Dokument ta' sessjoni

A7-0427/2012

20.12.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Teresa Riera Madurell

PR_COD_1amCom

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  4

NOTA SPJEGATTIVA  242

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN  247

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP  275

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS  306

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL  338

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU  438

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI  467

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI  486

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD  510

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI  529

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  567

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI  576

Il-PROĊEDURA  620

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0809 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0466/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ( A7-0427/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax ikun iffissat sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[3]; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jirrimarka li anke b'żieda ta' mill-inqas 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-MFF li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

4.  Ifakkar, b’mod partikolari, li fl-istess riżoluzzjoni l-Parlament Ewropew talab żieda sinifikanti fin-nefqa relevanti mill-2013, sabiex jiżdied, jiġi stimulat u żgurat il-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Unjoni;

5.  Ifakkar, barra minn hekk, fil-pożizzjoni tiegħu li l-MFF li jmiss għandu jkun fih ammont ikbar ta’ riżorsi baġitarji f’oqsma li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni skont prinċipji Ewropej ta’ valur miżjud u ta' eċċellenza;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka ("ERA") li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir ekonomija tal-għarfien kompetittiva fost l-aktar avvanzati, sostenibbli u reżiljenti fid-dinja, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta' Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża pubblika fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tattira l-investimenti privati sa żewġ terzi tal-investimenti totali, filwaqt li b’hekk tilħaq total akkumulattiv ta’ 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intensità tal-innovazzjoni. Il-baġit tal-Unjoni għandu jirrifletti dan l-għan ambizzjuż billi jagħmel bidla radikali lejn finanzjament ta’ investimenti orjentati lejn il-futur, bħar-R&Ż u l-innovazzjoni (R&Ż&I), u dan għandu jidher b’mod ċar f’żieda konsiderevoli fil-finanzjament għar-R&Ż&I tal-Unjoni meta mqabbel mal-livell ta’ finanzjament għall-2013. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn u objettivi politiċi tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, il-politika dwar il-klima u l-enerġija, u aġenda diġitali għall-Ewropa.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira t-talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira t-talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jirrikjedi żieda sinifikanti fil-baġit għall-perjodu ta’ 7 snin li jmiss sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni filwaqt li jiġu attratti fondi sinifikanti mis-settur privat għall-attivitajiet tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal simplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 , enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta’ wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b’segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba’ Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 u appoġġa l-kunċett ta’ qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011.

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal simplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 , enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta’ wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b’segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba’ Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 u appoġġa l-kunċett ta’ qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011, talab biex, sa mill-2014, jirdoppja l-baġit għall-programmi tal-UE ta' riċerka u innovazzjoni għall perjodu finanzjarju li jmiss.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fil-Komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” , il-Kummissjoni pproponiet li tindirizza, permezz ta’ Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni uniku, l-oqsma koperti fil-perjodu 2007-2013 taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-parti tal-innovazzjoni tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) sabiex tintlaħaq il-mira tal-Istrateġija Ewropa 2020 fejn l-infiq fir-Riċerka u l-Iżvilupp jiżdied għal 3 % tal-PDG sal-2020. F’dik il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tissimplifika t-tibdil fil-klima fil-programmi ta’ nfieq tal-Unjoni, u biex tagħti tal-anqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għall-objettivi relatati mal-klima. L-azzjoni klimatika u l-effiċjenza fir-riżorsi huma objettivi ta’ rinforz reċiproku għall-kisba tal-iżvilupp sostenibbli. L-objettivi speċifiki relatati mat-tnejn għandhom ikunu kkumplimentati permezz tal-objettivi speċifiċi l-oħrajn tal-Orizzont 2020. B’riżultat ta’ dan huwa mistenni li tal-inqas 60% tal-baġit kollu tal-Orizzont 2020 għandu jkun relatat mal-iżvilupp sostenibbli. Huwa mistenni wkoll li n-nefqa relatata mal-klima għandha taqbeż il-35% tal-baġit, inkluż il-miżuri kompatibbli b’mod reċiproku li jtejbu l-effiċjenza tar-riżorsi. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni fuq l-iskala u r-riżultati ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima. In-nefqa relatata mal-klima taħt l-Orizzont 2020 għandha timxi skont il-metodoloġija ddikjarata f’dik il-Komunikazzjoni.

(10) Fil-Komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” , il-Kummissjoni pproponiet li tindirizza, permezz ta’ Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni uniku, l-oqsma koperti fil-perjodu 2007-2013 taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-parti tal-innovazzjoni tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) sabiex tintlaħaq il-mira tal-Istrateġija Ewropa 2020 fejn l-infiq fir-Riċerka u l-Iżvilupp jiżdied għal 3 % tal-PDG sal-2020. F’dik il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tissimplifika t-tibdil fil-klima fil-programmi ta’ nfieq tal-Unjoni, u biex tagħti tal-anqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għall-objettivi relatati mal-klima. L-azzjoni klimatika u l-effiċjenza fir-riżorsi huma objettivi ta’ rinforz reċiproku għall-kisba tal-iżvilupp sostenibbli. L-objettivi speċifiki relatati mat-tnejn għandhom ikunu kkumplimentati permezz tal-objettivi speċifiċi l-oħrajn tal-Orizzont 2020.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Fil-White Paper tagħha intitolata ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn Sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti’1, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-politika ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tat-trasport għandha tipprovdi appoġġ dejjem akbar u konsistenti għall-iżvilupp tat-teknoloġiji prinċipali bil-għan li s-sistema Ewropea ta’ transport tkun trasformata f’servizz modern, effiċjenti, sostenibbli u aċċessibbli. Il-White Paper tistabbilixxi l-objettiv li sal-2050 jintlaħaq tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra tal-livell tal-1990.

__________________

1 COM(2011)0144

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Filwaqt li l-valur miżjud tal-Unjoni Ewropea jinsab bażikament fil-finanzjament ta’ riċerka prekompetittiva, transnazzjonali u kollaborattiva, li għandha tikseb tal-anqas il-livelli tas-Seba’ Programm Kwadru f’Orizzont 2020, jeħtieġ ukoll li titqiegħed enfasi partikolari fuq il-finanzjament tal-innovazzjoni fi ħdan Orizzont 2020. Orizzont 2020 jimmira wkoll li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesa' ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq użu u disseminazzjoni l-aktar mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu Għalhekk, Orizzont 2020 għandu jiżgura l-istadji kollha fil-katina tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi riċerka applikata u fuq il-fruntiera, trasferiment tal-għarfien u li jkun eqreb lejn l-attivitajiet tas-suq, strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux teknoloġika u soċjali. Orizzont 2020 għandu japplika skala differenzjata, fejn aktar ma l-attività appoġġata tkun qrib is-suq, aktar għandha tiċkien il-parti li tiġi ffinanzjata minn Orizzont 2020, u akbar tkun il-parti li għandha tattira finanzjament minn sorsi oħra, bħal Fondi Strutturali, finanzjament nazzjonali/reġjonali jew is-settur privat. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Importanti li jkun enfasizzat li l-attivitajiet ta' Orizzont 2020 ikunu miftuħa għal parteċipanti ġodda bl-għan li tkun żgurata l-kooperazzjoni estensiva mas-sħab fl-Unjoni kollha u tinħoloq Żona ta’ Riċerka Ewropea integrata.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fil-kuntest tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni taħt l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandhom jagħtu kontribuzzjoni b’saħħitha biex jiġu indirizzati l-objettivi tal-Orizzont 2020, inkluż l-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari permezz tal-integrazzjoni tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Sabiex ikunu żgurati l-kumplimentaritajiet matul l-Orizzont 2020 u l-assorbiment adegwat tal-fondi, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Tekonoloġoija għandha tkun f’żewġ allokazzjonijiet, fejn it-tieni waħda tkun soġġetta għal reviżjoni.

(13) Fil-kuntest tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) taħt l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandhom jagħtu kontribuzzjoni b’saħħitha biex jiġu indirizzati l-objettivi tal-Orizzont 2020, inkluż l-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari permezz tal-integrazzjoni tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni. L-EIT huwa l-istrument ewlieni fi ħdan il-qafas ta' Orizzont 2020 li jagħmel enfasi qawwija fuq id-dimensjoni edukattiva tat-trijangolu tal-għarfien, u jimmira li jindirizza l-‘paradoss Ewropew’ permezz ta’ edukazzjoni intraprenditorjali li se twassal għall-ħolqien ta’ negozji u spin-offs fuq il-bażi tal-għarfien.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs – li ftit wisq minnhom huma involuti fi programmi ta’ riċerka, minkejja l-miżuri li diġà hemm fis-seħħ – u għandu jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, l-aktar dawk tas-soċjetà ċivili. Orizzont 2020 jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Jekk jittieħdu passi għal aktar esternalizzazzjoni tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea (bħall-Inizjattivi tat-Teknoloġija Konġunti, is-Sħubiji Pubbliċi-Privati jew l-Aġenziji Eżekuttivi tar-Riċerka), il-metodu u l-firxa tal-esternalizzazzjoni għandhon jiġu ddeterminati skont ir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt indipendenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Sabiex jinkiseb bilanċ adegwat bejn sistemi ta' R&Ż&I bbażati fuq il-kunsens u dawk li joħolqu xkiel, għandu jitħeġġeġ l-użu ta’ sejħiet miftuħa li jsegwi loġika minn isfel għal fuq bi proċeduri aċċelerati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mħaffa ta’ proġetti innovattivi. Barra minn hekk, għandu jintlaħaq bilanċ ġust, fi ħdan l-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali, bejn proġetti li huma iżgħar u dawk li huma akbar, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-istruttura speċifika tas-settur, it-tip ta’ attività, it-teknoloġija u x-xenarju tar-riċerka.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) F’konformità mal-Artikolu 182(1) TFUE, il-programm qafas jiffissa l-ammont kumplessiv massimu u r-regoli detaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-programm qafas u l-ishma rispettivi f’kull waħda mill-attivitajiet li huma pprovduti.

(16) F’konformità mal-Artikolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-programm qafas jiffissa l-ammont kumplessiv massimu u r-regoli detaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-programm qafas u l-ishma rispettivi f’kull waħda mill-attivitajiet li huma pprovduti fl-Artikolu 180 tat-TFUE.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita l-funzjoni tiegħu ta’ kontroll politiku u sabiex jiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà, kif stipulat fit-Trattati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b’mod xieraq u regolari dwar l-aspetti rilevanti kollha tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, inklużi l-preparazzjoni u d-disinn tal-Programmi ta’ Ħidma, l-eżekuzzjoni u kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ għat-tqassim baġitarju, kif ukoll l-iżvilupp tal-indikaturi tal-prestazzjoni f’dak li jikkonċerna l-objettivi mixtieqa u r-riżultati mistennija.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ikun tajjeb li l-Orizzont 2020 u l-programmi li ppreċedewh jingħalqu kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tagħhom, bħall-finanzjament tal-assistenza teknika u amministrattiva.

(18) Ikun tajjeb li l-Orizzont 2020 u l-programmi li ppreċedewh jingħalqu kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tagħhom, bħall-finanzjament tal-assistenza teknika u amministrattiva strettament neċessarja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE.

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok - skont kundizzjonijiet speċifiċi u trasparenti u fuq il-bażi ta’ każ b’każ - għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE. Dawn il-programmi jew arranġamenti supplimentari għandu jkollhom valur miżjud reali tal-Unjoni, ikunu bbażati fuq sħubijijiet ġenwini, jikkumplimentaw attivitajiet oħra ta' Orizzont 2020, ikunu wrew li l-ebda tip ieħor ta' mekkaniżmu ta' finanzjament ma jista' jwassal għall-istess objettivi u jkunu kemm jista’ jkun inklużivi fit-termini ta’ parteċipazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà, Orizzont 2020 għandu:

- jippromwovi l-parteċipazzjoni attiva u l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fil-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni;

- jiżgura konsiderazzjoni xierqa tad-dimensjoni tal-ġeneru;

- jippromwovi l-edukazzjoni eċċellenti fix-xjenza;

- iżid l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid tar-riżultati ta’ riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi, b’mod partikolari pubblikazzjonijiet u dejta xjentifika, l-aktar permezz tal-ħolqien ta' repożitorju għar-riżultati tar-riċerka;

- jgħin biex jingħalaq id-distakk diġitali tar-riċerka u tal-innovazzjoni;

- jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni u qafas ta’ governanza li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iffissar tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-attivitajiet tal-Orizzont 2020. L-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili għandu jkun akkumpanjat minn attivitajiet ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku li jiġġeneraw u jsostnu l-appoġġ pubbliku għall-programm.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) Kwalunkwe dokument maħruġ mill-Kummissjoni fir-rigward ta' Orizzont 2020 għandu jingħata fuq talba f'formati aċċessibbli, inkluż b'tipa kbira, Braille, test li jinqara faċilment, awdjo, vidjo, u format elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni b’diżabbiltà għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni u l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni rigward Orizzont 2020, inkluż il-komunikazzjoni tiegħu rigward il-proġetti appoġġati u r-riżultati, aktar u aktar minħabba li jirrigwarda fondi pubbliċi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20b) Orizzont 2020 għandu jintuża biex jippromwovi, flimkien mad-diversità fir-riċerka, id-diversità lingwistika tal-pubblikazzjonijiet akkademiċi u xjentifiċi, anke bħala parti mill-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll biex ikun żgurat rispett lejn il-prinċipji tar-riċerka indipendenti u l-validazzjoni tal-pubblikazzjonijiet mill-pari.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Għalhekk, il-konsultazzjoni esterna bilanċjata għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020. B'mod partikolari, in-natura interdixxiplinarja u transdixxiplinarja tal-isfidi tas-soċjetà, kif ukoll il-ħtieġa għal konnessjonijiet trasversali u interfaċċi fi ħdan Orizzont 2020, jeħtieġu t-twaqqif ta' kumitati xjentifiċi strateġiċi dedikati. L-input ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni għandhom jitqiesu fejn possibbli fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Sabiex jiġi żgurat proċess trasparenti u effiċjenti ta’ implimentazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet direzzjonali pluriennali indikattivi fil-bidu tal-ipprogrammar għal kull objettiv speċifiku u kull tema trasversali u għandu jiġi mniedi proċess ta’ abbozzar qasir u trasparenti tal-programmi ta’ ħidma annwali. Il-Kummissjoni, hija u tipprepara u tfassal il-pjanijiet direzzjonali u l-programmi ta’ ħidma għandha tinvolvi u tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-ħin u kif xieraq. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun imfittxija fuq bażi kontinwa matul Orizzont 2020, anki permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħal bordijiet konsultattivi settorali, il-Bordijiet ta’ Tmexxija li għadhom kif ġew stabbiliti, il-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubijijiet Ewropej tal-Innovazzjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b) Sabiex tkun tista’ tikkompeti globalment, tindirizza b’mod effettiv l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija 2020, l-Unjoni għandha tagħmel użu sħiħ mir-riżorsi umani tagħha. Orizzont 2020 għandu jkun katalizzatur u stimulu qawwi għat-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) billi jkunu appoġġati attivitajiet konformi li jattiraw, iżommu, iħarrġu u jiżviluppaw ir-riċerka u talent tal-innovazzjoni. Biex jintlaħaq dan il-għan u biex jitjieb it-trasferiment tal-għarfien, il-kwantità u l-kwalità tal-attivitajiet li jikkonċentraw fuq il-bini tal-kapital uman tar-riċerkaturi, inklużi dawk iffokati speċifikament fuq iż-żgħażagħ u n-nisa, għandhom ikunu element standard fl-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Partijiet oħra tad-dinja qed jiffunzjonaw aħjar mill-Ewropa fir-rigward tal-attirar u ż-żamma tal-aħjar talent. Jekk l-Ewropa trid tibqa’ kompetittiva fl-istadju globali, trid ittejjeb l-attrazzjoni tagħha. Għal din ir-raġuni, l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni bl-appoġġ finanzjarju tal-UE jridu jagħtu attenzjoni speċjali għar-riżorsi umani. B’mod partikolari Orizzont 2020 irid ikun stimulu għat-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jtejjeb il-kapital uman fis-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 21c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21c) Sabiex tkun possibbli flessibilità suffiċjenti, kemm idum jiffunzjona Orizzont 2020, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-iżviluppi ġodda u jitkejlu u possibilment jiġu aġġustati l-interazzjoni u l-effett trasversali bejn u fi ħdan il-prijoritajiet differenti, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tar-reviżjoni tal-ammonti għall-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi u t-trasferiment bejn l-approprjazzjonijiet fuq il-bażi tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020. . Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura illi d-dokumenti relevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi inkluża ċerta flessibilità baġitarja sabiex tagħti biżżejjed lok biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-iżviluppi futuri, inkluż għall-hekk imsejħa “azzjonijiet trasversali”. L-aħjar proċedura biex isir dan hija permezz ta’ att delegat li jiżgura responsabbiltà demokratika u teħid ta’ deċiżjonijiet veloċi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni, bil-promozzjoni ta' kundizzjonijiet ta' ħidma adegwata għar-riċerkaturi. Għandha tingħata attenzjoni sħiħa lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka sabiex ikun indirizzat il-fenomenu li għadu għaddej tal-eżodu ta’ mħuħ u dan jinbidel f’kisba ta’mħuħ.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Orizzont 2020 għandu wkoll jikkontribwixxi sabiex jgħin fl-ilħiq tal-ERA, jgħin lir-riċerkaturi Ewropej biex jibqgħu fl-Ewropa, jattira lir-riċerkaturi mid-dinja kollha u jtejjeb l-attrattività tal-Ewropa għall-aqwa riċerkaturi. Fl-interess tal-mobilità fl-Ewropa, jeħtieġ li l-kompatibilità ta’ għotjiet bħala strument ta’ finanzjament għal riċerkaturi mobbli tkun garantita. Kwistjonijiet relatati mat-taxxa għandhom jiġu solvuti u għandha tiġi garantita protezzjoni soċjali adegwata għax-xjenzati Ewropej.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b) Għad hemm limitu diskriminatorju trasparenti (glass ceiling) għal dawk in-nisa li jixtiequ jagħżlu karriera fix-xjenza u fir-riċerka, nisa li għad għandhom rappreżentanza baxxa f'xi dixxiplini, bħall-inġinerija u t-teknoloġiji, u m’hemmx tnaqqis gradwali tad-distakk fil-pagi bejn il-ġeneru. Għaldaqstant il-programm Orizzont 2020 għandu jikkoreġi dawn l-iżbilanċi fil-parteċipazzjoni tax-xjenzati nisa f'kull stadju tal-karrieri fir-riċerka u f'oqsma differenti ta' riċerka.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-attivitajiet żviluppati fil-qafas tal-Orizzont 2020 għandu jkollhom l-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jindirizzaw b’mod partikolari l-kawżi sottostanti tal-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu tar-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel, u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti bil-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riċerka u tiġi stimolata l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-TFUE.

(23) L-attivitajiet żviluppati fil-qafas tal-Orizzont 2020 għandhom jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jidentifikaw u jeliminaw il-kawżi tal-iżbilanċ bejn is-sessi, sabiex jisfruttaw il-potenzjal kollu u l-kwalifiki tar-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel. Minbarra dan, Orizzont 2020 għandu jiżgura li d-dimensjoni tas-sessi tiġi integrata fil-kontenut tal-attivitatjiet ta’ riċerka u innovazzjoni fl-istadji kollha tal-proċess bil-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riċerka u tiġi stimolata l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-TFUE, kif ukoll l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Orizzont 2020 għandu jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nisa fir-riċerka, il-proġetti u d-dixxiplini xjentifiċi Ewropej kollha, mhux biss għall-gruppi konsultattivi u fost l-evalwaturi iżda wkoll għall-istrutturi kollha li għandhom rabta ma' Orizzont 2020 (EIT, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER), JRC, Gruppi ta' Tmexxija, Gruppi ta' Livell Għoli, Gruppi ta' Esperti, eċċ.) kif ukoll fl-universitajiet u fl-istituzzjonijiet ta' riċerka.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b) Ir-riċerka u l-innovazzjoni spiss jinbnew fuq il-kapaċità tax-xjenzati, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, in-negozji u ċ-ċittadini li jkollhom aċċess b’mod miftuħ, jaqsmu flimkien u jużaw l-informazzjoni xjentifika. Sabiex jiżdiedu ċ-ċirkolazzjoni u l-isfruttar tal-għarfien, għandu jkun obbligatorju l-aċċess sostenibbli għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi jekk se tittieħed deċiżjoni għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirċievu fondi pubbliċi minn Orizzont 2020. Barra minn hekk, Orizzont 2020 għandu jippromwovi aċċess miftuħ għad-dejta xjentifika li tirriżulta minn riċerka li saret minn fondi pubbliċi taħt Orizzont 2020, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet marbuta mal-privatezza, is-sigurtà nazzjonali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23c) Orizzont 2020 ser iħeġġeġ u jappoġġa attivitajiet għall-isfruttament tat-tmexxija tal-Ewropa fit-tellieqa biex jiġu żviluppati proċessi u teknoloġiji ġodda li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, f'sens wiesa', u li jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Tali approċċ orizzontali, li hu integrat kompletament fil-prijoritajiet kollha ta' Orizzont 2020, se jgħin lill-Unjoni tiffjorixxi f'dinja b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u ristretta minn riżorsi limitati filwaqt li tibni ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 23d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23d) Kull parteċipant li rċieva ffinanzjar mill-Unjoni għandu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jisfrutta r-riżultati li jippossjedi f’aktar riċerka jew b'mod kummerċjali, jew jara li jiġu sfruttati f’entità legali oħra għall-istess għanijiet, partikolarment permezz tat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2023[Regoli għall-Parteċipazzjoni]

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem . Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet motivati u aġġornati tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda kif ukoll l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea fejn relevanti. L-iffinanzjar ta' Orizzont 2020 għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi tal-Istati Membri. L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom jitwettqu b’konformità mal-Artikolu 13 tat-TFUE u jirrispettaw l-obbligu li jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi jew itejbu l-kundizzjonijiet li bihom isir dan. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kuf ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman ma għandu jkun ffinanzjat, jekk ma jkollux l-approvazzjonijiet neċessarji mill-Istati Membri. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata li hija miċħuda fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata minn Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

(25) Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kuf ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman ma għandu jkun ffinanzjat, jekk ma jkollux l-approvazzjonijiet neċessarji skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata li hija miċħuda fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata minn Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, l-enerġija, l-agrikoltura u s-sajd, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) Kemm Orizzont 2020 kif ukoll il-Politika ta’ Koeżjoni jfittxu allinjament komprensiv mal-objettivi tal-Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz tal-Oqfsa Strateġiċi Komuni rispettivi tagħhom (CSF). Din id-deciżjoni strateġika ġdida titlob kooperazzjoni miżjuda u sistematika taż-żewġ Oqfsa Strateġiċi Komuni sabiex jimmobilizzaw kompletament ir-riċerka u l-potenzjal tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Għalhekk, artikulazzjoni xierqa ta' Orizzont 2020 mal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni se tgħin biex tnaqqas id-distakk fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni, billi tħeġġeġ "triq li twassal għall-eċċellenza" filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tar-reġjuni msemmija fl-Artikoli 274, 349 u 355 tat-TFUE. Barra minn hekk, il-Fondi Strutturali għandhom jintużaw fil-potenzjal sħiħ tagħhom sabiex jiġu appoġġati l-bini tal-kapaċità u tal-infrastruttura tar-riċerka u l-iżvilupp fir-reġjuni; jiġu appoġġati l-inizjattivi bħall-KER, Marie Curie jew azzjonijiet kollaborattivi li ġew evalwati pożittivament, imma li għalihom ma huma disponibbli ebda fondi ta' Orizzont 2020.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26b) L-awtoritajiet Ewropej lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-implimentazzjoni taż-ŻER u biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari fit-trawwim ta’ rabtiet bejn Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali, fil-qafas tal-istrateġiji reġjonali ta’ innovazzjoni bbażati fuq speċjalizzazzjoni intelliġenti. Ir-reġjuni għandhom rwol ukoll fit-tixrid u l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' Orizzont 2020 u fil-provvediment ta’ strumenti ta’ finanzjament komplementari, fosthom l-akkwist pubbliku.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26c) Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jifrex u jippromwovi riċerka eċċellenti fir-reġjuni Ewropej kollha bħala prekondizzjoni għal tkabbir b’bilanċ ġeografiku u strateġija ta’ innovazzjoni tal-Unjoni. Hu għandu jkollu l-għan li jippromwovi l-mobilità tar-riċerkaturi bħala mezz ta’ prevenzjoni tad-diversi forom ta’ eżodu ta’ mħuħ fost l-Istati Membri.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar).

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors essenzjali ta’ innovazzjoni, tkabbir u impjiegi fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar). Għalkemm l-SMEs jikkostitwixxu aktar minn 95 % tal-impriżi kollha fl-Unjoni, madankollu, hemm differenzi kbar bejniethom u għalhekk jeħtieġ approċċ flessibbli. Għalhekk, Orizzont 2020 għandu jipprovdi pakkett ta’ strumenti differenti li jappoġġaw l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-kapaċitajiet tal-SMEs matul l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-innovazzjoni,

Orizzont 2020 għandu jalloka għall-inqas 20 % tal-prijorità 2.1 u 3 għall-SMEs. B'mod partikolari, mill-inqas 4.0 % tal-baġit ta' Orizzont 2020 għandu jitwassal permezz ta' Strument dedikat għall-SMEs li għandu jiġi ġestit u implimentat minn struttura unika amministrattiva speċifika.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) L-importanza ekonomika tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni, stmata mill-Kummissjoni fid-dokument ta’ ħidma tagħha “Indikaturi tal-akkwist pubbliku 2009” bħala 19.4 % tal-PDG, tagħmel is-suq pubbliku strument strateġiku tal-politika ekonomika u soċjali li tagħmel parti minnu. Barra minn hekk, l-għan immedjat tal-akkwist pubbliku huwa li jipprovdi lill-amministrazzjonijiet soluzzjonijiet li jippermettulhom jipprovdu servizz aħjar liċ-ċittadini, u huwa ċar li l-innovazzjoni hija mezz għat-titjib u t-tkabbir tal-benefiċċji tal-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi konvenzjonali, u tipprovdi effiċjenza akbar fil-proċessi ta’ ġestjoni. Madankollu, mill-ammont totali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, ftit li xejn huwa allokat għall-prodotti u s-servizzi innovattivi, u dan ifisser it-telf ta’ opportunità kbira.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27b) Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Orizzont 2020, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-approċċi multidixxipplinarji u interdixxipplinarji bħala elementi neċessarji għall-progress xjentifiku maġġuri. Skoperti fix-xjenza jseħħu spiss fil-fruntieri jew fl-intersezzjonijiet tad-dixxiplini. Barra minn hekk, il-kumplessità tal-problemi u tal-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja tirrikjedi soluzzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ ħidma flimkien bejn diversi dixxiplini.

Ġustifikazzjoni

Il-multidixxiplina u l-interdixxiplina huma kruċjali għall-avvanz fix-xjenza u l-innovazzjoni. Il-kumplessità tal-problemi preżenti ta’ spiss ma jistgħux jiġu indirizzati minn dixxiplina xjentifika waħedha. Konsegwentement, objettivi komuni jew strutturi konjittivi komuni fost id-dixxiplini huma meħtieġa regolarment sabiex jinstabu u jiġu żviluppati l-aqwa soluzzjonijiet. Għal din ir-raġuni, Orizzont 2020 m’għandux biss jipprevedi iżda wkoll jippromwovi l-approċċi mulidixxiplinarji u interdixxiplinarji.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 27c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27c) L-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 għandu jirrikonoxxi b'mod sħiħ ir-rwol fundamentali tal-universitajiet fi ħdan il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni bħala istituzzjonijiet bażiċi ta’ eċċellenza, fit-taħriġ u wkoll fir-riċerka, minħabba r-rwol essenzjali tagħhom li jorbot l-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja maż-Żona Ewropea tar-Riċerka. L-Organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija ilaqqgħu flimkien atturi differenti fil-katina kollha tal-innovazzjoni, mir-riċerka fundamentali sa dik teknoloġika, mill-iżvilupp tal-prodott u l-proċess sal-prototipar u d-dimostrazzoni, kif ukoll sal-implimentazzjoni fuq skala sħiħa fis-setturi pubbliċi u privati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi internazzjonali, nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ li jitwettqu bħala parti minn Orizzont 2020 għandhom jiggarantixxu l-aħjar użu tar-riżorsi u jevitaw id-duplikazzjonijiet mhux meħtieġa ta’ nfiq, irrispettivament minn liema sorsi ta’ ffinanzjar huma involuti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a) Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lil persuni interessati fil-livell reġjonali biex jifformulaw strateġiji reġjonali li jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni, b’tali mod li jikkombinaw forom eżistenti ta’ finanzjament pubbliku jew privat fil-livell tal-Unjoni. L-attivitajiet taħt Orizzont 2020 għandhom jiġu adattati għal dawn l-istrateġiji, peress li involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-fondi u l-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali meta jitqies li huwa impossibbli li tiġi applikata l-istess strateġija ta’ żvilupp fir-reġjuni kollha.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-fondi tal-Orizzont 2020 u tas-settur privat fi ħdan is-sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-miri tal-kompetittività usa’ tal-Ewropa u jgħinu jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-isħubiji pubbliċi-privati fil-forma ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti varati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) jistgħu jitkomplew bl-użu ta’ strutturi li huma iktar imfassla apposta.

(29) Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-fondi tal-Orizzont 2020 u tas-settur privat fi ħdan is-sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-miri tal-kompetittività usa’ tal-Ewropa, jiżblukkaw fondi privati u jgħinu jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. Dawn is-sħubijiet għandhom ikunu bbażati fuq sħubija reali, inkluż fir-rigward tal-impenji u l-kontributi mis-settur privat, jagħtu rendikont dwar miri konkreti li għandhom jintlaħqu, ikunu allinjati mal-kumplament ta' Orizzont 2020 f’termini tar-Regoli ta' Parteċipazzjoni u tal-aġenda strateġika tar-R&Ż&I tal-Unjoni Il-governanza u l-funzjonament tagħhom għandhom jiżguraw funzjonament ċar, trasparenti, effettiv u effiċjenti u jagħtu l-opportunità għal varjetà wiesgħa ta’ persuni interessati attivi fl-oqsma speċifiċi tagħhom biex jipparteċipaw. L-isħubijiet pubbliċi-privati eżistenti fil-forma ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti jistgħu jitkomplew bl-użu ta’ strutturi li huma iktar imfassla apposta u jirrispettaw il-prinċipji msemmija hawn fuq.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni, benefiċċju reċiproku u reċiproċità, fejn adegwat, f'koerenza mal-politiki barranin u ta' żvilupp tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp ta' netwerks ta' riċerka internazzjonali kollaborattivi tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u tal-objettivi ta' RIO+20. Fil-kooperazzjoni internazzjonali, għandhom jitqiesu l-kapaċitajiet u r-rwol potenzjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji barranin assoċjati mal-Unjoni fi ħdan iż-żoni rispettivi tad-dinja.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a) Għandu jiġi kontemplat li tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni ta’ skwadri tar-riċerka fil-proġetti differenti sabiex tissaħħaħ il-kwalità tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) u tiżdied il-possibilità tal-koperazzjoni internazzjonali.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex jinżamm ambjent ekwu għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament pprovdut mill-Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat sabiex jiżgura l-effettività tal-infiq pubbliku u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħal imblokk tal-aċċess għall-finanzjament privat, il-ħolqien ta' strutturi tas-suq ineffettivi jew jippreserva kumpaniji ineffiċjenti.

(31) Sabiex jinżamm ambjent ekwu għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament pprovdut mill-Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat, inkluż il-qafas Komunitarju għall-għajnuna tal-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni1 u tittieħed in kunsiderazzjoni r-reviżjoni attwali tiegħu, sabiex jiżgura l-effettività tal-infiq pubbliku u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħal imblokk tal-aċċess għall-finanzjament privat, il-ħolqien ta' strutturi tas-suq ineffettivi jew jippreserva kumpaniji ineffiċjenti.

__________________

1 ĠU C 323, 30.12.2006 p. 1

Ġustifikazzjoni

Iċ-caqliq tal-bilanċ wisq lejn l-iffinanzjar tal-innovazzjoni qrib is-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jkun għad-detriment ta’ riċerka fundamentali fuq perjodu ta’ żmien itwal, li ta’ spiss qed tkun is-sors ta’ innovazzjoni radikali u ta’ taqlib. Għalhekk, mhux biss il-kliem iżda anke l-ispirtu tar-regoli ta’ għajnuna mill-stat għar-R&Ż għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31a) L-infiq tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun ikkoordinat aħjar sabiex jiġu żgurati komplementarjetà, viżibilità u effiċjenza aħjar, kif ukoll sabiex jinkisbu sinerġiji aħjar. Fil-kuntest tal-proċess ta’ valutazzjoni previst f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji miksuba bejn il-Baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri fil-kisba tal-mira ta’ R&Ż tal-Ewropa 2020 kif ukoll l-indikatur ewlieni tal-Ewropa 2020 għall-innovazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tal-parteċipanti. Ir-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira f’termini ta’ simplifikazzjoni, u li għandu jiġi rimedjat il-bilanċ bejn ir-riskju u l-fiduċja.

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-iżvilupp ta' strateġija ta' ġestjoni tar-riskju bbażata fuq l-evidenza bħala parti mill-istrateġija fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011. F’dak iż-żmien, il-Kunsill talab bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tar-riċerkaturi. r-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira lejn proċeduri ssimplifikati li juru l-fiduċja tal-Unjoni fir-riċerkaturi u jinkoraġġuhom sabiex jieħdu r-riskji meħtieġa għal progress aċċelerat fix-xjenza u t-teknoloġija.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) Orizzont 2020 għandu jiżgura l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-mekkaniżmi u l-istrumenti finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom, kemm dik mistennija kif ukoll dik miksuba, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, jirrikjedu żvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien; li huma realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent; u rilevanti għal ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni adegwati bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Orizzont 2020, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament tal-ERA.

(35) Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, jirrikjedu żvilupp ta’ indikaturi speċifiċi komuni Ewropej tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien; li huma realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent; u rilevanti għal ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni adegwati bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Orizzont 2020, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament tal-ERA.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Sal-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva u reviżjoni tat-tipi differenti ta' sħubijiet pubbliċi-privati stabbiliti skont il-programmi tagħha ta' riċerka u innovazzjoni (inklużi KICs, JTIs u PPPs) bl-għan li tirrazzjonalizza u tissimplifika x-xenarju fil-programm ta' qafas futur, u biex tidentifika l-governanza l-aktar effettiva, miftuħa u trasparenti li tippermetti l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa ta' partijiet interessati filwaqt li tevita konflitti ta' interessi.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (“Orizzont 2020”) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (“Orizzont 2020”) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li tissaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika Ewropea u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal tas-soċjetà, ekonomiku u industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni’ tfisser l-ispettru totali ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-Unjoni;

(a) ‘attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni’ tfisser l-ispettru totali ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobbiltà mmirati u ta' kwalità għolja tar-riċerkaturi fl-Unjoni;

(b) 'azzjonijiet diretti' tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, tagħha;

(b) 'azzjonijiet diretti' tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, tagħha;

(c) 'azzjonijiet indiretti' tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għalihom u li jitwettqu mill-parteċipanti;

(c) 'azzjonijiet indiretti' tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għalihom u li jitwettqu mill-parteċipanti;

(d) ‘sħubija pubblika-privata’ tfisser sħubija fejn l-imsieħba tas-settur privat, l-Unjoni u, fejn jixraq, imsieħba oħrajn, jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta’ riċerka u innovazzjoni jew attivitajiet;

(d) 'sħubija pubblika-privata' tfisser sħubija bejn l-imsieħba tas-settur privat u l-imsieħba tas-settur pubbliku bħall-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-settur pubbliku, li huma, fejn adatt, appoġġati b’mod konġunt mill-Unjoni u l-imsieħba tagħha li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ riċerka u innovazzjoni jew attiviatjiet;

(e) 'sħubija pubblika-pubblika' tfisser sħubija fejn korpi tas-settur pubbliku jew korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jimpenjaw irwieħhom mal-Unjoni biex b'mod konġunt jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm jew attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

(e) ‘sħubija pubblika-pubblika’ tfisser sħubija fejn korpi tas-settur pubbliku jew korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jimpenjaw irwieħhom mal-Unjoni biex b'mod konġunt jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm jew attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

(ea) 'infrastrutturi ta' riċerka' (RI) huma faċilitajiet, riżorsi, sistemi u servizzi ta' organizzazzjoni li huma użati mill-komunitajiet ta' riċerka biex iwettqu riċerka u innovazzjoni fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Fejn rilevanti, dawn jistgħu jintużaw lil hinn mir-riċerka, eż. għal servizzi edukattivi jew pubbliċi. RI jinkludu: tagħmir xjentifiku (jew settijiet ta' strumenti) prinċipali; riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħal ġabriet, arkivji jew dejta xjentifika; infrastrutturi elettroniċi, bħal dejta, sistemi ta' kompjuters u softwer, netwerks tal-komunikazzjoni u sistemi għall-promozzjoni tat-trasparenza u l-fiduċja diġitali; kwalunkwe infrastruttura oħra ta' natura unika essenzjali għall-ksib tal-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(eb) 'speċjalizzazzjoni intelliġenti' huwa l-kunċett bażiku għall-iżvilupp tal-politika ta' R&Ż&I, li l-objettiv tagħha hu l-promozzjoni tal-użu effiċjenti u effettiv tal-investiment pubbliku bl-użu ta' sinerġiji bejn il-pajjiżi u r-reġjuni u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom għall-innovazzjoni.

(ec) 'strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti' tikkonsisti fi programm ta’ strateġija pluriennali li l-għan tiegħu huwa li jiżviluppa sistema ta’ innovazzjoni funzjonali ta’ riċerka nazzjonali jew reġjonali.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Valur miżjud tal-Unjoni

Valur miżjud tal-Unjoni

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni eċċellenti fl-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tas-sostenibbiltà, l-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-kompetittività industrijali fit-tul tal-Ewropa. L-appoġġ skont Orizzont 2020 se jkun immirat lejn l-attivitajiet fejn l-intervent fil-livell tal-Unjoni jwassal għal valur miżjud meta mqabbel mal-intervent fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

Objettiv ġenerali, prijoritajiet u objettivi speċifiċi

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni u b’hekk jikkontribwixxi għall-mira ta’ 3 % tal-iffinanzjar tal-PDG għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni kollha sal-2020. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) permezz ta' azzjonijiet speċifiċi u eżemplari li jrawmu bidliet strutturali fis-sistemi Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni.

2. Dan l-objettiv ġenerali għandu jitwettaq permezz ta' tliet partijiet ta' infurzar reċiproku ddedikati għal:

2. Dan l-objettiv ġenerali għandu jitwettaq permezz ta' tliet partijiet ta' infurzar reċiproku ddedikati għal:

(a) xjenza eċċellenti;

(a) xjenza eċċellenti;

(b) tmexxija industrijali;

(b) tmexxija industrijali;

(c) sfidi tas-soċjetà.

(c) sfidi tas-soċjetà.

L-objettivi speċifiċi li jikkorispondu ma’ kull waħda minn dawk it-tliet prijoritajiet qegħdin stipulati fil-Partijiet I sa III tal-Anness I, flimkien mal-linji ġenerali tal-attivitajiet.

L-objettivi speċifiċi li jikkorispondu ma' kull waħda minn dawk it-tliet prijoritajiet qegħdin stipulati fil-Partijiet I sa III tal-Anness I, flimkien mal-linji ġenerali tal-attivitajiet.

3. Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

3. Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettivi u prijoritajiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 1 u 2 billi jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politiki tal-Unjoni. Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stipulati fil-Parti IV tal-Anness I. Barra minn hekk, iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka se jipprovdi appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-iżvilupp tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom.

4. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 mal-objettiv speċifiku tal-integrazzjoni tat-trijangolu tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I u l-linji ġenerali ta’ dak l-objettiv speċifiku u l-attivitajiet huma stipulati fil-Parti V tal-Anness I.

4. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 mal-objettiv speċifiku tal-integrazzjoni tat-trijangolu tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni għall-EIT huma stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I u l-linji ġenerali ta’ dak l-objettiv speċifiku u l-attivitajiet huma stipulati fil-Parti V tal-Anness I.

5. Fi ħdan il-prijoritajiet u l-linji ġenerali msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jitqiesu ħtiġijiet ġodda u mhux imbassra li jirriżultaw matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020. Dan jista’ jinkludi rispons għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, għal ħtiġijiet relatati mal-iżvilupp ta’ politiki ġodda tal-Unjoni, u għall-indirizzar ta’ azzjonijiet previsti sabiex ikunu ta’ appoġġ fil-qafas ta’ programmi futuri.

5. Fi ħdan il-prijoritajiet u l-linji ġenerali msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jitqiesu ħtiġijiet ġodda u mhux imbassra li jirriżultaw matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Orizzont 2020. Dan jista’ jinkludi rispons għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, għal ħtiġijiet relatati mal-iżvilupp ta’ politiki ġodda tal-Unjoni.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Baġit

Baġit

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandu jkun EUR 87740 miljun, li minnu massimu ta’ EUR 86198 miljun għandhom ikunu allokati għal attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandu jkun EUR xxx miljun, li minnu massimu ta’ 98,2 % għandhom ikunu allokati għal attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

2. L-ammont għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

2. L-ammont għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

(a) Xjenza eċċellenti, EUR 27818 miljun;

(a) Xjenza eċċellenti, 32,6 % tal-baġit totali;

(b) Tmexxija industrijali EUR 20280 miljun;

(b) Tmexxija industrijali, 24,3 % tal-baġit totali;

(c) Sfidi tas-soċjetà, EUR 35888 miljun.

(c) Sfidi tas-soċjetà, 37,5 % tal-baġit totali;

L-ammont massimu ġenerali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun EUR 2212 miljun.

L-ammont massimu ġenerali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun ta' 2,4 % tat-total tal-baġit ta' Orizzont 2020.

It-tqassim indikattiv tal-objettivi speċifiċi fi ħdan il-prijoritajiet u l-ammont massimu ġenerali tal-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru konġunt għar-Riċerka qegħdin stipulati fl-Anness II.

It-tqassim tal-objettivi speċifiċi fi ħdan il-prijoritajiet u l-ammont massimu ġenerali tal-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru konġunt għar-Riċerka qegħdin stipulati fl-Anness II.

Il-Kummissjoni għandha twarrab ammont adegwat ta’ flus biex tallokahom għal sejħiet li jirċievu aktar offerti li jkunu ġew ivvalutati li jkunu ta’ standard għoli ta’ eċċellenza aktar milli antiċipat, sabiex tiffinanzja aktar minn proġett wieħed fejn ikun xieraq.

3. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ EUR 3194 miljun kif stipulat fl-Anness II. L-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 1542 miljun għandha tkun ipprovduta mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għal attivitajiet taħt it-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-tieni allokazzjoni ta’ massimu ta’ EUR 1652 miljun għandha tkun ipprovduta, suġġett għar-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26(1), paragrafu 1. Dan l-ammont addizzjonali għandu jkun ipprovdut fuq bażi pro-rata, kif indikat fl-Anness II, mill-ammont tal-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” fi ħdan il-prijorità dwar it-tmexxija industrijali stipulata fil-paragrafu 2(b) u mill-ammont għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà stipulati fi 2(c).

3. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ 3,3 % tal-baġit totali kif stipulat fl-Anness II.

Dan il-finanzjament f’żewġ allokazzjonijiet multiannwali għandu jkopri:

(a) fl-ewwel allokazzjoni, l-iżviluppi li għaddejjin fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn hawn 'il quddiem KICs) preżenti u fondi inizzjali għall-varar tat-tieni mewġa ta’ tliet KICs ġodda

(b) fit-tieni allokazzjoni, l-iżviluppi li għaddejjin fil-KICs diġà varati u fondi inizzjali għall-varar tat-tielet mewġa ta’ tliet KICs ġodda

It-tieni allokazzjoni għandha tkun disponibbli wara r-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26(1) li tqis b'mod partikolari:

(a) il-mument maqbul tal-ħolqien tat-tielet mewġa ta’ KICs;

(b) il-ħtiġijiet finanzjarji pprogrammati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom;

(c) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-KKI tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020.

4. Il-pakkett finanzjarju tal-Orizzont 2020 jista’ jkopri l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Orizzont 2020 u għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu, fi studji partikolari u laqgħat tal-esperti, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi tal-Orizzont 2020, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Orizzont 2020.

4. Il-pakkett finanzjarju tal-Orizzont 2020 jista’ jkopri l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Orizzont 2020 u għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu, fi studji partikolari u laqgħat tal-esperti, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi tal-Orizzont 2020, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Orizzont 2020.

Fejn meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż tekniċi u amministrattivi, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament ma għandux jiffinanzja n-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżegwit Orizzont 2020, lanqas il-kostruzzjoni jew l-operazzjoni ta' proġetti infrastrutturali Ewropej, bħal Galileo, GMES jew ITER.

5. Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, u biex tqis id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, wara evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 kif jissemma fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan l-proċedura baġitarja annwali tirrevedi l-ammonti stipulati għall-prijoritajiet tal-paragrafu 2 u t-tqassim indikattiv skont l-objettivi speċifiċi fi ħdan dawn il-prijoritajiet stipulati fl-Anness II u l-approprjazzjonijiet tat-trasferiment bejn il-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi sa 10 % tal-allokazzjoni inizzjali totali ta’ kull prijorità u sa 10 % tat-tqassim inizzjali indikattiv ta’ kull obejttiv speċifiku. Dan ma jirrigwardax l-ammont stipulat għall-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka fil-paragrafu 2 jew il-kontribuzzjoni għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija stipulata fil-paragrafu 3.

5. Sabiex twieġeb għan-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u tadatta l-programm Orizzont 2020 għall-iżviluppi u l-ħtiġijiet il-ġodda kif meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, mingħajr ħsara għall-proċedura baġitarja annwali, wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu stipulat fl-Artikolu 26(1)(b), permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 26a, timmodifika t-tqassim stipulat fl-Anness II sa 15 % tal-allokazzjoni inizjali totali għal kull prijorità u objettiv speċifiku u, meta jkun rilevanti, għall-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet stipulati fl-Anness I.

Bil-modifikazzjoni tal-Annessi I u II , il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni:

(a) il-kontribuzzjoni tal-partijiet differenti għall-objettivi ta' Orizzont 2020;

(b) l-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti tal-partijiet differenti ta' Orizzont 2020 kif speċifikat fl-Anness II tal-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament;

(c) il-ħtiġijiet finanzjari previsti tal-futur tal-partijiet u tal-istrumenti differenti ta' Orizzont 2020.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi

Assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi

1. Orizzont 2020 għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni ta':

1. Orizzont 2020 għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni ta':

(a) pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u d-deċiżjonijiet ta’ kunsilli ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

(b) pajjiżi terzi magħżula li jissodisfaw l-kriterji kollha li ġejjin:

(b) pajjiżi terzi magħżula li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) għandhom kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

(i) għandhom kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

(ii) għandhom rekord ta' mġiba tajjeb ta' parteċipazzjoni fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

(ii) għandhom rekord ta' mġiba tajjeb ta' parteċipazzjoni fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni;

(iii) għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni;

(iii) għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni jew iżommu rabtiet speċjali storiċi u kulturali mal-Istati Membri;

(iv) huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat.

(iv) huma membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat. It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA li huma parti mill-Ftehim ŻEE għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

Orizzont 2020 għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi u territorji barranin imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (‘Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar')1 u suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fiha.

It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati fl-Orizzont 2020, inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarja, abbażi tal-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat, għandhom jiġu determinati permezz ta’ ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi assoċjati.

______________

1 ĠU L 314, 30.11.2001, p.1.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn it-tliet pilastri ewlenin ta' Orizzont 2020.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni bejn it-tliet pilastri ta' Orizzont 2020 hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-Programm.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 għandu jappoġġa azzjonijiet indiretti permezz ta' forma waħda jew ħafna ta' finanzjament ipprovduti permezz tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid] b’mod partikolari għotjiet, premji, akkwist u strumenti finanzjarji.

1. Orizzont 2020 għandu jappoġġa azzjonijiet indiretti permezz ta' forma waħda jew ħafna ta' finanzjament ipprovduti permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 b’mod partikolari għotjiet, premji, akkwist u strumenti finanzjarji. Dawn tal-aħħar għandhom ikunu l-forma predominanti tal-iffinanzjar tal-attivitajiet qrib is-suq, appoġġati minn Orizzont 2020.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

Konsulenza strateġika u Koordinazzjoni

Il-konsulenza strateġika u l-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni li jimmiraw lejn objettivi komuni u li jeħtieġu sinerġiji fl-oqsma kollha ta' Orizzont 2020 se jiġu segwiti.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

Konsulenza esterna u involviment tas-soċjetà

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli

1. Għall-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni, minn firxa wiesgħa ta' setturi, dixxiplini u esperjenzi, u li fihom jitqiegħed input mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli permezz ta’ ġabra ssemplifikata ta’ miżuri fejn jiġu evitati d-duplikazzjoni u t-trikkib ta’ strutturi tal-iffinanzjar.

1a. Fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru XX/XX/UE ta' ... [Programm Speċifiku H2020], il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-konsulenza u l-input l-aktar wesgħin provduti mill-partijiet interessati, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew jista’ jistieden lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jippreżentaw l-abbozzi tal-programmi ta’ ħidma lill-Kumitat.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

2. Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-EIT u l-KICs, tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar, l-Isħubijijiet Ewropej għall-Innovazzjoni, u l-organizzazzjonijiet Ewropej tar-riċerka internazzjonali, sakemm dawn l-aġendi jkunu ġew abbozzati f’konsultazzjoni ma’ varjetà wiesgħa ta’ esperti u partijiet interessati.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet trasversali

Azzjonijiet trasversali

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka multidixxiplinarja, interdixxiplinarja u transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, it-twessigħ tal-parteċipazzjoni fl-Unjoni kollha u t-tnaqqis tad-distakk fir-riċerka u fl-innovazzjoni fl-Ewropa, għal parteċipazzjoni aktar wiesgħa tas-settur privat, għall-involviment tal-SMEs, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluża l-kwistjoni tal-perspettiva tas-sessi, għal governanza tar-riċerka aktar inklużiva u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà

In-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, l-ekonomiji u s-soċjetà f'dinja globalizzata, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi, teknoloġiċi, soċjali u ambjentali, kif ukoll it-trasferiment tar-riżultati xjentifiċi għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ugwaljanza bejn is-sessi

Ugwaljanza bejn is-sessi

Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex ikun żgurat il-bilanċ bejn is-sessi f'korpi bħal bordijiet tal-għażla, gruppi konsultattivi, kumitati u gruppi ta' esperti.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiżgura li d-dimensjoni tas-sessi tiġi kkunsidrata b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-proċess, mill-iffissar tal-prijorità, għad-definizzjoni tas-sejħiet u l-proposti, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi u l-proġetti, in-negozjati u l-ftehimiet.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom jiġu implimentati miżuri speċifiċi sabiex dawk li jagħmlu waqfa fil-karriera jiġu megħjuna jirritornaw għax-xogħol.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Non-Diskriminazzjoni

Orizzont 2020 se jiżgura l-promozzjoni effettiva ta' trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni u jqis sew dak l-aspett fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-proċess.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15b

Karrieri tar-riċerkaturi

It-trawwim tar-riżorsi umani għax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni madwar l-Ewropa għandu jkun prijorità f'Orizzont 2020. Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru xx/2013 [Regoli għall-Parteċipazzjoni], li għandu jikkontribwixxi lejn l-infurzar ta' suq uniku għar-riċerkaturi u l-attrattività tal-karrieri tar-riċerkaturi madwar l-Unjoni fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, billi jitqies il-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet appoġġati fi ħdanu.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 15c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15c

L-aċċess miftuħ

1. Fejn tittieħed deċiżjoni ta' pubblikazzjoni, se jkun obbligatorju aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi skont Orizzont 2020.

2. Għandu jiġi promoss aċċess miftuħ għad-dejta xjentifika li tirriżulta minn riċerka li saret minn fondi pubbliċi taħt Orizzont 2020, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet marbuta mal-privatezza, is-sigurtà nazzjonali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3. Il-Kummissjoni se tevalwa, qabel tmiem il-perjodu ta' finanzjament ta' Orizzont 2020, l-impatt tal-prattika ta' aċċess miftuħ għal dejta dwar iċ-ċirkulazzjoni ta' għarfien xjentifiku u l-aċċellerazzjoni tal-innovazzjoni. Dan se jsir bl-għan li tiġi definita l-politika tal-futur dwar aċċess miftuħ u l-implimentazzjoni tagħha fil-programm ta' qafas ta' riċerka li jmiss.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

1. L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafi 3 u 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-oqsma li ġejjin tar-riċerka ma għandhomx ikunu ffinanzjati.

3. L-oqsma li ġejjin tar-riċerka ma għandhomx ikunu ffinanzjati.

(a) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-wirt ġenetiku tal-umani fejn dawn il-bidliet jistgħu jintirtu;

(a) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-wirt ġenetiku tal-umani fejn dawn il-bidliet jistgħu jintirtu;

(b) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-patrimonju ġenetiku tal-umani fejn dawn il-bidliet jistgħu jintirtu;

(b) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-patrimonju ġenetiku tal-umani fejn dawn il-bidliet jistgħu jintirtu;

(c) attivitajiet tar-riċerka intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

(c) attivitajiet intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

4. Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali umani, kemm adulti kif ukoll tal-embrijuni, tista’ tiġi ffinanzjata, u din tiddependeni fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. Ma għandux jingħata finanzjament għal attivitajiet tar-riċerka li huma projbiti fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumplimentarità ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni

Kumplimentarità ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

Sinerġiji fil-Fondi Strutturali

Orizzont 2020 se jikkontribwixxi sabiex jingħalaq id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni billi jippermetti sinerġiji mal-Fondi Strutturali b’appoġġ għar-ricerka u l-innovazzjoni tul l-implimentazzjoni tal-miżuri komplementari b’mod ikkoordinat. Fejn ikun possibbli, l-interoperabilità bejn Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali se tkun promossa u se jiġi inkoraġġit l-iffinanzjar kumulattiv jew kombinat.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fl-Orizzont 2020. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni akbar tagħhom, u l-impatti tar-riċerka u tal-innovazzjoni fuqhom, matul l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jitwettqu azzjonijiet speċifiċi fi ħdan l-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" stipulati fil-Punt 1 tal-Parti II tal-Anness I u kull wieħed mill-objettivi speċifi taħt il-prijorità “Sfidi tas-soċjetà” stipulati fil-Punti 1 sa 6 tal-Parti III tal-Anness  I. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu fil-forma ta’ strument tal-SME dedikat li huwa mmirat lejn it-tipi kollha ta' SME li għandhom potenzjal innovattiv u għandhom ikunu impimentati f’manjiera konsisteni u mfassla skont il-ħtiġijiet tal-SMEs kif hemm stipulat taħt l-objettiv speċifiku "Innovazzjoni fl-SMEs" fil-Punt 3.3.(a) tal-Parti II tal-Anness I.

2. Għandhom jitwettqu azzjonijiet speċifiċi għall-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ikunu integrati fi ħdan il-katina kollha tal-valur u jkollhom aċċess għall-opportunitajiet kollha f'Orizzont 2020. Dawn l-azzjonijiet jinkludu dawk stabbiliti skont il-punt 3.3 tal-Parti II tal-Anness I.

Strument tal-SME dedikat immirat għat-tipi kollha ta' SMEs b'potenzjal innovattiv se jinħoloq taħt korp ta' ġestjoni uniku u għandu jiġi implimentat primarjament fuq il-bażi minn isfel għal fuq kif stabbilit skont l-objettiv speċifiku ''Innovazzjoni fl-SMEs'' f'Punt 3.3.(a) tal-Parti II tal-Anness I. Dan l-istrument għandu jkun relatat b'mod tematiku mal-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" stipulati fil-Punt 1 tal-Parti II tal-Anness I u kull wieħed mill-objettivi speċifi taħt il-prijorità “Sfidi tas-soċjetà” stipulati fil-Punti 1 sa 7 tal-Parti III tal-Anness  I.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal għal madwar 15 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni għandhom iwasslu għal madwar 20 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

3a. Bi qbil mal-paragrafi 1 u 3, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet u żżomm nota tar-rata ta' parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi ta' riċerka. F'każ li ma tinkisibx ir-rata mmirata ta' 20 %, il-Kummissjoni se teżamina r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni u għandha tipproponi mingħajr dewmien miżuri ġodda għall-ilħuq ta' din il-mira.

3b. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni adegwati tal-SMEs fl-istrutturi regolatorji taż-Żoni Ewropej ta' Riċerka u b'mod partikolari tas-sħubiji pubbliċi-privati.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

Rotta rapida lejn l-Innovazzjoni

1. Sabiex jiġu aċċelerati l-kummerċjalizzazzjoni u t-tixrid tal-innovazzjoni, ammont sinifikattiv tal-finanzjament tal-Unjoni fi ħdan l-objettiv speċifiku ''Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali'' u fi ħdan kull wieħed mill-"Isfidi tas-soċjetà" f'Parti III għandha titwarrab biex tintuża għal 'Rotta rapida lejn l-innovazzjoni'.

2. L-istrument 'Rotta rapida lejn l-innovazzjoni' isegwi l-loġika minn isfel għal fuq u se jnaqqas b'mod sinifikanti l-ħin bejn l-idea u t-tqegħid fis-suq u mistenni jżid il-parteċipazzjoni tal-industrija f'Orizzont 2020 kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-applikanti li qed japplikaw għall-ewwel darba mill-pubbliku u mis-settur tar-riċerka bla skop ta' qligħ. B'dan il-mod, huwa għandu jistimola l-investiment tas-settur privat fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni b'attenzjoni fuq il-ħolqien tal-valur u jaċċelera t-trasformazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fi prodotti innovattivi mitluba mis-suq, b'appoġġ għan-negozji futuri u t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

3. L-attivitajiet se jkopru ċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni, iżda għandhom jiffukaw fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, l-iżvilupp sperimentali u prekummerċjali, inklużi l-istadji ta' żvilupp mid-dimostrazzjoni teknoloġika sal-kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-fażijiet pilota, id-dimostrazzjoni, il-fażi ta' ttestjar, ir-riċerka prenormativa u l-iffissar ta' standards u l-adozzjoni mis-suq tal-innovazzjonijiet.

4. Ir-'Rotta rapida lejn l-innovazzjoni' għandha tiġi implimentata bħala strument ta' finanzjament viżibbli li jippreżenta dħul sempliċi u rapidu fir-riċerka kollaborattiva applikata, wara proċess speċjali ta' għażla kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [Regoli għall-Parteċipazzjoni u t-Tixrid].

5. Filwaqt li s-sinerġiji bejn ir-'Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni' u l-istrument dedikat tal-SME se jiġu kkunidrati, iż-żewġ strumenti se jiġu implimentati b'mod parallel bħala żewġ proċeduri separati, filwaqt li jitqiesu l-gruppi parteċipanti fil-mira rispettivi, u mingħajr ma jiġi affettwat il-baġit li ġie ggarantit għall-istrument tal-SME.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li titqies kif xieraq il-bidla maħsuba tal-programm lejn l-innovazzjoni, Orizzont 2020 jeħtieġ li jipprovdi mill-inqas strument wieħed li jippermetti b'mod sistematiku l-evalwazzjoni u l-finanzjament ta' ideat innovattivi fi kwalunkwe ħin, bl-applikazzjoni ta' proċedura rapida, standardizzata u ta' min jorbot fuqha. Strument b'sejħa miftuħa jew minn isfel 'il fuq b'garanzija ta' sitt xhur għall-għoti se jiżgura li l-ideat innovattivi ma jirriskjawx li jsiru antikwati ladarba l-proġett ikun jista' finalment jibda. Dan se jżid ukoll il-parteċipazzjoni tal-industrija.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sħubiji pubbliku-privat

Sħubiji pubbliku-privat

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi.

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka prekompettiva u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. L-eċċellenza għandha tkun il-kriterju ewlieni fl-għażla tal-parteċipanti.

2. L-involviment tal-Unjoni f'dawk is-sħubiji jista’ jkun f'waħda mill-forom li ġejjin:

2. L-involviment tal-Unjoni f'dawk is-sħubijiet jista’ jkun f'waħda mill-forom li ġejjin:

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE taħt is-Seba’ Programm Kwadru, suġġett għall-emenda tal-atti bażiċi tagħhom; sħubiji pubbliċi-privati ġodda stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE; u kopri oħra ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu [55(1)(b)(v) jew (vii)] tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid]. Din il-forma ta’ sħubiji għandha tkun implimentata biss fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi mwettqa u l-iskala tar-riżorsi meħtieġa jiġġustifikawha;

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE taħt is-Seba’ Programm Kwadru, suġġett għall-emenda tal-atti bażiċi tagħhom billi tittieħed kunsiderazzjoni sħiħa tar-riżultati tal-analiżi tal-benefiċċju għall-ispiża li għandhom jitwettqu fil-valutazzjoni tal-impatt prevista ta’ dan l-istrument; sħubijiet pubbliċi-privati ġodda stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE; u korpi oħra ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu [55(1)(b)(v) jew (vii)] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 196/2012. Din il-forma ta’ sħubijiet għandha tkun implimentata biss fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi mwettqa, il-konsistenza mal-objettivi tal-politika attwali tal-Unjoni u l-iskala tar-riżorsi meħtieġa jiġġustifikawha, u fejn forom oħra ta’ sħubija ma jissodisfawx l-objettivi jew ma jiġġenerawx l-ingranaġġ meħtieġ;

(b) id-dħul fi ftehim kuntrattwali bejn l-imsieħba msemmija fil-paragrafu 1, li jispeċifika l-objettivi tas-sħubija, l-impenji rispettivi tal-imsieħba, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, u l-outputs li għandhom jiġu mwassla inkluż l-identifikazzjoni ta' attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirrikjedu appoġġ mill-Orizzont 2020.

3. Is-sħubiji pubbliċi-privati għandhom ikunu identifikati f’mod miftuħ u trasparenti bbażat fuq il-kriterji kollha li ġejjin:

3. Is-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom ikunu identifikati u implimentati fuq il-kriterji ta' ftuħ, trasparenza, effikaċja u effiċjenza kif ukoll is-sodisfar ta' kriterju stabbilit fl-Artikolu X tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [Regoli għall-parteċipazzjoni].

(a) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(b) l-iskala tal-impatt fuq il-kompetittività industrijali, it-tkabbir sostenibbli u l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi;

(c) l-impenn fit-tul tas-sħab kollha abbażi ta' viżjoni kondiviża u ta' objettivi definiti b’mod ċar;

(d) l-iskala tar-riżorsi involuti, u l-abbiltà li tintuża l-influwenza biex jinkisbu investimenti addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(e) definizzjoni ċara tar-rwoli għal kull wieħed mis-sħab u indikaturi fundamentali miftiehma tal-prestazzjoni matul il-perijodu magħżul.

3a. Il-prijoritjiet tar-riċerka koperti mis-sħubijiet pubbliċi-privati se jkunu wkoll iffinanzjati permezz tal-programmi ta' ħidma f'sejħiet regolari għal proposta.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sħubiji bejn entitajiet pubbliċi-pubbliċi

Sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi-pubbliċi

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubijiiet pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi ta' programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi ta' programmar konġunt bejn l-Istati Membri, u tali inizjattivi jistgħu jinkludu reġjuni u bliet, fejn ikun rilevanti. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ta’ natura limitata u dejjem għandha tkun kondizzjonali għad-dimostrazzjoni tat-trasparenza, ta' parteċipazzjoni kbira tal-Istati Membri, l-eżistenza ta’ valur miżjud tal-Unjoni u l-addizzjonalità tar-riżorsi. L-iffinanzjar aġġuntiv se jkun ristrett għal inizjattivi miftuħa b’mod permanenti għall-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kollha.

2. Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

2. Is-sħubijijiet pubbliċi-pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan, jew fil-medda, tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), b’mod partikolari permezz ta’:

(a) strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(a) strument ERA-NET li juża għotjiet bħala appoġġ għas-sħubijiiet pubbliċi-pubbliċi fit-tħejjija, l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ netwerking, id-disinn, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet konġunti kif ukoll bħala ffinanzjar aġġuntiv (topping up) għal sejħiet individwali konġunti u azzjonijiet ta’ natura transnazzjonali;

(b) parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

(b) parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali fejn rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-iffinanzjar aġġuntiv għandu jkun kondizzjonali fuq livell sinifikanti ta’ impenji finanzjarji minn qabel ta’ entitajiet parteċipanti f’sejħiet u azzjonijiet konġunti. L-istrument ERA-NET jista’ jinkludi objettiv li jiġu armonizzati r-regoli u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ sejħiet u azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jintuża wkoll fit-tħejjija għal inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Għall-finijiet tal-punt (b) tali inizjattivi għandhom jiġu proposti biss f’każijiet fejn tkun meħtieġa struttura dedikata ta’ implimentazzjoni u fejn ikun hemm livell għoli ta’ impenn tal-pajjiżi parteċipanti għall-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, ta’ ġestjoni u finanzjarji. Barra minn hekk, proposti għal inizjattivi msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu identifikati abażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) definizzjoni ċara tal-objettiv li għandu jitwettaq u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020 u l-objettivi usa’ tal-politika tal-Unjoni;

(b) impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

(c) il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(d) il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzjon ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

(e) l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) XX/XX [Regoli għall-Parteċipazzjoni]. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun promossa matul u fi ħdan l-Orizzont 2020 biex jintlaħqu, b’mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:

1. Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) XX/XX [Regoli għall-Parteċipazzjoni]. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun promossa u integrata fl-Orizzont 2020 biex jintlaħqu, b’mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp u impenji internazzjonali bħall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) L-appoġġ tal-ħolqien ta' ċentri ta' eċċellenza kompetittivi mad-dinja kollha sabiex l-Unjoni ssir ċentru dinji għall-innovazzjoni u r-riċerka l-aktar avvanzata.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

2. Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari mal-imsieħba strateġiċi tal-Unjoni, għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-bini tal-kapaċità għar-riċerka f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u proġetti ta' kooperazzjoni li jiffukaw fuq il-bżonnijiet speċifiċi ta’ dawk il-pajjiżi. F'dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom jitqiesu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni u ta' pajjiżi u territorji lil hinn mix-xtut assoċjati mal-Unjoni.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aċċess reċiproku għal programmi ta’ pajjiżi terzi għandu jkun mħeġġeġ. Sabiex ikun massimizzat l-impatt, għandhom ikunu promossi l-koordinazzjoni u s-sinerġiji ma' inizjattivi ta' Stati Membri u pajjiżi assoċjati.

L-aċċess reċiproku għal programmi ta’ pajjiżi terzi għandu jkun imħeġġeġ u monitorjat kull tant żmien. Sabiex ikun massimizzat l-impatt, għandhom ikunu promossi l-koordinazzjoni u s-sinerġiji ma' inizjattivi ta' Stati Membri u pajjiżi assoċjati.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ monitoraġġ kull tant żmien tal-programmi ta’ pajjiżi terzi sabiex ikun żgurat li l-aċċess garantit mill-Unjoni għall-Orizzont 2020 ikun reċiproku. Dan il-monitoraġġ għandu jidentifika bidliet fil-prattiki f’pajjiżi terzi li jistgħu jdgħajfu dan l-aċċess reċiproku mixtieq.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iqisu żviluppi fil-politika tal-Unjoni u opportunitajiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll nuqqasijiet possibbli fis-sistemi tal-proprjetà intelletwali ta’ pajjiż terz.

Il-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iqisu żviluppi fil-politika tal-Unjoni inklużi politiki esterni u ta’ żvilupp.

Ġustifikazzjoni

L-unika bażi possibbli għal attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali hija l-prinċipju tal-interess komuni u l-benefiċċju reċiproku. L-inklużjoni ta' ċerti kriterji restrittivi fil-livell tal-programm qafas kollu kemm hu tista' tkun biss kontroproduċenti. Id-definizzjoni tal-azzjonijiet immirati proposti hawnekk għaldaqstant hija l-istess bħal dik tal-Anness I għas-Seba' Programm Kwadru. Din hija konsistenti mal-għażla tas-setturi li l-UE ddeċidiet li tagħtihom għajnuna għall-iżvilupp.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni xierqa mal-politiki tal-migrazzjoni, tal-asil u tal-iżvilupp, sabiex jiġi evitat “eżodu ta’ mħuħ” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Barra minn hekk, għandhom jiġu implimentati attivitajiet orizzontali u trasversali biex jiġi promoss l-iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-Orizzont 2020 skont l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri” stipulat fil-Punt 6.3.2(d) tal-Parti III tal-Anness I.

3. Barra minn hekk, għandhom jiġu implimentati attivitajiet orizzontali u trasversali biex jiġi promoss l-iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-Orizzont 2020 skont l-objettiv speċifiku “L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflettivi” stipulat fil-Punt 6.3.2(d) tal-Parti III tal-Anness I.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-parteċipanti, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-prattiki nazzjonali ta' kontabilità tal-benefiċjarji.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. Il-benefiċjarji li jkunu wettqu l-awditjar tagħhom b'mod sodisfaċenti għal tliet snin konsekuttivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' awditjar simplifikata sabiex jitrawwem approċċ imsaħħaħ ibbażat fuq il-fiduċja.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar Orizzont 2020, inkluż miżuri ta' komunikazzjoni rigward proġetti u riżultati appoġġati. Il-baġit allokat għal komunikazzjoni taħt Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar Orizzont 2020, inkluż miżuri ta' komunikazzjoni rigward proġetti u riżultati appoġġati. Il-baġit allokat għal komunikazzjoni taħt Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri l-komunikazzjoni korportattiva tal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata u f'waqtha lill-Istati Membri.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020.

L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020. L-attivitajiet kollha ta' informazzjoni u komunikazzjoni li jikkonċernaw l-Orizzont 2020, inklużi miżuri ta' komunikazzjoni li jikkonċernaw proġetti appoġġati, għandhom isiru disponibbli u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, u jsiru pubbliċi f’format diġitali.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi simplifikat l-aċċess għall-informazzjoni u jiġi żviluppat strument bl-informazzjoni kollha mitluba mill-komunità ta’ riċerka u, filwaqt li titqies il-ħtieġa għat-trasparenza, Cordis, bħala strument diġitali, għandu jiġi rivedut u riformat b’mod aktar ċar u flessibbli. Il-Cordis Ġdid għandu jiġi finalizzat sal-31 ta’ Mejju 2013.

Ġustifikazzjoni

Attwalment, CORDIS huwa wieħed mill-programmi l-aktar kumplessi u diffiċli li jiġu trattati. Jekk nixtiequ aċċess aktar faċli għall-informazzjoni għas-soċjetà, ir-riċerkaturi u l-kumpaniji, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-programm u li tiġi estiża l-informazzjoni u li l-aċċess għall-proposti u l-għotjiet kollha jsir aktar faċli.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni, pajjiżi u territorji lil hinn mix-xtut assoċjati mal-Unjoni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed, inklużi r-riċerkaturi u l-parteċipanti b’diżabbiltà;

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir enfasi fuq il-persuni b'diżabbiltà u l-ħtiġjiet ta' aċċessibbiltà tagħhom għall-attivitajiet marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-Orizzont 2020. Barra minn hekk, teżisti ħtieġa għall-bini tal-kapaċità billi l-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom huma gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, kif ukoll fid-djalogu u l-konsultazzjoni mal-pubbliku.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għajnuna mmirata lejn proġetti u konsorzji sabiex jipprovduhom b’aċċess għall-ħiliet neċessarji biex jottimizzaw il-komunikazzjoni u d-disemminazzjoni tar-riżultati;

(b) għajnuna mmirata lejn proġetti u konsorzji sabiex jipprovduhom b’aċċess adegwat għall-ħiliet neċessarji biex jottimizzaw il-komunikazzjoni u d-disemminazzjoni tar-riżultati;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) azzjonijiet li jiġbru flmkien riżultati minn firxa ta’ proġetti, inkluż dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-dejta faċli għall-utent u rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali;

(c) azzjonijiet li jiġbru flimkien u jevalwaw riżultati minn firxa ta’ proġetti, inklużi dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-dejta diġitali faċli għall-utent u aċċessibbli u biex ifasslu rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali u, meta rilevanti, jiżguraw il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tagħhom fil-komunità xjentifika, l-industrija u l-pubbliku ġenerali;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) inizjattivi biex jitrawmu d-djalogu u d-dibattitu mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi, teknoloġiċi u dawk relatati mal-innovazzjoni, u biex jittieħed vantaġġ mill-midja soċjali u minn teknoloġiji u metodoloġiji innovattivi oħra.

(e) inizjattivi biex jitrawmu d-djalogu u d-dibattitu mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi, teknoloġiċi u dawk relatati mal-innovazzjoni permezz tal-involviment tal-komunità akkademika, u biex jittieħed vantaġġ mill-midja soċjali u minn teknoloġiji u metodoloġiji innovattivi oħra, speċjalment sabiex jgħinu biex titqajjem il-kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ilħuq tal-isfidi tas-soċjetà;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) iniżjattivi biex tiġi inkluża u promossa l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, u l-organizzazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet tagħha, fi kwistjonijiet relatati mal-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni u biex jitrawmu dibattiti miftuħa u bbażati fuq ix-xjenza dwar kwistjonijiet ewlenin tas-soċjetà.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sistema ta’ kontroll stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ddisinjata sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ilħuq ta’ ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li tqis il-karattru multiannwali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti konċernati.

1. Is-sistema ta’ kontroll stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun iddisinjata sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ilħuq ta’ tnaqqis suffiċjenti u ta' ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li tqis il-karattru multiannwali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti konċernati.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ adegwat bejn il-fiduċja u l-kontroll filwaqt li jitqisu l-spejjeż amministrattivi u spejjeż oħrajn tal-kontroll fil-livelli kollha, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020 u jiġu attratti l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi innovattivi.

2. Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ adegwat bejn il-fiduċja u l-kontroll filwaqt li jitqiesu l-spejjeż amministrattivi u spejjeż oħrajn tal-kontroll fil-livelli kollha, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020 u jiġu attirati l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi innovattivi.

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż amministrattivi li l-benefiċjarji jistgħu jġarrbu sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kontroll, iridu jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Għandu jinħatar medjatur ad hoc responsabbli biex jiżgura l-interpretazzjoni uniformi tar-regoli. Fil-każ ta' kunflitt fl-interpretazzjoni tar-regoli jew tal-proċeduri, pereżempju abbażi ta' awditjar mill-ġdid indipendenti mwettaq minn kwalunkwe parti interessata, il-Kummissjoni tista' ssolvi l-kunflitt permezz ta' kompromess fuq il-parir tal-medjatur ad hoc.

Ġustifikazzjoni

Tul is-Sitt u s-Seba' Programmi Kwadri kien hemm diversi kunflitti ma' benefiċjarji dwar l-interpretazzjoni tar-regoli, u mill-proċess u r-riżultati tal-awditjar imwettaq mill-Kummissjoni kien jidher ċar li jkun utli l-istabbiliment ta’ proċedura ta' medjazzjoni sabiex jiġi evitat it-tilwim legali. Għall-istess raġuni, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' kompromess għas-soluzzjoni rapida tal-kunflitti.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-verifiki tal-Kummissjoni jistgħu jitwettqu sa erba’ snin wara l-aħħar pagament.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-verifiki tal-Kummissjoni jistgħu jitwettqu sa sentejn wara t-tlestija ta' proġett.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, l-attivitajiet tal-EIT u l-implimentazzjoni u l-iffinanzjar ta’ sħubijiet pubbliċi-privati u pubbliċi-pubbliċi. Dan għandu jinkludi informazzjoni u indikaturi dwar suġġetti trasversali bħall-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-riċerka responsabbli u l-innovazzjoni, is-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluża informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima, il-parteċipazzjoni tas-settur privat u tal-SMEs b’mod partikolari u l-impatt reali tal-miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex jinkiseb ambjent tal-Unjoni li joffri żieda reali fil-prosperità u fil-kwalità tal-ħajja, jeħtieġ li l-bilanċ bejn l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali jiġi monitorjat regolarment u effettivament matul l-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi minn qabel mekkaniżmu ċar u trasparenti għal tali monitoraġġ.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddissemina r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddessemina r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 1a, bl-użu, fejn xieraq, ta' sett ta' indikaturi ewlenin komuni, komparabbli fost id-diversi strumenti. B'mod partikulari, dawn għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Reviżjoni ta’ nofs it-term

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’manjiera suffiċjentament fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1. Ir-reviżjonijiet u l-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’manjiera suffiċjentament fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. It-tieni allokazzjoni ta’ fondi mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandha tkun disponibbli wara din ir-reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 6(3). Ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-progress tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija f’konfront ma’ dawn kollha li ġejjin:

imħassar

(i) il-livell ta’ konsum tal-ewwel allokazzjoni ta’ fondi stipulat fl-Artikolu 6(3), u li jiddistingwi bejn l-ammont ta’ flus użati għall-iżvilupp tal-ewwel mewġa ta’ KICs u l-effett tal-fondi inizjali għat-tieni fażi, u l-abbiltà tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija biex jattira fondi mill-imsieħba fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni u mis-settur privat, kif stipulat fir-Regolament XX/2012 [ir-Regolament EIT rivedut];

(ii) il-ħin maqbul għall-ħolqien tat-tielet mewġa tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni u l-ħtiġijiet finanzjarji programmati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom; kif ukoll

(iii) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020.

Ġustifikazzjoni

Il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ KICs għandha tiġi mnedija fl-2014 u l-baġit għandu jiddaħħal gradwalment skont il-prestazzjonijiet annwali tagħhom. Peress li x-xenarju settorjali f’kull settur huwa differenti, ikun jidher approċċ iktar b’saħħtu li d-deċiżjoni baġitarja tkun ibbażata fuq il-mertu stess ta’ kull KIC milli tittieħed deċiżjoni fuq KICs ġodda fuq il-bażi tal-prestazzjoni ta’ KICs oħra.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015 u r-reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill Ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, dwar il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għal parteċipanti fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Dik l-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill Ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-EIT.

Bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs it-term, kemm is-sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti kif ukoll dawk ġodda, inklużi l-JTIs, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni bir-reqqa sabiex jiġi analizzat il-valur miżjud Ewropew tagħhom u l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti jekk ikun meħtieġ biex jitjiebu l-governanza u l-funzjonament tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat impatt aktar effettiv u effiċjenti, funzjonament miftuħ u trasparenti, u li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati ta' din il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk il-valutazzjoni bir-reqqa tiżvela li l-kriterju tal-valur miżjud Ewropew mhuwiex qed jiġi ssodisfat biżżejjed, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux aktar finanzjament lil dawn is-sħubijiet pubbliċi privati.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-term għandha tikkunsidra aspetti relatati mad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka. Ir-reviżjoni ta' nofs it-term għandha tevalwa l-progress ta’ partijiet differenti tal-Orizzont 2020 fir-rigward ta’ dawn l-aspetti kollha li ġejjin:

(i) il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti, fuq il-bażi tal-indikaturi msemmija fl-Anness II tal-Programm Speċifiku) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-relevanza kontinwa tal-miżuri kollha;

(ii) l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-azzjonijiet trasversali u elementi oħra stipulati fl-Artikolu 13(1); kif ukoll

(iii) il-valur miżjud tal-Unjoni.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-term għandha tqis ukoll l-ambitu għal iktar simplifikazzjoni u aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitahiet ta’ finanzjament għal parteċipanti fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Din għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti. Din għandha titwettaq b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-politiki dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni implimentati fl-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali jkunu kumplimentari u joffru valur miżjud tal-Unjoni.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs it-term imsemmija fil-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk din tkun disponibbli, tal-kumplimentarjetà u s-sinerġiji miksuba bejn il-baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri biex tinkiseb il-mira tar-R&Ż tal-Ewropa 2020 kif ukoll l-indikatur ewlieni tal-Ewropa 2020 għall-innovazzjoni.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Sa mhux aktar tard mill-2016, u kull sentejn wara dik is-sena, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-aċċess reċiproku tal-organizzazzjonijiet tal-UE u tal-organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programmi ta' riċerka. Ir-reviżjoni għandha titwettaq pajjiż pajjiż u għandha tinkludi paragun bejn il-finanzjament li jkunu rċevew l-organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi mill-Orizzont 2020 u dak li jkunu rċevew l-organizzazzjonijiet tal-UE mill-programmi ta' riċerka ta' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata reċiproċità ġenwina għall-aċċess ta' organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-Orizzont 2020, l-aċċess għall-programm għandu jkun rivedut b'mod regolari u l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-Orizzont 2020 lill-organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi għandha tkun monitorjata.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26a

L-eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [XX]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Anness I – Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – paragrafi 1 sa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu l-objettiv ġenerali li jibni ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha, filwaqt li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Dan se jappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-kisba u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Orizzont 2020 għandu l-objettiv ġenerali li jibni ekonomija fost l-aqwa fid-dinja u soċjetà bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha, filwaqt li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Dan se jappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-kisba u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-progress fil-konfront ta’ dan l-objettiv ġenerali huma:

L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-progress fil-konfront ta’ dan l-objettiv ġenerali huma:

- il-mira tar-R&Ż tal-Ewropa 2020 (3 % tal-PDG);

- il-mira tar-R&Ż tal-Ewropa 2020 (3 % tal-PDG);

- l-indikatur prinċipali tal-innovazzjoni tal-Ewropa 2020.

- l-indikatur prinċipali tal-innovazzjoni tal-Ewropa 2020;

- l-indikaturi tar-riżorsi umani li ġejjin: bidla fil-frazzjoni tar-riċerkaturi (FTE) fil-popolazzjoni attiva; bidla fil-proporzjon ta’ nisa fl-għadd totali ta’ riċerkaturi; tibdil fir-riċerkaturi attirati minn barra l-pajjiż u fl-eżodu ta’ mħuħ tar-riċerkaturi.

L-indikaturi tal-prestazzjoni kollha għandhom jintużaw sabiex jenfasizzaw il-bidla, biex jagħmlu progress viżibbli fl-iżbilanċi tal-parteċipazzjoni tar-riċerka tal-Unjoni u biex jippermettu paragun fil-livell internazzjonali.

Dan l-objettiv ġenerali għandu jitwettaq permezz ta’ tliet prijoritajiet distinti, iżda rinforzanti b’mod reċiproku, fejn kull waħda minnhom fiha sett ta’ objettivi speċifiċi. Dawn se jiġu implimentati f’manjiera bla xkiel bil-għan li jitrawmu interazzjonijiet bejn l-objettivi speċifiċi differenti, jiġi evitat ix-xogħol doppju, u jiġi rinforzat l-impatt konġunt tagħhom.

It-tliet prijoritajiet kollha għandhom jinkludu dimensjoni internazzjonali. Il-kooperazzjoni internazzjonali xjentifika u teknoloġika hija kwistjoni kritika għall-Unjoni u hija partikolarment essenzjali għar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien sabiex jinkisbu l-benefiċċji minn opportunitajiet tax-xjenza u t-teknoloġija emerġenti. Konsegwentement, is-sehem għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali deskritti fl-Artikolu 21(2) u (3) għandu jinżamm mill-inqas għal-livell tal-programm kwadru preċedenti. B’mod partikolari, l-Orizzont 2020 se jappoġġa tliet dimensjonijiet ewlenin tal-kooperazzjoni internazzjonali:

- il-promozzjoni tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (S&T) mal-iktar ċentri avvanzati tal-għarfien fid-dinja, sabiex jinkisbu u jiġu kondiviżi standards ta’ eċċellenza l-iktar avvanzati, u biex tiġi segwita l-kompetizzjoni fl-iktar livelli għolja;

- il-promozzjoni tal-kooperazzjoni S&T għall-bini tal-kapaċità, li tgħin lill-istituzzjonijiet fl-Unjoni, mill-bidu nett, biex jikkontribwixxu u biex jikkondividu l-benefiċċji tal-espansjoni mgħaġġla tal-kapaċitajiet tal-R&Ż u r-riżorsi umani madwar id-dinja;

- il-promozzjoni tal-kooperazzjoni S&T għall-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja, filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol fundamentali li l-valuri umani u tas-soċjetà tax-xjenza u r-riċerka jistgħu jġibu għall-konsolidazzjoni tas-soċjetajiet fraġli u għall-paċifikazzjoni tal-kunflitti internazzjonali.

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 bl-objettiv speċifiku li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijenti għall-politiki tal-Unjoni.

Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 bl-objettiv speċifiku li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijenti għall-politiki tal-Unjoni. Il-valur miżjud tal-Unjoni taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun evalwat, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-indikaturi li ġejjin:

- l-għadd ta’ okkorrenzi ta’ impatti speċifiċi tanġibbli fuq il-politiki tal-Unjoni li jirriżultaw mill-appoġġ tekniku u xjentifiku tal-politka pprovdut miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

- in-numru ta’ publikazzjonijiet riveduti bejn il-pari

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 bl-objettiv speċifiku li jintegra t-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. L-indikaturi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-EIT huma:

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għandu jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali u l-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 bl-objettiv speċifiku li jintegra t-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni għolja. L-indikaturi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-EIT huma:

- organizzazzjonijiet mill-universitajiet, negozji u riċerka integrati fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni;

- organizzazzjonijiet mill-universitajiet, negozji u riċerka integrati fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni;

- kollaborazzjoni ġewwa t-trijangolu tal-għarfien li twassal għall-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi innovattivi.

- kollaborazzjoni ġewwa t-trijangolu tal-għarfien li twassal għall-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi innovattivi.

Dan l-Anness jistipula l-linji mifruxa ta’ dawk l-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 5(2), (3) u (4).

Dan l-Anness jistipula l-linji mifruxa ta’ dawk l-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), (3) u (4).

