZJONI ORIZZONTALI: tixrid u moltiplikazzjoni tar-riżultati

Indikaturi tar-riżultat

L-aħħar riżultat magħruf

Mira fit-tul medju (riżultat)

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha wkoll tiddetermina l-indikaturi tar-riżultati għall-azzjonijiet orizzontali li tipproponi.

 

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev, Jan Mulder, Siiri Oviir, Marco Scurria

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith A. Merkies, Kay Swinburne, Salvatore Tatarella

 

 

15.10.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perijodu bejn l-2020 u l-2020

( COM(2011)0884 – C7-0000/2012 ‑ 2011/0436(APP) )

Relatur: Gerald Häfner

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni kienet ipproponiet programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014-2020. Il-proposta tqis l-esperjenzi u l-valutazzjonijiet tal-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” 2007-2013, li għaddej bħalisas, kif ukoll il-konsultazzjonijiet mal-istakeholders. Saret valutazzjoni sħiħa tal-impatt.

L-għan ġenerali ta’ programm fil-futur kif propost mill-Kummissjoni hu li “jsaħħaħ il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u jtejjeb il-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni”. L-objettivi speċifiċi huma li “l-stimolu ta’ dibattiti, riflessjoni u kooperazzjoni dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u dwar l-integrazzjoni tagħha” u li “jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiżviluppa l-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni". Il-Kummissjoni ddefeniet ukoll ġamma ta’ objettivi operazzjonali li temmen se jżidu l-kapaċità li jsiru indikaturi isħaħ għal valutazzjoni aħjar tal-progress u l-impatt.

Dawn l-objettivi operazzjonali huma l-“organizzazzjoni ta’ sostenn biex jippromwovu dibattiti u attivitajiet fuq il-kommemorazzjoni tal-istorja Ewropea u l-valuri Ewropej”, “Organizzazzjonijiet ta’ sostenn ta’ interess ġenerali Ewropew, sħubiji u netwerks transnazzjonali għall-promozzjoni tal-interazzjonijiet taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet tal-UE” u dimensjoni orizzontali “Analiżi, disseminazzjoni u valorizzazzjoni tar-riżultati tal-proġett permezz ta’ attivitajiet interni u esterni”. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tipproponi tliet kanali għall-programm: “Il-kommemorazzjoni Ewropea u ċ-ċittadinanza Ewropea”, “L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika” u “Il-Valorizzazzjoni”.

Il-proposta jeħtieġ li wieħed jaraha fil-kuntest tal-prinċipji demokratiċi tal-Artikoli 10 u 11 TUE[4] mingħajr ma jiġu rimpjazzati d-djalogi maċ-ċittadini, stakeholders u gruppi ta’ interess. Il-Kummissjoni tixtieq ukoll tgħaqqad l-attivitajiet magħmula bħala parti minn din il-programm aqtar mill-qrib mal-għemil konkret tal-politiki. Il-programm jikkontempla jopera l-għotjiet u l-għotjiet għall-azzjoni bbażati fuq sejħiet miftuħin għall-proposti, kif ukoll – fejn ikun applikabbli – kontratti ta’ servizzi bbażati fuq is-sejħiet għall-offerti. Huwa kkontemplat li jkun hemm kontinwazzjoni tal-użu ta’ aġenzija eżekuttiva għall-implementazzjoni ta' ċerti kompiti ta' ġestjoni tal-programm. L-envelopp finanzjarju propost huwa ta’ EUR 229 miljun fi prezzijiet kurrenti[5].

 

Valutazzjoni u emendi proposti

Il-kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni talab lill-kumitat għall-Affarijiet Legali għall-opinjoni tiegħu dwar jekk il-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għall-programm (Artikolu 352 TFUE) hijiex xierqa. Il-kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Marzu 2012 li jirrakkomanda li l-bażi ġuridika għandha tkun l-Artikoli 167 u 352 tat-TFUE. B’konsegwenza ta’ hekk dan l-abbozz ta' opinjoni jipproponi emendi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

L-emendi proposti għandhom il-mira ewlenija li jikkomplementaw il-proposta tal-Kummissjoni b’elementi li jistgħu jkunu jeħtieġu enfasi speċjali, bħalma hija l-importanza tal-proġetti konġunti b’multi-stakeholders, proġetti fuq skala żgħir, netwerking, il-prinċipju tad-diversità ġeografika u l-ħtieġa li jintlaħqu gruppi li diffiċilment jintlaħqu.

Emendi oħrajn jindirizzaw l-aspetti finanzjarji u amministrattivi b’rabta mal-implementazzjoni tal-programm, u jespliċitaw li l-programm ma jirrimpjazzax id-djalogi orizzontali speċifiċi li jistgħu jintużaw għalihom il-baġits amministrattivi tal-Kummissjoni u jiġu mħassrin l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni corporate fuq il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-programm billi l-fondi limitati għandhom kemm jista' jkun jintużaw għal inzjattivi minn isfel ’il fuq.

F’dan l-istess spirtu, inlina mal-kritika li saret dwar “avvniment tal-ogħla livell tal-Unjoni” fil-valutazzjonijiet tal-programmi kurrenti, it-testi li jirreferixxu għal attivitajiet fuq "livell ta' Unjoni" ġew rimpjazzati b’azzjonijiet "implimentati fuq livell transnazzjonali jew li għandhom dimensjoni Ewropea”. L-idea ta’ tfassil bħal dan hi li żżomm l-opzjonijiet kollha miftuħin, inklużi l-azzjonijiet nazzjonali u lokali, kif ukoll ċerti avvenimenti f'livell ta’ Unjoni, fejn dan ikun xieraq.

Emendi oħrajn iwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli, jew, fil-każ tal-kanal dwar il-kommemorazzjoni, jagħtu fini aktar speċifiku lill-azzjonijiet. Kwantu għar-rabta mal-aġenda tal-politiki Ewropej huwa propost li dawn l-azzjonijiet jingħataw attenzjoni partikolari imma mhux it-trattament preferenzjali li l-Kummissjoni qed tipproponi.

L-indikaturi tal-progress tneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-artikoli li jiddefinixxu l-objettivi tal-programm. Donnu hu aktar xieraq li dawn l-indikaturi jiġu ttrattati fl-anness għall-proposta. Inoltre, huwa diffiċli li jkun speċifikati fi stadju meta ma huwiex ċar kemm finanzjament se jkun disponibbli. Il-kumitat irid ukoll iqis li jżid perċentwali indikattivi tal-baġit totali għall-kanali differenti tal-programm, fl-Anness.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 352 tiegħu,

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Bl-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom l-għan li jipprovdu tkabbir, impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali għall-għaxar snin li ġejjin.

imħassar

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, hija meħtieġa varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati permezz ta’ attivitajiet fil-transnazzjonali u tal-Unjoni. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità ġdida unika biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

(4) Inlinja mal-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kull ċittadin għandu jkollu l-jedd jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea. Sabiex l-Ewropa tinġieb eqreb taċ-ċittadini tagħha u sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-bini ta’ Unjoni dejjem aktar magħquda, varjetà ta’ azzjonijiet u sforzi kkoordinati parteċipattivi huma meħtieġa permezz ta’ attivitajiet li jkunu implementati fil-livell transnazzjonali jew b’dimensjoni Ewropea ċara. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tipprovdi opportunità unika ġdida biex tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE u jippromwovu djalogu usa’ fuq l-affarijiet tal-UE u l-interess fihom qalb il-pubbliku.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim, il-konsultazzjoni pubblika onlajn u ż-żewġ laqgħat konsekuttivi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonfermaw li Programm ġdid huwa meqjus rilevanti kemm mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-individwi parteċipanti u għandu jkun stabbilit sabiex ikun hemm impatt fuq livell organizzattiv f’termini tal-bini ta’ kapaċitajiet u fuq livell personali f’termini ta’ interess akbar u involviment attiv fi kwistjonijiet tal-Unjoni.