Sabiex jinkiseb bilanċ adegwat bejn R&Ż&I ibbażati fuq il-kunsens u dawk li joħolqu xkiel, l-użu ta’ sejħiet miftuħa, li jsegwi loġika minn isfel għal fuq - bi proċeduri aċċelerati, għandu jitħeġġeġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni mħaffa ta’ proġetti innovattivi. Barra minn hekk, għandu jintlaħaq bilanċ tajjeb fi ħdan l-isfidi tas-soċjetà u t-teknoloġiji abilitanti u industrijali bejn proġetti aktar żgħar u dawk li huma akbar, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-istruttura speċifika tas-settur, it-tip ta’ attività, it-teknoloġija u x-xenarju tar-riċerka.

Sabiex jingħelbu d-disparitajiet bejn żoni, reġjuni u Stati Membri fl-Ewropa rigward ir-riċerka u l-innovazzjoni, se jiġu żviluppati l-kumplimentarjetà u s-sinerġiji mill-qrib mal-Fondi Strutturali kemm ’il fuq (bini tal-kapaċità fl-Istati Membri biex jippreparaw aħajr il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Orizzont 2020) u kemm ’l isfel (l-isfruttar u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżultaw mill-Orizzont 2020). Fejn possibbli, se tiġi promossa l-interoperabbiltà bejn iż-żewġ strumenti. Se jkun inkoraġġit il-finanzjament kumulattiv jew ikkombinat. Is-sinerġiji se jkunu b’mod partikolari mfittxija fl-attivitajiet stabbiliti fl-objettiv “Żieda fl-eċċellenza u żieda fil-parteċipazzjoni”, il-faċilitajiet tal-imsieħba reġjonali tal-infrastruttura tar-riċerka ta’ interess Ewropew, u l-attivitajiet imwettqa permezz tal-EIT u l-KICs tiegħu.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Anness I – Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – Parti I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din il-Parti timmira li tirrinforza u testendi l-eċċellenza tal-bażi tax-xjenza tal-Unjoni u li tikkonsolida ż-Żona Ewropea tar-Riċerka sabiex is-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni ssir aktar kompetittiva fuq skala globali. Din tikkonsisti f’erba’ objettivi speċifiċi:

Din il-Parti timmira li tirrinforza u testendi l-eċċellenza tal-bażi tax-xjenza tal-Unjoni u li tikkonsolida ż-Żona Ewropea tar-Riċerka sabiex is-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni ssir aktar kompetittiva fuq skala globali. Tikkonsisti f’ħames objettivi speċifiċi:

(a) Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) għandu jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b’talent kif ukoll it-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdiji l-aktar promettenti fil-fruntieri tal-għarfien tax-xjenza, abbażi ta’ kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.

(b) It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhoma jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta' riskju għoli u taċċellera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

(b) Ix-Xjenzi u t-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhom jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta' riskju għoli u taċċellera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

(c) Azzjonijiet Marie Curie għandhom jipprovdu taħriġ eċċellenti u innovattiv fir-riċerka kif ukoll opportunitajiet ta’ karrieri u skambju ta’ għarfien attraenti permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transsettorjali ta’ riċerkaturi bl-aħjar preparazzjoni biex jaffrontaw l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.

(c) Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie għandhom jipprovdu taħriġ eċċellenti u innovattiv fir-riċerka kif ukoll opportunitajiet ta’ karrieri u skambju ta’ għarfien attraenti permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transsettorjali ta’ riċerkaturi minn universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka u intrapriżi, inklużi SMEs, biex jippreparawhom bl-aħjar mod sabiex jaffrontaw l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.

(d) Infrastruttura tar-riċerka għandha tiżviluppa infrastruttura Ewropea tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, trawwem il-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kapital uman, u tikkumplimenta dan bil-politika relatata tal-Unjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali.

(d) Infrastrutturi tar-riċerka għandhom jiżviluppaw u jappoġġaw infrastrutturi Ewropej tar-riċerka eċċellenti eżistenti u ġodda u jgħinuhom joperaw għall-ERA billi jrawmu l-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni, jattiraw riċerkaturi ta’ livell dinji, iħarrġu l-kapital uman, u jikkumplimentaw dan bil-politika ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-Unjoni.

(da) It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni għandhom jilliberaw il-potenzjal tat-talent Ewropew billi jappoġġaw it-tagħlim tal-politika, in-netwerking, u l-opportunitajiet ta’ taħriġ;

Kull waħda minn dawn tat prova li għandha valur miżjud tal-Unjoni għoli. Flimkien, huma jiffurmaw sett potenti u bbilanċjat ta’ attivitajiet li, flimkien ma’ attivitajiet fil-livelli nazzjonali u reġjonali, jipprovdu l-firxa kollha tal-ħtiġijiet tal-Ewropa fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija avvanzati. Il-ġabra ta’ dawn flimkien fi programm uniku se jippermettilhom joperaw b’aktar koerenza, f’mod razzjonalizzat, issimplifikat u aktar iffukat, filwaqt li tinżamm il-kontinwità li hija essenzjali biex tinżamm l-effettività tagħhom.

Kull waħda minn dawn tat prova li għandha valur miżjud tal-Unjoni għoli. Flimkien, huma jiffurmaw sett potenti u bbilanċjat ta’ attivitajiet li, flimkien ma’ attivitajiet fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, jipprovdu l-firxa kollha tal-ħtiġijiet tal-Ewropa fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija avvanzati. Il-ġabra ta’ dawn flimkien fi programm uniku se jippermettilhom joperaw b’aktar koerenza, f’mod razzjonalizzat, issimplifikat u aktar iffukat, filwaqt li tinżamm il-kontinwità li hija essenzjali biex tinżamm l-effettività tagħhom.

L-attivitajiet minnhom infushom jħarsu ’l quddiem, jibnu l-ħiliet fuq perjodu ta’ żmien twil, jiffokaw fuq il-ġenerazzjoni li jmiss tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerkaturi u l-innovazzjonijiet u jipprovdu appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-Unjoni kollha u l-pajjiżi assoċjati, kif ukoll madwar id-dinja. Minħabba n-natura tagħhom xprunata mix-xjenza li fil-parti l-kbira hija “minn isfel għal fuq”, l-arranġamenti tal-finanzjament xprunati mill-investigaturi, il-komunità xjentifika Ewropea se jkollha rwol b’saħħtu biex tiddetermina r-rotot tar-riċerka segwiti taħt il-programm.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Anness I – Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi. – Parti II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din il-Parti timmira li tħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li se jkunu l-bażi tan-negozji tal-ġejjieni u li se jgħinu lil SMEs innovattivi Ewropej biex jikbru u jsiru kumpaniji ewlenin fid-dinja. Din tikkonsisti fi tliet objettivi speċifiċi:

Din il-Parti timmira li tħaffef l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li se jkunu l-bażi tan-negozji tal-ġejjieni u li se jgħinu lil SMEs innovattivi Ewropej biex jikbru u jsiru kumpaniji ewlenin fid-dinja kif ukoll biex jaħsdu l-potenzjal tal-istabbiliment ta’ art fertili għall-SMEs ġodda. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-promozzjoni tal-"konsum tal-innovazzjoni”, jiġifieri t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija miċ-ċentri pubbliċi tar-riċerka lil kumpaniji kif ukoll bejn il-kumpaniji. Din il-parti tikkonsisti fi tliet objettivi speċifiċi:

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati u l-ispazju. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha.

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar teknoloġiji abilitanti ewlenin, bħalma huma l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, l-ispazju. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha u r-relazzjonijiet tagħhom mal-isfidi tas-soċjetà. Il-konsiderazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-utent għandha titqies f’dawn l-oqsma kollha.

(b) Aċċess għal iffinanzjar ta’ riskju li għandu jimmira li jegħleb d-defiċits fid-disponibbiltà tad-dejn u l-finanzjament tal-ekwità għar-R&Ż u kumpaniji u proġetti xprunati mill-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-iżvilupp. Flimkien mal-istrument tal-ekwità tal-Programm għall-Kompetittività tan-Impriżi u l-SME, għandu jappoġġa l-iżvilupp tal-kapital ta’ riskju fil-livell tal-Unjoni.

(b) Aċċess għal iffinanzjar ta’ riskju li għandu jimmira li jegħleb id-defiċits fid-disponibbiltà tad-dejn u l-finanzjament tal-ekwità għar-R&Ż u kumpaniji u proġetti xprunati mill-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-iżvilupp. Flimkien mal-istrument tal-ekwità tal-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs, għandu jappoġġa l-iżvilupp tal-finanzjament fi stadji bikrija u tal-kapital ta’ riskju fil-livell tal-Unjoni.

(c) Innovazzjoni fl-SMEs għandha tistimula l-forom kollha ta’ innovazzjoni fl-SMEs, timmira lil dawk b’potenzjal ta’ tkabbir u tinternazzjonalizza madwar is-suq uniku kollu u lil hinn minnu.

(c) “Innovazzjoni fl-SMEs” għandha tipprovdi appoġġ imfassal għall-SMEs għall-forom kollha ta’ innovazzjoni fl-SMEs, permezz ta’ ġabra ta’ programmi u strumenti speċjalizzati u mfassla apposta, fosthom: aċċess għal finanzjament inizjali, għotjiet, aċċess għal finanzjament ta’ ekwità u dejn, servizzi ta’ mentoring u coaching, aċċess għal netwerks u raggruppamenti tar-R&Ż.

L-attivitajiet se jimxu fuq aġenda xprunata min-negozju. Il-baġits għall-objettivi speċifiċi “Aċċess għal finanzjament ta’ riskju” u “Innovazzjoni fl-SMEs” se jsegwu loġika xprunata mid-domanda, b’loġika minn isfel għal fuq, mingħajr prijoritajiet iddeterminati minn qabel. Dawn għandhom jiġu kkumplimentati bl-użu ta’ strumenti finanzjarji u strument dedikat tal-SMEs skont loġika xprunata mill-politika fi ħdan il-Parti dwar “Sfidi tas-Soċjetà” u l-obejttiv speċifiku ‘Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali’.

L-attivitajiet se jimxu fuq aġenda xprunata min-negozju. L-implimentazzjoni tal-baġits għal “Aċċess għal finanzjament ta’ riskju” u “Innovazzjoni fl-SMEs” prinċipalment se jsegwu loġika xprunata mid-domanda, b’loġika minn isfel għal fuq. L-istrument tal-SMEs għandu jiġi implimentat fi ħdan l-oqsma ta' prijorità tematiċi stabbiliti taħt "Sfidi tas-Soċjetà" u "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali". Dawn għandhom jiġu kkumplimentati bl-użu possibbli ta' approċċ minn fuq għal isfel tal-istrument tal-SMEs bħala parti tal-akkwist prekummerċjali jew tal-attivitajiet innovattivi ta’ akkwist, fejn tkun tista’ tintwera l-ġabra flimkien fil-livell tal-UE tal-ħtiġijiet tal-akkwirenti pubbliċi fl-Istati Membri.

Orizzont 2020 se jieħu approċċ integrat għall-parteċipazzjoni tal-SMEs, li jista’ jwassal biex madwar 15 % tal-baġits ikkombinati totali għall-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” jkun ddedikat għall-SMEs.

Orizzont 2020 se jieħu approċċ integrat għall-parteċipazzjoni tal-SMEs, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tagħhom ta’ għarfien u trasferiment tat-teknoloġija. L-appoġġ għandu jwassal biex ’il fuq minn 20 % tal-baġits ikkombinati totali għall-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” jkun iddedikat għall-SMEs.

L-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” għandu jsegwi approċċ xprunat mit-teknoloġija biex jiżviluppa teknoloġiji abilitanti li jistgħu jintużaw f’oqsma, industriji u servizzi multipli. L-applikazzjonijiet ta’ dawn it-teknoloġiji biex jissodisfaw l-isfidi tas-soċjetà għandhom ikunu appoġġati flimkien mal-isfidi tas-soċjetà.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Anness I – Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi– Parti III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din il-Parti twieġeb direttament għall-prijoritajiet tal-politika u l-isfidi tas-soċjetà identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020, u li jimmiraw li jistimulaw il-massa kritika tal-isforzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-politika tal-Unjoni. L-iffinanzjar għandu jkun iffukat fuq l-objettivi li ġejjin:

Din il-Parti twieġeb direttament għall-prijoritajiet tal-politika u l-isfidi tas-soċjetà identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020, u li jimmiraw li jistimulaw il-massa kritika tal-isforzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-politika tal-Unjoni. L-iffinanzjar għandu jkun iffukat fuq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

(a) Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

(b) Kwalità, sigurtà u sikurezza tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi;

(c) Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti;

(c) Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti;

(d) Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat;

(d) Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat u mobbiltà;

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima;

(e) Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u użu sostenibbli ta’ materja prima;

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri.

(f) L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetà inklużiva, innovattiva u riflettiva;

(fa) Soċjetajiet siguri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha.

Il-finanzjament se jingħata wkoll għal sfida trasversali: Xjenza ma' u għas-soċjetà;

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn kampijiet, teknoloġiji u dixxiplini xjentifiċi differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka sas-suq, b’iffukar ġdid fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari, l-innovazzjoni soċjali u l-adozzjoni tal-innovazzjonijiet mis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, fejn ix-xjenza bażika, ir-riċerka applikata, it-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni jkunu komponenti ta’ importanza ugwali u interkonnessi, u li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-innovazzjoni mhux teknoloġika, organizzazzjonali, sistemika u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku se jingħataw attenzjoni flimkien mas-soluzzjonijiet immexxija mit-teknoloġija. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn kampijiet, teknoloġiji, dixxiplini xjentifiċi u infrastrutturi ta’ riċerka differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka fundamentali sas-suq, inklużi attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari, l-innovazzjoni soċjali u l-adozzjoni tat-trasferiment tal-għarfien u tal-innovazzjonijiet mis-suq inkluża l-istandardizzazzjoni fl-istadji kollha. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Orizzont 2020, se jkun jeħtieġ li firxa wiesgħa ta’ persuni interessati jkunu involuti fil-proġetti kollaborattivi, minn istituzzjonijiet u impriżi tar-riċerka għal utenti mis-settur pubbliku u minn dak privat.

L-approċċ ibbażat fuq l-isfidi jitlob li jkun hemm ippjanar strateġiku koordinat tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Il-koordinazzjoni tista’ tindirizza l-frammentazzjoni u ttejjeb l-użu tar-riżorsi teknoloġiċi u infrastrutturali mill-komunità tar-riċerka kollha fir-rigward ta' kull sfida.

L-azzjonijiet strateġiċi u t-tmexxija xjentifika jistgħu jiżguraw input espert fil-politika mill-bidu nett, javvanzaw l-innovazzjoni u l-kompetittività billi tingħaraf il-kumplessità taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, u tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni ta’ iktar riċerkaturi minn pajjiżi differenti.

Fuq il-bażi tal-ħtieġa u d-domanda, ir-riċerka strateġika u l-koordinazzjoni tal-innovazzjoni fuq kull sfida jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' Bords Xjentifiċi Strateġiċi ta’ esperti indipendenti ta’ livell għoli mid-dinja akkademika, l-industrija, utenti aħħarin u s-soċjetà ċivili, magħżula permezz ta’ proċess miftuħ u trasparenti, li jikkontribwixxu sabiex jiddefinixxu l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq l-aħjar tmexxija u jipprovdu l-impetu u l-istrumenti meħtieġa għall-promozzjoni tal-interazzjoni u s-sinerġiji fuq skala ikbar. Ir-rwol ta’ dawn il-bords ikun li jagħtu pariri strateġiċi fuq bażi kontinwa dwar l-azzjonijiet li jkunu qed jitwettqu u dwar dawk li jkunu qed jiġu ppjanati taħt Orizzont 2020 u l-oqsma relatati tal-politika tal-Unjoni.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta' bażi soda ta' evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta' ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma' pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta' kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu dimensjoni orizzontali u parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Huma għandhom ikunu rappreżentati f’kumitati tal-programmi u fi gruppi ta’ esperti inkarigati bl-evalwazzjoni tal-proġetti u l-programmi dwar is-suġġetti kollha u permezz tal-iżvilupp ta’ sejħiet orjentati lejn ix-xjenzi soċjali. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku ‘L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel – soċjetà inklużiva, innovattiva u riflessiva’. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida, b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-appoġġ ta’ sforzi globali li jirrikjedu massa kritika biex l-Ewropa tkun tista’ tieħu sehem u fejn l-Ewropa tkun tista’ tieħu rwol mexxej.

L-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri” jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f’reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

L-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandhom ikunu parti integrali tal-Orizzont 2020, sabiex jipprovdu appoġġ robust u bbażat fuq l-evidenza lill-politiki tal-Unjoni. Dan għandu jkun xprunat mill-ħtiġijiet tal-klijenti kkumplementat b’attivitajiet li jħarsu ’l quddiem.

L-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandhom ikunu parti integrali mill-Orizzont 2020, sabiex jipprovdu appoġġ robust u bbażat fuq l-evidenza lill-politiki tal-Unjoni. Dan għandu jkun xprunat mill-ħtiġijiet tal-klijenti u kkumplementat b’attivitajiet li jħarsu ’l quddiem.

L-EIT għandu jkollu rwol prinċipali fejn jiġbor flimkien ir-riċerka eċċellenti, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni u b’hekk jintegra t-trijangolu tal-għarfien. L-EIT għandu jagħmel dan primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs). Barra minn hekk għandu jiżgura li l-esperjenzi jiġu kondiviżi lil hinn mill-KICs permezz ta' miżuri ta’ disseminazzjoni u kondiviżjoni tal-għarfien immirati, u b’hekk issir promozzjoni ta’ adozzjoni iktar malajr tal-mudelli tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni.

L-EIT għandu jkollu rwol prinċipali fejn jiġbor flimkien ir-riċerka eċċellenti, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni u b'hekk jintegra t-trijangolu tal-għarfien. L-EIT għandu jagħmel dan primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs). Barra minn hekk għandu jiżgura li l-esperjenzi jiġu kondiviżi bejn u lil hinn mill-KICs permezz ta' miżuri ta’ disseminazzjoni u kondiviżjoni tal-għarfien immirati, u b’hekk issir promozzjoni ta’ adozzjoni iktar malajr tal-mudelli tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC)

1. Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC)

1.1 Objettiv speċifiku

1.1 Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jirrinforza l-eċċellenza, id-dinamiżmu u l-kreattività tar-riċerka Ewropea.

L-objettiv speċifiku huwa li jirrinforza l-eċċellenza, id-dinamiżmu u l-kreattività tar-riċerka Ewropea.

L-Ewropa stabilixxiet l-ambizzjoni tagħha li timxi għal mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din it-tip ta’ transformazzjoni se tkun teħtieġ aktar minn titjib inkrimentali fit-teknoloġiji attwali. Din tirrikjedi kapaċità ħafna ogħla għal innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza stimulata minn għarfien radikali ġdid, sabiex l-Ewropa tkun tista’ tassumi rwol ta’ mexxejja fil-ħolqien ta’ bidliet paradigmatiċi teknoloġiċi li se jkunu l-katalizzaturi ewlenin tat-tkabbir fil-produttività, il-kompetittività, il-ġid u l-progress soċjali fil-ġejjieni. Tali bidliet paradigmatiċi storikament kellhom it-tendenza li joriġinaw mill-bażi tax-xjenza tas-settur pubbliku qabel ma pproċedew biex jibnu l-pedamenti għal industriji u setturi kompletament ġodda.

L-Ewropa stabbilixxiet l-ambizzjoni tagħha li timxi għal mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din it-tip ta’ trasformazzjoni se tkun teħtieġ aktar minn titjib inkrimentali fit-teknoloġiji u l-għarfien attwali. Din tirrikjedi kapaċità ħafna ogħla għax-xjenza bażika u għal innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza stimulata minn għarfien radikali ġdid, sabiex l-Ewropa tkun tista’ tassumi rwol ta’ mexxejja fil-ħolqien ta’ bidliet paradigmatiċi xjentifiċi u teknoloġiċi li se jkunu l-katalizzaturi ewlenin tat-tkabbir fil-produttività, il-kompetittività, il-ġid u l-progress soċjali fil-ġejjieni. Bidliet paradigmatiċi ta’ dan it-tip storikament kellhom it-tendenza li joriġinaw mis-settur pubbliku qabel ma ħolqu l-pedamenti għal industriji u setturi ġodda.

L-innovazzjonijiet mexxejja mill-aqwa huma assoċjati mill-qrib max-xjenza eċċellenti. Fiż-żmien, l-Ewropa kienet bla dubju fuq quddiem nett, iżda issa waqgħet lura fit-tellieqa biex tipproduċi l-aqwa xjenza u mill-aktar avvanzata u għandha rwol sekondarju meta mqabbla mal-Istati Uniti tal-Amerika fir-rigward tal-avvanzi teknoloġiċi ewlenin ta’ wara l-gwerra. Għalkemm l-Unjoni għadha l-akbar produttur ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi fid-dinja, l-Istati Uniti tal-Amerika tipproduċi daqs id-doppju tal-aktar pubblikazzjonijiet influwenti (l-aqwa 1 % skont l-għadd ta’ kwotazzjonijiet). Bl-mod simili, il-klassifika internazzjonali tal-universitajiet turi li l-universitajiet tal-USA qed jiddominaw il-postijiet fil-quċċata. U 70 % tar-rebbieħa tal-Premju Nobel fid-dinja jinsabu bbażati fl-USA.

L-innovazzjonijiet mexxejja mill-aqwa huma assoċjati mill-qrib max-xjenza eċċellenti. Fiż-żmien, l-Ewropa kienet bla dubju fuq quddiem nett, iżda issa waqgħet lura fit-tellieqa biex tipproduċi l-aqwa xjenza u mill-aktar avvanzata u għandha rwol sekondarju meta mqabbla mal-Istati Uniti tal-Amerika fir-rigward tal-avvanzi teknoloġiċi ewlenin ta’ wara l-gwerra. Għalkemm l-Unjoni għadha l-akbar produttur ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi fid-dinja, l-Istati Uniti tal-Amerika tipproduċi daqs id-doppju tal-aktar pubblikazzjonijiet influwenti (l-aqwa 1 % skont l-għadd ta’ kwotazzjonijiet). Bl-istess mod, il-klassifika internazzjonali tal-universitajiet turi li l-universitajiet tal-Istati Uniti qed jiddominaw il-postijiet fil-quċċata. U 70 % tar-rebbieħa tal-Premju Nobel fid-dinja jinsabu bbażati fl-Istati Uniti.

Parti mill-isfida hija li filwaqt li l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika jinvestu ammonti simili fil-bażijiet tax-xjenza tas-settur pubbliku tagħhom, fl-Unjoni l-ammont ta’ riċerkaturi fis-settur pubbliku jammonta għal kważi tliet darbiet aktar, u jirriżulta f’investiment sinifikament aktar baxx għal kull riċerkatur. Barra minn hekk, l-iffinanzjar tal-USA huwa aktar selettiv dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi għar-riċerkaturi ewlenin. Dan jgħin biex jispjega għaliex ir-riċerkaturi fis-settur pubbliku tal-Unjoni bħala medja huma anqas produttivi u kollha flimkien għandhom impatt xjentifiku kkombinat iżgħar mir-riċerkaturi tal-istess livell li huma ferm anqas numerużi fl-USA.

Parti mill-isfida hija li filwaqt li l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika jinvestu ammonti simili fil-bażijiet tax-xjenza tas-settur pubbliku tagħhom, fl-Unjoni l-ammont ta’ riċerkaturi fis-settur pubbliku jammonta għal kważi tliet darbiet aktar, u jirriżulta f’investiment sinifikament aktar baxx għal kull riċerkatur. Barra minn hekk, l-iffinanzjar tal-Istati Uniti huwa aktar selettiv dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi għar-riċerkaturi ewlenin. Dan jgħin biex jispjega għaliex ir-riċerkaturi fis-settur pubbliku tal-Unjoni bħala medja huma anqas produttivi u kollha flimkien għandhom impatt xjentifiku kkombinat iżgħar mir-riċerkaturi tal-istess livell li huma ferm anqas numerużi fl-Istati Uniti.

Parti kbira oħra tal-isfida hija li f’bosta pajjiżi Ewropej is-settur pubbliku għadu ma joffrix b’mod suffiċjenti kundizzjonijiet attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Il-proċess biex riċerkaturi żagħżagħ b’talent isiru xjenzati indipendenti bħala dritt tagħhom jista’ jieħu ħafna snin. Dan iwassal għal ħela drammatika tal-potenzjal tar-riċerka tal-Ewropa għaliex idewwem l-emerġenza tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi, li jġibu ideat u enerġija ġodda, u jinkoraġġixxi lil riċerkaturi eċċellenti li jkunu qed jibdew il-karriera tagħhom biex ifittxu avvanz xi mkien ieħor.

Parti kbira oħra tal-isfida hija li f’bosta pajjiżi Ewropej is-settur pubbliku u dak privat għadhom ma joffrux b’mod suffiċjenti kundizzjonijiet attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Il-proċess biex riċerkaturi żagħżagħ b’talent isiru xjenzati indipendenti bħala dritt tagħhom jista’ jieħu ħafna snin. Dan iwassal għal ħela drammatika tal-potenzjal tar-riċerka tal-Ewropa għaliex idewwem l-emerġenza tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi, li jġibu ideat u enerġija ġodda, u jinkoraġġixxi lil riċerkaturi eċċellenti li jkunu qed jibdew il-karriera tagħhom biex ifittxu avvanz xi mkien ieħor. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lix-xjenzati nisa, li jirrappreżentaw biss it-18 % tar-riċerkaturi tal-grad A, meta mqabbla mas-27 % fl-Istati Uniti, filwaqt li 60 % tal-gradwati universitarji Ewropej huma nisa.

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta’ attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta’ eluf mill-Unjoni.

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta’ attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur, aktar mobbiltà transsettorjali u konnessjonijiet mas-settur privat u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta’ eluf mill-Unjoni.

1.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

1.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-ERC inħoloq biex jipprovdi lill-aqwa riċerkaturi tal-Ewropa, irġiel u nisa, ir-riżorsi li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar f’livell globali, billi jiffinanzja timijiet individwali abbażi ta’ kompetizzjoni pan-Ewropea. Dan jopera b’mod awtonomu: Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u kompetenzi, jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika ġenerali u għandu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata. Dawn huma karatteristiċi essenzjali tal-ERC, li jiżgura l-effettività tal-programm xjentifiku tiegħu, il-kwalità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-proċess tal-analiżi inter pares u l-kredibbiltà tiegħu fil-komunità xjentifika.

L-ERC inħoloq biex jipprovdi lill-aqwa riċerkaturi tal-Ewropa, irġiel u nisa, ir-riżorsi li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar f’livell globali, billi jiffinanzja timijiet individwali abbażi ta’ kompetizzjoni pan-Ewropea. Dan jopera b’mod awtonomu: Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u kompetenzi, minn nisa kif ukoll irġiel ta’ gruppi ta’ età differenti, jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika ġenerali u għandu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata. Dawn huma karatteristiċi essenzjali tal-ERC, li jiżgura l-effettività tal-programm xjentifiku tiegħu, il-kwalità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-proċess tal-analiżi inter pares u l-kredibbiltà tiegħu fil-komunità xjentifika.

Billi jopera madwar l-Ewropa kollha fuq bażi kompetittiva, l-ERC jista’ jieħu minn ġabra usa’ ta’ talenti u ideat milli huwa possibbli għal kwalunkwe skema nazzjonali. L-aqwa riċerkaturi u l-aqwa ideat jikkompetu kontra xulxin. L-applikanti jafu li jrid ikollhom prestazzjoni tal-ogħla livell, u l-premju jkun finanzjament flessibbli abbażi ta’ kundizzjonijiet ekwi, irrispettivament minn ostakli lokali jew mid-disponibbiltà ta’ finanzjament nazzjonali.

Għaldaqstant, ir-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien iffinanzjata mill-ERC hija mistennija li jkollha impatt dirett sostanzjali fil-forma ta’ avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, li jwittu t-triq għal riżultati xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ħafna drabi mhux mistennija, u oqsma ġodda tar-riċerka, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġġeneraw l-ideat radikalment ġodda li se jmexxu l-innovazzjoni u l-ħila tan-negozji li jivvintaw u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. Il-kombinazzjoni ta’ xjenzati individwali eċċellenti flimkien ma’ ideat innovattivi hija l-bażi ta’ kull stadju tal-katina tal-innovazzjoni.

Għaldaqstant, ir-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien iffinanzjata mill-ERC hija mistennija li jkollha impatt dirett sostanzjali fil-forma ta’ avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, li jwittu t-triq għal riżultati xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ħafna drabi mhux mistennija, u oqsma ġodda tar-riċerka, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġġeneraw l-ideat radikalment ġodda li se jmexxu l-innovazzjoni u l-ħila tan-negozji li jivvintaw u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-enfasi ewlenija meta jingħataw għotjiet tal-ERC hija fuq ideat innovattivi. Il-kombinazzjoni ta’ xjenzati individwali eċċellenti flimkien ma’ ideat innovattivi hija l-bażi ta’ kull stadju tal-katina tal-innovazzjoni.

Lil hinn minn dan, l-ERC għandu impatt strutturali sinifikanti billi jiġġenera stimulu potenti biex tittejjeb il-kwalità tas-sistema Ewropea tar-riċerka kollha, u dan imur lil hinn mir-riċerkaturi u l-proġetti li l-ERC jiffinanzja direttament. Il-proġetti u r-riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC jistabbilixxu mira ċara u ta’ inspirazzjoni għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien fl-Ewropa, iżidu l-profil tagħha u jagħmluha aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi fil-livell globali. Il-prestiġju li jilqgħu persuni li jkunu ngħataw għotjiet mill-ERC u t-“timbru ta’ eċċellenza” li dan iġib miegħu qed jintensifikaw il-kompetizzjoni bejn l-universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn fl-Ewropa sabiex dawn joffru l-aktar kundizzjonijiet attraenti għall-aqwa riċerkaturi. U l-abbiltà tas-sistemi nazzjonali u l-istituzzjonijiet tar-riċerka individwali li jattiraw u jospitaw persuni li kellhom suċċess fl-għotjiet tal-ERC tistabbilixxi punt ta’ referenza li abbażi tiegħu huma jkunu jistgħu jivvalutaw is-saħħiet u d-dgħufiji relattivi tagħhom, u jirriformaw il-politiki u l-prattiki tagħhom skont dan. Il-finanzjament tal-ERC għaldaqstant huwa żieda mal-isforzi kontinwi fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali biex jirriformaw, jibnu l-kapaċità u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal u l-attrattività tas-sistema Ewropea tar-riċerka.

Lil hinn minn dan, l-ERC għandu impatt strutturali sinifikanti billi jiġġenera stimulu potenti biex tittejjeb il-kwalità tas-sistema Ewropea tar-riċerka kollha, u dan imur lil hinn mir-riċerkaturi u l-proġetti li l-ERC jiffinanzja direttament. Il-proġetti u r-riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC jistabbilixxu mira ċara u ta’ ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien fl-Ewropa, iżidu l-profil tagħha u jagħmluha aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi fil-livell globali. Il-prestiġju li jilqgħu persuni li jkunu ngħataw għotjiet mill-ERC u t-“timbru ta’ eċċellenza” li dan iġib miegħu qed jintensifikaw il-kompetizzjoni bejn l-universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka oħrajn fl-Ewropa sabiex dawn joffru l-aktar kundizzjonijiet attraenti għall-aqwa riċerkaturi. U l-abbiltà tas-sistemi nazzjonali u l-istituzzjonijiet tar-riċerka individwali li jattiraw u jospitaw persuni li kellhom suċċess fl-għotjiet tal-ERC tistabbilixxi punt ta’ referenza li abbażi tiegħu huma jkunu jistgħu jivvalutaw is-saħħiet u d-dgħufiji relattivi tagħhom, u jirriformaw il-politiki u l-prattiki tagħhom skont dan. Il-finanzjament tal-ERC għaldaqstant huwa żieda mal-isforzi kontinwi fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali biex jirriformaw, jibnu l-kapaċità u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal u l-attrattività tas-sistema Ewropea tar-riċerka.

1.3 Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.3 Linji ġenerali tal-attivitajiet

L-attività fundamentali tal-ERC għandha tkun li jipprovdi finanzjament attraenti fit-tul biex jappoġġa investigaturi eċċellenti u t-timijiet ta' riċerka tagħhom biex iwettqu riċerka li twassal għal skoperti ġodda, u li tkun ta' gwadann kbir u riskju kbir.

Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-ERC għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta' riċerkaturi ta' kull età u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. U l-ERC għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b'saħħitha madwar l-Ewropa.

Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-ERC għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta' riċerkaturi ta' kull età u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. L-ERC għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b’saħħitha madwar l-Ewropa u se jfittex li jindirizza kif suppost il-preġudizzju inkonxju tal-ġeneru fil-proċeduri ta’ evalwazzjoni.

L-ERC għandu jagħti prijorità partikolari li jassisti riċerkaturi eċċellenti li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-indipendenza billi jipprovdilhom appoġġ adegwat fl-istadju kritiku li fih dawn ikunu qed jistabbilixxu jew jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta’ riċerka tagħhom.

L-ERC għandu jagħti prijorità partikolari li jassisti riċerkaturi eċċellenti li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-indipendenza billi jipprovdilhom appoġġ adegwat fl-istadju kritiku li fih dawn ikunu qed jistabbilixxu jew jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta’ riċerka tagħhom. Ir-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid tar-riċerkaturi wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ finanzjament tal-ERC jista’ jiġi appoġġat ukoll, b’mod partikolari flimkien mal-iskema ta' ‘Katedri ERA'.

L-ERC għandu jappoġġa wkoll, skont il-bżonn, modi ta’ ħidma emerġenti ġodda fid-dinja xjentifika li jkollhom il-potenzjal li jiksbu riżultati rivoluzzjonarji, u jiffaċilita l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-innovazzjoni kummerċjali u soċjali tar-riċerka li huwa jiffinanzja.

L-ERC għandu jappoġġa wkoll, skont il-bżonn, metodi ta’ ħidma ġodda fid-dinja xjentifika li jkollhom il-potenzjal li jiksbu riżultati rivoluzzjonarji, u jiffaċilita l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-innovazzjoni kummerċjali u soċjali tar-riċerka li huwa jiffinanzja

Għaldaqstant, sal-2020 l-ERC għandu jimmira li juri li: l-aqwa riċerkaturi qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-ERC, li l-finanzjament tal-ERC wassal direttament għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità u għall-kummerċjalizzazzjoni u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji u ideat innovattivi u li l-ERC ta kontribuzzjoni sinifkanti wkoll biex jagħmel l-Ewropa ambjent aktar attraenti għall-aħjar xjenzati tad-dinja. B’mod partikolari, l-ERC għandu jimmira titjib li jista’ jitkejjel fis-sehem tal-Unjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet l-aktar ikkwotati li qegħdin fl-ogħla 1 % fid-dinja. Barra minn hekk, għandu jimmira għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti minn barra l-Ewropa li huwa jiffinanzja u titjib speċifiku fil-prattiki istituzzjonali u l-politiki nazzjonali biex jappoġġa l-aqwa riċerkaturi.

Għaldaqstant, sal-2020 l-ERC għandu jimmira li juri li: l-aqwa riċerkaturi qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-ERC, li l-finanzjament tal-ERC wassal direttament għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità u għal riżultati tar-riċerka b’impatt kbir fuq is-soċjetà u l-ekonomija, u għall-kummerċjalizzazzjoni u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji u ideat innovattivi u li l-ERC ta kontribut sinifkanti wkoll biex jagħmel l-Ewropa ambjent aktar attraenti għall-aħjar xjenzati tad-dinja. B’mod partikolari, l-ERC għandu jimmira għal titjib li jista’ jitkejjel fis-sehem tal-Unjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet l-aktar ikkwotati li qegħdin fl-ogħla 1 % fid-dinja. Barra minn hekk, għandu jimmira għal żieda fl-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti minn barra l-Ewropa li huwa jiffinanzja, inkluża żieda qawwija ta’ riċerkaturi nisa eċċellenti, u titjib speċifiku fil-prattiki istituzzjonali u l-politiki nazzjonali biex jappoġġa l-aqwa riċerkaturi. L-ERC għandu jikkondividi l-esperjenza u l-aħjar prattiki mal-aġenziji ta' finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali sabiex jippromwovi l-appoġġ għal riċerkaturi eċċellenti. Barra minn hekk, l-ERC għandu jkompli jqawwi l-viżibbiltà tal-programmi tiegħu sabiex jattira riċerkaturi eċċellenti.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għandu jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-operazzjonijiet tal-ERC u jikkusidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi tiegħu permezz ta’ skemi ta’ għotjiet li jenfasizzaw iċ-ċarezza, l-istabbiltà u sempliċità, kemm għall-applikanti kif ukoll fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom, u, jekk hemm bżonn, biex iwieġeb għall-bżonnijiet emerġenti. Għandu jistinka biex iżomm u jkompli jirfina s-sistema ta’ analiżi inter pares tal-ERC li hija mill-aqwa, u li hija bbażata fuq trattament trasparenti, ġust u imparzjali tal-proposti sabiex ikun jista’ jidentifika eċċellenza u talent xjentifiċi mill-aqwa irrelevanti mis-sess, in-nazzjonalità jew l-eta’ tar-riċerkatur. Fl-aħħar nett, l-ERC għandu jkompli jwettaq l-istudji strateġiċi tiegħu biex iħejji u jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, iżomm kuntatti mill-qrib mal-komunità xjentifika u partijiet interessati oħra u jara kif għandu jagħmel biex l-attivitajiet tiegħu jikkumplimentaw riċerka li ssir f’livelli oħrajn.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għandu jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-operazzjonijiet u l-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-ERC u jikkunsidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi tiegħu permezz ta’ skemi ta’ għotjiet li jenfasizzaw l-effikaċja, iċ-ċarezza, l-istabbiltà u sempliċità, kemm għall-applikanti kif ukoll fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom, u, jekk hemm bżonn, biex iwieġeb għall-bżonnijiet emerġenti. Għandu jistinka biex iżomm u jkompli jirfina s-sistema ta’ analiżi inter pares tal-ERC li hija mill-aqwa, u li tiżgura trattament trasparenti, ġust u imparzjali tal-proposti sabiex ikun jista’ jidentifika eċċellenza, ideat li jirrappreżentaw qabża ‘l quddiem u talent xjentifiċi mill-aqwa irrelevanti mis-sess, in-nazzjonalità, l-istituzzjoni ta’ oriġini jew l-età tar-riċerkatur. L-ERC għandu jkompli jwettaq l-istudji strateġiċi tiegħu biex iħejji u jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, iżomm kuntatti mill-qrib mal-komunità xjentifika u partijiet interessati oħra u jara kif għandu jagħmel biex l-attivitajiet tiegħu jikkumplimentaw riċerka li ssir f’livelli oħrajn billi jevita t-trikkib ma’ attivitajiet oħrajn ta’ riċerka.

L-ERC se jiżgura trasparenza fil-komunikazzjoni dwar l-attivitajiet u r-riżultati tiegħu lill-komunità xjentifika u lill-pubbliku ġenerali u jżomm dejta aġġornata mill-proġetti ffinanzjati.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 2 – titolu – punt 2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET)

2. Xjenzi u Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FEST)

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ teknoloġiji radikali ġodda permezz tal-esplorazzjoni ta’ ideat novelli oħrajn u ta’ riskju għoli li jibnu fuq il-pedamenti xjentifiċi. Billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ riċerka fil-fruntiera, inklużi teknoloġiji radikali ġodda u ideat ta’ riskju għoli, bil-potenzjali li jiftħu oqsma ġodda għax-xjenza u t-teknoloġija Ewropea.. Billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà. Pjattaformi intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni għandhom rwol ewlieni f’dan ir-rigward, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-ħolqien u n-netwerking, l-iskambju tal-informazzjoni, skemi ta’ ġemellaġġ u appoġġ għall-politiki ta’ riċerka u innovazzjoni.

FEST jippromwovu l-eċċellenza permezz ta’ proġetti kollaborattivi ffukati fuq riċerka fil-fruntiera fil-futur u fuq opportunitajiet emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija. Filwaqt li jkopru l-qasam kollaborattiv kollu tar-riċerka fil-fruntiera mix-xjenza bażika fil-fruntiera sal-iżviluppi teknoloġiċi fil-fruntiera , u t-trawwim tal-kollaborazzjoni mill-iktar stadji bikrija tar-riċerka ’l hawn, FEST se jġibu l-valur miżjud tal-Unjoni lejn il-fruntiera tar-riċerka moderna u jgħinu sabiex tinbena massa kritika kollaborattiva fir-riċerka eċċellenti madwar l-Ewropa.

FET għandhom jippromwovu r-riċerka li tmur lil hinn minn dak li hu magħruf, aċċettat jew adottat b’mod ġenerali, u għandhom irawmu raġunar novell u viżjonarju biex jinfetħu mogħdiji promettenti lejn teknoloġiji ġodda potenti, li wħud minnhom jistgħu jiżviluppaw f’paradigmi teknoloġiċi u intellettwali mexxejja għad-deċennji li ġejjin. FET għandhom irawmu l-isforzi biex iwettqu opportunitajiet ta’ riċerka fuq skala żgħira fl-oqsma kollha, inkluż temi emerġenti u sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi (X&T) kbar li jirrikjedu federazzjoni u kollaborazzjoni bejn il-programmi madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Dan l-approċċ għandu jkun xprunat mill-eċċellenza u jestendi għall-esplorazzjoni ta’ ideat prekompetittivi bil-għan li jissawwar il-futur tat-teknoloġija, sabiex is-soċjetà tkun tista’ tibbenefika minn kollaborazzjoni tar-riċerka multidixxiplinarja li teħtieġ li tkun ingranata fil-livell Ewropew billi ssir ir-rabta bejn ir-riċerka xprunata mix-xjenza u r-riċerka xprunata mill-isfidi tas-soċjetà jew il-kompetittività industrijali.

FEST għandhom jippromwovu r-riċerka li tmur lil hinn minn dak li hu magħruf, aċċettat jew adottat b’mod ġenerali, u għandhom irawmu ħsieb novell u viżjonarju biex jinfetħu mogħdiji promettenti lejn teknoloġiji ġodda potenti, li wħud minnhom jistgħu jiżviluppaw f’paradigmi teknoloġiċi u intellettwali mexxejja għad-deċennji li ġejjin. FEST għandhom irawmu l-isforzi biex iwettqu opportunitajiet ta’ riċerka fuq skala żgħira fl-oqsma kollha, inklużi temi emerġenti u sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi (X&T) kbar li jirrikjedu federazzjoni u kollaborazzjoni bejn il-programmi madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Dan l-approċċ għandu jkun xprunat mill-eċċellenza u jestendi għall-esplorazzjoni ta’ ideat prekompetittivi bil-għan li jissawwar il-futur tat-teknoloġija, sabiex is-soċjetà tkun tista’ tibbenefika minn kollaborazzjoni tar-riċerka multidixxiplinarja li teħtieġ li tkun ingranata fil-livell Ewropew billi ssir ir-rabta bejn ir-riċerka xprunata mix-xjenza u r-riċerka xprunata mill-miri u mill-isfidi tas-soċjetà jew mill-kompetittività industrijali.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 2 – punt 2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skoperti radikali b’impatt trasformattiv jiddependu dejjem aktar fuq kollaborazzjoni intensa fid-dixxiplini kollha tax-xjenza u t-teknoloġija (pereżempju, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-bijoloġija, il-kimika, ix-xjenzi tas-sistema terrestri, ix-xjenzi materjali, in-newroxjenzi u x-xjenzi konoxxittivi, ix-xjenzi soċjali jew l-ekonomiji) u mal-arti u l-istudji umanistiċi. Dan jirrikjedi mhux biss eċċellenza fix-xjenza u t-teknoloġija iżda wkoll attitudnijiet ġodda u interazzjonijiet novelli bejn il-firxa wiesgħa ta’ atturi fir-riċerka.