(6) Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim, il-konsultazzjoni pubblika onlajn u ż-żewġ laqgħat konsekuttivi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonfermaw li Programm ġdid huwa meqjus rilevanti kemm mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-individwi parteċipanti u għandu jkun stabbilit sabiex ikun hemm impatt fuq livell organizzattiv f’termini tal-bini ta’ kapaċitajiet u fuq livell personali f’termini ta’ interess akbar u involviment attiv fi kwistjonijiet tal-Unjoni.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Sinerġiji bħal dawn jistgħu wkoll jinkisbu wkoll bl-użu ta’ baġits amministrattivi xierqa mid-Direttorati-Ġenerali differenti tal-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni pubblika, id-djalogu u l-isħubijiet għall-implementazzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Huwa huwa deżiderabbli li jkun hemm fokus fuq il-pubbliċizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-partijiet politiċi Ewropej, bl-iskop li jikber l-interess pubbliku fl-involviment.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dimensjoni orizzontali tal-Programm għandha tiżgura l-valorizzazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati għal impatt imtejjeb u sostenibilità fit-tul. Għal dan il-għan, l-attivitajiet mibdija għandu jkollhom rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea, u jiġu kkomunikati b’mod xieraq.

(9) Dimensjoni orizzontali tal-Programm għandha tiżgura l-valorizzazzjoni u t-trasferibbiltà tar-riżultati għal impatt imtejjeb u sostenibilità fit-tul, fost l-oħrajn permezz tan-netwerking, il-pjattaformi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aqwa prattiki, inklużi metodi speċifiċi bħalma hi l-estensjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, id-dejtabejżis u l-media soċjali.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-impatt tal-programm jista’ jittejjeb bl-appoġġ għal attivitajiet li għandhom rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea, itejbu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ kultura għall-parteċipazzjoni ċivika.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multilingwali tal-UE.

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet, b’kunsiderazzjoni tad-diversità lingwistika u ġeografika tal-Unjoni u l-ħtieġa li jkunu inklużi gruppi li diffiċilment jintlaħqu.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. iqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

1. Iqanqal kuxjenza tal-kommemorazzjoni u dwar l-istorja tal-Unjoni u dik Ewropea reċenti bl-iskop li jkun promossi t-tolleranza, il-komprensjoni reċiproka, u l-identità komuni, il-valuri u l-iskopijiet billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

Il-progress se jitkejjel permezz tan-numru ta’ benefiċjarji li jintlaħqu direttament u indirettament, il-kwalità tal-proġetti, u l-perċentwali ta’ applikanti tal-ewwel darba.

 

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiżviluppa l-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

2. Jinkoraġġixxi u jtejjeb il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u jippromwovi kultura ta’ parteċipazzjoni ċiviku, inkluż l-iżvilupp ta’ proċeduri u strumenti demokratiċi.

Il-progress se jitkejjel permezz tan-numru ta’ benefiċjarji li jintlaħqu direttament u indirettament, il-perċezzjoni tal-UE u tal-istituzzjonijiet tagħha mill-benefiċjarji, il-kwalità tal-proġetti, u l-perċentwali ta’ applikanti tal-ewwel darba.

 

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Laqgħat taċ-ċittadini, ġemellaġġi tal-ibliet

– Laqgħat u panels taċ-ċittadini, ġemellaġġi tal-ibliet, u proġetti konġunti mill-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u atturi lokali oħrajn

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħolqien u l-operazzjonijiet ta’ sħubiji u netwerks transnazzjonali

– Il-ħolqien u l-operazzjonijiet ta’ sħubiji u netwerks transnazzjonali, il-kooperazzjoni bejn tipi differenti ta' organizzazzjonijiet u djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini tal-Komunità u dibattiti dwar kwistjonijiet taċ-ċittadinanza bbażata fuq l-użu tal-ICT u/jew midja soċjali

Il-bini tal-Komunità u dibattiti dwar kwistjonijiet taċ-ċittadinanza bbażata inter alia fuq l-użu tal-ICT u/jew midja soċjali

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Avvenimenti fil-livell tal-Unjoni

imħassar

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-istorja Ewropea, b’mod partikolari biex jinżammu ħajjin il-memorji tar-reati mwettqa taħt in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu

– Dibattiti/studji u interventi dwar mumenti importanti fl-istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea, inter alia biex jinżammu ħajjin il-memorji tar-reati mwettqa taħt in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu u biex ikunu promossi t-tolleranza u l-komprensjoni reċiproki

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– Id-dibattiti/studji dwar il-futur tal-Unjoni

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– Id-dibattiti, l-istudji u l-istħarriġiet tal-opinjoni dwar kwestjonijiet li għandhom impatt dirett fuq ħajjet iċ-ċittadini

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u l-funzjonament tagħhom

– Inizjattivi biex titqajjem kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u l-komprensjoni tagħhom miċ-ċittadini u l-funzjonament tagħhom u l-promozzjoni tal-opportunitajiet għal impenji u volontarjat soċjetali f'livell tal-Unjoni

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jisfruttaw u jkomplu jivvalorizzaw ir-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati

– Attivitajiet ta’ tqajjim ta’ kuxjenza u tixrid għalbiex jisfruttaw u jkomplu jivvalorizzaw ir-riżultati tal-inizjattivi appoġġjati, inter alia permezz tan-netwerking u l-pjattaformi għall-iskambju ta’ informazzjoni jew il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aqwa prattiki

 

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – inċiż 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Studji dwar kwistjonijiet relatati maċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni ċivika

– Dibattitu u studji dwar kwistjonijiet relatati maċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni ċivika u dwar l-informazzjoni pubblika dwar kif jaħdmu l-partiti politiċi Ewropej u l-possibilitajiet ta' involviment dirett

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari awtoritajiet, atturi mhux statali u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni) u istituzzjonijiet, gruppi ta-ċittadini, organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet/entitajiet edukattivi.

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq valuri komuni fl-aktar sens wiesa’, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-diversità. Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jirriflettu fuq il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu) u sabiex jiġu mfakkra l-vittmi tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar punti ta’ referenza oħra u mumenti oħrajn ta’ definizzjoni fl-istorja Ewropea riċenti kif ukoll ġebel miljari importanti fl-integrazzjoni Ewropea. B’mod partikolari, din se tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni.

Għandha tappoġġja attivitajiet li jistiednu riflessjoni fuq valuri komuni fl-aktar sens wiesa’, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-diversità. Jistgħu jkunu disponibbli fondi għal inizjattivi li jirriflettu fuq il-kawżi tar-reġimi totalitarji fl-istorja moderna tal-Ewropa (speċjalment iżda mhux esklużivament in-Nazziżmu u l-Istaliniżmu) u sabiex jiġu mfakkra l-vittmi tagħhom. Il-linja għandha tinkludi wkoll attivitajiet dwar mumenti ta’ importanza kbira u punti ta' referenza u mumenti ta’ definizzjoni oħra fl-istorja Ewropea reċenti kif ukoll il-ġebel miljari importanti fl-integrazzjoni Ewropea. B’mod partikolari, din se tagħti preferenza lill-azzjonijiet li jinkoraġġixxu t-tolleranza, il-komprensjoni reċiproka u r-rikonċiljazzjoni.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 20 % tal-baġit sħiħ allokat għal dan il-programm ser imur għal din l-azzjoni.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-linja hija definita minn proġetti u inizjattivi possibbli li jistgħu jiġu mnedija taħt l-intestatura tagħha, mhux mit-tip ta’ organizzazzjonijiet ċiviċi jew atturi li jistgħu japplikaw. Il-linja se tinkludi attivitajiet li jkopru l-parteċipazzjoni ċivika fl-aktar sens wiesa’, b’enfasi partikolari fuq il-metodi ta’ strutturar għal sostenibbiltà fit-tul. Se tagħti preferenza lill-inizjattivi u l-proġetti b’rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea.