Skoperti radikali b’impatt trasformattiv jiddependu dejjem aktar fuq kollaborazzjoni intensa fid-dixxiplini kollha tax-xjenza u t-teknoloġija (pereżempju, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-bijoloġija, il-bijoinġinerija u r-robotika, il-kimika, il-fiżika, il-matematika, il-mudellar tal-mediċina, ix-xjenzi tas-sistema terrestri, ix-xjenzi materjali, in-newroxjenzi u x-xjenzi konoxxittivi, ix-xjenzi soċjali jew l-ekonomiji) u mal-arti u l-istudji umanistiċi. Dan jirrikjedi mhux biss eċċellenza fix-xjenza u t-teknoloġija iżda wkoll attitudnijiet ġodda u interazzjonijiet novelli bejn firxa wiesgħa ta’ atturi fir-riċerka.

Filwaqt li xi ideat jistgħu jiġu żviluppati fuq skala żgħira, oħrajn jistgħu jkunu tant ta’ sfida li jkunu jirrikjedu sforz kbir federat fuq perjodu ta’ żmien sostanzjali. Ekonomiji ewlenin madwar id-dinja irrikonoxxew dan, u hemm kompetizzjoni globali li qed tikber biex jiġu identifikati u segwiti opportunitajiet teknoloġiċi emerġenti fil-fruntiera tal-għarfien tax-xjenza li jistgħu jiġġeneraw impatt konsiderevoli fuq l-innovazzjoni u l-benefiċċji għas-soċjetà. Sabiex ikunu effettivi, dawn it-tipi ta’ attività jeħtieġ li jinbnew malajr fuq skala kbira, permezz tal-federazzjoni fil-programmi kollha f’livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali madwar għanijiet komuni biex jibnu massa kritika, irawmu sinerġiji u jiksbu l-aħjar effetti ta’ ingranaġġ.

Filwaqt li xi ideat jistgħu jiġu żviluppati fuq skala żgħira, oħrajn jistgħu jkunu tant ta’ sfida li jkunu jirrikjedu sforz kbir federat fuq perjodu ta’ żmien sostanzjali. Ekonomiji ewlenin madwar id-dinja irrikonoxxew dan, u hemm kompetizzjoni globali li qed tikber biex jiġu identifikati u segwiti opportunitajiet teknoloġiċi emerġenti fil-fruntiera tal-għarfien tax-xjenza li jistgħu jiġġeneraw impatt konsiderevoli fuq l-innovazzjoni u l-benefiċċji għas-soċjetà. Sabiex ikunu effettivi, dawn it-tipi ta’ attività jeħtieġ li jkunu ġestiti b’mod espert u li jinbnew malajr fuq skala kbira, permezz tal-federazzjoni fil-programmi kollha f’livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali madwar għanijiet komuni biex jibnu massa kritika, irawmu sinerġiji u jiksbu l-aħjar effetti ta’ ingranaġġ.

Il-programm FET għandu jindirizza l-ispettru sħiħ ta’ innovazzjoni xprunata mix-xjenza: minn isfel għal fuq, esplorazzjonijiet bikrija fuq skala żgħira ta' ideat fi stat embrijoniku u fraġli għal bini ta’ komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ġodda madwar oqsma tar-riċerka emerġenti transformattivi u inizjattivi tar-riċerka kbar u federati mibnija madwar aġenda tar-riċerka li timmira lejn il-kisba ta' miri ambizzjużi u viżjonarji. Dawn it-tliet livelli ta’ involviment lkoll għandhom il-valur speċifiku tagħhom, filwaqt li huma kumplimentari u sinerġistiċi. Pereżempju, l-esplorazzjonijiet fuq skala żgħira jistgħu jiżvelaw il-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta’ temi ġodda li jistgħu jwasslu għal azzjoni fuq skala kbira bbażata fuq pjanijiet direzzjonali. Dawn jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi involuti fir-riċerka, inkluż riċerkaturi żgħażagħ u SMEs iffukati fuq ir-riċerka, u komunitajiet ta’ partijiet interessati (is-soċjetà ċivika, persuni responsabbli mit-tfassil tal-politika, l-industrija u riċerkaturi pubbliċi), ikkonċentrati madwar aġendi tar-riċerka hekk kif ikunu qed jitfasslu, jimmaturaw u jiddiversifikaw.

Il-programm FEST għandu jindirizza l-ispettru sħiħ ta’ innovazzjoni xprunata mix-xjenza: minn isfel għal fuq, esplorazzjonijiet bikrija fuq skala żgħira ta' ideat fi stat embrijoniku u fraġli għal bini ta’ komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ġodda madwar oqsma tar-riċerka emerġenti transformattivi u inizjattivi tar-riċerka kbar u federati mibnija madwar aġenda tar-riċerka li timmira lejn il-kisba ta' miri ambizzjużi u viżjonarji. Dawn it-tliet livelli ta’ involviment ilkoll għandhom il-valur speċifiku tagħhom, filwaqt li huma kumplimentari u sinerġistiċi. Pereżempju, l-esplorazzjonijiet fuq skala żgħira jistgħu jiżvelaw il-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta’ temi ġodda li jistgħu jwasslu għal azzjoni fuq skala kbira bbażata fuq pjanijiet direzzjonali. Dawn jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi involuti fir-riċerka, inkluż riċerkaturi żgħażagħ u SMEs iffukati fuq ir-riċerka, u komunitajiet ta’ partijiet interessati (is-soċjetà ċivika, persuni responsabbli mit-tfassil tal-politika, l-industrija u riċerkaturi pubbliċi), ikkonċentrati madwar aġendi tar-riċerka li jevolvu hekk kif ikunu qed jitfasslu, jimmaturaw u jiddiversifikaw.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 2 – punt 2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li l-programm FET jimmira li jkun viżjonarju, trasformattiv u mhux konvenzjonali, l-attivitajiet tiegħu għandhom isegwu loġiċi differenti, minn dawk kompletament miftuħa għal oħrajn bi gradi varji ta’ strutturar ta’ suġġetti, komunitajiet u finanzjament.

Filwaqt li l-programm FEST jimmira li jkun viżjonarju, trasformattiv u mhux konvenzjonali, l-attivitajiet tiegħu għandhom isegwu loġiċi differenti, minn dawk kompletament miftuħa għal oħrajn bi gradi varji ta’ strutturar ta’ suġġetti, komunitajiet u finanzjament.

L-attivitajiet għandhom jagħtu forma aktar soda lil-loġiċi differenti għal azzjoni, fl-iskala adatta, filwaqt li jidentifikaw u jagħmlu użu minn opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà:

(a) Bit-trawwim ta’ ideat oriġinali (‘FET Miftuħin), il-FET għandhom jappoġġaw ir-riċerka xjentifika u teknoloġika fi stat embrijoniku li tesplora pedamenti ġodda għal teknoloġiji futuri radikalment ġodda billi tisfida l-paradigmi attwali u tazzarda tidħol f’oqsma mhux magħrufa. Proċess ta’ għażla minn isfel għal fuq miftuħ għal kwalunkwe idea tar-riċerka għandu jibni portafoll varjat ta’ proġetti fil-mira. Se jkunu fatturi ewlenin l-identifikazzjoni bikrija ta’ oqsma, żviluppi u xejriet ġodda promettenti, flmkien mal-attirar ta’ atturi ġodda u b’potenzjal kbir fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni.

(a) Bit-trawwim ta’ ideat oriġinali (‘FEST Miftuħin’), il-FET għandhom jappoġġaw ir-riċerka xjentifika u teknoloġika fi stat embrijoniku li tesplora pedamenti ġodda għal teknoloġiji futuri radikalment ġodda billi tisfida l-paradigmi attwali u tazzarda tidħol f’oqsma mhux magħrufa. Proċess ta’ għażla minn isfel għal fuq miftuħ għal kwalunkwe idea tar-riċerka għandu jibni portafoll varjat ta’ proġetti fil-mira. Se jkunu fatturi ewlenin l-identifikazzjoni bikrija ta’ oqsma, żviluppi u xejriet ġodda promettenti, flmkien mal-attirar ta’ atturi ġodda u b’potenzjal kbir fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni.

(b) Bit-trawwim ta’ temi u komunitajiet emerġenti (‘FET Proattiv’), il-FET għandhom jindirizzaw għadd ta’ temi tar-riċerka esploratorji promettenti, bil-potenzjal li tiġi ġġenerata massa kritika ta’ proġetti relatati ma’ xulxin li, flimkien, jikkostitwixxu esplorazzjoni tat-temi wiesgħa u b’ħafna aspetti u jibnu ħażna Ewropea tal-għarfien.

(b) Bit-trawwim ta’ temi u komunitajiet emerġenti (‘FEST Proattiv’), f’assoċjazzjoni mill-qrib ma’ sfidi tas-soċjetà u temi industrijali u teknoloġiċi, il-FEST għandhom jindirizzaw għadd ta’ temi tar-riċerka esploratorji promettenti, bil-potenzjal li tiġi ġġenerata massa kritika ta’ proġetti relatati ma’ xulxin li, flimkien, jikkostitwixxu esplorazzjoni tat-temi wiesgħa u b’ħafna aspetti u jibnu ħażna Ewropea tal-għarfien.

(c) Billi jidħlu għal sfidi kbar interdixxiplinari tax-X&T (‘FET Mexxejja’), il-FET għandhom jappoġġaw riċerka ambizzjuża fuq skala kbira u xprunata mix-xjenza li timmira li tikseb skoperti xjentifiċi. Tali attivitajiet se jibbenefikaw mill-allinjament tal-aġendi Ewropej u nazzjonali. L-avvanz xjentifiku għandu jipprovdi bażi soda u wiesgħa għall-innovazzjoni teknoloġika futura u l-applikazzjoni ekonomika f’varjetà ta’ oqsma, kif ukoll benefiċċji ġodda għas-soċjetà.

(c) Billi jidħlu għal sfidi kbar interdixxiplinarji tax-X&T (‘FEST Mexxejja’), il-FET għandhom jappoġġaw riċerka ambizzjuża fuq skala kbira u xprunata mix-xjenza li timmira li tikseb skoperti xjentifiċi u teknoloġiċi. Tali attivitajiet se jibbenefikaw mill-allinjament tal-aġendi Ewropej, nazzjonali u reġjonali. L-avvanz xjentifiku għandu jipprovdi bażi soda u wiesgħa għall-innovazzjoni teknoloġika futura u l-applikazzjoni ekonomika f’varjetà ta’ oqsma, kif ukoll benefiċċji ġodda għas-soċjetà.

It-taħlita t-tajba tal-livell ta’ ftuħ kif ukoll il-gradi varjanti ta’ strutturar tas-suġġetti, il-komunitajiet u l-finanzjament għandhom ikunu definiti għal kull attività biex jiġu indirizzati bl-aħjar mod l-objettivi li se jitwettqu.

Aktar minn nofs ir-riżorsi tal-FEST ser ikunu allokati għal riċerka kollaborattiva fil-fruntiera tal-għarfien minn isfel għal fuq fl-oqsma kollha.

L-evalwazzjoni tal-proġetti kollha tal-FEST se ssegwi kriterji stretti ta’ eċċellenza xjentifika u teknoloġika.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3 – titolu – punt 3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Azzjonijiet Marie Curie

3. Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie

3.1. Objettiv speċifiku

3.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati l-aħjar żvilupp u l-użu dinamiku tal-kapital intellettwali tal-Ewropa sabiex jiġu ġġenerati ħiliet ġodda u innovazzjoni u b’hekk jiġi realizzat il-potenzjal kollu tagħha fis-setturi u r-reġjuni kollha.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati l-aħjar żvilupp u l-użu dinamiku tar-riżorsi umani tal-Ewropa fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jiġu żviluppati u trasferiti ħiliet ġodda u ġġenerati l-għarfien ġdid u l-innovazzjoni u b’hekk jiġi realizzat il-potenzjal kollu tagħha fis-setturi u r-reġjuni kollha.

Riċerkaturi mħarrġin sew, dinamiċi u kreattivi huma l-materja prima essenzjali għall-aħjar xjenza u l-innovazzjoni l-aktar produttiva bbażata fuq ir-riċerka.

Riċerkaturi mħarrġin sew, dinamiċi u kreattivi huma l-materja prima essenzjali għall-aħjar xjenza u l-innovazzjoni l-aktar produttiva bbażata fuq ir-riċerka.

Għalkemm l-Ewropa tospita grupp kbir u diversifikat ta’ riżorsi umani b’ħiliet għar-riċerka u l-innovazzjoni, dan jeħtieġ li jissaħħaħ, jittejjeb u jiġi adattatat kontinwament skont il-ħtiġijiet li jevolvu rapidament fis-suq tax-xogħol. Illum hemm biss 46 % ta’ dan il-grupp li jaħdmu fis-settur tan-negozju, li huwa ħafna anqas meta mqabbel mal-kompetituri ekonomiċi ewlenin tal-Ewropa, pereżempju 69 % fiċ-Ċina, 73 % fil-Ġappun u 80 % fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, fatturi demografiċi jfissru li għadd sproporzjonat ta’ riċerkaturi se jilħqu l-età tal-irtirar fil-ftit snin li ġejjin. Dan, flimkien mal-ħtieġa ta’ ħafna aktar impjiegi ta’ kwalità għolja fir-riċerka peress li l-intensità tar-riċerka tal-ekonomija tal-Ewropa qed tiżdied, se jkun wieħed mill-isfidi ewlenin li se jaffrontaw is-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-snin li ġejjin.

Ir-riforma meħtieġa għandha tibda fl-ewwel stadji tal-karrieri tar-riċerkaturi, fl-istudji tagħhom għad-dottorat jew taħriġ postuniversitarju paragunabbli. L-Ewropa għandha tiżviluppa skemi ta’ taħriġ innovattivi u tal-ogħla kwalità, li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti kompetittivi ħafna u dejjem aktar interdixxiplinari tar-riċerka u l-innovazzjoni. Se jkun meħtieġ l-involviment qawwi tan-negozji, inklużi SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn, biex ir-riċerkaturi jingħatawlhom il-ħiliet tal-innovazzjoni mitluba mill-impjiegi tal-ġejjieni. Se jkun ukoll importanti li tittejjeb l-mobbiltà ta' dawn ir-riċerkaturi, billi bħalissa din għadha f'livell modest wisq: fl-2008, kienu biss 7 % tal-kandidati Ewropej għad-dottorat li tħarrġu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li l-mira hija li dawn jitilgħu għal 20 % sal-2030.

Ir-riforma meħtieġa għandha tibda fl-ewwel stadji tal-karrieri tar-riċerkaturi, fl-istudji tagħhom għad-dottorat jew taħriġ postuniversitarju paragunabbli. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil skemi ta’ konsulenza li jistimolaw it-trasferiment tal-għarfien, l-esperjenza u n-netwerks. L-Ewropa għandha tiżviluppa skemi ta' taħriġ innovattivi u tal-ogħla kwalità, li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti kompetittivi ħafna u dejjem aktar interdixxiplinarji tar-riċerka u l-innovazzjoni. Se jkun meħtieġ l-involviment qawwi tan-negozji, inklużi SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn, biex ir-riċerkaturi jingħatawlhom il-ħiliet trasversali tal-innovazzjoni u intraprenditorjali mitluba mill-impjiegi tal-ġejjieni u jiġu mħeġġa jikkunsidraw karrieri fl-industrija jew fil-kumpaniji l-aktar innovattivi. Se jkun ukoll importanti li tittejjeb il-mobbiltà ta' dawn ir-riċerkaturi, billi bħalissa din għadha f'livell modest wisq: fl-2008, kienu biss 7 % tal-kandidati Ewropej għad-dottorat li tħarrġu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li l-mira hija li dawn jitilgħu għal 20 % sal-2030.

Iż-żieda fil-mobbiltà tar-riċerkaturi u t-tisħiħ tar-riżorsi ta' dawk l-istituzzjonijiet li jattiraw riċerkaturi minn Stati Membri oħra ser iħeġġu ċentri ta' eċċellenza madwar l-Unjoni.

Din ir-riforma għandha tkompli f’kull stadju tal-karriera tar-riċerkaturi. Huwa essenzjali li tiżdied il-mobbiltà tar-riċerkaturi fil-livelli kollha, inkluż l-mobbiltà f’nofs il-karriera, mhux biss bejn il-pajjiżi iżda wkoll bejn is-setturi pubbliċi u privati. Dan joħloq stimulu b’saħħtu għat-tagħlim u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda. Dan huwa wkoll fattur ewlieni fil-kooperazzjoni bejn l-akkademiċi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-industrija fil-pajjiżi kollha. Il-fattur uman huwa s-sinsla ta’ kollaborazzjoni sostenibbli li hija l-katalizzatur ewlieni għal Ewropa innovattiva u kreattiva li tkun kapaċi taffronta l-isfidi tas-soċjetà, u li huwa ċentrali biex tingħeleb il-frammentazzjoni tal-politiki nazzjonali. Il-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien, permezz tal-mobbiltà individwali fl-istadji kollha tal-karriera u permezz ta’ skambji ta’ persunal b’ħiliet għoljin fir-riċerka u l-innovazzjoni, huma essenzjali biex l-Ewropa terġa’ taqbad it-triq lejn it-tkabbir sostenibbli u biex tindirizza l-isfidi tas-soċjetà.

Din ir-riforma għandha tkompli f’kull stadju tal-karriera tar-riċerkaturi. Huwa essenzjali li tiżdied il-mobbiltà tar-riċerkaturi fil-livelli kollha, inkluża l-mobbiltà f’nofs il-karriera, mhux biss bejn il-pajjiżi iżda wkoll bejn is-setturi pubbliċi u privati. Dan joħloq stimulu b’saħħtu għat-tagħlim u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda. Dan huwa wkoll fattur ewlieni fil-kooperazzjoni bejn l-akkademiċi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-industrija fil-pajjiżi kollha. Il-fattur uman huwa s-sinsla ta’ kollaborazzjoni sostenibbli li hija l-katalizzatur ewlieni għal Ewropa innovattiva u kreattiva li tkun kapaċi taffronta l-isfidi tas-soċjetà, u li huwa ċentrali biex tingħeleb il-frammentazzjoni tal-politiki nazzjonali. L-aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka u l-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien, permezz tal-mobbiltà individwali fl-istadji kollha tal-karriera u permezz ta’ skambji ta’ persunal b’ħiliet għoljin fir-riċerka u l-innovazzjoni, huma essenzjali biex l-Ewropa tegħleb id-differenzi interni fil-kapaċitajiet ta’ riċerka u l-innovazzjoni, terġa’ taqbad it-triq lejn it-tkabbir sostenibbli u biex tindirizza l-isfidi tas-soċjetà.

F’dan il-kuntest, l-Orizzont 2020 għandu jinkoraġġixxi wkoll il-kollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi Ewropej billi jintroduċi skema ta’ vawċers ta' riċerka b’finanzjament għar-riċerka li ssegwi r-riċerkaturi li jiċċaqilqu f’universitajiet fl-Istati Membri kollha, tikkontribwixxi għal ċentri ta’ eċċellenza, għal universitajiet indipendenti u għal aktar mobbiltà fost ir-riċerkaturi;

Il-programmi ta’ mobbiltà se jiżguraw opportunitajiet indaqs effettivi bejn in-nisa u l-irġiel u għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-mobbiltà tar-riċerkaturi nisa.

Biex l-Ewropa tlaħħaq mal-kompetituri tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni, hija għandha tħajjar aktar żgħażagħ irġiel u nisa biex jaqbdu karrieri fir-riċerka u għandha tipprovdi opportunitajiet u ambjenti ferm attraenti ta’ riċerka u innovazzjoni. L-individwi bl-akbar talenti, mill-Ewropa u minn postijiet oħra, għandhom iħarsu lejn l-Ewropa bħala post prominenti fejn jaħdmu. L-ugwaljanza bejn is-sessi, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalita għolja u affidabbli kif ukoll ir-rikonoxximent huma aspetti kruċjali li għandhom jiġu żgurati b’mod konsistenti fl-Ewropa kollha.

Biex l-Ewropa tlaħħaq mal-kompetituri tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni, hija għandha tħajjar aktar żgħażagħ irġiel u nisa biex jaqbdu karrieri fir-riċerka u għandha tipprovdi opportunitajiet u ambjenti ferm attraenti ta’ riċerka u innovazzjoni. L-individwi bl-akbar talenti, mill-Ewropa u minn postijiet oħra, għandhom iħarsu lejn l-Ewropa bħala post prominenti fejn jaħdmu. L-ugwaljanza bejn is-sessi, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja u affidabbli kif ukoll ir-rikonoxximent huma aspetti kruċjali li għandhom jiġu żgurati b’mod konsistenti fl-Ewropa kollha.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3 – punt 3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

3.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

La l-finanzjament tal-Unjoni waħdu u lanqas Stati Membri individwali, ma huma se jkunu jistgħu jindirizzaw din l-isfida. Għalkemm l-Istati Membri introduċew riformi biex itejbu l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja tagħhom u jimmodernizzaw is-sistemi tat-taħriġ tagħhom, il-progress għadu mhux l-istess madwar l-Ewropa, u hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi. B’mod globali, il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn is-settur pubbliku u dak privat għadha ġeneralment dgħajfa fl-Ewropa. Jista’ jingħad l-istess għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-isforz tagħhom biex jattiraw studenti u riċerkaturi barra mill-ERA. Fil-preżent madwar 20 % tal-kandidati tad-dottorat fl-Unjoni huma ċittadini minn pajjiżi terzi, filwaqt li 35 % fl-Istati Uniti tal-Amerika ġejjin minn barra. Sabiex titħaffef din il-bidla, huwa meħtieġ approċċ strateġiku li jmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Il-finanzjament tal-Unjoni huwa kruċjali biex jinħolqu inċentivi għal u jiġu mħeġġa r-riformi strutturali indispensabbli.

L-Azzjonijiet Ewropej Marie Curie għamlu progress notevoli biex jippromwovu l-mobbiltà, kemm transnazzjonali kif ukoll intersettorjali, u biex joffru karrieri fir-riċerka fil-livelli Ewropej u internazzjonali, b’kundizzjonijiet eċċellenti ta’ impjieg u xogħol skont il-Karta u l-Kodiċi tar-Riċerkaturi Ewropej. Ma hemm xejn ekwivalenti għalihom fl-Istati Membri fir-rigward tal-iskala u l-ambitu, il-finanzjament, in-natura internazzjonali, il-ġenerazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien tagħhom. Dawn saħħew ir-riżorsi ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jattiraw r-riċerkaturi internazzjonalment u għaldaqstant inkoraġġixxew il-ftuħ ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Unjoni. Dawn servew ukoll ta’ mudell eżemplari b’effett ta’ strutturazzjoni pronunzjat billi xerrdu l-aħjar prattiki tagħhom fil-livell nazzjonali. Permezz tal-approċċ tal-azzjonijiet Marie Curie minn isfel għal fuq, maġġoranza kbira ta’ dawk l-istituzzjonijiet setgħu jħarrġu u jaġġornaw il-ħiliet ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi kapaċi li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

L-Azzjonijiet Ewropej Marie Skłodowska-Curie għamlu progress notevoli biex jippromwovu l-mobbiltà, kemm transnazzjonali kif ukoll intersettorjali, u biex joffru karrieri fir-riċerka fil-livelli Ewropej u internazzjonali, b’kundizzjonijiet eċċellenti ta’ impjieg u xogħol skont il-Karta u l-Kodiċi tar-Riċerkaturi Ewropej. Ma hemm xejn ekwivalenti għalihom fl-Istati Membri fir-rigward tal-iskala u l-ambitu, il-finanzjament, in-natura internazzjonali, il-ġenerazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien tagħhom. Dawn saħħew ir-riżorsi ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jattiraw ir-riċerkaturi internazzjonalment u għaldaqstant inkoraġġixxew il-ftuħ ta’ ċentri ta’ eċċellenza madwar l-Unjoni. Dawn servew ukoll ta’ mudell eżemplari b’effett ta’ strutturazzjoni pronunzjat billi xerrdu l-aħjar prattiki tagħhom fil-livell nazzjonali. Permezz tal-approċċ tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie minn isfel għal fuq, maġġoranza kbira ta’ dawk l-istituzzjonijiet setgħu jħarrġu u jaġġornaw il-ħiliet ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi kapaċi li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

Aktar żvilupp tal-Azzjonijiet Marie Curie se jwassal għal kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Bl-istruttura tagħhom ta’ finanzjament kompetittiv mal-Ewropa kollha, l-azzjonijiet Marie Curie se jħeġġu tipi ġodda, kreattivi u innovattivi ta’ taħriġ bħal dottorati industrijali, li jinvolvu atturi fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu jridu jikkompetu globalment għal reputazzjoni ta’ eċċellenza. Billi jipprovdu finanzjament tal-Unjoni għall-aħjar programmi ta’ riċerka u taħriġ skont il-Prinċipji għal Taħriġ Innovattiv għad-Dottorati fl-Ewropa, dawn se jippromwovu wkoll disseminazzjoni u adozzjoni aktar mifruxa, li jwasslu għal taħriġ għad-dottorat aktar strutturat.

Aktar żvilupp tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jwassal għal kontribut sinifikanti għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Bl-istruttura tagħhom ta’ finanzjament kompetittiv mal-Ewropa kollha, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jħeġġu tipi ġodda, kreattivi u innovattivi ta’ taħriġ bħal lawrji dottorali kongunti jew multipli, lawrji dottorati industrijali, li jinvolvu atturi fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu jridu jikkompetu globalment għal reputazzjoni ta’ eċċellenza. Billi jipprovdu finanzjament tal-Unjoni għall-aħjar programmi ta’ riċerka u taħriġ skont il-Prinċipji għal Taħriġ Innovattiv għad-Dottorati fl-Ewropa, dawn se jippromwovu wkoll disseminazzjoni u adozzjoni aktar mifruxa, li jwasslu għal taħriġ għad-dottorat aktar strutturat.

L-għotjiet Marie Curie se jiġu estiżi wkoll għall-mobbiltà temporanja ta’ riċerkaturi u inġiniera bl-esperjenza mill-istituzzjonijiet pubbliċi għas-settur privat u viċi versa, biex b’hekk iħeġġu u jappoġġaw universitajiet, ċentri tar-riċerka u negozji biex jikkooperaw ma’ xulxin fuq skala Ewropea u internazzjonali. Bl-għajnuna tas-sistema ta’ evalwazzjoni stabbilita sew, trasparenti u ġusta tagħhom, l-Azzjonijiet Marie Curie se jidentifikaw it-talenti eċċellenti fir-riċerka u l-innovazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali li tagħti prestiġju u għaldaqstant motivazzjoni lir-riċerkaturi biex javvanzaw fil-karriera tagħhom fl-Ewropa.

L-għotjiet Marie Skłodowska-Curie se jiġu estiżi wkoll għall-mobbiltà temporanja ta’ riċerkaturi fi stadju bikri u bl-esperjenza, kif ukoll inġiniera bl-esperjenza mill-istituzzjonijiet pubbliċi għas-settur privat u viċi versa, biex b’hekk iħeġġu u jappoġġaw universitajiet, ċentri tar-riċerka u negozji biex jikkooperaw ma’ xulxin fuq skala Ewropea u internazzjonali. Bl-għajnuna tas-sistema ta’ evalwazzjoni stabbilita sew, trasparenti u ġusta tagħhom, l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jidentifikaw it-talenti eċċellenti fir-riċerka u l-innovazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali li tagħti prestiġju u għaldaqstant motivazzjoni lir-riċerkaturi biex javvanzaw fil-karriera tagħhom fl-Ewropa.

L-isfidi tas-soċjetà li għandhom jiġu indirizzati minn riċerkaturi b’ħiliet għolja u persunal mis-settur tal-innovazzjoni mhumiex biss problema tal-Ewropa. Dawn huma sfidi internazzjonali ta’ kumplessità u kobor kolossali. L-aqwa riċerkaturi fl-Ewropa u fid-dinja jeħtieġ li jaħdmu flimkien fil-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini kollha. L-Azzjonijiet Marie Curie se jkollhom rwol ewlieni f’dan ir-rigward billi jappoġġaw l-iskambji tal-persunal li se jrawmu mentalità kollaborattiva permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien fil-livell internazzjonali u intersettorjali li hija tant kruċjali għal innovazzjoni miftuħa.

L-isfidi tas-soċjetà li għandhom jiġu indirizzati minn riċerkaturi b’ħiliet għolja u persunal mis-settur tal-innovazzjoni mhumiex biss problema tal-Ewropa. Dawn huma sfidi internazzjonali ta’ kumplessità u kobor kolossali. L-aqwa riċerkaturi fl-Ewropa u fid-dinja jeħtieġ li jaħdmu flimkien fil-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini kollha. L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se jkollhom rwol ewlieni f’dan ir-rigward billi jappoġġaw l-iskambji tal-persunal li se jrawmu mentalità kollaborattiva permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien fil-livell internazzjonali u intersettorjali li hija tant kruċjali għal innovazzjoni miftuħa.

L-estensjoni tal-mekkaniżmu ta’ kofinanzjament tal-azzjonijiet Marie Curie se tkun kruċjali għall-espansjoni tal-grupp ta’ talenti tal-Ewropa. L-impatt numeriku u strutturali tal-azzjoni tal-Unjoni se jikber permezz tal-ingranaġġ tal-finanzjament reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u privat biex jinħolqu programmi ġodda u biex f’dawk eżistenti jkun hemm il-possibbiltà ta’ taħriġ, mobbiltà u żvilupp tal-karriera fil-livell internazzjonali u intersettorjali. Tali mekkaniżmu joħloq rabtiet aktar sodi bejn l-isforzi fir-riċerka u l-edukazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni.

L-estensjoni tal-mekkaniżmu ta’ kofinanzjament tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie se tkun kruċjali għall-espansjoni tal-grupp ta’ talenti tal-Ewropa. L-impatt numeriku u strutturali tal-azzjoni tal-Unjoni se jikber permezz tal-ingranaġġ tal-finanzjament reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u pubbliku u privat biex jinħolqu programmi ġodda, b’miri simili u komplimentari, u biex f’dawk eżistenti jkun hemm il-possibbiltà ta’ taħriġ, mobbiltà u żvilupp tal-karriera fil-livell internazzjonali u intersettorjali. Tali mekkaniżmu joħloq rabtiet aktar sodi bejn l-isforzi fir-riċerka u l-edukazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni.

L-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ mentalità totalment ġdida fl-Ewropa li hija kruċjali għall-kreattività u l-innovazzjoni. Il-miżuri ta’ finanzjament tal-Marie Curie se jsaħħu l-ġabra tar-riżorsi fl-Ewropa u b’hekk iwasslu għal titjib fil-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni tat-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi. Dawn se jikkontribwixxu għall-miri tal-politika elenkati fl-Unjoni tal-Innovazzjoni, Żgħażagħ Attivi u l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda u se jkunu essenzjali biex idawru ż-Żona Ewropea tar-Riċerka f’realta.

L-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt din l-isfida se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ mentalità totalment ġdida fl-Ewropa li hija kruċjali għall-kreattività u l-innovazzjoni. Il-miżuri ta’ finanzjament Marie Skłodowska-Curie se jsaħħu l-ġabra tar-riżorsi fl-Ewropa u b’hekk iwasslu għal titjib fil-koordinazzjoni u l-governanza tat-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi. Dawn se jikkontribwixxu għall-miri tal-politika elenkati fl-Unjoni tal-Innovazzjoni, Żgħażagħ Attivi u l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda u se jkunu essenzjali biex ibiddlu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka f’realtà.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3 – punt 3.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Trawwim ta’ ħiliet ġodda permezz ta’ taħriġ inizjali eċċellenti tar-riċerkaturi

(a) Trawwim ta’ ħiliet ġodda permezz ta’ taħriġ inizjali eċċellenti tar-riċerkaturi

L-għan huwa li titħarreġ ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi kreattivi u innovattivi, li jkunu jistgħu jsarrfu l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali fl-Unjoni.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari jew programmi ta’ dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta’ wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari, skemi ta’ gwida personali biex jiġu trasferiti l-għarfien u l-esperjenza bejn ir-riċerkaturi jew programmi ta’ dottorat li jippermettu lir-riċerkaturi jiżviluppaw il-kurrikulu ta’ riċerka tagħhom u li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jiżviluppa u jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta' wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

(b) It-trawwim tal-eċċellenza permezz tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali

(b) It-trawwim tal-eċċellenza permezz tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali

L-għan huwa li jittejjeb il-potenzjal kreattiv u innovattiv tar-riċerkaturi b’esperjenza fil-livelli kollha tal-karriera, permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ mobbiltà transkonfinali u transsettorjali.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b’esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta’ karrieri attraenti f’universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn. L-opportunitajiet li terġa’ tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa għandhom jiġu appoġġati wkoll.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b’esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta’ karrieri attraenti f’universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn, li joffru lir-riċerkaturi l-opportunità li jiġu mħarrġa u jakkwistaw għarfien ġdid f’istituzzjoni ta’ livell għoli f’pajjiż terz, u jilqgħuhom lura fl-Ewropa jekk jagħżlu li jirritornaw. L-opportunitajiet li terġa’ tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa għandhom jiġu appoġġati wkoll. Biex tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva fis-settur privat, għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-mobbiltà transsettorjali.

(c) Stimulazzjoni tal-innovazzjoni permezz ta’ transfertilizzazzjoni tal-għarfien

(c) Stimulazzjoni tal-innovazzjoni permezz ta’ transfertilizzazzjoni tal-għarfien

L-għan huwa li jiġu rinforzati l-kollaborazzjonijiet internazzjonali transkonfinali u transsettorjali fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ skambju tal-persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu affrontati aħjar l-isfidi globali.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal terminu ta’ żmien qasir ta’ persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta’ universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal ta’ persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta’ universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

(d) Żieda tal-impatt strutturali permezz tal-kofinanzjament tal-attivitajiet

(d) Żieda tal-impatt strutturali permezz tal-kofinanzjament tal-attivitajiet

L-għan huwa li, permezz tal-ingranaġġ ta’ fondi addizzjonali, jitkabbar l-impatt numeriku u strutturali tal-azzjonijiet Marie Curie u titrawwem l-eċċellenza fil-livell nazzjonali fit-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

L-għan huwa li, permezz tal-ingranaġġ ta’ fondi addizzjonali, jitkabbar l-impatt numeriku u strutturali tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u titrawwem l-eċċellenza fil-livell nazzjonali fit-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu, bl-għajnuna ta’ mekkaniżmu ta’ kofinanzjament, biex iħeġġu organizzazzjonijiet reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex jinħolqu programmi ġodda u biex dawk eżistenti jinfetħu għat-taħriġ internazzjonali u intersettorjali, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera. Dan se jżid il-kwalità tat-taħriġ tar-riċerka fl-Ewropa fl-istadji kollha tal-karriera, inkluż fil-livell tad-dottorat, se jrawwem iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien xjentifiku fl-Ewropa, se jippromwovi karrieri tar-riċerka attraenti billi joffrilhom reklutaġġ miftuħ u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u se jappoġġa kooperazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka u impriżi u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu, bl-għajnuna ta’ mekkaniżmu ta’ kofinanzjament, biex iħeġġu organizzazzjonijiet reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex jinħolqu programmi ġodda u biex dawk eżistenti jiġu adattati għat-taħriġ internazzjonali u intersettorjali, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera. Dan se jżid il-kwalità tat-taħriġ tar-riċerka fl-Ewropa fl-istadji kollha tal-karriera, inkluż fil-livell tad-dottorat, se jrawwem iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien xjentifiku fl-Ewropa, se jippromwovi karrieri tar-riċerka attraenti billi joffrilhom reklutaġġ miftuħ u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u se jappoġġa kooperazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka u impriżi u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. L-eċċellenza u l-ugwaljanza għandhom jingħataw attenzjoni.

(e) Azzjonijiet speċifiċi u azzjoni ta’ politika

(e) Azzjonijiet speċifiċi u azzjoni ta’ politika

L-għanijiet huma li jsir monitoraġġ tal-progress, jiġu identifikati n-nuqqasijiet fl-Azzjonijet Marie Curie u jiżdied l-impatt tagħhom. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu żviluppati indikaturi u dejta relatati mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri analizzati tar-riċerkaturi, sabiex ikun hemm sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika dwar ir-riċerkaturi, minn iħaddimhom u minn jiffinanzjhom, imwettqa taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-attività għandu jkollha l-għan ulterjuri li tqajjem is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza u l-attrattività ta’ karriera fir-riċerka u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżultaw minn xogħol appoġġat mill-azzjonijiet Marie Curie.

L-għanijiet huma li jsir monitoraġġ tal-progress, filwaqt li jiġu identifikati n-nuqqasijiet u l-ostakoli fl-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u jiżdied l-impatt tagħhom. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu żviluppati indikaturi u li tiġi analizzata dejta relatata mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri tar-riċerkaturi u l-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex ikun hemm sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika dwar ir-riċerkaturi, min iħaddimhom u min jiffinanzjhom, imwettqa taħt l-isfida trasversali 'Xjenza ma' u għas-soċjetà’ . L-attività għandu jkollha l-għan ulterjuri li tqajjem is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza u l-attrattività ta’ karriera fir-riċerka u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżultaw minn xogħol appoġġat mill-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Għandha tinkludi wkoll miżuri speċifiċi mmirati lejn it-tneħħija tal-ostakoli għall-iżvilupp tal-karrieri, inkluż għal dawk li jkunu interrompew il-karriera tagħhom.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Infrastrutturi tar-Riċerka

4. Infrastrutturi tar-Riċerka

4.1 Objettiv speċifiku

4.1 Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li l-Ewropa tiġi arrikkita b’infrastrutturi tar-riċerka mill-aqwa li jkunu aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, u li l-potenzjal tagħhom jiġi sfruttat bis-sħiħ għall-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni.

L-infrastrutturi tar-riċerka huma fatturi determinanti ewlenin tal-kompetittività tal-Ewropa fil-firxa sħiħa tad-dominji xjentifiċi u huma essenzjali għall-innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza. F’ħafna oqsma r-riċerka hija impossibbli mingħajr aċċess għal superkompjuters, sorsi ta’ radjazzjoni għal materjali ġodda, kmamar nodfa għan-nanoteknoloġiji, bażijiet tad-dejta għall-ġenomika u x-xjenzi soċjali, osservatorji għax-xjenzi terrestri, netwerks tal-broadband għat-trasferiment tad-dejta, eċċ. L-infrastrutturi tar-riċerka huma neċessarji biex issir ir-riċerka meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà l-kbar – l-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-bijoekonomija u s-saħħa matul il-ħajja kollha u l-benesseri għal kulħadd. Dawn jixprunaw il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri u d-dixxiplini kollha u joħolqu spazju Ewropew bla xkiel u miftuħ għar-riċerka onlajn. Jippromwovu l-mobbiltà tal-persuni u l-ideat, jiġbru flimkien l-aqwa xjenzati mill-Ewropa u d-dinja kollha, u jtejbu l-edukazzjoni xjentifika. Imexxu l-eċċellenza fi ħdan il-komunitajiet Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jistgħu iservu ta’ mudell eċċellenti tax-xjenza għas-soċjetà inġenerali.

L-infrastrutturi tar-riċerka huma fatturi determinanti ewlenin tal-kompetittività tal-Ewropa fil-firxa sħiħa tad-dominji xjentifiċi u huma essenzjali għall-innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza. F’ħafna oqsma r-riċerka hija impossibbli mingħajr aċċess għal superkompjuters, faċilitajiet analitiċi, sorsi ta’ radjazzjoni għal materjali ġodda, kmamar nodfa u metroloġija avvanzata għan-nanoteknoloġiji, laboratorji mgħammra b'mod speċjali għar-riċerka bijoloġika u medika, bażijiet tad-dejta għall-ġenomika u x-xjenzi soċjali, osservatorji u sensuri għax-xjenzi terrestri u l-ambjent, netwerks tal-broadband b’veloċità għolja għat-trasferiment tad-dejta, eċċ. L-infrastrutturi tar-riċerka huma neċessarji biex issir ir-riċerka meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà l-kbar – l-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-bijoekonomija u s-saħħa matul il-ħajja kollha u l-benesseri għal kulħadd, fost l-oħrajn. Dawn jixprunaw il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri u d-dixxiplini kollha u joħolqu spazju Ewropew bla xkiel u miftuħ għar-riċerka onlajn. Jippromwovu l-mobbiltà tal-persuni u l-ideat, jiġbru flimkien l-aqwa xjenzati mill-Ewropa u d-dinja kollha, u jtejbu l-edukazzjoni xjentifika. Il-ħolqien tagħhom huwa sfida għar-riċerkaturi u għall-kumpaniji innovattivi biex jiżviluppaw teknoloġija mill-aktar avvanzata. B'dan il-mod, isaħħu l-industrija innovattiva ta' teknoloġija avvanzata tal-Ewropa. Imexxu l-eċċellenza fi ħdan il-komunitajiet Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jistgħu iservu ta’ mudell eċċellenti tax-xjenza għas-soċjetà inġenerali.

L-Ewropa trid tistabbilixxi bażi adegwata u stabbli għall-bini, iż-żamma u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka jekk trid li r-riċerka tagħha tibqa’ mill-aqwa. Dan jirrikjedi kooperazzjoni sostanzjali u effettiva bejn il-finanzjaturi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li għalihom se jitwettqu rabtiet b'saħħithom mal-politika ta' koeżjoni sabiex ikunu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti.

L-Ewropa trid tistabbilixxi bażi adegwata u stabbli għall-bini, iż-żamma u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka, u tagħżilhom u tagħtihom prijorità fuq il-bażi tal-valur miżjud tal-UE, il-kwalità u l-kriterji ta’ rilevanza jekk trid li r-riċerka tagħha tibqa’ mill-aqwa. Dan jirrikjedi kooperazzjoni sostanzjali u effettiva bejn il-finanzjaturi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li għalihom se jitwettqu rabtiet b'saħħithom mal-politika ta' koeżjoni sabiex ikunu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti.

Dan l-objettiv speċifiku jindirizza impenn ewlieni tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-aqwa infrastrutturi tar-riċerka f’li jagħmlu possibbli r-riċerka u l-innovazzjoni rivoluzzjonarji. L-inizjattiva tenfasizza l-ħtieġa li jingħaqdu flimkien ir-riżorsi tal-Ewropa kollha, u f’xi każijiet globalment, biex jinbnew u jitħaddmu infrastrutturi tar-riċerka. Bl-istess mod, l-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-ħtieġa li jiġu rinforzati l-infrastrutturi elettroniċi tal-Ewropa u l-importanza li jiġu żviluppati raggruppamenti tal-innovazzjoni li jibnu l-vantaġġ innovattiv tal-Ewropa.

Dan l-objettiv speċifiku jindirizza impenn ewlieni tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-aqwa infrastrutturi tar-riċerka li jagħmlu possibbli r-riċerka u l-innovazzjoni rivoluzzjonarji. L-inizjattiva tenfasizza l-ħtieġa li jingħaqdu flimkien ir-riżorsi tal-Ewropa kollha, u f’xi każijiet globalment, biex jinbnew u jitħaddmu dawn l-infrastrutturi tar-riċerka. Bl-istess mod, l-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-ħtieġa li jiġu rinforzati l-infrastrutturi elettroniċi tal-Ewropa u l-importanza li jiġu żviluppati raggruppamenti tal-innovazzjoni li jibnu l-vantaġġ innovattiv tal-Ewropa.

4.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

4.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

L-infrastrutturi tar-riċerka l-aktar avvanzati qed isiru dejjem aktar kumplessi u jiswew ħafna flus, u ħafna drabi jirrikjedu l-integrazzjoni ta’ tagħmir, servizzi u sorsi tad-dejta differenti u kollaborazzjoni transnazzjonali estensiva. L-ebda pajjiż waħdu ma għandu biżżejjed riżorsi biex jappoġġa l-infrastrutturi tar-riċerka kollha li jeħtieġ. F’dawn l-aħħar snin, sar progress notevoli fl-approċċ Ewropew lejn l-infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-ESFRI għall-infrastrutturi, l-integrazzjoni u l-ftuħ ta’ faċilitajiet nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi elettroniċi li jsostnu Żona Ewropea tar-Riċerka diġitali. In-netwerks tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar l-Ewropa jsaħħu l-bażi tal-kapital uman tagħna billi jipprovdu taħriġ mill-aqwa għal ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi u inġiniera u jippromwovu l-kollaborazzjoni interdixxiplinarja.

L-infrastrutturi tar-riċerka l-aktar avvanzati qed isiru dejjem aktar kumplessi u jiswew ħafna flus, u ħafna drabi jirrikjedu l-integrazzjoni ta’ tagħmir, servizzi u sorsi tad-dejta differenti u kollaborazzjoni transnazzjonali estensiva. L-ebda pajjiż waħdu ma għandu biżżejjed riżorsi biex jappoġġa l-infrastrutturi tar-riċerka kollha li jeħtieġ. F’dawn l-aħħar snin, sar progress notevoli fl-approċċ Ewropew lejn l-infrastrutturi tar-riċerka permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-ESFRI għall-infrastrutturi, l-integrazzjoni u l-ftuħ ta’ faċilitajiet nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi elettroniċi li jsostnu Żona Ewropea tar-Riċerka miftuħa, u konnessa b'mod diġitali. In-netwerks tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar l-Ewropa jsaħħu l-bażi tal-kapital uman tagħha billi jipprovdu taħriġ mill-aqwa għal ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi u inġiniera u jippromwovu l-kollaborazzjoni interdixxiplinarja.

Aktar żvilupp u l-użu estiż tal-infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-Unjoni se jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Filwaqt li r-rwol tal-Istati Membri jibqa ċentrali għall-iżvilupp u l-finanzjament tal-infrastrutturi tar-riċerka, l-Unjoni għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-infrastruttura fil-livell tal-Unjoni, it-trawwim tal-varar ta' faċilitajiet ġodda, il-ftuħ għal aċċess wiesgħa għal infrastrutturi nazzjonali u Ewropej, u l-iżgurar li l-politiki reġjonali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali huma konsisteni u effettivi. Mhux biss neċessarju li tiġi evitata d-duplikazzjoni fl-isforz u li l-użu tal-faċilitajiet ikun koordinat u razzjonalizzat, iżda li jinġabru r-riżorsi flimkien sabiex l-Unjoni tkun tista’ wkoll tikseb u topera infrastrutturi tar-riċerka fil-livell dinji.

Aktar żvilupp u l-użu estiż tal-aħjar infrastrutturi tar-riċerka fil-livell Ewropew se jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka Filwaqt li r-rwol tal-Istati Membri jibqa’ ċentrali għall-iżvilupp u l-finanzjament tal-infrastrutturi tar-riċerka, l-Unjoni għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-infrastruttura fil-livell Ewropew, bħall-promozzjoni tal-koordinazzjoni ta’ infrastrutturi ta’ riċerka Ewropej distribwiti, it-trawwim tal-varar ta' faċilitajiet ġodda u integrati, il-ftuħ u l-appoġġ għal aċċess wiesgħa għal infrastrutturi nazzjonali u Ewropej, u l-iżgurar li l-politiki reġjonali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali huma konsisteni u effikaċi. Huwa neċessarju li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-isforzi, sabiex jitrawwem użu koordinat u effettiv tal-faċilitajiet u fejn xieraq jinġabru r-riżorsi flimkien sabiex l-Unjoni tkun tista’ wkoll tikseb u topera infrastrutturi tar-riċerka fil-livell dinji.

L-ICT ilha tittrasforma x-xjenza billi tippermetti kollaborazzjoni mill-bogħod, ipproċessar massiv tad-dejta, sperimentazzjoni in silico u aċċess għar-riżorsi mbiegħda. Ir-riċerka għaldaqstant issir aktar transnazzjonali u interdixxiplinari, u tirrikjedi l-użu tal-infrastrutturi tal-ICT li huma supranazzjonali bħalma hija x-xjenza nfisha. Għalhekk huwa xieraq li porzjon sinifikanti tal-baġit taħt dan l-objettiv speċifiku jmur għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-infrastrutturi elettroniċi.

L-effiċjenzi tal-iskala u l-ambitu miksuba permezz tal-approċċ Ewropew għall-kostruzzjoni, l-użu u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi, se jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti biex tingħata spinta lill-potenzjal Ewropew tar-riċerka u l-innovazzjoni.

L-effiċjenzi tal-iskala u l-ambitu miksuba permezz tal-approċċ Ewropew għall-kostruzzjoni, l-użu u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, inklużi l-infrastrutturi elettroniċi, se jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti biex tingħata spinta lill-potenzjal Ewropew tar-riċerka u l-innovazzjoni u biex l-UE ssir aktar kompetittiva fil-livell internazzjonali.

4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

L-attivitajiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, irawmu l-potenzjal tal-innovazzjoni u l-kapital uman tagħhom u jirrinforzaw l-politika Ewropea tal-infrastrutturi tar-riċerka.

L-attivitajiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, irawmu l-potenzjal tal-innovazzjoni u r-riżorsi umani tagħhom u jirrinforzaw il-politika Ewropea tal-infrastrutturi tar-riċerka.

(a) Żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għall-2020 u lil hinn

(a) Żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għall-2020 u lil hinn

L-għanijiet għandhom ikunu li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-operat tal-ESFRI u ta’ infrastrutturi tar-riċerka oħrajn ta’ klassi dinjija, inkluż l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ msieħba reġjonali; l-integrazzjoni ta’ u aċċess għal infrastrutturi nazzjonali tar-riċerka; u l-iżvilupp, l-iskjerament u l-operat ta’ infrastrutturi elettroniċi.

L-għanijiet għandhom ikunu li jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-operat tal-ESFRI u ta’ infrastrutturi tar-riċerka oħrajn ta’ klassi dinjija, u li jiġi żgurat l-aċċess transnazzjonali għalihom, inkluż l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ msieħba reġjonali eċċellenti ta’ interess Ewropew, kif ukoll l-aċċess transnazzjonali għall-aqwa infrastrutturi tar-riċerka Ewropej; l-integrazzjoni ta’ u aċċess transnazzjonali għal infrastrutturi nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp, l-iskjerament u l-operat ta’ infrastrutturi elettroniċi sabiex tkun żgurata kapaċità mill-aqwa fin-netwerking, fl-informatika u fid-dejta xjentifika.

(b) Trawwim tal-potenzjal tal-innovazzjoni ta’ infrastrutturi tar-riċerka u l-kapital uman tagħhom

(b) Trawwim tal-potenzjal tal-innovazzjoni ta’ infrastrutturi tar-riċerka u l-kapital uman tagħhom

L-għanijiet għandhom ikunu li l-infrastrutturi tar-riċerka jiġu mħeġġu biex jaġixxu sabiex ikunu minn tal-ewwel li jadottaw it-teknoloġija, jippromwovu sħubiji tar-R&Ż mal-industrija, jiffaċilitaw l-użu industrijali tal-infrastrutturi tar-riċerka u jistimulaw il-ħolqien ta’ raggruppamenti tal-innovazzjoni. Din l-attività għandha tappoġġa wkoll it-taħriġ u/jew l-iskambju ta’ persunal responsabbli mill-ġestjoni u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka.

L-għanijiet għandhom ikunu li l-infrastrutturi tar-riċerka jiġu mħeġġa biex jaġixxu sabiex ikunu minn tal-ewwel li jadottaw jew jiżviluppaw it-teknoloġija mill-aktar avvanzata, jippromwovu sħubiji tar-R&Ż mal-industrija, jiffaċilitaw l-użu industrijali tal-infrastrutturi tar-riċerka u jistimolaw il-ħolqien ta’ raggruppamenti tal-innovazzjoni Din l-attività għandha tappoġġa wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ u/jew l-iskambju ta’ persunal responsabbli mill-użu, il-ġestjoni u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka, inkluża l-iskema ta’ sekondar għall-persunal għoli u maniġers tal-proġetti.

(c) Rinforz tal-politika tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka u l-kooperazzjoni internazzjonali

(c) Rinforz tal-politika tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka u l-kooperazzjoni internazzjonali

L-għan għandu jkun li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika u l-korpi ta’ finanzjament rilevanti, l-għodod tal-pjanijiet direzzjonali u l-monitoraġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali.

L-għan għandu jkun li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika u l-korpi ta’ finanzjament rilevanti, l-għodod tal-pjanijiet direzzjonali u l-monitoraġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali. L-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għandhom jiġu appoġġati fl-attivitajiet ta’ relazzjonijiet internazzjonali tagħhom u kkonsultati fil-proċess tat-tfassil tal-istrateġija Ewropea għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka.

It-tieni u t-tielet attività għandhom jitwettqu permezz tal-azzjoni speċifika tagħhom stess u, fejn xieraq, bħala parti mill-ewwel attività.

It-tieni u t-tielet attività għandhom jitwettqu permezz tal-azzjoni speċifika tagħhom stess u, fejn xieraq, bħala parti mill-ewwel attività.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. TIXRID TAL-EĊĊELLENZA U TWESSIGĦ TAL-PARTEĊIPAZZJONI

4a.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku għandu jkun l-isfruttament b’mod sħiħ tal-potenzjal tal-ġabra tat-talent Ewropew u jiġi żgurat li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni jkunu massimizzati kif ukoll imqassma b’mod ġust mal-Unjoni, skont il-prinċipju tal-eċċellenza.

Meta ssir referenza għall-objettivi tal-politka tal-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija tal-Unjoni, l-Artikolu 179(2) tat-TFUE jiddikjara b’mod ċar li “l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi, fl-Unjoni kollha, lill-impriżi inklużi l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, liċ-ċentri ta’ riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli”.

U fil-fatt, li jkun żgurat li r-riċerka u l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-innovazzjoni jkunu mxerrda b’mod wiesa’ ilu għan importanti tal-politka tal-Unjoni. Madankollu, minkejja tendenza reċenti għall-prestazzjonijiet innovattivi ta’ pajjiżi indiwidwali biex jikkonverġu, xorta baqa’ differenzi qawwija fost is-27 pajjiż tal-UE, kif ġie ddikkjarat fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni tal-2011. Barra minn hekk, bit-tqegħid ta’ limiti fuq il-baġits nazzjonali, il-kriżi finanzjarja attwali qed thedded li twessa’ d-distakk bejn ‘il-mexxejja tal-innovazzjoni’ u ‘l-innovaturi modesti’.

4a.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

Sabiex ikun hemm progress lejn soċjetà sostenibbli, inklużiva u intelliġenti, l-Ewropa jeħtieġ li tagħmel użu aħjar mill-intelliġenza li hija disponibbli fl-Unjoni u li tirrikorri għall-potenzjal R&I mhux sfruttat. Din hija sfida Ewropea reali, deċisiva għall-kompetittività internazzjonali tagħna, u ma tistax tissolva mill-Istati Membri waħedhom.

Permezz tat-trawwim u l-konnessjoni ta’ raggruppamenti tal-eċċellenza, l-attivitajiet proposti se jikkontribwixxu għat-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

4a.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

Biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Orizzont 2020 jeħtieġ li jkun miftuħ għal firxa wiesgħa ta’ parteċipanti, inklużi dawk ġodda, u jiżgura li l-eċċellenza tkun tipprevali kull fejn tkun teżisti sabiex tippermetti lir-riċerkaturi u l-innovaturi fl-Ewropa kollha jibbenefikaw mill-istrumenti, in-netwerks u l-finanzjament tal-Orizzont 2020, inklużi l-attivitajiet tal-EIT u l-KICs tiegħu.

F'dan il-kuntest, il-miżuri se jimmiraw lejn l-isfruttament totali tal-potenzjal tat-talent Ewropew biex b'hekk jiġi ottimizzat l-impatt ekonomiku u soċjali tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u madankollu se jkunu distinti mill-politiki u l-azzjonijiet tal-fondi tal-politika ta' Koeżjoni u fl-istess ħin jikkumplimentawhom.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

Miżuri ta’ ġemellaġġ u netwerking:

(a) ir-rabtiet taċ-ċentri tal-eċċellenza emerġenti fi Stati Membri u f’reġjuni ta' prestazzjoni b'inqas innovazzjoni ma’ kontrapartijiet internazzjonali ewlenin fi bnadi oħra fl-Ewropa;

(b) it-tnedija ta’ kompetizzjoni għat-twaqqif ta’ ċentri tar-riċerka kompetittivi f’reġjuni b’inqas prestazzjoni fl-innovazzjoni abbażi tal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom: il-kandidati għall-kompetizzjoni għandhom ikunu timijiet li kull wieħed jinkludi reġjun innovattiv iżda ta' prestazzjoni b'inqas innovazzjoni u ċentru ta’ eċċellenza rikonoxxut internazzjonalment fi bnadi oħra fl-Ewropa;

(c) l-istabbiliment ta’ ‘Katedri ERA’ biex ikunu attratti akkademiċi eċċellenti lejn l-istituzzjonijiet b’potenzjal ċar għal eċċellenza fir-riċerka, sabiex jgħinu lil dawn l-istituzzjonijiet jisfruttaw bis-sħiħ dan il-potenzjal u b'hekk joħolqu kundizzjonijiet ugwali għar-riċerka u l-innovazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

(d) l-attribuzzjoni ta’ “Għotjiet ta’ Ritorn” lir-riċerkaturi eċċellenti li bħalissa qed jaħdmu barra l-Ewropa u li jixtiequ jaħdmu fl-Ewropa jew lir-riċerkaturi li diġà qed jaħdmu fl-Ewropa li jixtiequ jiċċaqalqu f’reġjun b’inqas prestazzjoni;

(e) appoġġ lil ftehimiet kumplimentari bejn l-organizzazzjonijiet benefiċjarji tal-proġetti ta' riċerka ta' tip kollaborattiv u entitajiet u organizzazzjonijiet oħra stabbiliti l-aktar f'pajjiżi differenti minn dawk direttament involuti fil-proġett, bl-objettiv speċifiku li jiġu faċilitati l-opportunitajiet ta' taħriġ (partikolarment postijiet ta' dottorat u postdottorat).

(f) it-tisħiħ tan-netwerks ta’ suċċess li jimmiraw li jistabbilixxu netwerking istituzzjonali ta’ kwalità għolja fir-riċerka u fl-innovazzjoni. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-COST sabiex ikunu promossi l-attivitajiet li jidentifikaw u jgħaqqdu “in-niċeċ tal-eċċellenza” (komunitajiet xjentifiċi ta’ kwalità għolja u investigaturi żgħażagħ) madwar l-Ewropa;

(g) l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi tat-taħriġ speċifiċi dwar kif wieħed jipparteċipa fl-Orizzont 2020, billi jittieħed vantaġġ sħiħ min-netwerks eżistenti bħall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali;

(h) l-istabbiliment ta’ suq onlajn fejn il-proprjetà intellettwali tkun tista’ tiġi reklamata sabiex tressaq flimkien lis-sidien u l-utenti tad-DPI.

Il-bini ta’ sinerġiji mal-Fondi Strutturali

(a) l-għoti ta’ "siġill ta’ eċċellenza" lil proposti għal proġett tal-ERC, Marie Sklodowska-Curie jew proġett kollaborattiv evalwat b’mod pożittiv li ma rnexxilhomx jiksbu finanzjament minħabba limitazzjonijiet baġitarji, kif ukoll lil proġetti kompluti sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament tas-segwitu permezz ta’ sorsi nazzjonali, reġjonali jew privati;

(b) l-appoġġ għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Se tiġi żviluppata faċilità ta’ appoġġ tal-politika u se jiġi ffaċilitat it-tagħlim tal-politika fuq livell reġjonali permezz tal-evalwazzjoni internazzjonali minn pari u l-iskambju tal-aħjar prattiki.

kopert minn CA 52Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – paragrafi 1 sa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali

L-objettiv speċifiku huwa li tinżamm u tinbena t-tmexxija globali fit-teknoloġiji abilitanti u fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-ispazju, li huma l-bażi tal-kompetittività f’firxa sħiħa ta’ industriji u setturi eżistenti u emerġenti.

L-objettiv speċifiku huwa li tinżamm u tinbena t-tmexxija globali permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji abilitanti u l-ispazju, li huma l-bażi tal-kompetittività f’firxa sħiħa ta’ industriji u setturi eżistenti u emerġenti.

L-ambjent kummerċjali globali qed jinbidel malajr, u l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jippreżentaw sfidi u opportunitajiet għall-industrija Ewropea. L-Ewropa jeħtieġ li taċċellera l-innovazzjoni, filwaqt li tittrasforma l-għarfien iġġenerat biex issostni u ttejjeb il-prodotti, is-servizzi u s-swieq eżistenti; u toħloq oħrajn ġodda. L-innovazzjoni għandha tiġi sfruttata fl-aktar sens wiesa’, tmur lil hinn mit-teknoloġija biex tinkludi aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

L-ambjent kummerċjali globali qed jinbidel malajr, u l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jippreżentaw sfidi u opportunitajiet għall-industrija Ewropea. L-Ewropa jeħtieġ li taċċellera l-innovazzjoni, filwaqt li tittrasforma l-għarfien iġġenerat biex issostni u ttejjeb il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti, is-servizzi u s-swieq eżistenti; u toħloq oħrajn ġodda. L-innovazzjoni għandha tiġi sfruttata fl-aktar sens wiesa’, tmur lil hinn mit-teknoloġija biex tinkludi aspetti tan-negozju, organizzattivi, soċjali u ta’ sigurtà.

Sabiex tibqa’ fuq quddiem nett fil-kompetizzjoni globali b’bażi teknoloġika soda u kapaċitajiet industrijali, tinħtieġ żieda fl-investimenti strateġiċi fir-riċerka, l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-pilotaġġ fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT); in-Nanoteknoloġiji; il-Materjali avvanzati; il-Bijoteknoloġija; il-Manifattura Avvanzata u l-Ipproċessar; u l-Ispazju.

Is-suċċess fil-ksib u l-iskjerament tat-teknoloġiji abilitanti mill-industrija Ewropea huwa fattur ewlieni biex jissaħħu l-produttività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa u biex jiġi żgurat li l-Ewropa għandha ekonomija avvanzata, sostenibbli u kompetittiva, tmexxija globali fis-setturi tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati u ħila biex tiżviluppa soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi tas-soċjetà. In-natura pervażiva ta’ tali attivitajiet tista’ tħeġġeġ aktar progress permezz ta’ invenzjonijiet u applikazzjonijiet kumplimentari, li jiżguraw dħul ogħla fuq l-investiment f’dawn it-teknoloġiji milli fi kwalunkwe qasam ieħor.

Is-suċċess fil-ksib u l-iskjerament tat-teknoloġiji abilitanti mill-industrija Ewropea huwa fattur ewlieni biex jissaħħu l-produttività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa u biex jiġi żgurat li l-Ewropa għandha ekonomija avvanzata, sostenibbli u kompetittiva, tmexxija globali fis-setturi tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati u ħila biex tiżviluppa soluzzjonijiet effettivi u sostenibbli għall-isfidi tas-soċjetà. In-natura pervażiva ta’ tali attivitajiet tista’ tħeġġeġ aktar progress permezz ta’ invenzjonijiet u applikazzjonijiet kumplimentari, li jiżguraw dħul ogħla fuq l-investiment f’dawn it-teknoloġiji milli fi kwalunkwe qasam ieħor. L-iżvilupp ta’ spin-offs minn proġetti ta’ riċerka għandu jkun appoġġat permezz ta’ strumenti flessibbli bħalma huma sejħiet miftuħa.

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll l-objettivi tal-politika tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea.

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea.

Kumplimentaritajiet ma’ attivitajiet oħra fl-Orizzont 2020

Kumplimentaritajiet ma’ attivitajiet oħra fl-Orizzont 2020

L-attivitajiet taħt “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” se jkunu bbażati primarjament fuq l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ddefiniti mill-industrija u n-negozju flimkien mal-komunità tar-riċerka u se jiffukaw ħafna fuq l-ingranaġġ tal-investimenti tas-settur privat.

L-attivitajiet taħt “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” se jkunu bbażati primarjament fuq l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ddefiniti mill-industrija, in-negozju u l-SMEs, flimkien mal-komunità tar-riċerka. L-attivitajiet se jimmiraw mhux biss li jindirizzaw ħtiġijiet u preokkupazzjonijiet komuni fis-settur speċifiku iżda anki li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ objettivi tal-politika f’dawk is-setturi speċifiċi; l-attivitajiet se jiffukaw ħafna fuq l-ingranaġġ tal-investimenti tas-settur privat u l-innovazzjoni.

L-integrazzjoni tat-teknoloġiji abilitanti f’soluzzjonijiet għall-isfidi tas-soċjetà għandha tkun appoġġata flimkien mal-isfidi rilevanti. L-applikazzjonijiet ta’ teknoloġiji abilitanti li ma jaqgħux taħt l-isfidi tas-soċjetà, iżda huma importanti għar-rinfurzar tal-kompetittività tal-industrija Ewropea, għandhom ikunu appoġġati taħt “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali”.

Approċċ komuni

Approċċ komuni

L-approċċ għandu jinkludi kemm attivitajiet xprunati minn aġenda kif ukoll oqsma aktar miftuħa għall-promozzjoni ta’ proġetti innovattivi u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji. L-enfasi għandha tkun fuq ir-R&Ż, attivitajiet pilota fuq skala kbira u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, pjattaformi għall-ittestjar u laboratorji ħajjin, il-ħolqien ta’ prototipi u l-validazzjoni tal-prodott f’linji pilota. L-attivitajiet għandhom ikunu ddisinjati biex jagħtu spinta lill-kompetittività industrijali billi jistimulaw l-industrija, u b’mod partikolari l-SMEs, biex jagħmlu aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni.

L-approċċ għandu jinkludi kemm attivitajiet xprunati minn aġenda kif ukoll oqsma aktar miftuħa għall-promozzjoni ta’ proġetti innovattivi u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji. L-enfasi għandha tkun fuq ir-R&Ż u l-innovazzjoni fl-istadji prekummerċjali u prekompetittivi, inklużi attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, pjattaformi għall-ittestjar u laboratorji ħajjin, il-ħolqien ta’ prototipi u l-validazzjoni tal-prodott f’linji pilota L-attivitajiet għandhom ikunu mfassla biex jagħtu spinta lill-kompetittività industrijali billi jistimulaw l-industrija biex iżżid l-investimenti tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom b’mod partikolari jappoġġaw l-SMEs biex jinvestu fl-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u jkollhom aċċess akbar għalihom. Se jkun hemm enfasi fuq proġetti ta' skala żgħira u medja. Attivitajiet ta’ segwitu dirett tal-proġetti bħal proġetti pilota, dimostrazzjoni u adozzjoni għandhom ikunu appoġġati permezz ta’ strumenti flessibbli bħal sejħiet miftuħa.

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati u s-sistemi ta’ manifattura avvanzata. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinari, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda u applikazzjonijiet ġodda (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, eċċ.). Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati u s-sistemi ta’ manifattura avvanzata. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinarji, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea u għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda kif ukoll applikazzjonijiet ġodda u approċċi sostenibbli (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, l-agrikoltura eċċ. Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali kollha, inklużi l-KETs, wieħed mill-għanijiet ewlenin se jkun dak li jitrawmu interazzjonijiet bejn it-teknoloġiji u mal-applikazzjonijiet taħt l-isfidi tas-soċjetà. Dan għandu jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aġendi u l-prijoritajiet. Dan jirrikjedi li l-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet. F’ċerti każijiet, dan ikun jirrikjedi wkoll azzjonijiet li jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, u mill-isfidi tas-soċjetà rilevanti. Dan se jkun jinkludi finanzjament konġunt għall-isħubiji pubbliċi-privati li jimmiraw li jiżviluppaw teknoloġiji u japplikawhom biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

Għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali kollha, inklużi l-KETs, wieħed mill-għanijiet ewlenin se jkun dak li jitrawmu interazzjonijiet bejn it-teknoloġiji u mal-applikazzjonijiet taħt l-isfidi tas-soċjetà. Dan għandu jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aġendi u l-prijoritajiet. Dan jirrikjedi li l-partijiet interessati kollha li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet F’ċerti każijiet, dan ikun jirrikjedi wkoll azzjonijiet li jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, u mill-isfidi tas-soċjetà rilevanti. Dan se jkun jinkludi finanzjament konġunt għas-sħubiji pubbliċi-privati li jimmiraw li jiżviluppaw teknoloġiji u l-innovazzjoni, u japplikawhom biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

L-ICT għandhom rwol importanti għaliex jinkludu wħud mill-KETs u jipprovdu l-infrastrutturi, it-teknoloġiji u s-sistemi bażiċi ewlenin għal proċessi ekonomiċi u soċjali essenzjali u prodotti u servizzi privati u pubbliċi ġodda. L-industrija Ewropea teħtieġ li tibqa’ fuq quddiem nett tal-iżviluppi teknoloġiċi fl-ICT, fejn bosta teknoloġiji deħlin f’fażi ġdida ta’ taqlib, li tiftaħ opportunitajiet ġodda.

L-ispazju huwa settur li qed jikber malajr li jwassal informazzjoni essenzjali lil bosta oqsma tas-soċjetà moderna, jissodisfa d-domandi fundamenti tagħha, jindirizza mistoqsijiet xjentifiċi universali, u huwa utli biex jiżgura l-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur ewlieni fix-xena internazzjonali. Ir-riċerka tal-ispazju hija l-bażi tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ispazju, iżda fil-preżent hija frammentata fil-programmi nazzjonali mmexxija minn subsett ta' Stati Membri tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni u l-investiment fil-livell tal-Unjoni fir-riċerka tal-ispazju huma meħtieġa (ara l-Artikolu 189 TFUE) sabiex jinżamm l-lat kompettitiv, biex ikun hemm salvagwardja għall-infrastruttura tal-ispazju tal-Unjoni bħal Galileo u biex jinżamm ir-rwol fil-futur tal-Unjoni fl-ispazju. Barra minn hekk, is-servizzi u l-applikazzjonijiet innovattivi downstream li jużaw informazzjoni dderivata mill-ispazju jirrappreżentaw sors importanti ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi.

L-ispazju huwa settur li qed jikber malajr li jwassal informazzjoni essenzjali lil bosta oqsma tas-soċjetà moderna, jissodisfa d-domandi fundamentali tagħha, jindirizza mistoqsijiet xjentifiċi universali, u huwa utli biex jiżgura l-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur ewlieni fix-xena internazzjonali. Ir-riċerka tal-ispazju hija l-bażi tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ispazju. Il-koordinazzjoni u l-investiment fil-livell tal-Unjoni fir-riċerka tal-ispazju huma meħtieġa (ara l-Artikolu 189 TFUE) sabiex jinżamm il-lat kompettitiv, biex ikun hemm salvagwardja għall-infrastruttura tal-ispazju tal-Unjoni bħal Galileo u biex jinżamm ir-rwol fil-futur tal-Unjoni fl-ispazju. Dan għandu jinkiseb b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-aġenziji spazjali nazzjonali. Barra minn hekk, is-servizzi u l-applikazzjonijiet innovattivi downstream li jużaw informazzjoni dderivata mill-ispazju jirrappreżentaw sors importanti ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi u l-iżvilupp tagħhom jirrappreżenta opportunità importanti għall-Unjoni.

L-Ewropa tista’ tikseb massa kritika permezz ta’ sħubiji, raggruppamenti u netwerks, standardizzazzjoni, biex b’hekk tippromwovi l-kooperazzjoni bejn dixxiplini u setturi xjentifiċi u teknoloġiċi differenti bi ħtiġijiet simili ta’ riċerka u żvilupp, u dan iwassal għal skoperti, teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, il-bini ta’ rabtiet effettivi bejn l-industrija u l-qasam akkademiku, l-ingranaġġ ta’ investimenti addizzjonali, l-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju, l-istandardizzazzjoni u l-appoġġ għall-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta’ prodotti u servizzi innovattivi huma kollha aspetti li huma essenzjali fl-indirizzar tal-kompetittività.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija jew sħubijiet pubbliċi privati, il-bini ta’ rabtiet effettivi bejn l-industrija u l-qasam akkademiku, l-ingranaġġ ta’ investimenti addizzjonali, l-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju, l-istandardizzazzjoni u l-appoġġ għall-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta’ prodotti u servizzi innovattivi huma kollha aspetti li huma essenzjali fl-indirizzar tal-kompetittività.

F’dan ir-rigward, rabtiet sodi mal-EIT huma wkoll meħtieġa biex jitnisslu talenti intraprenditorjali mill-aqwa u biex titħaffef l-innovazzjoni billi tgħaqqad flimkien persuni minn pajjiżi, dixxiplini u organizzazzjonijiet differenti.

Il-kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ tappoġġa wkoll opportunitajiet kummerċjali permezz tal-iżvilupp ta’ standards Ewropej jew internazzjonali għal prodotti u servizzi u teknoloġiji emerġenti ġodda. Se jiġu promossi attivitajiet li jappoġġaw l-istandarizzazzjoni u l-interoperabbiltà, is-sigurtà u attivitajiet preregolatorji.

Il-kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tappoġġa wkoll opportunitajiet kummerċjali permezz tal-iżvilupp ta’ standards Ewropej jew internazzjonali għal prodotti u servizzi u teknoloġiji emerġenti ġodda. L-iżvilupp ta’ tali standards wara l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, mill-qasam tax-xjenza u l-industrija, jista' jkollu effett pożittiv. Se jiġu promossi attivitajiet li jappoġġaw l-istandarizzazzjoni u l-interoperabbiltà, is-sigurtà u attivitajiet preregolatorji.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1. Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)

1.1. Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT)

1.1.1. Objettiv speċifiku għall-ICT

1.1.1. Objettiv speċifiku għall-ICT

Skont l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, l-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-ICT huwa li l-Ewropa tkun tista’ tiżviluppa u tisfrutta l-opportunitajiet maħluqa mill-progress fl-ICT għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet xjentifiċi tagħha.

Skont l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, l-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-ICT huwa li l-Ewropa tkun tista’ tiżviluppa u tisfrutta l-opportunitajiet maħluqa mill-progress fl-ICT għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet xjentifiċi tagħha. "ICT" tinkludi s-setturi kollha tal-ICT, inklużi fost l-oħrajn in-netwerks fissi, mobbli u tal-fibrottika u n-netwerks tas-satelliti, il-midja elettronika fil-qafas ta’ netwerk, sistemi intelliġenti bbażati fuq il-kompjuters u softwer integrat kif ukoll l-oqsma wiesgħa tal-Fotonika, l-Elettronika Molekulari, il-Manjetoelettronika, ir-Robotika, in-Nanoelettronika u l-bijoelettronika.

Bħala l-akbar ekonomija fid-dinja li tirrappreżenta l-akbar sehem tas-suq tal-ICT fid-dinja, li l-valur tiegħu llum huwa ta’ aktar minn EUR 2600 biljun, l-Ewropa jista’ jkollha ambizzjonijiet leġittimi għan-negozji, il-gvernijiet, ir-riċerka u ċ-ċentri tal-iżvilupp u l-universitajiet tagħha biex dawn ikunu fuq quddiem nett fl-iżviluppi fl-ICT, irawmu negozji ġodda, u jinvestu aktar f’innovazzjonijiet tal-ICT.

Sal-2020, is-settur Ewropew tal-ICT għandu jipprovdi mill-inqas l-ekwivalenti tas-sehem tiegħu tas-suq globali tal-ICT, li llum huwa ta’ madwar terz. L-Ewropa għandha wkoll tiżviluppa negozji innovattivi fl-ICT sabiex terz tan-nefqa kummerċjali kollha fir-R&Ż tal-ICT, li llum tammonta għal aktar minn EUR 35 biljun fis-sena, tiġi investita f’kumpaniji maħluqa f’dawn l-aħħar għoxrin sena. Dan ikun jeħtieġ żieda konsiderevoli fl-investimenti pubbliċi fir-R&Ż fl-ICT b’tali mod li dan ikun ta’ ingranaġġ għall-infiq fis-settur privat, bil-għan li jirduppjaw l-investimenti fl-għaxar snin li ġejjin, u b’mod aktar sinifikanti aktar ċentri Ewropej ta’ eċċellenza mill-aqwa fl-ICT.

Sabiex jinkiseb kontroll fuq il-katini teknoloġiċi u kummerċjali dejjem aktar kumplessi u multidixxiplinari fl-isħubiji relatati mal-ICT, jinħtieġu l-kondiviżjoni tar-riskju u l-mobilizzazzjoni tal-massa kritika mal-Unjoni kollha. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tgħin lill-industrija tindirizza perspettiva tas-suq uniku u tikseb ekonomiji tal-iskala u tal-firxa. Bil-kollaborazzjoni abbażi ta’ pjattaformi komuni ta’ teknoloġija miftuħa b’effetti mifruxa kif ukoll effetti ta’ ingranaġġ, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-iżviluppi l-ġodda u japplikaw innovazzjonijiet ulterjuri. Il-federazzjoni u s-sħubija fil-livell tal-Unjoni jippermettu wkoll li jkun hemm bini ta’ kunsens, jistabbilixxu punt fokali viżibbli għall-imsieħba internazzjonali, u jwassal għall-iżvilupp ta’ standards tal-Unjoni u dinjija u soluzzjonijiet interoperabbli.

1.1.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

1.1.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

L-ICT hija l-bażi tal-innovazzjoni u l-kompetittività f’firxa wiesgħa ta’ swieq u setturi privati u pubbliċi, u tippermetti l-progress xjentifiku fid-dixxiplini kollha. Fl-għaxar snin li ġejjin, l-impatt trasformattiv tat-teknoloġiji diġitali, il-komponenti tal-ICT, l-infrastrutturi u s-servizzi se jkun dejjem aktar viżibbli fl-oqsma kollha tal-ħajja. Informatika bla limiti, riżorsi relatati mal-komunikazzjoni u l-ħżin tad-dejta se jkunu disponibbli għal kull ċittadin fid-dinja. Ammonti vasti ta’ informazzjoni u dejta se jiġu ġġenerati minn sondi, magni u prodotti b’titjib fl-informazzjoni li permezz tagħhom l-azzjonijiet mill-bogħod isiru xi ħaġa komuni, jippermettu l-iskjerament globali ta’ proċessi kummerċjali u siti tal-produzzjoni sostenibbli u li jattiraw firxa wiesgħa ta’ servizzi u applikazzjonijiet. Bosta servizzi kummerċjali u pubbliċi kritiċi u l-proċessi ewlenin kollha tal-produzzjoni tal-għarfien fix-xjenza, it-tagħlim, in-negozju u s-settur pubbliku se jiġu pprovduti permezz tal-ICT. L-ICT se jipprovdu l-infrastruttura kritika għall-produzzjoni u l-proċessi kummerċjali, il-komunikazzjoni u t-tranżazzjonijiet. L-ICT se jkunu indispensabbli wkoll biex jikkontribwixxu għall-isfidi tas-soċjetà ewlenin, kif ukoll fil-proċessi tas-soċjetà bħall-formazzjoni ta’ komunitajiet, l-imġiba tal-konsumaturi, u l-amministrazzjoni pubblika, pereżempju permezz tal-midja soċjali.

L-ICT hija l-bażi tal-innovazzjoni u l-kompetittività f’firxa wiesgħa ta’ swieq u setturi privati u pubbliċi, u tippermetti l-progress xjentifiku fid-dixxiplini kollha. Fl-għaxar snin li ġejjin, l-impatt trasformattiv tat-teknoloġiji diġitali, il-komponenti tal-ICT, l-infrastrutturi u s-servizzi se jkun dejjem aktar viżibbli fl-oqsma kollha tal-ħajja. Ir-riżorsi relatati mal-informatika, mal-komunikazzjoni u l-ħżin tad-dejta se jkomplu jinfirxu tul is-snin li ġejjin. Ammonti vasti ta’ informazzjoni u dejta f'ħin reali se jiġu ġġenerati minn sondi, magni u prodotti b’titjib fl-informazzjoni li permezz tagħhom l-azzjonijiet mill-bogħod isiru xi ħaġa komuni, jippermettu l-iskjerament globali ta’ proċessi kummerċjali u siti tal-produzzjoni sostenibbli u li jattiraw firxa wiesgħa ta’ servizzi u applikazzjonijiet. Bosta servizzi kummerċjali u pubbliċi kritiċi u l-proċessi ewlenin kollha tal-produzzjoni tal-għarfien fix-xjenza, it-tagħlim, in-negozju u s-settur pubbliku se jiġu pprovduti, u għalhekk isiru aktar aċċessibbli, permezz tal-ICT. L-ICT se jipprovdu l-infrastruttura kritika għall-produzzjoni u l-proċessi kummerċjali, il-komunikazzjoni u t-tranżazzjonijiet. L-ICT se jkunu indispensabbli wkoll biex jikkontribwixxu għall-isfidi tas-soċjetà ewlenin, kif ukoll fil-proċessi tas-soċjetà bħall-formazzjoni ta’ komunitajiet, l-imġiba tal-konsumaturi, il-parteċipazzjoni politika u l-amministrazzjoni pubblika, pereżempju permezz tal-midja soċjali u pjattaformi u għodda ta' sensibilizzazzjoni kollettiva. Huwa kruċjali li tiġi appoġġata u integrata r-riċerka dwar perspettiva li jkollha l-utent fiċ-ċentru tagħha fir-rigward tal-istandards, it-teknoloġiji u s-sistemi biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet kompetittivi.

L-appoġġ tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT huwa komponent sinifikanti għat-tħejjija tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li jmiss billi din tikkostitwixxi parti kbira min-nefqa totali fir-R&I kollaborattivi ta’ riskju medju sa għoli fl-Ewropa. L-investiment pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT fil-livell tal-Unjoni kien u għadu essenzjali biex jimmobilizza l-massa kritika li twassal għal skoperti u għal adozzjoni usa’ u użu aħjar ta’ soluzzjonijiet, prodotti u servizzi innovattivi. Dan għad għandu rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ pjattaformi u teknoloġiji miftuħa applikabbli fl-Unjoni kollha, fl-ittestjar u l-pilotaġġ ta’ innovazzjonijiet f’sitwazzjonijiet pan-Ewropej reali u fl-ottimizzazzjoni tar-riżorsi meta tiġi indirizzata l-kompetittività tal-Unjoni u meta jiġu ttrattati l-isfidi tas-soċjetà komuni. L-appoġġ tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT qed jippermetti wkoll lil SMEs ta’ teknoloġija avvanzata jikbru u jikkapitalizzaw fuq id-daqs tas-swieq tal-Unjoni kollha. Qed isaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-eċċellenza fost ix-xjenzati u l-inġiniera tal-Unjoni, filwaqt li jkompli jsaħħaħ is-sinerġiji mal-baġits nazzjonali u bejniethom, u jaġixxi bħala punt fokali għall-kollaborazzjoni mal-imsieħba barra mill-Ewropa.

L-evalwazzjonijiet suċċessivi tal-attivitajiet tal-ICT fil-Programm Qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni wrew li investiment iffokat fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT fil-livell tal-UE kien strumentali biex tissawwar it-tmexxija industrijali f’oqsma bħall-komunikazzjonijiet mobbli, sistemi tal-ICT ta’ importanza kritika għas-sikurezza, u biex jiġu indirizzati sfidi bħall-effiċjenza fl-enerġija jew it-tibdil demografiku. L-investimenti tal-Unjoni fl-infrastrutturi tar-riċerka tal-ICT ipprovdew lir-riċerkaturi Ewropej l-aqwa faċilitajiet tan-netwerking u l-informatika tar-riċerka fid-dinja.

L-evalwazzjonijiet suċċessivi tal-attivitajiet tal-ICT fil-Programm Qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni wrew li investiment iffokat fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT fil-livell tal-UE kien strumentali biex tissawwar it-tmexxija industrijali f’oqsma bħall-komunikazzjonijiet mobbli, sistemi tal-ICT ta’ importanza kritika għas-sikurezza, u biex jiġu indirizzati sfidi bħall-effiċjenza fl-enerġija jew it-tibdil demografiku u l-forniment ta’ servizz aħjar tas-sistemi tas-saħħa. L-investimenti tal-Unjoni fl-infrastrutturi tar-riċerka tal-ICT ipprovdew lir-riċerkaturi Ewropej l-aqwa faċilitajiet tan-netwerking u l-informatika tar-riċerka fid-dinja.

1.1.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.1.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

Għadd ta’ linji ta’ attività għandu jkollhom fil-mira l-isfidi relatati mat-tmexxija industrijali u teknoloġika fl-ICT u se jkopru aġendi ġeneriċi tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT, li jinkludu b’mod partikolari:

(a) Ġenerazzjoni ġdida ta' komponenti u sistemi: Inġinerija tal-komponenti u sistemi inkorporati avvanzati u intelliġenti;

(a) Ġenerazzjoni ġdida ta' komponenti u sistemi: Inġinerija tal-komponenti u komponenti tas-sistemi inkorporati avvanzati, sikuri u intelliġenti;

(b) Informatika tal-ġenerazzjoni li jmiss: Sistemi u teknoloġiji avvanzati tal-informatika;

(b) Informatika tal-ġenerazzjoni li jmiss: Sistemi tal-informatika u teknoloġiji avvanzati u sikuri;

(c) Internet futur: Infrastrutturi, teknoloġiji u servizzi

(c) Internet futur: softwer, ħardwer, infrastrutturi, teknoloġiji u servizzi;

(d) Teknoloġiji tal-kontenut u l-ġestjoni tal-informazzjoni: ICT għall-kontenut diġitali u l-kreattività;

(d) Teknoloġiji tal-kontenut u l-ġestjoni tal-informazzjoni: ICT għall-kontenut diġitali, l-industriji kulturali u l-kreattività;

(e) Interfacċji avvanzati u robots: Robotika u spazji intelliġenti;

(e) Interfacċji avvanzati u robots: Robotika u spazji intelliġenti;

(f) Mikro u nanoelettronika u fotonika: Teknoloġiji abilitanti essenzjali relatati ma' mikro- u nanoelettronika u ma' fotonika.