Il-linja hija definita minn proġetti u inizjattivi possibbli li jistgħu jiġu mnedija taħt l-intestatura tagħha, mhux mit-tip ta’ organizzazzjonijiet ċiviċi jew atturi li jistgħu japplikaw. Il-linja se tinkludi attivitajiet li jkopru l-parteċipazzjoni ċivika fl-aktar sens wiesa’, b’enfasi partikolari fuq il-metodi ta’ strutturar għal sostenibbiltà fit-tul. Se tagħti attenzjoni lill-inizjattivi u l-proġetti b’rabta ċara mal-aġenda politika Ewropea u lil dawk li jinvolvu kooperazzjoni u netwerking bejn it-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet, djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u metodi ffokati fuq iċ-ċittadin. Se tkun qed timmira wkoll li tinkludi gruppi li huma diffiċilment raġġunġibbli.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista’ tkopri wkoll proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ solidarjetà, impenn soċjali u volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

Tista’ tkopri wkoll proġetti u inizjattivi li jiżviluppaw opportunitajiet ta’ solidarjetà u tippromwovi d-demokrazija parteċipattiva, impenn soċjali, netwerking u volontarjat .

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 70 % tal-baġit sħiħ allokat għal dan il-programm ser imur għal din l-azzjoni.

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi bejn il-partijiet interessati fil-livelli lokali u reġjonali inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tat-taħriġ. Dan tal-aħħar jista’ jinkludi skambju interattiv, taħriġ għat-trejners, kif ukoll pereżempju l-iżvilupp ta’ database dwar l-organizzazzjonijiet/il-proġetti ffinanzjati mill-programm.

Din se tinkludi l-“bini tal-kapaċitajiet” - l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattika, il-ġabra flimkien ta’ esperjenzi u għarfien bejn il-partijiet interessati inkluż fil-livelli lokali u reġjonali u inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, pereżempju permezz tat-taħriġ. Dan tal-aħħar jista’ jinkludi skambju interattiv u taħriġ għat-trejners.

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Anness – parti 1 – titolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 10 % tal-baġit sħiħ allokat għal dan il-programm ser imur għal din l-azzjoni.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’mod ġenerali, tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta ma’ politiki tal-Unjoni bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika tal-Unjoni.

B’mod ġenerali, tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, inklużi dawk fuq skala żgħira, u b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ politiki kurrenti tal-Unjoni Ewropea u dawk li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-aġenda politika kurrenti u ġejjiena tal-Unjoni.

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet kollha se jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali jew għandu jkollhom dimensjoni Ewropea ċara. Huma se jinkoraġġixxu l-mobbiltà taċ-ċittadini u l-iskambju tal-ideat fl-Unjoni Ewropea.

L-azzjonijiet kollha se jiġu implimentati fuq bażi transnazzjonali jew għandu jkollhom dimensjoni Ewropea ċara. Huma ser jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-iskambju tal-ideat fl-Unjoni.

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Anness – parti 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-elementi tan-netwerking u l-iffukar fuq l-effetti multiplikaturi, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) moderni u l-midja soċjali, se jkunu importanti u riflessi kemm fit-tipi ta’ attivitajiet kif ukoll fil-firxa ta’ organizzazzjonijiet involuti. L-iżvilupp ta’ interazzjoni u sinerġija fost it-tipi differenti ta’ partijiet interessati involuti fil-programm se jkun imħeġġeġ bil-qawwa.

L-elementi tan-netwerking u l-iffukar fuq l-effetti multiplikaturi, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) moderni u l-midja soċjali, se jkunu importanti u riflessi kemm fit-tipi ta’ attivitajiet kif ukoll fil-firxa ta’ organizzazzjonijiet involuti. L-iżvilupp ta’ interazzjoni u sinerġija fost it-tipi differenti ta’ partijiet interessati involuti fil-programm se jkun imħeġġeġ bil-qawwa flimkien mal-parteċipazzjoni ta’ gruppi li diffiċli wieħed jilħaqhom.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv speċifiku nru 1: Titqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jiġi stimulat dibattitu, riflessjoni u netwerking.