(f) Mikro u nanoelettronika u fotonika;

(fa) Teknoloġiji kwantum: il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ tagħmir ICT permezz tal-kombinazzjoni ta’ fiżika kwantum u xjenza tal-informazzjoni

Dawn is-sitt linji ewlenin ta’ attività huma mistennija li jkopru l-firxa sħiħa tal-ħtiġijiet. Dawn jinkludu tmexxija industrijali f’soluzzjonijiet, prodotti u servizzi ġeneriċi bbażati fl-ICT li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà ewlenin kif ukoll l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT xprunati mill-applikazzjoni li se jkunu appoġġati flimkien mal-isfida tas-soċjetà rilevanti.

Dawn is-seba' linji ewlenin ta’ attività huma mistennija li jkopru l-firxa sħiħa tal-ħtiġijiet. Dawn jinkludu tmexxija industrijali f’soluzzjonijiet, prodotti u servizzi ġeneriċi bbażati fl-ICT li huma meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà ewlenin kif ukoll l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT xprunati mill-applikazzjoni li se jkunu appoġġati flimkien mal-isfida tas-soċjetà rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li soluzzjonijiet tal-ICT mill-aktar avvanzati jiġu magħżula għal proġetti ffinanzjati taħt il-prijorità tal-Isfidi tas-Soċjetà. Se jiġi pprovdut appoġġ imsaħħaħ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistemi miftuħa u sistemi distributtivi. Biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-ICT, id-diversità tal-oqsma tar-riċerka u ċ-ċikli li jikkaratterizzaw ir-riċerka tal-ICT għandhom jiġu garantiti permezz tar-regoli għall-parteċipazzjoni, b'mod li jkunu possibbli proġetti ta' riċerka kbar b'kostijiet kbar fuq perjodi twal kif ukoll attivitajiet li jaħtfu malajr l-opportunitajiet identifikati mis-suq.

Dawn is-sitt linji ta’ attività għandhom jinkludu wkoll l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi għall-ICT, bħalma huma l-laboratorji ħajjin li jintużaw għall-esperimenti fuq skala kbira, u l-infrastrutturi tat-teknoloġiji abilitanti ewlenin sottostanti kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom fi prodotti avvanzati u sistemi intelliġenti innovattivi, inklużi tagħmir, għodod, servizzi ta’ appoġġ, kmamar nodfa u aċċess għall-fonderiji għall-ħolqien ta’ prototipi.

Dawn is-seba’ linji ta’ attività għandhom jinkludu wkoll l-infrastrutturi tar-riċerka speċifiċi għall-ICT, bħalma huma l-laboratorji ħajjin li jintużaw għall-esperimenti fuq skala kbira, u l-infrastrutturi tat-teknoloġiji abilitanti ewlenin sottostanti kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom fi prodotti avvanzati u sistemi intelliġenti innovattivi, inklużi tagħmir, għodod, servizzi ta’ appoġġ, kmamar nodfa u aċċess għall-fonderiji għall-ħolqien ta’ prototipi. Il-finanzjament tal-Unjoni se jibbenifikaw minnu faċilitajiet u infrastrutturi konġunti miftuħa għal atturi diversi, b’mod partikolari l-impriżi ta’ daqs żgħir u dawk ta’ daqs medju.

Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni naturali u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza huma elementi ewlenin fl-Unjoni. Orizzont 2020 għandu jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistemi li jistgħu jagħtu liċ-ċittadini tal-Ewropa kontroll sħiħ tal-komunikazzjonijiet tagħhom.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2. Nanoteknoloġiji

1.2. Nanoteknoloġiji

1.2.1. Objettiv speċifiku għan-nanoteknoloġiji

1.2.1. Objettiv speċifiku għan-nanoteknoloġiji

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fin-nanoteknoloġiji huwa li jiżguraw it-tmexxija tal-Unjoni f’dan is-suq globali ta’ tkabbir kbir, billi jistimulaw l-investiment fin-nanoteknoloġiji u l-adozzjoni tagħhom fi prodotti u servizzi kompetittivi ta’ valur miżjud għoli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

Sal-2020, in-nanoteknoloġiji se jkunu standardizzati, jiġifieri integrati f’mod bla xkiel mal-biċċa l-kbira tat-tekonoloġiji u l-applikazzjonijiet, xprunati mill-benefiċċji tal-konsumatur, il-kwalita tal-ħajja, l-iżvilupp sostenibbli u l-potenzjal industrijali kbir li jinstabu soluzzjonijiet li ma kinux disponibbli qabel għall-produttivita u l-effiċjenza fir-riżorsi.

Sal-2020, in-nanoteknoloġiji se jkunu standardizzati, jiġifieri integrati f’mod bla xkiel mal-biċċa l-kbira tat-tekonoloġiji u l-applikazzjonijiet, xprunati mill-benefiċċji tal-konsumatur, il-kwalita tal-ħajja, l-iżvilupp sostenibbli u l-potenzjal industrijali kbir li jinstabu soluzzjonijiet li ma kinux disponibbli qabel għall-produttivita u l-effiċjenza fir-riżorsi. Sal-2015, il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha sabiex tiżgura s-sigurtà għall-applikazzjonijiet kollha ta’ nanomaterjali fi prodotti b’impatti potenzjali fuq is-saħħa, fuq l-ambjent jew is-sikurezza matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

L-Ewropa trid tiffissa wkoll il-punt ta' riferiment globali dwar l-iskjerament u l-amministrazzjoni tan-nanoteknoloġija sikura u responsabbli li jiżguraw dħul kbir għas-soċjetà u l-industrija.

L-Ewropa trid tiffissa wkoll il-punt ta' riferiment globali dwar l-iskjerament u l-amministrazzjoni tan-nanoteknoloġija sikura u responsabbli li jiżguraw dħul kbir għas-soċjetà u l-industrija.

Il-prodotti li jużaw in-nanoteknoloġiji jirrappreżentaw suq dinji li l-Ewropa ma taffordjax tinjorah. L-istimi tas-suq dwar il-valur ta’ prodotti li jinkorporaw in-nanoteknoloġija bħala l-komponent ewlieni tagħhom jitilgħu għal EUR 700 biljun sal-2015 u għal EUR 2 triljuni sal-2020, b’2 u 6 miljun impjieg korrispondenti rispettivament. Il-kumpaniji tan-nanoteknoloġija tal-Ewropa għandhom jisfruttaw dan it-tkabbir tas-suq fejn iċ-ċifri jirduppjaw, u għandhom ikunu kapaċi jiġbdu lejhom sehem tas-suq li tal-anqas ikun daqs is-sehem tal-Ewropa fl-iffinanzjar tar-riċerka globali (jiġifieri kwart) sal-2020.

1.2.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

1.2.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

In-nanoteknoloġiji huma spettru ta’ teknoloġiji li qed jevolvu, li ngħatat prova tal-potenzjal tagħhom, u li se jkollhom impatt rivoluzzjonarju fuq, fost affarijiet oħra, il-materjali, l-ICT, ix-xjenzi tal-ħajja u l-kura tas-saħħa u l-oġġetti tal-konsumaturi ladarba r-riċerka tissarraf fi prodotti u proċessi tal-produzzjoni rivoluzzjonarji.

In-nanoteknoloġiji huma spettru ta’ teknoloġiji li qed jevolvu, li ngħatat prova tal-potenzjal tagħhom, u li se jkollhom impatt rivoluzzjonarju fuq, fost affarijiet oħra, il-materjali, l-ICT, il-manifattura, ix-xjenzi tal-ħajja u l-kura tas-saħħa u l-oġġetti tal-konsumaturi ladarba r-riċerka tissarraf fi prodotti u proċessi tal-produzzjoni rivoluzzjonarji, sostenibbli u kompetittivi.

In-nanoteknoloġiji għandhom rwol kritiku li jindirizzaw l-isfidi identifikati mill-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Jekk dawn it-teknoloġiji abilitanti ewlenin jibdew jintużaw b’suċċess, dan jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni billi jingħata lok għal prodotti ġodda u mtejba jew għal proċessi aktar effiċjenti u jingħata rispons għal sfidi futuri.

L-iffinanzjar tar-riċerka globali fin-nanoteknoloġiji rdoppja minn madwar EUR 6.5 biljun fl-2004 għal madwar EUR 12.5 biljun fl-2008, u l-Unjoni tkopri madwar kwart ta’ dan it-total. L-Unjoni għandha tmexxija rikonoxxuta fir-riċerka fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji bi previżjonijiet li jkun hemm madwar 4000 kumpanija fl-Unjoni sal-2015.

L-Ewropa issa teħtieġ li tiżgura u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq globali billi tippromwovi kooperazzjoni fuq skala wiesgħa fi ħdan u fuq medda ta’ katini ta’ valur differenti u bejn diversi setturi industrijali biex isir progress gradwali f’dawn it-teknoloġiji u jissarrfu fi prodotti kummerċjali vijabbli. Il-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju kif ukoll l-amministrazzjoni responsabbli qed jirriżultaw li huma fatturi determinanti tal-impatt futur tan-nanoteknoloġiji fuq is-soċjetà u l-ekonomija.

L-Ewropa issa teħtieġ li tiżgura u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq globali billi tippromwovi kooperazzjoni fuq skala wiesgħa fi ħdan u fuq medda ta’ katini ta’ valur differenti u bejn diversi setturi industrijali biex isir progress gradwali f’dawn it-teknoloġiji u jissarrfu fi prodotti kummerċjali sikuri, sostenibbli u vijabbli. Il-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju kif ukoll l-amministrazzjoni responsabbli qed jirriżultaw li huma fatturi determinanti tal-impatt futur tan-nanoteknoloġiji fuq is-soċjetà u l-ekonomija.

Għaldaqstant, il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun l-applikazzjoni mifruxa u responsabbli tan-nanoteknoloġiji fl-ekonomija, biex ikunu jistgħu jinkisbu benefiċċji b’impatt kbir fuq is-soċjetà u l-industrija. Biex jiġu żgurati l-opportunitajiet potenzjali, inklużi l-istabbiliment ta’ kumpaniji ġodda u l-ġenerazzjoni ta’ impjiegi ġodda, ir-riċerka għandha tipprovdi l-għodod neċessarji sabiex l-istandardizzazzjoni u r-regolazzjoni jkunu jistgħu jiġu implimentati korrettament.

Għaldaqstant, il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun l-applikazzjoni responsabbli u sostenibbli tan-nanoteknoloġiji fl-ekonomija, biex ikunu jistgħu jinkisbu benefiċċji b’impatt ambjentali kbir fuq is-soċjetà u l-industrija. Biex jiġu żgurati l-opportunitajiet potenzjali, inklużi l-istabbiliment ta’ kumpaniji ġodda u l-ġenerazzjoni ta’ impjiegi ġodda, ir-riċerka għandha tipprovdi l-għodod neċessarji sabiex l-istandardizzazzjoni u r-regolazzjoni jkunu jistgħu jiġu implimentati korrettament.

1.2.3. Linji wiesgħa tal-attivitajiet

1.2.3. Linji wiesgħa tal-attivitajiet

(a) Żvilupp ta’ nanomaterjali, tagħmir nano u nanosistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss

(a) Żvilupp ta’ nanomaterjali, tagħmir nano u nanosistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss

L-għan huwa li jinħolqu prodotti fundamentalment ġodda li jippermettu li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli f’firxa wiesgħa ta’ setturi.

L-għan huwa li jinħolqu prodotti fundamentalment ġodda li jippermettu li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli f’firxa wiesgħa ta’ setturi, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni.

(b) Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni sikuri tan-nanoteknoloġiji

(b) Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni sikuri u mingħajr riskju tan-nanoteknoloġiji

Dan jinkludi l-avvanz fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tan-nanoteknoloġiji u n-nanosistemi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, u l-provvista ta’ għodda għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu.

Dan jinkludi l-avvanz fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tan-nanoteknoloġiji u n-nanosistemi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, u għodda għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu.

(ba) L-iżvilupp ta’ għodda ġdida għat-tfassil, is-simulazzjoni, il-karatterizzazzjoni u l-manipulazzjonijiet tan-nanomaterjali, il-komponenti u s-sistemi.

Il-mira lejn l-istudju, l-immaġini u l-kontroll ta’ nanomaterjali ġodda u sistemi fin-nanoskala.

(c) Żvilupp tad-dimensjoni tas-soċjetà tan-nanoteknoloġija

(c) Żvilupp tad-dimensjoni tas-soċjetà tan-nanoteknoloġija

Iffukar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà.

Iffukar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà u l-valutazzjoni tal-aċċettabbiltà soċjali u r-rilevanza ta' applikazzjonijiet speċifiċi.

(d) Sinteżi u manifattura effiċjenti ta’ nanomaterjali, komponenti u sistemi

(d) Sinteżi u manifattura effiċjenti ta’ nanomaterjali, komponenti u sistemi

Iffukar fuq operazzjonijiet ġodda, integrazzjoni intelliġenti ta’ proċessi ġodda u eżistenti, kif ukoll titjib biex tintlaħaq il-produzzjoni bil-massa ta’ prodotti u impjanti għal ħafna skopijiet biex jiġi żgurat it-trasferiment effiċjenti tal-għarfien fl-innovazzjoni industrijali.

Iffukar fuq operazzjonijiet ġodda, integrazzjoni intelliġenti ta’ proċessi ġodda u eżistenti, kif ukoll titjib biex tintlaħaq il-produzzjoni bil-massa ta’ prodotti u impjanti flessibbli biex jiġi żgurat it-trasferiment effiċjenti tal-għarfien fl-innovazzjoni industrijali.

(e) Żvilupp ta’ tekniki li jtejbu l-kapaċità, metodi u tagħmir ta’ kejl

(e) Żvilupp ta’ tekniki li jtejbu l-kapaċità, metodi u tagħmir ta’ kejl

Iffukar fuq it-teknoloġiji bażi li jappoġġaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta’ nanomaterjali u nanosistemi kumplessi.

Iffukar fuq it-teknoloġiji bażi li jappoġġaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta’ nanomaterjali u nanosistemi kumplessi.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.3. Materjali avvanzati

1.3. Materjali avvanzati

1.3.1. Għan speċifiku fir-rigward tal-materjali avvanzati

1.3.1. Għan speċifiku fir-rigward tal-materjali avvanzati

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-materjali avvanzati huwa li jiġu żviluppati materjali b’funzjonalitajiet ġodda u bi prestazzjoni operattiva mtejba, bl-għan li jkun hemm aktar prodotti kompetittivi li jiminimizzaw l-impatt fuq l-ambjent u l-konsum tar-riżorsi.

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-materjali avvanzati huwa li jiġu żviluppati materjali b’funzjonalitajiet ġodda u bi prestazzjoni operattiva mtejba, bl-għan li jkun hemm aktar prodotti kompetittivi li jkunu iktar aċċessibbli għall-konsumaturi u jiminimizzaw l-impatt fuq l-ambjent u l-konsum tar-riżorsi u tittejjeb s-sikurezza filwaqt li jonqos ir-riskju.

Il-materjali huma fil-qalba tal-innovazzjoni industrijali u jikkostitwixxu fattur determinanti. Materjali avvanzati b’kontenut ogħla ta’ għarfien, funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejba huma indispensabbli għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

1.3.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

1.3.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

Materjali avvanzati ġodda huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi li jkollhom prestazzjoni aħjar u li jkunu sostenibbli. Tali materjali huma parti mis-soluzzjoni għall-isfidi industrijali u tas-soċjetà tagħna, billi joffru prestazzjoni aħjar fl-użu tagħhom, inqas rekwiżiti f’termini ta’ riżorsi u enerġija, u sostenibbiltà fi tmiem il-ħajja tal-prodotti.

Materjali avvanzati ġodda huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi li jkollhom prestazzjoni aħjar u li jkunu sostenibbli u biex jissostitwixxu riżorsi skarsi. Tali materjali huma parti mis-soluzzjoni għall-isfidi industrijali u tas-soċjetà tagħna, billi joffru prestazzjoni aħjar fl-użu tagħhom, inqas rekwiżiti f’termini ta’ riżorsi u enerġija, u sostenibbiltà fi tmiem il-ħajja tal-prodotti.

L-iżvilupp xprunat fuq l-applikazzjonijiet ħafna drabi jinvolvi t-tfassil ta’ materjali totalment ġodda, bil-kapaċità li jagħtu l-prestazzjoni operattiva ppjanata. Tali materjali huma element importanti fil-katina tal-provvista ta’ manifattura ta’ valur għoli. Huma wkoll il-bażi tal-progress f’oqsma tat-teknoloġija trasversali (pereżempju l-bijoxjenzi, l-elettronika u l-fotonika), u prattikament fis-setturi kollha tas-suq. Il-materjali nfushom jirrappreżentaw pass ewlini biex jiżdied il-valur tal-prodotti u l-prestazzjoni tagħhom. Il-valur u l-impatt tal-materjali avvanzati huma meqjusa bħala sinifikanti, b’rata ta’ tkabbir annwali ta’ madwar 6 % u b’daqs tas-suq li mistenni jkun ekwivalenti għal EUR 100 biljun sal-2015.

L-iżvilupp xprunat fuq l-applikazzjonijiet ħafna drabi jinvolvi t-tfassil ta’ materjali totalment ġodda, bil-kapaċità li jagħtu l-prestazzjoni operattiva ppjanata. Tali materjali huma element importanti fil-katina tal-provvista ta’ manifattura ta’ valur għoli. Huma wkoll il-bażi tal-progress f’oqsma tat-teknoloġija trasversali (pereżempju l-bijoxjenzi, l-elettronika u l-fotonika), u prattikament fis-setturi kollha tas-suq. Il-materjali nfushom jirrappreżentaw pass ewlieni biex jiżdied il-valur tal-prodotti u l-prestazzjoni tagħhom. Il-valur u l-impatt tal-materjali avvanzati huma meqjusa bħala sinifikanti, b’rata ta’ tkabbir annwali ta’ madwar 6 % u b’daqs tas-suq li mistenni jkun ekwivalenti għal EUR 100 biljun sal-2015.

Il-materjali għandhom ikunu maħsuba skont approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja sħiħ, mill-provvista ta’ materjali disponibbli sa tmiem il-ħajja (minn nieqa sa nieqa), b’approċċi innovattivi biex jiġu minimizzati r-riżorsi meħtieġa għat-trasformazzjoni tagħhom. L-użu kontinwu, ir-riċiklaġġ jew l-użu sekondarju fi tmiem il-ħajja tal-materjali għandhom ikunu koperti wkoll, flimkien mal-innovazzjoni tas-soċjetà relatata.

Sabiex jitħaffef il-progress, għandu jitrawwem approċċ multidixxiplinari u konverġenti, li jinvolvi l-kimika, il-fiżika, ix-xjenzi tal-inġinerija, l-immudellar teoretiku u informatiku, ix-xjenzi bijoloġiċi u d-disinni industrijali dejjem aktar kreattivi.

Sabiex jitħaffef il-progress, għandu jitrawwem approċċ multidixxiplinari u konverġenti li jibbenefika minn infrastruttura Ewropea tar-riċerka fuq quddiem fil-livell dinji, li jinvolvi l-kimika, il-fiżika, ix-xjenzi tal-inġinerija, l-immudellar teoretiku u informatiku, ix-xjenzi bijoloġiċi u d-disinni industrijali dejjem aktar kreattivi.

Għandhom jitrawmu alleanzi fl-innovazzjoni u simbjożi industrijali ekoloġiċi ġodda biex l-industriji jkunu jistgħu jiddiversifikaw, jespandu l-mudelli kummerċjali tagħhom, filwaqt li jerġgħu jużaw l-iskart tagħhom bħala bażi għal produzzjonijiet ġodda, eż. id-CO2 bħala bażi tal-karbonju għal sustanzi kimiċi fini u fjuwils alternattivi.

Għandhom jitrawmu alleanzi fl-innovazzjoni u simbjożi industrijali ekoloġiċi ġodda biex l-industriji jkunu jistgħu jiddiversifikaw, jespandu l-mudelli kummerċjali tagħhom, filwaqt li jerġgħu jużaw l-iskart tagħhom bħala bażi għal produzzjonijiet ġodda.

1.3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Teknoloġiji ta’ materjali trasversali u abilitanti

(a) Teknoloġiji ta’ materjali trasversali u abilitanti

Riċerka dwar materjali funzjonali, materjali multifunzjonali u materjali strutturali, għal innovazzjoni fis-setturi industrijali kollha.

Riċerka dwar materjali funzjonali, materjali multifunzjonali u materjali strutturali, għal innovazzjoni fis-setturi industrijali kollha.

(b) Żvilupp u trasformazzjoni ta' materjali

(b) Żvilupp u trasformazzjoni ta' materjali

Riċerka u żvilupp biex jiġi żgurat titjib effiċjenti u sostenibbli li jippermetti l-manifattura industrijali ta’ prodotti futuri

Riċerka u żvilupp biex jiġi żgurat titjib effiċjenti u sostenibbli li jippermetti l-manifattura industrijali ta’ prodotti futuri intelliġenti

(c) Ġestjoni ta’ komponenti ta’ materjali

(c) Ġestjoni ta’ komponenti ta’ materjali

Riċerka u żvilupp għal tekniki u sistemi ġodda u innovattivi.

Riċerka u żvilupp għal tekniki ta’ produzzjoni ġodda u innovattivi għall-materjali, il-komponenti u s-sistemi.

(d) Materjali għal industrija sostenibbli u ta' karbonju baxx

(d) Materjali għal industrija sostenibbli u ta' karbonju baxx

Żvilupp ta’ prodotti u applikazzjonijiet ġodda, u mġiba tal-konsumatur li tnaqqas id-domanda għall-enerġija, u ffaċilitar tal-produzzjoni b’livell baxx ta’ karbonju.

Żvilupp ta’ materjali, komponenti, mudelli ta’ negozju ġodda u mġiba tal-konsumatur responsabbli, prodotti u applikazzjonijiet li jnaqqsu d-domanda għall-enerġija u jiffaċilitaw il-produzzjoni b’livell baxx ta’ karbonju.

(da) Materja prima ġdida għall-industrija kimika u l-użu tal-karbonju

L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ bażi alternattiva ta’ materja prima għall-industrija kimika biex, b’mod favorevoli għall-ambjent, iż-żejt mhux maħdum jiġi sostitwit bħala sors tal-karbonju fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, kif ukoll sistemi u teknoloġiji CCU biex is-CO2 jiġi konvertit fi prodotti.

(e) Materjali għal industriji kreattivi

(e) Materjali għal industriji kreattivi

Applikazzjoni ta’ disinni, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni ta’ materjali b’valur storiku jew kulturali.

Applikazzjoni ta’ disinni, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni u r-restawr ta’ materjali b’valur storiku jew kulturali, kif ukoll materjali ġodda.

(f) Metroloġija, karatterizzazzjoni, standardizzazzjoni u kontroll tal-kwalità

(f) Metroloġija, karatterizzazzjoni, standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni u kontroll tal-kwalità

Promozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-karatterizzazzjoni, l-evalwazzjoni mhux distruttiva u l-immudellar tal-prestazzjoni mbassra għal progress fix-xjenza u l-inġinerija tal-materjali.

Promozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-karatterizzazzjoni, l-evalwazzjoni mhux distruttiva, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi u l-immudellar tal-prestazzjoni mbassra għal progress fix-xjenza u l-inġinerija tal-materjali.

(g) Ottimizzazzjoni tal-użu ta’ materjali

(g) Ottimizzazzjoni tal-użu ta’ materjali

Riċerka u żvilupp biex jiġu investigati alternattivi għall-użu ta’ materjali u approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi.

Riċerka u żvilupp biex jiġu investigati s-sostituzzjoni u alternattivi għall-użu ta’ materjali u approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi u l-identifikazzjoni ta’ riżorsi kritiċi.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4. Bijoteknoloġija

1.4. Bijoteknoloġija

1.4.1. Objettiv speċifiku għall-bijoteknoloġija

1.4.1. Objettiv speċifiku għall-bijoteknoloġija

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-bijoteknoloġija huwa l-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi industrijali kompetittivi, sostenibbli u innovattivi u l-kontribuzzjoni tagħha bħala katalizzatur tal-innovazzjoni f’għadd ta’ setturi Ewropej bħal dak tal-agrikoltura, l-ikel, il-kimika u s-saħħa.

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-bijoteknoloġija huwa l-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi industrijali kompetittivi, sostenibbli, sikuri u mingħajr riskju u innovattivi u l-kontribuzzjoni tagħha bħala katalizzatur tal-innovazzjoni f’għadd ta’ setturi Ewropej bħal dak tas-saħħa, il-kimika, l-enerġija, l-agrikoltura, il-forestrija u l-ikel.

Bażi xjentifika, teknoloġika u innovattiva soda fil-bijoteknoloġija, se tappoġġa l-industriji Ewropej biex jiżguraw it-tmexxija f’din it-teknoloġija abilitanti ewlenija. Din il-pożizzjoni tissaħħaħ aktar bl-integrazzjoni tal-aspetti relatati mal-valutazzjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tar-riskji ġenerali fl-użu tal-bijoteknoloġija.

Bażi xjentifika, teknoloġika u innovattiva soda fil-bijoteknoloġija, se tappoġġa din it-teknoloġija. Din il-pożizzjoni tissaħħaħ bl-integrazzjoni tal-valutazzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza, l-impatt ekonomiku u ambjentali tal-użu tat-teknoloġija u l-aspetti tal-ġestjoni tar-riskji ġenerali u speċifiċi fl-użu tal-bijoteknoloġija.

1.4.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

1.4.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali inklużi l-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali u agrikoli inklużi l-bijofarmaċewtiċi, il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, il-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa, tal-enerġija, tal-kimika u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Sorsi ewlenin oħra tal-innovazzjoni jinsabu fl-interfaċċja bejn il-bijoteknoloġija u teknoloġiji oħrajn abilitanti u li jikkonverġu, b’mod partikolari n-nanoteknoloġiji u l-ICT, b’applikazzjonijiet bħar-rilevament u d-dijanjostikar.

1.4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Tingħata spinta lill-bijoteknoloġiji rivoluzzjonarji bħala katalizzatur tal-innovazzjoni fil-futur

(a) Tingħata spinta lill-bijoteknoloġiji rivoluzzjonarji sostenibbli bħala katalizzatur tal-innovazzjoni fil-futur

L-iżvilupp ta’ oqsma emerġenti tat-teknoloġija bħall-bijoloġija sintetika, il-bijoinformatika u l-bijoloġija tas-sistemi, li huma promettenti ħafna għal applikazzjonijiet kompletament ġodda.

L-iżvilupp ta’ oqsma emerġenti tat-teknoloġija bħas-sistemi tal-bijoloġija, il-bijoinformatika u l-bijoloġija sintetika u l-bijoloġija tas-sistemi, li huma promettenti ħafna għal prodotti, applikazzjonijiet u teknoloġiji kompletament ġodda, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju tal-prekawzjoni.

(b) Proċessi industrijali bbażati fuq il-bijoteknoloġija

(b) Proċessi u prodotti industrijali u bbażati fuq il-bijoteknoloġija

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija industrijali għal prodotti u proċessi industrijali kompetittivi (pereżempju fil-kimika, is-saħħa, it-taħfir fil-minjieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, t-tessuti, il-lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha.

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija industrijali għal materjali, prodotti u proċessi industrijali kompetittivi sostenibbli (pereżempju is-sustanzi kimiċi, is-saħħa, l-industrija tal-minieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, il-prodotti bbażati fuq il-fibra, it-tessuti mill-injam, il-lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha u d-dimensjoni relatata mas-saħħa.

(c) Teknoloġiji ta’ pjattaformi innovattivi u kompetittivi

(c) Teknoloġiji ta’ pjattaformi innovattivi u kompetittivi

L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pjattaformi (eż. il-ġenomika, il-metaġenomika, il-proteomika, l-għodod molekulari) biex jittejbu t-tmexxija u l-vantaġġ kompetittiv f’għadd kbir ta’ setturi ekonomiċi.

L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pjattaformi (eż. il-ġenomika bijoloġika tas-sistemi, il-metaġenomika, il-proteomika, il-fenomika, l-għodod molekulari u pjattaformi bbażati fuq iċ-ċelluli) biex jittejbu t-tmexxija u l-vantaġġ kompetittiv f’għadd kbir ta’ setturi li għandhom impatt ekonomiku. Dan l-approċċ jista’ javvanza ulterjorment il-potenzjal ta’ SMEs ġodda b’mod sinifkanti.

(ca) Preokkupazzjonijiet ta’ natura ambjentali, rigward is-soċjetà u etiċi

L-iżvilupp ta’ proċessi li jinkludu l-konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati biex jitqiesu l-preokkupazzjonijiet ambjentali, tas-soċjetà u etiċi fir-rigward ta' ċerti tipi ta' tekonoloġiji;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.5. Manifattura u pproċessar avvanzati

1.5. Manifattura u pproċessar avvanzati

1.5.1. Objettiv speċifiku

1.5.1. Objettiv speċifiku

L-għan speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-manifattura u l-ipproċessar avvanzati huwa li l-forom industrijali ta’ produzzjoni tal-lum jiġu ttrasformati f’teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar sostenibbli, transettorjali u ta’ għarfien aktar intensiv, li jirriżultaw f’aktar prodotti, proċessi u servizzi innovattivi.

L-għan speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-manifattura u l-ipproċessar avvanzati huwa li l-intrapriżi, is-sistemi u l-proċessi ta’ manifattura tal-lum jiġu ttrasformati permezz ta’ ingranaġġ ta’ teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar sostenibbli, transettorjali, effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija u ta’ għarfien aktar intensiv, li jirriżultaw f’aktar prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, sikuri u mingħajr riskju.

1.5.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

1.5.2. Raġunament u valur miżjud għall-Unjoni

Is-settur tal-manifattura huwa ta’ importanza kbira għall-ekonomija Ewropea, b’kontribuzzjoni ta’ madwar 17 % tal-PDG u ta’ madwar 22 miljun impjieg fl-Unjoni fl-2007. Bit-tnaqqis tal-ostakli ekonomiċi għall-kummerċ u bl-effett abilitanti tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, il-manifattura hija suġġetta għal kompetizzjoni qawwija u qed tiġbed lejha l-pajjiżi bl-inqas spejjeż globali. Minħabba l-pagi għoljin, l-approċċ Ewropew għall-manifattura għaldaqstant għandu jinbidel radikalment biex jibqa’ kompetittiv globalment u l-Orizzont 2020 jista’ jgħin biex jgħaqqad lill-partijiet interessati rilevanti kollha biex jintlaħaq dan l-għan.

Is-settur tal-manifattura huwa ta’ importanza kbira għall-ekonomija Ewropea, b’kontribuzzjoni ta’ madwar 17 % tal-PDG u ta’ madwar 22 miljun impjieg fl-Unjoni fl-2007. Bit-tnaqqis tal-ostakli ekonomiċi għall-kummerċ u bl-effett abilitanti tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, il-manifattura hija suġġetta għal kompetizzjoni qawwija u qed tiġbed lejha l-pajjiżi bl-inqas spejjeż globali. L-approċċ Ewropew għall-manifattura għaldaqstant għandu jinbidel radikalment biex jibqa’ kompetittiv globalment u l-Orizzont 2020 jista’ jgħin biex jgħaqqad lill-partijiet interessati rilevanti kollha biex jintlaħaq dan l-għan.

L-Ewropa jeħtieġ li tkompli tinvesti fil-livell tal-Unjoni biex iżżomm it-tmexxija u l-kompetenza tagħha fit-teknoloġiji tal-manifattura u tagħmel it-tranżizzjoni għal oġġetti b’valur għoli, oġġetti ta’ għarfien intensiv, biex b’hekk toħloq il-kundizzjonijiet u l-assi għal produzzjoni u provvista sostenibbli ta’ servizz tul il-ħajja madwar prodott manifatturat. Jeħtieġ li l-industriji tal-manifattura u l-ipproċessar b’użu intensiv ta’ riżorsi jkomplu jimmobilizzaw ir-riżorsi u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u jkomplu jinvestu fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex jagħtu lok għal progress lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju, u sabiex jikkonformaw mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, maqbul mal-Unjoni kollha, sal-2050 għas-setturi industrijali.

L-Ewropa jeħtieġ li tkompli tinvesti fil-livell tal-Unjoni biex iżżomm it-tmexxija u l-kompetenza tagħha fit-teknoloġiji tal-manifattura u tagħmel it-tranżizzjoni għal oġġetti b’valur għoli, oġġetti ta’ għarfien intensiv, biex b’hekk toħloq il-kundizzjonijiet u l-assi għal produzzjoni u provvista sostenibbli ta’ servizz tul il-ħajja madwar prodott manifatturat. Jeħtieġ li l-industriji tal-manifattura u l-ipproċessar b’użu intensiv ta’ riżorsi jkomplu jimmobilizzaw ir-riżorsi u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u jkomplu jinvestu fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex jagħtu lok għal progress lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju u ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, u sabiex jikkonformaw mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, maqbul mal-Unjoni kollha, sal-2050 għas-setturi industrijali.

B’politiki tal-Unjoni sodi, l-Ewropa tkun tista’ tkabbar l-industriji eżistenti tagħha u trawwem l-industriji emerġenti tal-ġejjieni. Il-valur u l-impatt tas-settur tas-sistemi avvanzati tal-manifattura huma meqjusa bħala sinifikanti, b’daqs tas-suq li mistenni jkun madwar EUR 150 biljun sal-2015 u b’rata komposta ta’ tkabbir annwali ta’ madwar 5 %.

Huwa kruċjali li jiġu mħarsa l-għarfien u l-kompetenzi sabiex tinżamm il-kapaċità tal-manifattura u l-ipproċessar fl-Ewropa. L-enfasi tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għandha tkun fuq il-manifattura u l-ipproċessar sostenibbli, l-introduzzjoni ta’ innovazzjoni teknika u orjentazzjoni lejn il-klijenti meħtieġa għall-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi b’kontenut għoli ta’ għarfien u b’konsum baxx ta’ materjal u enerġija. L-Ewropa teħtieġ ukoll li tittrasferixxi dawn it-teknoloġiji abilitanti u dan l-għarfien f’setturi produttivi oħra, bħas-settur tal-kostruzzjoni li huwa sors ewlieni ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) u li l-attivitajiet ta’ kostruzzjoni tiegħu jammontaw għal madwar 40 % tal-konsum kollu tal-enerġija fl-Ewropa u għal 36 % tal-emissjonijiet tad-CO2. Is-settur tal-kostruzzjoni, li jiġġenera 10 % tal-PDG u jipprovdi madwar 16-il miljun impjieg fl-Ewropa fi 3 miljun impriża, li 95 % minnhom huma SMEs, jeħtieġ li jadotta materjali u approċċi tal-manifattura innovattivi biex jimmitiga l-impatt ambjentali tiegħu.

Huwa kruċjali li jiġu mħarsa l-għarfien u l-kompetenzi sabiex tinżamm il-kapaċità tal-manifattura u l-ipproċessar fl-Ewropa. Is-settur tal-kostruzzjoni, li jiġġenera 10 % tal-PDG u jipprovdi madwar 16-il miljun impjieg fl-Ewropa fi 3 miljun impriża, li 95 % minnhom huma SMEs, jeħtieġ li jadotta materjali u approċċi tal-manifattura innovattivi biex jimmitiga l-impatt ambjentali tiegħu. L-Ewropa teħtieġ ukoll li tittrasferixxi dawn it-teknoloġiji abilitanti u dan l-għarfien f’setturi produttivi oħra, bħas-settur tal-kostruzzjoni li huwa sors ewlieni ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) u li l-attivitajiet ta’ kostruzzjoni tiegħu jammontaw għal madwar 40 % tal-konsum kollu tal-enerġija fl-Ewropa u għal 36 % tal-emissjonijiet tad-CO2. Is-settur tal-kostruzzjoni, li jiġġenera 10 % tal-PDG u jipprovdi madwar 16-il miljun impjieg fl-Ewropa fi 3 miljun impriża, li 95 % minnhom huma SMEs, jeħtieġ li jadotta materjali u approċċi tal-manifattura innovattivi biex jimmitiga l-impatt ambjentali tiegħu.

1.5.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.5.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Teknoloġiji għall-Fabbriki tal-Futur

(a) Teknoloġiji għall-Fabbriki tal-Futur

Promozzjoni tat-tkabbir industrijali sostenibbli bil-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispejjeż għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ valur miżjud għoli.

Promozzjoni tat-tkabbir industrijali sostenibbli bil-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispejjeż għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ valur miżjud għoli u effiċjenza fir-riżorsi.

(b) Teknoloġiji li jiffaċilitaw bini b’użu effiċjenti tal-Enerġija

(b) Teknoloġiji li jiffaċilitaw bini b’użu effiċjenti tal-Enerġija u impatt ambjentali baxx

Tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tad-CO2 bl-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji sostenibbli tal-kostruzzjoni.

Tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tad-CO2 bir-riċerka, l-iżvilupp u l-użu ta’ kostruzzjoni sostenibbli, filwaqt li jiġu indirizzati l-katina sħiħa tal-valuri, it-teknoloġiji tal-awtomazzjoni u ta’ kontroll, kif ukoll it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-binjiet.

(c) Teknoloġiji sostenibbli u b’karbonju baxx f’industriji ta’ pproċessar b’użu intensiv ta’ enerġija

(c) Teknoloġiji sostenibbli, b'impatt ambjentali żgħir u b’karbonju baxx f’industriji ta’ pproċessar b’użu intensiv ta’ enerġija u ta’ riżorsi

Żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u fl-enerġija u billi jitnaqqas l-impatt ambjentali ta’ tali attivitajiet industrijali fil-katina kollha tal-valur, filwaqt li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju.

Żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u fl-enerġija u billi jitnaqqas l-impatt ambjentali ta’ tali attivitajiet industrijali fil-katina kollha tal-valur, filwaqt li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju, inkluża l-integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ta’ sistemi ta' kontroll intelliġenti u avvanzati u l-introduzzjoni ta’ proċessi industrijali aktar sostenibbli.

(d) Mudelli kummerċjali sostenibbli ġodda

(d) Mudelli kummerċjali sostenibbli ġodda

Derivazzjoni ta’ kunċetti u metodoloġiji għal mudelli kummerċjali adattabbli u ‘bbażati fuq l-għarfien’ li jintużaw f’approċċi personalizzati.

Derivazzjoni ta’ kunċetti u metodoloġiji għal mudelli kummerċjali adattabbli u ‘bbażati fuq l-għarfien’ li jintużaw f’approċċi personalizzati. Appoġġ għall-iżvilupp ta' mudelli kummerċjali ġodda tal-innovazzjoni ambjentali u ta' approċċi alternattivi ta' produzzjoni fir-rigward tar-riżorsi.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness I - Parti II – punt 1.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.6. Spazju

1.6. Spazju

1.6.1. Objettiv speċifiku għall-ispazju

1.6.1. Objettiv speċifiku għall-ispazju

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ispazju huwa li titrawwem industrija spazjali kompetittiva u innovattiva u komunità tar-riċerka għall-iżvilupp u l-isfruttar tal-infrastruttura spazjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-politika tal-Unjoni u tas-soċjetà.

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ispazju huwa li titrawwem industrija spazjali kompetittiva u innovattiva u komunità tar-riċerka għall-isfruttar tal-infrastruttura, l-applikazzjonijiet u s-servizzi spazjali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-politika tal-Unjoni u tas-soċjetà.

It-tisħiħ tas-settur spazjali Ewropew billi tingħata spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni spazjali huwa essenzjali biex tinżamm u tiġi salvagwardjata l-kapaċità tal-Ewropa ta’ aċċess għall-ispazju u operazzjonijiet spazjali b’appoġġ għall-politiki tal-Unjoni, l-interessi strateġiċi internazzjonali u l-kompetittività fost in-nazzjonijiet stabbiliti u dawk emerġenti li jwettqu operazzjonijiet spazjali.

It-tisħiħ tas-settur spazjali Ewropew, pubbliku u privat, billi tingħata spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni spazjali, l-osservazzjoni, in-navigazzjoni, ix-xjenza u l-esplorazzjoni tad-dinja huwa essenzjali biex tinżamm u tiġi salvagwardjata l-kapaċità tal-Ewropa ta’ aċċess għall-ispazju u operazzjonijiet spazjali b’appoġġ għall-politiki tal-Unjoni, l-interessi strateġiċi internazzjonali u l-kompetittività fost in-nazzjonijiet u l-kumpaniji stabbiliti u dawk emerġenti li jwettqu operazzjonijiet spazjali. L-attivitajiet għandhom jiġu zviluppati u implimentati b'mod kumplimentari bejn l-UE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Istati Membri.

1.6.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

1.6.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-ispazju huwa mezz importanti, iżda ta’ sikwit inviżibbli, li jippermetti r-realizzazzjoni ta’ diversi servizzi u prodotti li huma kruċjali għas-soċjetà moderna tal-lum, bħat-tbassir tat-temp għan-navigazzjoni, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni ġeografika. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali jiddependu dejjem aktar fuq informazzjoni li ġejja mill-ispazju. Is-settur spazjali globali qed jikber u jespandi malajr f’reġjuni ġodda (eż. iċ-Ċina u l-Amerika t’Isfel). L-industrija Ewropea attwalment hija esportatur kunsiderevoli ta’ satelliti tal-aqwa kwalità għal skopijiet kummerċjali u xjentifiċi. Il-kompetizzjoni globali li dejjem tiżdied qed tkun ta’ theddida għall-pożizzjoni tal-Ewropa f’dan il-qasam. Għaldaqstant, l-Ewropa għandha interess biex tiżgura li l-industrija tagħha tkompli tiffjorixxi f’dan is-suq daqstant kompetittiv. Barra minn hekk, dejta mis-satelliti xjentifiċi Ewropej irriżultaw f’uħud mill-iskoperti xjentifiċi l-aktar sinifikanti f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fix-xjenzi terrestri u l-astronomija. Minħabba din il-kapaċità unika, is-settur spazjali Ewropew għandu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi identifikati mill-Ewropa 2020.

L-ispazju huwa mezz importanti, iżda ta’ sikwit inviżibbli, li jippermetti r-realizzazzjoni ta’ diversi servizzi u prodotti li huma kruċjali għas-soċjetà moderna tal-lum, bħan-navigazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll it-tbassir tat-temp u l-informazzjoni ġeografika li tinkiseb mill-Osservazzjoni tad-Dinja permezz tas-satelliti. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali jiddependu dejjem aktar fuq informazzjoni li ġejja mill-ispazju. Is-settur spazjali globali qed jikber u jespandi malajr f’reġjuni ġodda (eż. iċ-Ċina, l-Amerika t’Isfel u l-Afrika). L-industrija Ewropea attwalment hija esportatur kunsiderevoli ta’ satelliti tal-aqwa kwalità għal skopijiet kummerċjali u xjentifiċi. Il-kompetizzjoni globali li dejjem tiżdied qed tkun ta’ theddida għall-pożizzjoni tal-Ewropa f’dan il-qasam. Għaldaqstant, l-Ewropa għandha interess biex tiżgura li l-industrija tagħha tkompli tiffjorixxi f’dan is-suq daqstant kompetittiv. Barra minn hekk, dejta mis-satelliti xjentifiċi Ewropej irriżultaw f’uħud mill-iskoperti xjentifiċi l-aktar sinifikanti f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fix-xjenzi terrestri, il-fiżika fundamentali u l-astronomija. Minħabba din il-kapaċità unika, is-settur spazjali Ewropew għandu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi identifikati mill-Ewropa 2020.

Ir-riċerka, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni jappoġġaw il-kapaċitajiet fl-ispazju li huma vitali għas-soċjetà Ewropea. Filwaqt li l-Istati Uniti tal-Amerika jonfqu madwar 25 % tal-baġit tagħhom maħsub għall-ispazju fuq ir-R&Ż, l-Unjoni tonfoq inqas minn 10 %. Barra minn hekk, ir-riċerka spazjali fl-Unjoni hija frammentata fil-programmi nazzjonali ta’ xi ftit Stati Membri. Sabiex jinżamm il-vantaġġ teknoloġiku u kompetittiv, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tiġi kkoordinata r-riċerka spazjali, tiġi promossa l-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi mill-Istati Membri kollha u jitnaqqsu l-ostakoli għall-proġetti kollaborattivi dwar ir-riċerka spazjali bejn il-pajjiżi. Dan jeħtieġ li jsir b’koordinazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, li rnexxielha timmaniġġja l-iżvilupp satellitari industrijali u missjonijiet fl-ispazju remot fuq bażi intergovernattiva ma’ subsett tal-Istati Membri sa mill-1975. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta mis-satelliti Ewropej toffri potenzjal li jikber għal aktar żvilupp ta’ servizzi downstream innovattivi bbażati fuq is-satelliti. Dan huwa settur ta’ attività tipika għall-SMEs u għandu jkun appoġġat minn miżuri ta’ riċerka u innovazzjoni sabiex jieħu l-benefiċċji kollha ta' din l-opportunità, u speċjalment tal-investimenti konsiderevoli magħmula fuq iż-żewġ inizjattivi mexxejja tal-Unjoni, Galileo u GMES.

Ir-riċerka, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni jappoġġaw il-kapaċitajiet fl-ispazju li huma vitali għas-soċjetà Ewropea. Filwaqt li l-Istati Uniti tal-Amerika jonfqu madwar 25 % tal-baġit tagħhom maħsub għall-ispazju fuq ir-R&Ż, l-Unjoni tonfoq inqas minn 10 %. Barra minn hekk, ir-riċerka spazjali fl-Unjoni hija indirizzata fil-programmi nazzjonali tal-Isati Membri u fil-programmi tal-ESA. Sabiex jinżamm il-vantaġġ teknoloġiku u kompetittiv, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tiġi kkoordinata r-riċerka spazjali, tiġi promossa l-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi mill-Istati Membri kollha u jitnaqqsu l-ostakoli għall-proġetti kollaborattivi dwar ir-riċerka spazjali bejn il-pajjiżi. Dan jeħtieġ li jsir b’koordinazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, li rnexxielha timmaniġġja l-iżvilupp satellitari industrijali u missjonijiet fl-ispazju remot fuq bażi intergovernattiva ma’ subsett tal-Istati Membri sa mill-1975. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta mis-satelliti Ewropej toffri potenzjal li jikber għal aktar żvilupp ta’ servizzi downstream innovattivi bbażati fuq is-satelliti. Dan huwa settur ta’ attività tipika għall-SMEs u għandu jkun appoġġat minn miżuri ta’ riċerka u innovazzjoni sabiex jieħu l-benefiċċji kollha ta' din l-opportunità, u speċjalment tal-investimenti konsiderevoli magħmula fuq iż-żewġ inizjattivi mexxejja tal-Unjoni, Galileo u GMES iżda wkoll fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika li għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tal-Aġenda Diġitali tal-Unjoni.

Naturalment l-ispazju jittraxxendi l-konfini terrestri, filwaqt li jipprovdi punt ta’ vantaġġ uniku ta’ dimensjoni globali, u b’hekk jagħti lok għal proġetti fuq skala kbira (pereżempju l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali, l-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju) li jitwettqu b’kooperazzjoni internazzjonali. Biex l-Ewropa jkollha rwol sinifikanti f’tali attivitajiet internazzjonali spazjali fl-għexieren ta’ snin li ġejjin, kemm politika Ewropea komuni u attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni spazjali f’livell Ewropew huma indispensabbli.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni spazjali taħt l-Orizzont 2020 huma allinjati mal-prijoritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni kif ikomplu jiġu definiti mill-Kunsilli Spazjali tal-Unjoni u l-Kummissjoni Ewropea

Ir-riċerka u l-innovazzjoni spazjali taħt l-Orizzont 2020 huma allinjati mal-prijoritajiet tal-politika spazjali tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-programmi operattivi Ewropej kif ikomplu jiġu definiti mill-Kunsilli Spazjali tal-Unjoni u l-Kummissjoni Ewropea.

1.6.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.6.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Iffaċilitar tal-kompetittività Ewropea, in-nondipendenza u l-innovazzjoni tas-settur spazjali Ewropew

(a) Iffaċilitar tal-kompetittività Ewropea, in-nondipendenza u l-innovazzjoni tas-settur spazjali Ewropew

Dan jinvolvi s-salvagwardja u l-iżvilupp ta’ industrija spazjali kompetittiva u intraprenditorjali flimkien ma’ komunità tar-riċerka spazjali ta’ klassi dinjija biex jinżammu t-tmexxija u n-nondipendenza tal-Ewropa fit-teknoloġija spazjali, biex titrawwem l-innovazzjoni fis-settur spazjali, u biex tkun tista’ ssir innovazzjoni terrestra bbażata fuq l-ispazju, pereżempju bl-użu tat-telerilevament u d-dejta tan-navigazzjoni.

Dan jinvolvi s-salvagwardja u l-iżvilupp ulterjuri ta’ industrija spazjali kompetittiva, sostenibbli u intraprenditorjali flimkien ma’ komunità tar-riċerka spazjali ta’ klassi dinjija biex tinżamm u tissaħħaħ it-tmexxija tal-Ewropa billi tiġi żgurata d-disponibilità tat-teknoloġiji meħtieġa – b’maturità xierqa, il-livell meħtieġ ta’ nondipendenza, u b’kundizzjonijiet kompetittivi – u biex tinżamm u tissaħħaħ in-nondipendenza f’sottosetturi strateġiċi bħall-aċċess għall-ispazju jew teknoloġiji kritiċi inkluż soluzzjonijiet nodfa, biex titrawwem l-innovazzjoni fis-settur spazjali, u biex tkun tista’ ssir innovazzjoni terrestra bbażata fuq l-ispazju, pereżempju bl-użu tat-telerilevament u d-dejta tan-navigazzjoni.

(b) Iffaċilitar ta' avvanz fit-teknoloġiji spazjali

(b) Iffaċilitar ta' avvanzi fit-teknoloġiji spazjali

Dan għandu l-għan li jiżviluppa teknoloġiji spazjali u kunċetti operattivi mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju, inklużi t-telerilevament u n-navigazzjoni, kif ukoll teknoloġiji biex l-assi tal-ispazju jiġu protetti minn theddid bħal residwi spazjali u eruzzjonijiet solari. L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji spazjali avvanzati jeħtieġu l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi ta’ inġiniera u xjentisti b’ħiliet għoljin.

Dan għandu l-għan li jiżviluppa teknoloġiji spazjali u abilitanti u kunċetti operattivi mill-idea sad-dimostrazzjoni fl-ispazju. Dan jinkludi teknoloġiji biex l-assi tal-ispazju jiġu protetti minn theddid bħal residwi spazjali u eruzzjonijiet solari kif ukoll it-telekomunikazzjoni, in-navigazzjoni, il-komunikazzjoni elettronika jew it-telekomunkazzjoni elettronika u l-missjonijiet ta' telerilevament. L-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji spazjali avvanzati jeħtieġu l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi ta’ inġiniera u xjentisti b’ħiliet speċjalizzati kif ukoll rabtiet b'saħħithom bejn dawn u l-utenti tal-applikazzjonijiet spazjali.

(c) Iffaċilitar tal-isfruttar tad-dejta spazjali

(c) Iffaċilitar tal-isfruttar tad-dejta spazjali

Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dejta spazjali. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar u d-disseminazzjoni tad-dejta jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (Global Earth Observation System of Systems) , il-porgamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima.

Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni u d-disponibilità sostenibbli tad-dejta spazjali kif ukoll biex ikun appoġġat l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda ta' informazzjoni li jirriżultaw minn dik id-data. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar, id-disseminazzjoni u l-interoperabbiltà tad-dejta, b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ aċċess liberu għad-dejta u l-metadejta tax-Xjenza tad-Dinja u l-iskambju tagħhom jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS), jiġifieri bl-isfruttar sħiħ tal-programm GMES bħala l-kontributur prinċipali Ewropew, il-porgamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u tal-monitoraġġ tal-oċeani. Introduzzjoni rapida ta' dawn l-innovazzjonijiet fl-applikazzjoni rilevanti se tiġi appoġġata. Dan jinkludi wkoll l-isfruttar ta' dejta għal aktar investigazzjoni xjentifika.

(d) Iffaċilitar ta' riċerka Ewropea bħala appoġġ għal sħubiji spazjali internazzjonali

(d) Iffaċilitar ta' riċerka Ewropea bħala appoġġ għal sħubijiet spazjali internazzjonali

L-operazzjonijiet spazjali huma ta’ natura fundamentalment globali. Dan huwa partikolarment ċar fir-rigward ta’ attivitajiet bħall-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (SSA), u ħafna proġetti ta’ xjenza u esplorazzjoni spazjali. L-iżvilupp ta’ teknoloġija spazjali avvanzata ħafna kulma jmur qed iseħħ fi ħdan dawn is-sħubiji internazzjonali. L-iżgurar tal-aċċess għal dawn jikkostitwixxi fattur ta’ suċċess importanti għall-industrija u r-riċerkaturi Ewropej.

L-operazzjonijiet spazjali huma ta’ natura fundamentalment globali. Dan huwa partikolarment ċar fir-rigward ta’ attivitajiet bħall-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (SSA), u ħafna proġetti ta’ xjenza u esplorazzjoni spazjali. L-iżvilupp ta’ teknoloġija spazjali avvanzata ħafna kulma jmur qed iseħħ fi ħdan dawn is-sħubijiet internazzjonali. L-iżgurar tal-aċċess għal dawn jikkostitwixxi fattur ta’ suċċess importanti għall-industrija u r-riċerkaturi Ewropej.

(da) L-iżgurar ta' rendiment pożittiv mill-investiment f'Galileo u f'EGNOS u t-tmexxija Ewropea f'applikazzjonijiet downstream

Is-sistemi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satelliti, EGNOS u Galileo, huma investiment strateġiku tal-Ewropa u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet downstream innovattivi huwa neċessarju biex jinkisbu l-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħhom. L-applikazzjonijiet professjonali bħall-agrikoltura ta' preċiżjoni, il-ġeodesija, il-kejl tal-ħin u s-sinkronizzazzjoni jeħtieġu li jisfruttaw l-EGNOS u l-Galileo, f'sinerġija mas-servizzi ta' osservazzjoni tad-dinja, biex jiżguraw it-tmexxija tal-industrija Ewropea.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aċċess għall-iffananzjar ta’ riskju

2. Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju

2.1. Objettiv speċifiku

2.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li tingħata għajnuna biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet tas-suq fl-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju għar-riċerka u l-innovazzjoni.

L-objettiv speċifiku huwa li tingħata għajnuna biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet tas-suq fl-aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Is-sitwazzjoni tal-investimenti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) hija waħda gravi, b’mod partikolari għall-SMEs innovattivi u l-kumpaniji ta’ daqs medju b’potenzjal kbir ta’ tkabbir. Hemm diversi lakuni kbar fis-suq fir-rigward tal-provvista tal-iffinanzjar, peress li l-innovazzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika qed jirriżultaw li huma tipikament riskjużi wisq għas-suq.

Faċilità għad-dejn (‘Faċilità tad-dejn’) u faċilità għall-ekwità (‘Faċilità tal-ekwità’) ser jgħinu biex jingħelbu problemi bħal dawn billi jtejbu l-profili tal-finanzjament u tar-riskju tal-attivitajiet tar-R&I kkonċernati. Min-naħa tiegħu, dan se jiffaċilita l-aċċess tal-impriżi u benefiċjarji oħra għal self, garanziji u forom oħra ta’ iffinanzjar ta’ riskju; jippromwovi l-investiment fi stadju bikri u l-iżvilupp ta’ fondi ġodda ta’ kapital ta’ riskju; itejjeb it-trasferiment tal-għarfien u s-suq tal-proprjetà intelletwali; jattira fondi għas-suq ta’ capital ta’ riskju; u, fuq kollox, jgħin jikkatalizza l-passaġġ mill-konċepiment, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ prodotti u servizzi ġodda għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

Faċilità għad-dejn (‘Faċilità tad-dejn’) u faċilità għall-ekwità (‘Faċilità tal-ekwità’) ser jgħinu biex jingħelbu problemi bħal dawn billi jtejbu l-profili tal-finanzjament u tar-riskju tal-attivitajiet tar-R&I kkonċernati. Min-naħa tiegħu, dan se jiffaċilita l-aċċess tal-impriżi u benefiċjarji oħra għal self, garanziji u forom oħra ta’ iffinanzjar ta’ riskju; jippromwovi l-investiment fi stadju bikri u l-iżvilupp ta’ fondi ġodda ta’ kapital ta’ riskju; itejjeb it-trasferiment tal-għarfien u s-suq tal-proprjetà intelletwali; jattira fondi għas-suq ta’ kapital ta’ riskju; u, fuq kollox, jgħin jikkatalizza l-passaġġ mill-konċepiment, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ prodotti u servizzi ġodda għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

L-effett globali se jkun li tiżdied ir-rieda tas-settur privat sabiex jinvesti fir-R&I u għalhekk jikkontribwixxi biex tintlaħaq mira ewlenija tal-Ewropa 2020: 3 % tal-PDG tal-Unjoni investiti fir-R&Ż sal-aħħar tad-deċennju. L-użu ta’ strumenti finanzjarji se jgħin ukoll biex jintlaħqu l-miri tar-R&I fis-setturi u l-oqsma tal-politika kollha li huma kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà (bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-effiċjenza fir-riżorsi, is-sigurtà globali tal-ikel, il-provvista tal-kura tas-saħħa u l-popolazzjoni li qed tixjieħ), biex tiżdied il-kompetittività, u biex jingħata appoġġ għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv u l-provvista ta’ oġġetti ambjentali u oġġetti pubbliċi oħrajn.

2.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

2.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Faċilità tad-dejn fil-livell tal-Unjoni għar-R&I hija meħtieġa sabiex tiżdied il-probabbiltà li jsiru self u garanziji u li jintlaħqu l-objettivi tal-politika tar-R&I. Id-diskrepanza attwali fis-suq bejn id-domanda u l-provvista ta’ self u garanziji għal investimenti riskjużi tar-R&I, indirizzata mill-Faċilità ta’ Ffinanzjar ta’ Qsim tar-Riskju (RSFF - Risk-Sharing Finance Facility) attwali, x’aktarx tippersisti, peress li l-banek kummerċjali fil-parti l-kbira tagħhom għadhom ma jagħmlux self b’riskju għoli. Id-domanda għal iffinanzjar mill-RSFF forma ta’ self kienet għolja sa mit-tnedija tal-faċilità f’nofs l-2007: fl-ewwel fażi tagħha (2007-2010), l-adozzjoni tagħha qabżet l-aspettattivi inizjali b’aktar minn 50 % f’termini ta’ approvazzjonijiet ta’ self attiv (EUR 7.6 biljun meta mqabbla mal-EUR 5 biljun imbassra).

Barra minn hekk, il-banek tipikament m’għandhomx il-kapaċità li jivvalutaw assi ta’ għarfien, bħall-proprjetà intellettwali, u għalhekk ħafna drabi ma jkunux lesti li jinvestu f’kumpaniji bbażati fuq l-għarfien. Il-konsegwenza hija li ħafna kumpaniji innovattivi stabbiliti - kemm kbar kif ukoll żgħar – ma jkunux jistgħux jiksbu self għal attivitajiet ta’ R&I ta’ riskju kbir.

Barra minn hekk, il-banek tipikament m’għandhomx il-kapaċità li jivvalutaw assi ta’ għarfien, bħall-proprjetà intellettwali, u għalhekk ħafna drabi ma jkunux lesti li jinvestu f’kumpaniji bbażati fuq l-għarfien. Il-konsegwenza hija li ħafna kumpaniji innovattivi stabbiliti - kemm kbar kif ukoll żgħar – ma jkunux jistgħux jiksbu self għal attivitajiet ta’ R&I ta’ riskju kbir. Il-Bank Ewropew tal-Investiment, li jimmaniġġja l-Faċilità tad-Dejn f’isem il-Kummissjoni, se jkollu l-mandat biex jislef lil proġetti li jġorru riskju teknoloġiku kbir u mhux sempliċement joffri self b’rata baxxa iktar mis-suq lil proġetti b’riskju teknoloġiku baxx. Dan il-mandat, madankollu, se jkun soġġett għal kriterji stretti ta’ ġestjoni tal- portafoll u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-proġett u għal kriterji xierqa tar-ritorn tar-riskju u tas-superviżjoni adattati għall-objettivi mfittxija.

Se jkun disponibbli finanzjament f’forma ta’ self mhux garantit.

Dawn il-lakuni fis-suq joriġinaw, sa mill-għeruq tagħhom, minn inċertezzi, asimetriji ta’ informazzjoni u spejjeż għoljin involuti fit-tentattiv biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet: l-impriżi stabbiliti riċentement ikollhom rekord żgħir wisq biex jissodisfaw lis-selliefa potenzjali, anki l-impriżi stabbiliti sew ħafna drabi ma jkunux jistgħu jipprovdu biżżejjed informazzjoni, u fil-fażi inizjali ta’ investiment fir-R&I, ma jkunx hemm ċertezza dwar jekk l-isforzi mwettqa fil-fatt humiex se jirriżultaw f’innovazzjoni ta’ suċċess.

Din il-problema taffettwa b’mod partikolari wkoll il-proċessi għat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija fl-ambjent tar-riċerka pubblika, imwettqa fl-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka, u n-negozju, fejn hija meħtieġa validazzjoni, fil-forma tal-prova korrispondenti tal-kunċett, biex jiġi ddimostrat il-potenzjal innovattiv li l-għarfien u t-teknoloġija trasferiti jġibu lis-suq.

Barra minn hekk, l-intrapriżi fl-istadju tal-iżvilupp tal-kunċett jew li jaħdmu f’oqsma emerġenti tipikament ma jkollhomx biżżejjed kollateral. Diżinċentiv ieħor huwa li anke jekk l-attivitajiet ta’ R&I jwasslu għal prodott jew proċess kummerċjali, ma jkunx hemm ċertezza dwar jekk il-kumpanija li wettqet l-isforz hux se tkun tista’ tgawdi esklużivament il-benefiċċji li jirriżultaw minnu.

F’termini ta’ valur miżjud tal-Unjoni, il-Faċilità tad-dejn se tirrimedja n-nuqqasijiet tas-suq li jwaqqfu lis-settur privat milli jinvesti fir-R&I fl-aħjar livell. L-implimentazzjoni tiegħu tippermetti l-ġbir flimkien ta’ massa kritika ta’ riżorsi mill-baġit tal-Unjoni, u fuq bażi ta’ qsim tar-riskju, mill-istituzzjoni(jiet) finanzjarja/i inkarigata/i biex timplimentah/jimplimentawh. Dan jistimula lill-intrapriżi biex jinvestu aktar flus minn tagħhom stess fir-R&I milli kieku kienu jagħmlu mingħajru. Barra minn hekk, il-Faċilità tad-dejn se tgħin lill-organizzazzjonijiet, kemm pubbliċi kif ukoll privati, biex inaqqsu r-riskji involuti fl-akkwist pubbliku prekummerċjali jew l-akkwist ta’ prodotti u servizzi innovattivi.

Faċilità tal-ekwità fil-livell tal-Unjoni għar-R&I hija meħtieġa sabiex tikkontribwixxi biex titjieb id-disponibbiltà ta’ finanzjament ta’ ekwità għal investimenti fi stadju bikri u fi stadju ta’ tkabbir u biex tingħata spinta lill-iżvilupp tas-suq tal-kapital ta’ riskju tal-Unjoni. Fil-fażi tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-fażi ta’ tnedija, kumpaniji ġodda li jkunu ‘f’xifer il-mewt’ peress li l-għotjiet pubbliċi għar-riċerka jieqfu u ma jkunx possibbli li jiġi attirat finanzjament privat. L-appoġġ pubbliku li għandu l-għan isaħħaħ il-fondi privati għat-tnedija ta’ negozji u għal dawk li jkunu għadhom kemm fetħu bl-għan li timtela din il-lakuna attwalment huwa wisq frammentat u intermittenti, u l-ġestjoni tiegħu hija nieqsa mill-kompetenza meħtieġa. Barra minn hekk, ħafna mill-fondi tal-kapital ta’ riskju fl-Ewropa huma żgħar wisq biex jappoġġaw it-tkabbir kontinwat ta’ kumpaniji innovattivi u ma għandhomx il-massa kritika biex jispeċjalizzaw u joperaw fil-livell transnazzjonali.

Il-konsegwenzi huma serji. Qabel il-kriżi finanzjarja, l-ammont investit fl-SMEs mill-fondi Ewropej tal-kaptila ta’ riskju kien madwar EUR 7 biljun fis-sena, filwaqt li ċ-ċifri għall-2009 u l-2010 kienu fil-medda ta’ EUR 3-4 biljuni. Il-finanzjament imnaqqas għall-kapital ta’ riskju affettwa l-għadd ta’ negozji ġodda li kienu fil-mira tal-fondi tal-kaptial ta’ riskju: fl-2007, madwar 3 000 SMEs irċevew finanzjament tal-kapital ta’ riskju, meta mqabbla ma’ madwar 2 500 biss fl-2010.

F’termini ta’ valur miżjud tal-Unjoni, il-Faċilità tal-ekwità għar-R&I se jikkumplimenta skemi nazzjoni li ma jistgħux jieħdus ħsieb investimenti transkonfinali fir-R&I. In-negozjati fi stadju bikri se jkollhom ukoll effett ta' dimostrazzjoni li jista' jibbenefika l-investituri pubbliċi u privati madwar l-Ewropa. Għall-fażi tat-tkabbir, huwa fil-livell Ewropew biss li tista’ tintlaħaq l-iskala meħtieġa u tinkiseb il-parteċipazzjoni qawwija ta’ investituri privati li huma essenzjali għall-funzjonament ta’ suq ta’ kapital ta’ riskju li jsostni lilu nnifsu.

Il-Faċilitajiet tad-dejn u ekwità, appoġġati minn sett ta’ miżuri ta’ akkumpanjament, se jappoġġaw il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Orizzont 2020. Għal dan l-għan, huma se jkunu ddedikati għall-konsolidazzjoni u ż-żieda fil-kwalità tal-bażi tax-xjenza tal-Ewropa; il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni b’aġenda xprunata min-negozju; u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, bi ffukar fuq attivitajiet bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar u l-adozzjoni mis-suq.

Il-Faċilitajiet tad-dejn u ekwità, appoġġati minn sett ta’ miżuri ta’ akkumpanjament, se jappoġġaw il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Orizzont 2020. Għal dan l-għan, huma se jkunu ddedikati għall-konsolidazzjoni u ż-żieda fil-kwalità tal-bażi tax-xjenza tal-Ewropa; il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni b’aġenda xprunata min-negozju; u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, bi ffukar fuq attivitajiet bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar u l-adozzjoni mis-suq. Għandhom jiġu provduti azzjonijiet speċifiċi ta' appoġġ bħal attivitajiet ta' informazzjoni u ta' tħarriġ għall-SMEs. L-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, il-kmamar tal-kummerċ u l-intermedjarji finanzjarji għandhom ikunu involuti fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

Barra minn hekk, dawn se jgħinu biex jiġu indirizzati l-objettivi tar-R&I ta’ programmi u oqsma tal-politika oħrajn, bħall-Politika Agrikola Komuni, l-azzjoni klimatika (tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u adattament għat-tibdil fil-klima), u l-Politika Komuni tas-Sajd. Il-kumplimentaritajiet ma’ strumenti finanzjarji nazzjonali u reġjonali se jiġu żviluppati fil-kuntest tal-Qafas Strateġiku Komuni għall-Politika ta’ Koeżjoni, fejn huwa previst rwol akbar għall-istrumenti finanzjarji.

Il-mod kif inhuma mfasslin jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni speċifiċi tas-suq, il-karatteristiċi (bħall-grad ta’ dinamiżmu u r-rata tal-ħolqien tal-kumpaniji) u r-rekwiżiti ta’ finanzjament ta’ dawn l-oqsma u oqsma oħrajn. L-allokazzjonijiet baġitarji bejn l-istrumenti jistgħu jiġu adattati matul il-perijodu ta' Orizzont 2020 bħala rispons għall-kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu.

Il-Faċilità tal-ekwità u l-opportunità tal-SME tal-Faċilità tad-Dejn se jiġu implimentati bħala parti minn żewġ Strumenti Finanzjarji tal-UE li jipprovdu ekwità u dejn biex jappoġġaw ir-R&I u t-tkabbir tal-SMEs flimkien mal-faċilitajiet tal-ekwità u d-dejn taħt il-Programm għall-Kometittività tal-Impriżi u l-SMEs.

2.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

2.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Il-Faċilità tad-Dejn li tipprovdi ffinanzjament tad-dejn għar-R&I: ‘Servizz ta’ self u garanzija tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni’

(a) Il-Faċilità tad-Dejn li tipprovdi ffinanzjament tad-dejn għar-R&I: ‘Servizz ta’ self u garanzija tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni’

L-għan huwa li jitjieb l-aċċess għall-iffinanzjar tad-dejn - self, garanziji, kontrogaranziji u forom oħra ta’ ffinanzjar tad-dejn u ta’ riskju – għal entitajiet pubbliċi u privati u għal sħubiji pubbliċi privati involuti f’attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jeħtieġu investimenti riskjużi sabiex iwasslu għal riżultati. Wieħed għandu jiffoka fuq l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’potenzjal għoli għall-eċċellenza.

L-għan huwa li jitjieb l-aċċess għall-iffinanzjar tad-dejn - self, garanziji, kontrogaranziji u forom oħra ta’ ffinanzjar tad-dejn u ta’ riskju – għal entitajiet pubbliċi u privati u għal sħubiji pubbliċi privati involuti f’attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jeħtieġu investimenti riskjużi sabiex iwasslu għal riżultati. Wieħed għandu jiffoka fuq l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’riskju għoli, iżda wkoll b’potenzjal għoli għall-eċċellenza. L-iffukar għandu jkun iktar fuq ir-riskju relatat mal-proġett milli fuq ir-riskju relatat mal-kumpanija speċjalment għall-SMEs. Fl-interess li tiġi żgurata massa kritika u approċċ tal-katina kollha tal-innovazzjoni, għandhom bħala preferenza jimmiraw għal attivitajiet li jirriżultaw minn azzjonijiet oħra ffinanzjati minn Orizzont 2020, inkluż appoġġ għall-Fażi 3 tal-istrument il-ġdid iddedikat tal-SMEs.

Peress li wieħed mill-objettivi ta’ Orizzont 2020 huwa li jikkontribwixxi biex inaqqas id-distakk bejn ir-R&Ż u l-innovazzjoni, billi tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti u servizzi ġodda jew imtejba, u b’kunsiderazzjoni tar-rwol kritiku tal-fażi tal-ittestjar tal-kunċett fil-proċess tat-trasferiment tal-għarfien, għandhom jiġu introdotti mekkaniżmi li jippermettu l-finanzjament tal-fażijiet tal-ittestjar tal-kunċett, meħtieġa biex jivvalidaw l-interess, ir-rilevanza u l-impatt innovattiv futur tar-riżultati tar-riċerka jew invenzjoni involuti fit-trasferiment.

Il-benefiċjarji finali fil-mira għandhom potenzjalment ikunu entitajiet legali ta’ kull daqs li jistgħu jissellfu l-flus u jħallsuhom lura u, b’mod partikolari, SMEs bil-potenzjal li jwettqu innovazzjoni u jikbru malajr; kumpanniji ta’ daqs medju u intrapriżi kbar; universitajiet u istituti ta’ riċerka; infrastrutturi ta’ riċerka u infrastrutturi ta’ innovazzjoni; sħubiji pubbliku-privat; u strumenti jew proġetti bi skop partikolari.

Il-finanzjament tal-Faċilità tad-Dejn għandu jkollu żewġ komponenti ewlenin:

Il-finanzjament tal-Faċilità tad-Dejn għandu jkollu żewġ komponenti ewlenin:

(1) Xprunati mid-domanda, billi jipprovdi self u garanziji fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, b’appoġġ speċifiku għal benefiċjarji bħal SMEs u kumpaniji ta’ daqs medju. Dan il-komponent għandu jikkostitwixxi rispons għat-tkabbir kostanti u kontinwu osservat fil-volum ta’ self mill-RSFF, li huwa bbażat fuq id-domanda. Taħt l-opportunità tal-SME, għandhom ikunu appoġġatti l-attivitajiet li jimmiraw li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u entitajiet oħrajn li huma R&Ż – u/jew xprunati mill-innovazzjoni.

(1) Xprunati mid-domanda, billi jipprovdi self u garanziji fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, b’appoġġ speċifiku għal benefiċjarji bħal SMEs u kumpaniji ta’ daqs medju. Dan il-komponent għandu jikkostitwixxi rispons għat-tkabbir kostanti u kontinwu osservat fil-volum ta’ self mill-RSFF, li huwa bbażat fuq id-domanda. Taħt l-opportunità tal-SME, għandhom ikunu appoġġati l-attivitajiet li jimmiraw li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u entitajiet oħrajn li huma R&Ż – u/jew xprunati mill-innovazzjoni, bħall-finanzjament appoġġat minn proprjetà intellettwali jew l-użu ta' attivi mhux materjali bħall-garanziji.

(2) Immirati, billi jiffoka fuq politiki u setturi ewlenin kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, titjieb il-kompetittività, jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli u inklużiv b’livell baxx ta’ karbonju, u jiġu pprovduti prodotti ambjentali u prodotti pubbliċi oħrajn. Dan il-komponent għandu jgħin lill-Unjoni tindirizza l-aspetti tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-objettivi tal-politika settorjali.

(b) Il-Faċilità tal-Ekwità li tipprovdi finanzjament tal-ekwità għar-R&I: ‘Strumenti tal-Ekwità tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni’

(b) Il-Faċilità tal-Ekwità li tipprovdi finanzjament tal-ekwità għar-R&I: ‘Strumenti tal-Ekwità tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni’

L-għan huwa li jikkontribwixxi sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq tal-Unjoni tal-kapital ta’ riskju u li jipprovdi ekwità u kważi ekwità biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ żvilupp u ffinanzjar ta’ intrapriżi ta’ innovazzjoni mill-istadju tat-tnissil sat-tkabbir u l-espansjoni. Wieħed għandu jiffoka fuq l-appoġġ għall-objettivi ta' Orizzont 2020 u l-politiki relatati.

Il-benefiċjarji finali fil-mira għandhom ikunu potenzjalment intrapriżi ta’ kull daqs li jkunu qed iwettqu jew ikunu se jibdew iwettqu attivitajiet ta’ innovazzjoni, bi ffukar partikolari fuq l-SMEs innovattivi u l-kumpaniji ta’ daqs medju.

Il-Faċilità tal-Ekwità se tiffoka fuq fondi fi stadju bikri ta’ capital ta’ riskju li jipprovdu kapital ta' riskju u kważi-ekwità (inkluż kapital mezzan) għal portafolli individwali tal-impriżi. Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li tagħmel investimenti ta’ espansjoni u tal-istadju tat-takbbir flimkien mal-Faċilità tal-Ekwità għal Tkabbir skont il-Programm għall-Kompetittività għall-Impriżi u l-SMEs, sabiex tiżgura kontinwazzjoni tal-appoġġ matul il-bidu u l-iżvilupp tal-kumpaniji.

Il-Faċilità tal-Ekwità se tiffoka fuq fondi ta’ kapital ta’ riskju li jipprovdu kapital ta' riskju u kważi-ekwità (inkluż kapital mezzan) għal portafolli individwali tal-impriżi fi stadju bikri. Il-faċilità se jkollha wkoll il-possibbiltà li tagħmel investimenti ta’ espansjoni u tal-istadju tat-tkabbir flimkien mal-Faċilità tal-Ekwità għal Tkabbir skont il-Programm għall-Kompetittività għall-Impriżi u l-SMEs, sabiex tiżgura kontinwazzjoni tal-appoġġ matul il-bidu u l-iżvilupp tal-kumpaniji.

Il-faċilità tal-ekwità, li se tkun xprunata primarjament mid-domanda, għandha tuża approċċ ta’ portafoll, li abbażi tiegħu l-fondi tal-kapital ta’ riskju u intermedjarji paragunabbli oħrajn jagħżlu l-kumpaniji li għandu jsir investiment fihom.

Tista’ ssir allokazzjoni biex ikunu jistgħu jintlaħqu għanijiet ta’ politika partikolari, abbażi tal-esperjenza pożittiva fil-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni b’allokazzjoni għall-ekoinnovazzjoni.

Għandha ssir allokazzjoni biex ikunu jistgħu jintlaħqu għanijiet ta’ politika partikolari, abbażi tal-esperjenza pożittiva fil-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni b’allokazzjoni għall-ekoinnovazzjoni, b'mod partikolari biex jintlaħqu l-għanijiet relatati mal-isfidi tas-soċjetà identifikati.

L-opportunità tal-ittestjar tal-kunċett għandu jappoġġja l-proċessi tat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija fl-istadji ta’ qabel il-fażi tal-industrijalizzazzjoni, bil-għan li jiġi vverifikat u, jekk xieraq, imtejjeb l-impatt innovattiv fis-suq ta’ dan it-trasferiment, biex b’hekk jitnaqqsu l-inċertezza u r-riskji inerenti fit-traferiment lejn is-settur produttiv ta’ riżultati tar-riċerka u l-invenzjonijiet iġġenerati mill-isfera tar-riċerka pubblika għas-settur produttiv.

L-opportunità tal-bidu, li tappoġġa l-istadji tat-tnissil u dawk bikrija, għandha tippermetti li jsiru investimenti ta’ ekwità, fost oħrajn, f’organizzazzjonijiet tat-trasferiment tal-għarfien, fondi għall-kapital inizjali, fondi transkonfinali inizjali, strumenti ta’ koinvestiment promossi mill-angolu kummerċjali, assi tal-proprjetà intellettwali, pjattaformi għall-iskambju u l-kummerċ ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u fondi ta’ kapital ta’ riskju fi stadju bikri.

L-opportunità tal-bidu, li tappoġġa l-istadji tat-tnissil u dawk bikrija, għandha tippermetti li jsiru investimenti ta’ ekwità, fost oħrajn, f’organizzazzjonijiet tat-trasferiment tal-għarfien, fondi għall-kapital inizjali, fondi transkonfinali inizjali u fondi ta’ stadju bikri, strumenti ta’ koinvestiment promossi mill-angolu kummerċjali, assi tal-proprjetà intellettwali, pjattaformi għall-iskambju u l-kummerċ ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fondi ta’ kapital ta’ riskju fi stadju bikri u fondi ta' fondi għall-bidu tan-negozju għal attivitajiet transkonfinali, possibilment ikkombinati mal-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (FET) fil-qafas tal-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs.

L-opportunità tat-tkabbir għandha tagħmel investiment ta’ espansjoni u tal-istadju tat-tkabbir flimkien mal-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir skont il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs, inkluż investimenti f’fondi ta’ fondi li joperaw tul il-konfini u li jinvestigaw il-fondi ta’ kapital ta’ riskju, li ħafna minnhom ikollhom focus tematiku li jappoġġa l-miri tal-Ewropa 2020.

L-opportunità tat-tkabbir għandha tagħmel investiment ta’ espansjoni u tal-istadju tat-tkabbir flimkien mal-FET, inkluż investimenti f’fondi ta’ fondi tas-settur pubbliku u privat li joperaw tul il-konfini u li jinvestigaw il-fondi ta’ kapital ta’ riskju, li ħafna minnhom ikollhom focus tematiku li jappoġġa l-miri tal-Ewropa 2020.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2 – punt 2.3 – punt b – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-dawl tas-sitwazzjoni estremament diffiċli fis-suq Ewropew tal-kapital ta' riskju, u minħabba l-urġenza involuta, għandu jkun possibbli li jitwaqqaf fond ta' fondi ta' kapital ta' riskju fuq bażi pilota sal-bidu tal-perjodu baġitarju li jmiss 2014-2020.

Ġustifikazzjoni

Il-kapital ta' riskju huwa sors kruċjali ta' finanzjament għal eluf ta' negozji u SMEs innovattivi Ewropej li għadhom kemm jiftħu b'potenzjal ta' tkabbir rapidu, li jsibuha diffiċli ħafna li jiksbu finanzjamet mill-banek minħabba li l-mudell kummerċjali tagħhom, għalkemm promettenti, ikun għadu ma ġiex ittestjat. It-twaqqif ta' fond ta' fondi ta' kapital ta' riskju fuq bażi pilota, u li b'hekk jimmassimizza l-effett ta' lieva tal-baġit tal-UE, jgħin biex tiġi miġġielda l-kriżi.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 2 – punt 2.3 – punt b – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Faċilità tal-Ekwità li tipprovdi finanzjament ta' ekwità għandha titħaddem flimkien mal-Faċilità tal-FET bħala strument wieħed u integrat tal-UE biex jingħata finanzjament ta' kapital ta' riskju għall-innovazzjoni u t-tkabbir lill-impriżi mill-fażi tal-bidu nett sal-fażi tat-tkabbir.

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika, iż-żewġ faċilitajiet għall-appoġġ tal-kapital ta' riskju, taħt il-programmi ta' Orizzont 2020 u tal-COSME, għandhom ikunu strument ta' finanzjament wieħed u integrat biex jiffunzjonaw b'mod effiċjenti u jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Innnovazzjoni f’Impriżi Żgħar u Medji

3. Innovazzjoni f’Impriżi Żgħar u Medji

3.1 Objettiv speċifiku

3.1 Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jiġi stimulat it-tkabbir billi jiżdiedu l-livelli ta’ innovazzjoni fl-SMEs, ikopru l-ħtiġijiet ta’ innovazzjoni tagħhom differenti tul iċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, biex b’hekk jinħolqu aktar SMEs internazzjonalment attivi u li jikbru malajr.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku sostenibbli billi jiżdiedu l-livelli ta’ innovazzjoni fl-SMEs, ikopru l-ħtiġijiet ta’ innovazzjoni tagħhom differenti tul iċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, biex b’hekk jinħolqu aktar SMEs internazzjonalment attivi u li jikbru malajr.

Meta wieħed iqis ir-rwol ċentrali tal-SMEs fl-ekonomija Ewropea, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-SMEs se jkollhom rwol kruċjali li jżidu l-kompetittività u jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku u lill-ħolqien ta’ impjiegi, biex b’hekk jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u b’mod partikolari dawk tal-inizjattiva ewlenija tagħha li hija dik tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.

Madankollu, l-SMEs - minkejja s-sehem importanti tagħhom fl-ekonomija u fl-impjiegi u l-potenzjal sinifikanti ta’ innovazzjoni – għandhom problemi biex isiru aktar innovattivi u aktar kompetittivi, liema problemi huma marbuta mad-daqs tagħhom. Għalkemm l-Ewropa tipproduċi għadd simili ta’ kumpaniji ġodda bħall-Istati Uniti tal-Amerika, l-SMEs Ewropej qed isibuha ħafna aktar diffiċli mill-kontropartijiet tagħhom tal-USA biex jikbru u jsiru kumpaniji kbar. L-ambjent tan-negozju internazzjonalizzat bi ktajjen ta’ valuri dejjem aktar interkonnessi jpoġġi pressjoni akbar fuqhom. L-SMEs jeħtieġ li jtejbu l-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom. Jeħtieġ li jiġġeneraw, jadottaw u jikkummerċjalizzaw għarfien u ideat ta’ negozju ġodda b’mod aktar rapidu u aktar mifrux sabiex jirnexxilhom jikkompetu fis-swieq globali li qed jevolvu b’rata mgħaġġla. L-isfida hija li tiġi stimulata aktar innovazzjoni fl-SMEs, biex b’hekk jiżdiedu l-kompetittività u t-tkabbir tagħhom.

Madankollu, l-SMEs - minkejja s-sehem importanti tagħhom fl-ekonomija u fl-impjiegi u l-potenzjal sinifikanti ta’ innovazzjoni – għandhom diversi tipi ta’ problemi biex isiru aktar innovattivi u aktar kompetittivi, inklużi nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u aċċess għal finanzjament, nuqqas ta' ħiliet fil-ġestjoni tal-innovazzjoni, dgħufijiet fin-netwerking u l-kooperazzjoni mal-partijiet esterni u użu insuffiċjenti tal-akkwist pubbliku biex titrawwem l-innovazzjoni fl-SMEs. Għalkemm l-Ewropa tipproduċi għadd simili ta’ kumpaniji ġodda bħall-Istati Uniti tal-Amerika, l-SMEs Ewropej qed isibuha ħafna aktar diffiċli mill-kontropartijiet tagħhom tal-USA biex jikbru u jsiru kumpaniji kbar. L-ambjent tan-negozju internazzjonalizzat bi ktajjen ta’ valuri dejjem aktar interkonnessi jpoġġi pressjoni akbar fuqhom. L-SMEs jeħtieġ li jtejbu l-kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni tagħhom. Jeħtieġ li jiġġeneraw, jadottaw u jikkummerċjalizzaw għarfien u ideat ta’ negozju ġodda b’mod aktar rapidu u aktar mifrux sabiex jirnexxilhom jikkompetu fis-swieq globali li qed jevolvu b’rata mgħaġġla. L-isfida hija li tiġi stimulata aktar innovazzjoni fl-SMEs, biex b’hekk jiżdiedu l-kompetittività u s-sostenibilità tagħhom.

L-azzjonijiet proposti jimmiraw li jikkumplimentaw il-politiki u l-programmi nazzjonali u reġjonali ta’ innovazzjoni kummerċjali, li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs u atturi oħrajn rilevnati għall-innovazzjoni, li jnaqqsu d-distakk bejn ir-riċerka/l-iżvilupp u t-tqegħid b’suċċess fis-suq, u li jipprovdu ambjent aktar favur l-innovazzjoni kummerċjali, inklużi miżuri min-naħa tad-domanda, kif ukoll appoġġ filwaqt li jqisu n-natura dejjem tinbidel tal-proċessi ta’ innovazzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda, is-swieq u l-mudelli kummerċjali.