Objettiv speċifiku nru 1: Iqanqal kuxjenza tal-kommemorazzjoni u dwar l-istorja tal-Unjoni u dik Ewropea reċenti bl-iskop li jkun promossi t-tolleranza, il-komprensjoni reċiproka, u l-identità komuni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Anness – parti 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv speċifiku nru 2: Inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi żviluppat il-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għal involviment soċjali u volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

Objettiv speċifiku nru 2: Itejjeb u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u jippromwovi kultura ta’ parteċipazzjoni ċiviku, inkluż l-iżvilupp ta’ proċeduri u strumenti demokratiċi.

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Marietta Giannakou, Anneli Jäätteenmäki, Sajjad Karim, Vital Moreira, Helmut Scholz, György Schöpflin

 

16.11.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

 

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

( COM(2011)0884 – C7 – 2011/0436(APP) )

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kuntest

Fil-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" 2007-2013. Fl-ewwel ġenerazzjoni tiegħu , il-programm wera l-ħtieġa li jiżdied il-fehim taċ-ċittadini dwar l-istorja u l-oriġini tal-UE u l-għarfien tagħhom dwar il-proġett tal-UE. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jagħmel pass kbir sabiex l-Unjoni titressaq aktar qrib iċ-ċittadini tagħha u sabiex jitrawwem dibattitu transkonfinali akbar dwar kwistjonijiet relatati mal-politiki tal-UE (l-Inizjattiva taċ-Ċittadini li ġiet introdotta reċentament hija biss parti minn dan il-proċess). Il-Kummissjoni tipproponi li tibni l-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika. Il-programm se jibni fuq l-analiżi tal-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet tal-programm attwali. Għandu l-għan li jindirizza l-ħtieġa ta' dibattiti aktar ġenwini dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u, permezz ta' sett wiesa' ta' organizzazzjonijiet, li jilħaq grupp kbir ta' ċittadini li normalment ma jfittxux li jinfluwenzaw jew jieħdu sehem fl-affarijiet tal-Unjoni.

Baġit

 

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2014-2020 tipprevedi li se jiġu allokati EUR 229 miljun fi prezzijiet attwali għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", meta mqabbla ma' EUR 215 miljun fil-QFP attwali. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li dan huwa ammont minimu neċessarju (f'konformità mal-inflazzjoni annwali) għat-trawwim ta' objettivi importanti bħaċ-ċittadinanza u l-kommemorazzjoni tal-istorja Ewropea, u idealment il-baġit għandu jiżdied b'bejn 5 u 10 %. Ir-Rapporteur temmen li l-qsim tal-fondi bejn it-tliet linji għandu jkun inkluż fit-test tal-proposta leġiżlattiva. Biex jiġu żgurati l-flessibbiltà u l-aċċessibbiltà akbar tal-Programm għal gruppi iżgħar ta' ċittadini, għandhom jiġu inklużi referenzi u salvagwardji xierqa.

 

Objettivi

Il-programm għandu l-għan li jsaħħaħ il-kommemorazzjoni tal-istorja u jżid il-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni. B'mod aktar speċifiku, il-programm għandu jkollu ċerti objettivi speċifiċi, li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet f'livell transnazzjonali jew b’dimensjoni Ewropea ċara:

· iqajjem kuxjenza dwar il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni, l-identità u l-għan tal-Unjoni billi jistimula dibattitu, riflessjoni u netwerking;

· jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni, billi jiżviluppa l-fehim taċ-ċittadini dwar il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għall-involviment tas-soċjetà u l-volontarjat fil-livell tal-Unjoni.

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva hu biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċifri fil-bażijiet legali tematiċi ma jistgħux jitqiesu bħala finali, waqt li jkunu għadhom għaddejjin in-negozjati dwar il-QFP, skont il-prinċipju "xejn mhu deċiż, sakemm jiġi deċiż kollox".

 

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li jinħtieġu riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux mistennija; jisfida lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħiq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni;

 

__________________________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266

Ġustifikazzjoni

Jekk il-Kunsill inaqqas l-ammonti tal-QFP, il-PE jħeġġu jidentifika "prijoritajiet negattivi" minkejja l-valur miżjud ippruvat tagħhom u l-kompiti ġodda li l-Unjoni trid twettaq wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

 

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multilingwali tal-UE.

(10) Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrazzjoni bbilanċjata taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Istati Membri kollha fi proġetti u attivitajiet transnazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-karattru multilingwali tal-UE. L-aċċess għall-Programm, b'mod partikolari, għandu jingħata lil proġetti żgħar u ta' daqs medju, u ma jkunx limitat għal proġetti kbar biss, biex jiġu żgurati l-flessibbiltà akbar u l-aċċessibbiltà mtejba tal-Programm għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu ssimplifikati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà tal-Programm għaċ-ċittadini Ewropej u għall-gruppi taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv.

 

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/YY/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(12) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju indikattiv li jikkostitwixxi r-referenza finanzjarja, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/YY/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi mal-Artikolu 12, paragrafu 1.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Se tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-UE bil-għan li jipparteċipaw fit-tfassil tal-aġenda politika tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità.

(16) Se tingħata preferenza lil għotjiet għal proġetti b’impatt kbir, mingħajr preġudizzju għad-daqs tal-proġett jew id-daqs tal-baġit, b’mod partikolari dawk li huma direttament marbuta mal-politiki tal-UE bil-għan li jipparteċipaw fit-tfassil tal-aġenda politika tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiġi ssimplifikata aktar permezz tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta' finanzjament b’rata fissa u l-applikazzjoni ta’ rati ta' prezz tal-unità.

Ġustifikazzjoni

Id-daqs tal-proġett jew il-benefiċjarju m'għandhomx ikunu fattur deċiżiv fl-għoti ta' għotjiet; il-fattur deċiżiv huwa l-impatt fuq il-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programm għandu jikkonsisti fiż-żewġ linji li ġejjin: (a) "Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea” (b) "L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika”. Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, disseminazzjoni u sfruttament tar-riżultati tal-proġett (azzjonijiet ta’ “Valorizzazzjoni”).

1. Il-programm għandu jikkonsisti fiż-żewġ linji li ġejjin: (a) "Il-kommemorazzjoni tal-istorja tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza Ewropea” (b) "L-involviment demokratiku u l-parteċipazzjoni ċivika”. Iż-żewġ linji għandhom jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet orizzontali għall-analiżi, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "valorisation" ma jinftiehemx f'Ingliż Standard.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kollha li jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-daqs tagħhom iżda filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni żagħżugħa, b’mod partikolari awtoritajiet u organizzazzjonijiet lokali partikolari, organizzazzjonijiet ta’ riċerka tal-politika pubblika Ewropea (gruppi ta’ riflessjoni), gruppi ta-ċittadini u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (bħall-assoċjazzjonijiet tas-superstiti), u l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka.

Ġustifikazzjoni

Il-Programm m'għandux ikun limitat biss għal proġetti kbar jew asoċjazzjonijiet kbar. Għabdha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta’ EUR229 miljun.

1. Fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-XXX/YYY dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda, l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta' EUR 229 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Enfasizzar tal-irwol tal-awtorità baġitarja.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin bejn l-2014 u l-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda.

 

 

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, George Lyon, Barbara Matera, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Klute, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

 

 

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Ivo Belet, Hans-Peter Martin, Mitro Repo, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Isabelle Thomas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch

 

 

[1] ĠU C 299, 4.10.2012, p. 122.
[2] ĠU C 277, 13.9.2012, p. 43.
[3] Testi adottati, P7_TA(2011)0266
[4] L-aktar il-jedd ta’ kull ċittadin li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u d-dmirijiet tal-istituzzjonijiet li jieħdu deċiżjonijiet kemm jista’ jkun bil-miftuħ u qrib taċ-ċittadin ħalli ċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jkollhom l-opportunità li jagħmlu magħruf il-veduti tagħhom, u jiskambjawhom pubblikament, fl-oqsma kollha tal-azzjoni tal-Unjoni u li jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetà ċivili.  
[5] Id-deċiżjoni 1904/2006 li tistabilixxi l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini għall-perijodu 2007-2013 fiha envelopp finanzjarju ta' EUR 215 miljun (L 378/36 tas-27.12.2006).