L-azzjonijiet proposti jimmiraw li jikkumplimentaw il-politiki u l-programmi nazzjonali u reġjonali ta’ innovazzjoni kummerċjali, li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs u atturi oħrajn rilevnati għall-innovazzjoni, li jnaqqsu d-distakk bejn ir-riċerka/l-iżvilupp u t-tqegħid b’suċċess fis-suq, u li jipprovdu ambjent aktar favur l-innovazzjoni kummerċjali, inklużi miżuri min-naħa tad-domanda, u miżuri oħra mmirati lejn spinta qawwija lit-trasferiment tal-għarfien imwettqa fl-isfera pubblika, kif ukoll appoġġ filwaqt li jqisu n-natura dejjem tinbidel tal-proċessi ta’ innovazzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda, is-swieq u l-mudelli kummerċjali.

Se jiġu stabbiliti rabtiet b’saħħithom ma’ politiki tal-Unjoni speċifiċi għall-industrija, b’mod partikolari l-Programm tal-Kompetittività għall-Impriżi u l-SMEs u l-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, sabiex jiġu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti.

3.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

3.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-SMEs huma katalizzaturi ewlenin tal-innovazzjoni minħabba l-abbiltà tagħhom li jittrasformaw malajr u b’mod effiċjenti ideat ġodda f’negozji ta’ suċċess. Dawn iservu bħala kanali importanti għat-tixrid ta’ għarfien li jġibu riżultati tar-riċerka fis-suq. L-aħħar għoxrin sena wrew li setturi sħaħ ġew imġedda u li ġew maħluqa industriji ġodda xprunati minn SMEs innovattivi. L-impriżi li jikbru malajr huma kruċjali għall-iżvilupp tal-industriji emerġenti u għall-aċċelerazzjoni tal-bidliet strutturali li l-Ewropa teħtieġ sabiex issir ekonomija bbażata fuq l-għarfien u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bi tkabbir sostenibbli u impjiegi ta’ kwalità għolja.

L-SMEs jistgħu jinstabu fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn jiffurmaw parti aktar importanti tal-ekonomija Ewropea minn tar-reġjuni l-oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerika. It-tipi kollha tal-SMEs jistgħu jagħmlu innovazzjonijiet. Jeħtieġ li dawn jiġu mħeġġa u appoġġati biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom ikunu jistgħu igawdu l-potenzjal innovattiv kollu tas-suq intern u taż-ŻER sabiex joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda fl-Ewropa u lil hinn, u sabiex jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà.

L-SMEs jistgħu jinstabu fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn jiffurmaw parti aktar importanti tal-ekonomija Ewropea minn tar-reġjuni l-oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerika. It-tipi kollha tal-SMEs jistgħu jagħmlu innovazzjonijiet. Jeħtieġ li dawn jiġu appoġġati biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni u anke biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw proċessi ta' innovazzjoni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom ikunu jistgħu jgawdu l-potenzjal innovattiv kollu tas-suq intern u taż-ŻER sabiex joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda fl-Ewropa u lil hinn, u sabiex jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà.

Il-parteċipazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni ssaħħaħ ir-R&Ż u l-kapaċità tekonoloġika tal-SMEs, iżżid il-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw, jassorbu u jużaw għarfien ġdid, ittejjeb l-isfruttar ekonomiku ta’ soluzzjonijiet ġodda, tagħti spinta lill-innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli kummerċjali, tippromwovi attivitajiet kummerċjali fi swieq akbar u tinternazzjonalizza n-netwerks ta’ għarfien tal-SMEs. L-SMEs li għandhom ġestjoni tajba tal-innovazzjoni fis-seħħ, u li b’hekk ta’ spiss jiddependu fuq il-kompetenzi u l-ħiliet esterni, għandhom prestazzjoni aħjar mill-oħrajn.

Il-parteċipazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni ssaħħaħ ir-R&Ż u l-kapaċità tekonoloġika tal-SMEs, iżżid il-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw, jassorbu u jużaw għarfien ġdid, ittejjeb l-isfruttar ekonomiku ta’ soluzzjonijiet ġodda, tagħti spinta lill-innovazzjoni fi prodotti, servizzi u mudelli kummerċjali, tippromwovi attivitajiet kummerċjali fi swieq akbar u tinternazzjonalizza n-netwerks ta’ għarfien tal-SMEs. L-SMEs li għandhom ġestjoni tajba tal-innovazzjoni fis-seħħ, u li b’hekk ta’ spiss jiddependu fuq il-kompetenzi u l-ħiliet esterni, għandhom prestazzjoni aħjar mill-oħrajn. L-SMEs għandhom ukoll rwol ewlieni bħala riċevituri ta’ proċessi ta’ trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, billi jikkontribwixxu għat-trasferiment fis-suq tal-innovazzjonijiet derivati mir-riċerka li titwettaq fl-universitajiet, l-organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka u SMEs li jagħmlu riċerka.

Il-kollaborazzjonijiet transkonfinali huma element importanti fl-istrateġija ta’ innovazzjoni tal-SMEs sabiex jegħlbu xi wħud mill-problemi tagħhom marbuta mad-daqs, bħall-aċċess għall-kompetenzi teknoloġiċi u xjentifiċi u swieq ġodda. Dawn jikkontribwixxu sabiex isarrfu l-ideat fi profitt u tkabbir tal-kumpanija, u b’riżultat ta’ dan jiżdied l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-kollaborazzjonijiet transkonfinali huma element importanti fl-istrateġija ta’ innovazzjoni tal-SMEs sabiex jegħlbu xi wħud mill-problemi tagħhom marbuta mad-daqs, bħall-aċċess għall-kompetenzi teknoloġiċi u xjentifiċi u swieq ġodda. Dawn jikkontribwixxu sabiex isarrfu l-ideat fi profitt u tkabbir tal-kumpanija, u b’riżultat ta’ dan jiżdied l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni. It-taħriġ u t-trasferiment tat-teknoloġija lill-SMEs jistgħu jkunu komponenti ewlenin fiż-żieda fil-potenzjal tal-kompetittività u l-innovazzjoni tagħhom.

Il-programmi reġjonali u nazzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni, ta’ spiss appoġġati mill-politika ta’ koeżjoni Ewropea, għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni tal-SMEs. B’mod partikolari, il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għandhom rwol ewlieni billi jibnu l-kapaċità u jipprovdu t-triq li twassal għall-eċċellenza għall-SMEs sabiex jiġu żviluppati proġetti eċċellenti li jistgħu jikkompetu għall-iffinanzjar skont l-Orizzont 2020. Madankollu, huma biss ftit programmi nazzjonali u reġjonali li jipprovdu fondi għal attivitajiet transnazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-SMEs, għad-difużjoni u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-Unjoni kollha jew għal servizzi transkonfinali ta’ appoġġ għall-innovazzjoni. L-isfida hija li l-SMEs jiġu pprovduti b’appoġġ tematikament miftuħ sabiex iwettqu proġetti internazzjonali f’konformità mal-istrateġiji ta’ innovazzjoni tal-kumpaniji. Għalhekk, azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa sabiex jikkomplementaw l-attivitajiet mwettqa fil-livell nazzjonali u reġjonali, sabiex itejbu l-impatt tagħhom u jiftħu s-sistemi ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni.

(a) Simplifikazzjoni tal-appoġġ għall-SMEs

(a) Appoġġ għall-SMEs permezz ta' Strument dedikat tal-SMEs

L-SMEs għandhom jiġu appoġġati tul l-Orizzont 2020 kollu. Għal dan il-għan, strument apposta tal-SMEs għandu jipprovdi appoġġ li jingħata fi stadji u bla xkiel, u li jkopri ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. L-instrument tal-SMEs għandu jimmira t-tipi kollha ta’ SMEs innovattivi li juru ambizzjoni qawwija biex jiżviluppaw, jikbru u jsiru internazzjonali. Dan għandu jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inklużi innovazzjonijiet ta’ servizz, mhux teknoloġiċi u soċjali. L-għan huwa l-iżvilupp u l-kapitalizzazzjoni fuq il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs billi timtlela l-lakuna fl-iffinanzjar fil-fażi bikrija tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ riskju għoli, jiġu stimulati l-innovazzjonijiet u tiżdied il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-settur privat.

Strument dedikat tal-SMEs għandu jipprovdi appoġġ li jingħata fi stadji u bla xkiel, u li jkopri ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. L-istrument tal-SMEs għandu jimmira t-tipi kollha ta’ innovazzjoni fl-SMEs li juru ambizzjoni qawwija biex jiżviluppaw, jikbru u jsiru internazzjonali u jirrinnovaw, b'attenzjoni partikolari fuq in-negozji li għadhom kemm fetħu, l-ispin-offs u SMEs li qed jikbru b'ritmu mgħaġġel. L-SMEs se jkunu l-applikanti ewlenin, iżda se jiġu mħeġġa jikkooperaw ma' istituti ta' riċerka u ma' kumpaniji oħra. Dan għandu jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inklużi innovazzjonijiet ta’ servizz, mhux teknoloġiċi u soċjali, peress li kull attività għandha valur miżjud ċar tal-Unjoni. L-għan huwa l-iżvilupp u l-kapitalizzazzjoni fuq il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs billi timtlela l-lakuna fl-iffinanzjar fil-fażi bikrija tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ riskju għoli, jiġu stimulati l-innovazzjonijiet u tiżdied il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-settur privat. L-istrument se jipprovdi tikketta ta’ kwalità għal SMEs ta’ suċċess fid-dawl tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku.

L-istrument se jopera taħt struttura ta' ġestjoni unika, sistema amministrattiva simplifikata u punt ta' dħul uniku. Se jiġi implimnetat minn loġika ta’ approċċ minn isfel għal fuq b’sejħiet miftuħa.

Se jiġu implimentati servizzi dedikati ta' appoġġ għall-innovazzjoni għall-SMEs li jipparteċipaw fl-Istrument tal-SMEs, li jibnu fuq strutturi eżistenti bħan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża u fornituri oħra ta' servizzi tal-innovazzjoni u skemi ta' ta' gwida/coaching.

L-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u dwar it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali se japplikaw l-istrument apposta tal-SMEs u se jallokaw ammont apposta għal dan.

L-objettivi speċifiċi kollha dwar l-isfidi tas-soċjetà u dwar it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali se japplikaw l-istrument apposta tal-SMEs. Dan l-istrument se joħloq il-flessibilità neċessarja biex jippermetti l-integrazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta' riċerka li jkunu għaddejjin u għal perjodi ta' żmien limitati iqsar minn kemm idum proġett.

L-istrument tal-SMEs jista’ jservi wkoll bħala strument għall-akkwist prekummerċjali jew akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi.

(b) Appoġġ lil SMEs ta’ riċerka intensiva

(b) Appoġġ lil SMEs ta’ riċerka intensiva

L-għan huwa li tiġi promossa l-innovazzjoni orjentata lejn is-suq tal-SMEs li jwettqu R&Ż. Azzjoni speċifika għandha tkun immirata lejn l-SMEs ta’ riċerka intensiva f’setturi ta’ teknoloġija avvanzata li juru l-kapaċità li jisfruttaw kummerċjalment ir-riżultati ta’ proġett.

(c) Titjib tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs

(c) Integrazzjoni tal-appoġġ għall-SMEs u titjib tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs

L-attivitajiet li jassistu l-implimentazzjoni u li jikkumplimentaw il-miżuri speċifiċi tal-SMEs tul l-Orizzont 2020 għandhom jiġu appoġġati, b’mod partikolari sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs.

L-SMEs għandhom jiġu appoġġati tul Orizzont 2020 kollu. Għal dan il-għan. l-attivitajiet li jassistu l-implimentazzjoni u li jikkumplimentaw il-miżuri speċifiċi tal-SMEs tul l-Orizzont 2020 u li joħolqu kundizzjonijiet aħjar għall-SMEs għandhom jiġu appoġġati, b’mod partikolari sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs, inkluż billi jiġi pprovdut finanzjament għall-istituti Ewropej ta’ riċerka avvanzata biex jaħdmu fuq proġetti li jkun sar qbil dwarhom ma’ SMEs individwali.

(d) Appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq

(d) Appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq

L-appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas għall-innovazzjoni u jiġu indirizzati l-barrieri speċifiki li mhux qed jippermettu, b’mod partikolari, it-tkabbir ta’ SMEs innovattivi.

L-appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas għall-innovazzjoni, jiġu indirizzati l-barrieri speċifiċi li mhux qed jippermettu, b’mod partikolari, it-tkabbir tal-innovazzjoni fl-SMEs, u l-introduzzjoni ta' klawsola ta' innovazzjoni li tippermetti l-għażla ta' SMEs li jipproponu prodotti innovattivi.

(da) Appoġġ għat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija bejn ir-riċerka pubblika u s-suq.

Appoġġ għall-proċessi ta’ trasferiment bejn l-isfera tar-riċerka pubblika u l-SMEs innovattivi, bħala mekkaniżmu effettiv għat-trasferiment fis-suq tar-riżultati tar-riċerka u l-invenzjonijiet iġġenerati mill-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-SMEs li jagħmlu riċerka.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – Punt -1(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Xjenza mas-soċjetà u għas-soċjetà: Sfida trasversali

-1.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li tinbena kooperazzjoni effettiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà, jiġi reklutat talent ġdid għax-xjenza u l-eċċellenza xjentifika tiġi kkombinata mal-kuxjenza u r-responsabilità soċjali.

Avvanzi rapidi fir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni kontemproranji wasslu biex qamu kwistjonijiet importanti etiċi, legali u soċjali li jeħtieġu relazzjoni u impenn imsaħħa bejn ix-xjenza u s-soċjetà.

Is-sejbien tat-tweġibiet tajbin għall-isfidi li qed tiltaqa’ magħhom l-Ewropa jirrikjedi l-involviment ta’ kemm jista’ jkun atturi diversi fil-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni. Tradizzjonalment, l-interazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà kienet limitata għal trasferiment tal-għarfien f’direzzjoni waħda, minn fuq għal isfel, mill-esperti għaċ-ċittadini. L-avvanz lejn soċjetà bbażata fuq l-għarfien miftuħa, effettiva u demokratika jeħtieġ bidla għal djalogu aktar fiż-żewġ direzzjonijiet u kooperazzjoni attiva lil hinn mill-edukazzjoni tradizzjonali tax-xjenza jew mill-kunċett attwali taċ-ċittadini bħala sempliċiment konsumaturi tal-iskoperti tar-riċerka. Din ir-relazzjoni ta’ djalogu u kooperazzjoni attiva bla dubju se tippermetti lix-xjenza u l-innovazzjoni jipproċedu b’mod iktar responsabbli.

L-Unjoni għandha bżonn it-talenti kollha tagħha biex tagħti spinta lill-vantaġġ kompetittiv tagħha f’ekonomija globali. Biex tilħaq il-miljun riċerkatur nett addizzjonali meħtieġa fl-Ewropa sal-2020 biex jintlaħaq l-objettiv ta’ intensità tar-R&Ż ta’ 3% tal-PDG, l-Unjoni għandha bżonn li ż-żgħażagħ tagħha jsegwu karriera fix-xjenza u għandha bżonn forza tax-xogħol diversa u b’bilanċ bejn is-sessi.

Madankollu qed ikun dejjem iktar diffiċli biex proporzjon ogħla ta’ żgħażagħ jiġi attirat lejn ix-xjenza u t-teknoloġija u fl-Ewropa qed jikber it-tħassib li ħafna żgħażagħ ta’ talent ma jagħżlux karriera f’dawn l-oqsma. Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jkun żgurat li nies li jkunu qabdu karriera xjentifika jew teknoloġika jkunu jistgħu jżommu l-entużjażmu u l-motivazzjoni tagħhom u jkollhom opportunitajiet għall-iżvilupp personali, mingħajr ma jkollhom jabbandunaw id-dixxiplini tagħhom.

Hemm ukoll żbilanċ ċar bejn is-sessi fix-xjenza. Jekk l-Ewropa trid tiżgura li tiffinanzja programm ta’ riċerka u innovazzjoni effettiv u effiċjenti, jeħtiġilha tagħti attenzjoni speċjali lis-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fix-xjenza u n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn il-sessi fi ħdan ir-riċerka u l-innovazzjoni.

-1.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Li l-kooperazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tittejjeb biex ikun jista’ jitwessa’ s-sostenn soċjali u politiku tax-xejnza u tat-teknoloġija fl-Istati Membri kollha dejjem aktar qed issir kwistjoni kruċjali li l-kriżi ekonomika attwali aggravat bil-kbir: F’soċjetajiet demokratiċi, il-prijorità għall-investiment pubbliku fix-xjenza tirrikjedi kostitwenza soċjali u politika vasta li taqsam il-valuri tax-xjenza, li hija edukata fil-proċessi tagħha u kapaċi tirrikonoxxi l-kontributi tagħha lill-għarfien, is-soċjetà u l-progress ekonomiku.

Dan jista’ jitwettaq biss jekk jiġu żviluppati djalogu produttiv u rikk u kooperazzjoni attiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà biex jiżguraw xjenza aktar responsabbli u jippermettu l-iżvilupp ta’ politki aktar relevanti għaċ-ċittadini.

Barra minn hekk, il-promozzjoni ta’ kultura xjentifika fl-Ewropa se ssaħħaħ il-valuri demokratiċi u tgħin biex jitqawwa l-interess fix-xjenza u t-teknoloġija. Is-saħħa ta’ sistema xjentifika u teknoloġika Ewropea tiddependi fuq il-kapaċità tagħha li tiġbor it-talent u l-ideat kull fejn jeżistu.

-1.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

Il-miżuri għandhom jimmiraw sabiex jattiraw talent ġdid lejn l-istudju tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetajiet Ewropej u jnaqqsu d-distakk bejn is-sessi fir-riżorsi umani tar-riċerka fl-Unjoni. Iż-żieda fil-kapaċità tagħna sabiex ninkorporaw ix-xjenza u l-għarfien teknoloġiku u metodi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi li jippermettu t-twessigħ u l-approfondiment tal-valutazzjoni soċjali tal-għażliet xjentifiċi u l-iżgurar li l-valuri etiċi u soċjali jiġu kkunsidrati fil-proċess innovattiv kollu se jiġu appoġġati wkoll.

Il-konċentrazzjoni tal-attivitajiet għandha tkun li:

a) jagħmlu l-karrieri xjentifiċi u teknoloġiċi attraenti għall-istudenti żgħażagħ, u jrawmu l-interazzjoni sostenibbli bejn l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

(b) jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fiż-żewġ dimensjonijiet tagħha billi jappoġġaw tibdil fi: (i) l-organizzazzjoni tal-istituti ta’ riċerka u (ii) id-disinn ta’ programmi ta’ riċerka. Dan jinkludi d-dimensjonijiet varji tagħha, partikolarment biex: tiġi żgurata l-ugwaljanza fil-karrieri tar-riċerka, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-inklużjoni tad-dimensjoni tas-sess fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni;

c) jintegraw is-soċjetà fi kwistjonijiet tax-xjenza u l-innovazzjoni sabiex l-interessi u l-valuri taċ-ċittadini jiġu integrati u jiżdiedu l-kwalità, ir-rilevanza, l-aċċettabilità u s-sostenibilità tal-eżiti tar-riċerka u l-innovazzjoni;

(d) jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jinpenjaw ruħhom fix-xjenza permezz ta’ edukazzjoni fix-xjenza formali u informali, u jippromwovu t-tixrid ta’ attivitajiet ibbażati fuq ix-xjenza, partikolarment fiċ-ċentri tax-xjenza u possibilitajiet oħra relevanti;

(e) itejbu l-aċċess miftuħ għar-riżultati u d-dejta xjentifiċi sabiex tiżdiet l-eċċellenza xjentifika u l-kompetittività ekonomika;

(f) jiżviluppaw il-governanza għall-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli mill-partijiet interessati kollha (ir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili), li hija sensittiva għall-bżonnijiet u t-talbiet tas-soċjetà; jippromwovu qafas ta’ etika għar-riċerka u l-innovazzjoni;

(g) itejbu l-għarfien dwar il-komunikazzjoni tax-xjenza sabiex jitjiebu l-kwalità u l-effettività tal-interazzjonijiet bejn ix-xjentisti, il-midja ġenerali u l-pubbliku.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Saħħa, Bidla Demografika u Benesseri

1. Saħħa, Bidla Demografika u Benesseri

1.1. Objettiv speċifiku

1.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jittejbu s-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja kollha għal kulħadd.

L-objettiv speċifiku huwa li jittejbu s-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja kollha għal kulħadd.

Is-saħħa u benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd, sistemi tas-saħħa u tal-kura ta’ kwalità għolja u ekonomikament sostenibbli, u opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u tkabbir huma l-miri ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għal din l-isfida, u li se jagħmlu kontribuzzjoni kbira għall-Ewropa 2020.

Is-saħħa u benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd, sistemi tas-saħħa u tal-kura sikuri u mingħajr riskju ta’ kwalità għolja u ekonomikament sostenibbli li jiżguraw benesseri soċjali u soluzzjonijiet biex tiġi indirizzata l-awtonomija ta' popolazzjoni li qed tixjieħ u opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u tkabbir huma l-miri ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għal din l-isfida, u li se jagħtu kontribut kbir għall-Ewropa 2020.

L-ispiża tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali tal-Unjoni qed tiżdied bil-miżuri tal-kura u l-prevenzjoni fl-etajiet kollha li dejjem qed jiswew aktar flus, l-għadd ta’ Ewropej li għandhom aktar minn 65 sena huwa mistenni li kważi jirdoppja minn 85 miljun fl-2008 għal 151 miljun sal-2060, u dawk li għandhom aktar minn 80 huma mistennija jiżdiedu minn 22 sa 61 miljun fl-istess perjodu. It-tnaqqis jew ir-restrizzjoni ta’ dawn l-ispejjeż b’tali mod li ma jsirux insostenibbli jiddependi parzjalment fuq l-iżgurar tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd u għalhekk fuq il-prevenzjoni, it-trattament u l-ġestjoni effettivi tal-mard u d-diżabbiltà.

Il-qerda tal-inugwaljanzi fis-saħħa hija preokkupazzjoni ewlenija fl-Ewropa peress li qed jiżdiedu filwaqt li l-ispiża tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali tal-Unjoni qed tiżdied bil-miżuri tal-kura u l-prevenzjoni fl-etajiet kollha li dejjem qed jiswew aktar flus, l-għadd ta’ Ewropej li għandhom aktar minn 65 sena huwa mistenni li kważi jirdoppja minn 85 miljun fl-2008 għal 151 miljun sal-2060, u dawk li għandhom aktar minn 80 huma mistennija jiżdiedu minn 22 sa 61 miljun fl-istess perjodu. Il-kostijiet jirriżultaw ukoll minn diskriminazzjoni abbażi tad-diżabbiltà u mill-ħolqien ta' ambjenti fiżiċi u soċjali li huma inaċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet. It-tnaqqis jew ir-restrizzjoni ta’ dawn l-ispejjeż b’tali mod li ma jsirux insostenibbli jiddependi parzjalment fuq informazzjoni aħjar tal-poplu u inkoraġġiment għal għażliet tas-saħħa responsabbli biex jiġu ottimizzati s-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd u għalhekk fuq il-prevenzjoni, it-trattament u l-ġestjoni effettivi tal-mard u d-diżabbiltà. L-iżvilupp inkrimentali, ibbażat biss fuq l-għarfien attwali, mhux se jissodisfa dawn il-ħtiġijiet; ideat u għarfien ġodda radikali jridu jiġu mfitxxija u implimentati. Kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-akkademja, l-industrija, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-aġenziji regolatorji se jkunu meħtieġa sabiex l-isfidi jiġu sodisfatti.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, il-mard respiratorju, rewmatiku, muskoloskeletali, newrodeġenerattivi u awtoimmuni, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. Fil-każ ta' kundizzjonijiet oħra, b'mod partikolari mard newrodeġenerattiv, jekk l-istrateġiji ta' prevenzjoni għandhom ikunu effettivi, se jkun meħtieġ li tingħata spinta kbira lir-riċerka etjoloġika u li jiġu żviluppati djanjożi bikrija aħjar u għażliet ta' trattament.

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun filwaqt li l-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete, filwaqt li l-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn.

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun filwaqt li l-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete u ’l fuq minn 120 miljun ruħ minn kundizzjonijiet rewmatiċi u muskoloskeletali. L-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun. Din il-figura se tkompli togħla b'mod drammatiku, l-aktar minħabba l-popolazzjoni tal-Ewropa li qed tixjieħ u ż-żidiet assoċjati fil-mard newrodeġenerattiv. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn. Huwa stmat li d-depressjoni waħedha taffettwa 165 miljun ruħ fl-Unjoni, b’kost ta’ EUR 118 000 miljun. Fil-każ tal-mard newrodeġenerattiv, fost kundizzjonijiet oħra, strateġiji effettivi ta' prevenzjoni l-ewwel jirrikjedu li tingħata spinta konsiderevoli fir-riċerka dwar il-kawżi tiegħu u l-iżvilupp ta' għażliet aħjar ta' djanjożi u trattament bikrija, inkluż, fejn xieraq, terapiji avvanzati personalizzati.

Il-mard rari jibqa’ sfida ewlenija li taffettwa madwar 30 miljun ruħ madwar l-Ewropa. Trattament effettiv jista’ jiġi żviluppat biss jekk l-Istati Membri jikkooperaw, minħabba li l-każijiet fi kwalunkwe Stat Membru partikolari mhumiex biżżejjed sabiex issir riċerka effettiva.

Il-mard fit-tfal, inklużi tfal imwielda prematurament.

Is-saħħa tat-tfal hija prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea. Bħal fil-każ tal-mard rari, ir-riċerka u t-trattament effettivi jistgħu jiġu żviluppati biss fil-qafas ta' strateġija komuni Ewropea.

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja), huwa ta’ tħassib globali, u jammonta għal 41 % tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8 % minnhom fl-Ewropa. Għandha sssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi.

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u l-mard ittraskurat), huwa ta’ tħassib globali, u jammonta għal 41 % tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8 % minnhom fl-Ewropa. Għandha ssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti, il-mard infettiv li qed jerġa' jitfaċċa u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi. Il-mard relatat mal-ilma qed jikkawża tħassib dejjem akbar.

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati, u għandu jiġi żgurat aċċess għas-sistemi tas-saħħa effettivi u kompetenti għall-Ewropej kollha.

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi, u l-validità għall-bniedem tat-testijiet ibbażati fuq l-annimali qed tiġi dejjem aktar ikkontestata. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati (eż. il-ħtieġa għal terapija f’mard rari, ittraskurat u awtoimmuni hija enormi), u għandu jiġi żgurat aċċess għas-sistemi tas-saħħa effettivi u kompetenti għall-Ewropej kollha.

Ir-riċerka għandha tippermetti li jitjiebu t-terapiji avvanzati u t-terapiji ċellulari li jkunu iffukati fuq it-trattament ta' mard kroniku u deġenerattiv.

1.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

1.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew u fis-sħubija ma’ pajjiżi terzi jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi globali, biex b’hekk issir ħidma biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, għandu jwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, jiġu evitati pandemiji globali, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli u effettivi. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali.

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tal-fatturi determinanti tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u t-tixjiħ (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti sikuri, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli, effettivi u aċċessibbli. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ fit-tul u koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali globalment, inkluża l-kapaċità tar-riċerka u l-iżvilupp f’żoni endemiċi. Jeħtieġ ukoll li l-isfida tiġi indirizzata mill-perspettiva tax-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi.

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ “-omiċi” jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, fit-trattament ta’ mard rari, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għixien assistit u indipendenti.

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu li wieħed jifhem il-bażi molekulari tal-marda, l-identifikazzjoni ta’ strateġiji terapewtiċi innovattivi u sistemi ta’ mudelli ġodda, l-applikazzjoni multidixxiplinari tal-għarfien fil-fiżika, fil-kimika u fil-bijoloġija tas-sistemi għall-kontroll tas-saħħa, l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ “-omiċi” (li jiffukaw fuq l-iżviluppi u l-effetti tal-mediċini fil-gruppi kollha tal-età) jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, fit-trattament ta’ mard relatat mal-faqar, mard li ġie ttraskurat u rari, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għajxien assistit u indipendenti.

Sabiex jiġi mmasimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimsotrazzjonim, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li huma meta neċessarji, interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti, ġodda. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jinterfaċċa wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu.

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien fundamentali dwar il-mard għal terapiji ġodda, għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti ġodda, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li, meta jkun meħtieġ, huma interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti. Sabiex titrawwem koordinazzjoni strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni tas-saħħa madwar Orizzont 2020 u tkun promossa riċerka medika transnazzjonali, se jiġu stabbiliti Panels korrispondenti ta’ Tmexxija Xentifika għas-Saħħa. Din il-koordinazzjoni tista’ tiġi estiża għal programmi u strumenti oħra relatati ma’ din il-bidla. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jżid il-kapaċitajiet xjentifiċi u umani fir-riċerka tas-saħħa u se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jinteraġixxi wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu.

1.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

1.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-mard, ittejjeb il-benesseri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard ukoll jiddependu fuq fehim ta’ determinanti tas-saħħa, fuq għodod preventivi effettivi, bħal vaċċini, fuq sorveljanza tas-saħħa u tal-mard u prontezza effettiva, kif ukoll fuq programmi effettivi ta’ skrinjar.

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-mard, ittejjeb il-benesseri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, inkluż il-mard okkupazzjonali, ukoll jiddependu fuq il-fatt li wieħed jifhem il-fatturi determinanti tas-saħħa, inkluż l-istatus soċjoekonomiku u s-sess, fuq għodod preventivi effettivi (bħal vaċċini u interventi ta’ politika li jimmiraw fuq fatturi soċjali determinanti u gruppi fir-riskju) fuq sorveljanza u tħejjija effettivi tas-saħħa u l-mard, u fuq programmi effettivi ta’ skrinjar.

L-isforzi ta’ suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll fatturi sottostanti ta’ saħħa tajba u benesseri. Il-kondiviżjoni effettiva tad-dejta u l-irbit ta' din id-dejta ma' studji ta' koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif tas-sejbiet tar-riċerka f'kuntest kliniku, permezz tat-twettiq ta' provi kliniċi.

L-isforzi ta’ suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll fatturi sottostanti ta’ saħħa tajba u benesseri. Il-kondiviżjoni effettiva tad-dejta, l-ipproċessar tad-dejta standardizzata u l-irbit ta’ din id-dejta ma’ studji ta’ koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif tas-sejbiet tar-riċerka f’kuntest kliniku, inkluż permezz tat-twettiq ta' provi kliniċi, li għandu jindirizza l-gruppi ta’ età kollha sabiex jiġi żgurat li l-mediċini jkunu adattati għall-użu tagħhom.

Il-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat huma ta’ tħassib globali u n-nuqqasijiet fir-riċerka jridu jiġu indirizzati permezz tal-ħolqien tal-innovazzjoni mmexxija mill-ħtiġijiet tal-pazjenti. Ir-ritorn ta’ mard infettiv qadim inkluża t-tuberkolożi fir-reġjun Ewropew, iż-żieda fil-prevalenza tal-mard li jista’ jiġi evitat permezz ta’ vaċċini fil-pajjiżi żviluppati u l-problema li dejjem tikber tar-reżistenza antimikrobjali tenfasizza iktar il-ħtieġa għal approċċ komprensiv u appoġġ pubbliku akbar għar-R&Ż għal dak il-mard li joqtol miljuni ta’ nies kull sena.

Il-mediċina personalizzata trid tiġi żviluppata bil-għan li tiġġenera strateġiji preventivi u terapewtiċi ġodda li jkunu jistgħu jiġu aġġustati skont il-ħtiġijiet tal-pazjent, ħalli jiżdiedu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija tal-mard. Il-fatturi li jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw it-terapija, għandhom jiġu identifikati, iċċarati iżjed u żviluppati permezz tar-riċerka.

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, biex jiġi identifikat u appoġġat id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, u biex jiġu appoġġati l-kura integrata u l-adozzjoni mifruxa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b’mod partikolari lil persuni anzjani kif ukoll persuni b’diżabbiltà sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali jiġi miżjud u mtawwal.

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà flimkien mal-problemi ta’ mobilità u aċċessibilità fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, biex tiġi identifikata u appoġġata d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, u biex jiġu appoġġati l-kura integrata u l-adozzjoni mifruxa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b’mod partikolari lil persuni aktar anzjani, persuni b’mard kroniku kif ukoll persuni b’diżabbiltà sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali jiġi miżjud u mtawwal.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ tul iċ-ċiklu ta’ riċerka u innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda fis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ għal programmi ta’ riċerka fit-tul li jkopri ċ-ċiklu sħiħ innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda fis-suq. Se jiġi enfasizzat ukoll l-involviment tal-partijiet interessati kollha, inkluż il-pazjenti u l-organizzazzjoniiet tal-pazjenti, sabiex tiġi żviluppata aġenda ta’ riċerka u innovazzjoni li tinvolvi liċ-ċittadini b’mod attiv u tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom.

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta’ vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għixien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ġenetiċi tal-ikel, patoġeni, ambjentali u dawk relatati mal-klima, fatturi soċjali, fatturi relatati mas-sess u l-faqar), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-bażi tal-mard u t-titjib tad-dijanjosi f’kuntesti soċjoekonomiċi differenti; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza ta’ mard infettiv kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi ġirien u dawk li qed jiżviluppaw u t-tħejjija biex jiġu kkombattuti l-epidemiji u l-mard emerġenti; l-iżvilupp ta’ vaċċini u mediċini ġodda u preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; l-iżvilupp ta’ trattamenti adattati u t-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; ġbir u użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa, koorta u amministrattiva; tekniki tal-analiżi tad-dejta standardizzati; tixjiħ attiv u fis-saħħa, indipendenti u għajxien assistit; titjib tal-mediċina palljattiva, l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata, inkluż aspetti psikosoċjali; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tad-disparitajiet u tal-inugwaljanzi fis-saħħa b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi. Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu kont xieraq tal-analiżi tal-ġeneru u tas-sessi. L-attivitajiet għandhom jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet ippreżentati għal approċċ interdixxiplinari proprju, li jiġbor flimkien l-għarfien mis-sitt sfidi kollha u mill-pilastri l-oħra sabiex jiġu żgurati soluzzjonijiet sostenibbli fil-qasam. L-involviment attiv tal-fornituri tal-kura tas-saħħa jrid ikun inkoraġġit sabiex jiżgura l-adozzjoni rapida u l-implimentazzjoni tar-riżultati.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

2. Kwalità, sikurezza tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi;

2.1 Objettiv speċifiku

2.1 Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u ta’ pproċessar tal-ikel sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30 % tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi pluralità ta’ approċċi.

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, riżorsi ta’ ilma nadif, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30 % tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi pluralità ta’ approċċi.

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità u bit-tnaqqis drastiku tal-istokkijiet tal-ħut. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-foresti u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-agrikoltura u l-foresti u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Essenzjalment, hemm bżonn issir tranżizzjoni lejn użu ottimu u rinnovabbli tar-riżorsi bijoloġiċi u lejn produzzjoni primarja sostenibbli u sistemi ta’ pproċessar li jkunu jistgħu jipproduċu aktar ikel u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika b’inputs, impatti ambjentali u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra minimizzati, b’servizzi tal-ekosistemi mtejba, b’ebda produzzjoni ta’ skart u b’valur adegwat għas-soċjetà. Sforz kritiku fir-riċerka u l-innovazzjoni interkonnessi huwa element ewlieni sabiex dan iseħħ, fl-Ewropa u lil hinn.

Essenzjalment, hemm bżonn issir tranżizzjoni lejn użu ottimu u rinnovabbli tar-riżorsi bijoloġiċi u lejn produzzjoni primarja sostenibbli u sistemi ta’ pproċessar li jkunu jistgħu jipproduċu aktar ikel, fibra u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika b’inputs, impatti ambjentali u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra minimizzati, b’servizzi tal-ekosistemi mtejba u b’ebda produzzjoni ta’ skart u b’valur adegwat għas-soċjetà. L-għan huwa li jiġu stabbiliti sistemi ta' produzzjoni tal-ikel li, minflok jiddegradaw ir-riżorsi naturali li jiddependu minnhom, isaħħu, jirrinfurzaw u jarrikkixxu l-bażi tar-riżorsi, u dan jippermetti ġenerazzjoni sostenibbli tal-ġid. Ir-reazzjonijiet għall-mod kif niġġeneraw, niddistribwixxu, nikkummerċjalizzaw, nikkunsmaw u nirregolaw il-produzzjoni tal-ikel għandhom ikunu mifhuma u żviluppati aħjar. Sforz kritiku fir-riċerka u l-innovazzjoni interkonnessi huwa element ewlieni sabiex dan iseħħ, fl-Ewropa u lil hinn.

2.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

2.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd flimkien mal-industriji bbażati fuq il-bijoteknoloġija huma s-setturi ewlenin li fuqhom hija bbażata l-bijoekonomija. Din tal-aħħar tirrappreżenta suq kbir u li qed jikber stmat fuq valur ta’ aktar minn EUR 2 triljun, li jipprovdi 20 miljun impjieg u jammonta għal 9 % tal-impjiegi totali fl-Unjoni fl-2009. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni taħt din l-isfida tas-soċjetà se jippermettu lill-Ewropa takkwista t-tmexxija fis-swieq ikkonċernati u se jkollhom rwol fl-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni u Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza.

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti terrestri, tal-baħar u tal-ilma ħelu u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, għalf, fibra, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. B’mod parallel mal-funzjonijiet relatati mas-suq, il-bijoekonomija tappoġġa wkoll firxa wiesgħa ta’ funzjonijiet ta’ oġġetti pubbliċi li għandhom jiġu ppreżervati: il-pajsaġġ agrikolu u forestali, l-art agrikola u l-bijodiversità tal-foresti, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, il-funzjonalità tal-ħamrija, l-istabbiltà tal-klima, il-kwalità tal-arja, ir-reżiljenza għall-għargħar u għan-nirien. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid il-kompetittività tagħhom, issaħħaħ l-awtodipendenza tal-Ewropa u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti, il-konsumaturi u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinteraġixxu ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Ilma, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar taċ-ċiklu sħiħ mir-riċerka fundamentali għall-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà, tipprovdi prodotti tal-ikel tajbin għas-saħħa u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Għall-finijiet tal-politiki ta’ appoġġ tal-Unjoni relatati mal-bijoekonomija u biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-riċerka soċjoekonomika u l-attivitajiet li jħarsu lejn il-futur se jiġu mwettqa b’rabta mal-istrateġija tal-bijoekonomija, inkluż l-iżvilupp tal-indikaturi, il-bażijiet tad-dejta, il-mudelli, il-previżjoni u t-tbassir, il-valutazzjoni tal-impatt tal-inizjattivi fuq l-ekonomika, is-soċjetà u l-ambjent.

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari, li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ prattiċi, prodotti u proċessi ġodda. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi.

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi, l-atturi parteċipanti u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari, li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ prattiki ġodda, prodotti u proċessi sostenibbli. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi. Il-potenzjal tal-bdiewa u l-SMEs biex jikkontribwixxu għall-innovazzjoni fil-qasam għandu jiġi rikonoxxut b’mod sħiħ. L-approċċ għall-ekonomija bbażata fuq il-bijoloġija għandu jqis l-importanza tal-kapaċitajiet lokali li jsaħħu l-għarfien lokali, filwaqt li jakkomoda d-diversità u l-kumplessità.

2.3 Linji ġenerali tal-attivitajiet

2.3 Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Agrikoltura u forestrija sostenibbli

(a) Agrikoltura, trobbija ta’ bhejjem u forestrija sostenibbli u kompetittiva

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigar tal-kundizzjonijiet tal-klima. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki għal għixien rurali b’saħħtu.

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-bażi ta’ riżorsi naturali u l-bijodiversità, f’perspettivà Ewropea u globali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inkluż li wieħed jirreaġixxi b’mod effettiv għall-kundizzjonijiet tal-klima u jtaffihom. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura, trobbija ta’ bhejjem u forestrija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx, input estern baxx u agrikoltura organika), iħarsu r-riżorsi naturali, ikunu varjati u jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għal ambjent li qed jinbidel u jkunu reżiljenti, fuq iż-żieda fil-kwalità u l-valur tal-prodotti agrikoli, u fl-istess ħin jiġu żviluppati servizzi, kunċetti u politiki għal sistemi tal-ikel varjati u għajxien rurali b’saħħtu.

B'mod partikolari għall-foresterija, l-għan huwa li jiġu prodotti b'mod sostenibbli prodotti b'bażi bijoloġika u servizzi ta’ ekosistemi bil-konsiderazzjni dovuta għall-aspetti eknomiċi, ekoloġiċi u soċjali tal-foresterija. L-attivitajiet se jiffukaw fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni u s-sostenibbiltà ta' sistemi tal-forestrija li jkunu effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li huma strumentali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-bijodiversità.

(b) Settur tal-ikel agrikolu sostenibbli u kompetittiv għal dieta sikura u b’saħħitha

(b) Settur tal-ikel agrikolu sostenibbli u kompetittiv għal dieta sikura, b’saħħitha u bi prezzijiet raġonevoli

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf ikun aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ikel tajjeb u sikur għal kulħadd, għażliet informati tal-konsumatur, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jintużaw anqas riżorsi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf kif ukoll il-konsum tal-ikel ikunu aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittiv. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq diversità wiesgħa ta' ikel tajjeb, ta’ kwalità għolja u sikur għal kulħadd, għażliet informati tal-konsumatur, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jużaw anqas riżorsi u addittivi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

(c) Sfruttar tal-potenzjal ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin

(c) Sfruttar tal-potenzjal tas-sajd, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġiji tal-baħar

L-għan huwa li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jiġu sfruttati b’mod sostenibbli sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali u ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni imtejjba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea kompetittiva fil-kuntest tal-ekonomija globali u sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni tal-baħar permezz tal-bijoteknoloġija sabiex ittejjeb it-tkabbir marittimu intelliġenti.

L-għan huwa li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jiġu sfruttati u miżmuma b’mod sostenibbli sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali u ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa, filwaqt li jiġu mħarsa l-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni mtejba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea kompetittiva fil-kuntest tal-ekonomija globali u sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni tal-baħar permezz tal-bijoteknoloġija sabiex ittejjeb it-tkabbir marittimu intelliġenti, filwaqt li jiġu rrispettati kemm il-limiti kif ukoll il-potenzjal tal-ambjent tal-baħar.

(d) Industriji sostenibbli u kompetittivi b’bażi bijoloġika

(d) Industriji sostenibbli u kompetittivi b’bażi bijoloġika

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art.

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi (inkluż l-użu effikaċi ta' nutrijenti, enerġija, karbonju, ilma u ħamrija), sostenibbli u kompetittivi, filwaqt li l-bijoskart isir valur pożittiv li għandu jintuża bis-sħiħ, u fir-rigward tiegħu huwa ta’ importanza kruċjali li jiġi stabbilit ċirku ta’ nutrijenti bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa u residwi oħra mill-produzzjoni primarja tal-agrikoltura u l-forestrija, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u t-trasformazzjoni tal-bijoskart f’żoni urbani f’inputs agrikoli permezz ta’ tindif effiċjenti, permezz ta’ appoġġ, fejn meħtieġ, tal-istandardizzazzjoni, u skemi ta’ ċertifikazzjoni, iżda anki permezz ta’ attivitajiet regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjoni ambjentali u soċjoekonomika tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art kif ukoll il-perspettivi u t-tħassib tas-soċjetà ċivili.

(da) Riċerka tal-baħar u marittima trasversali

L-isfruttar tar-riżorsi tal-baħar ħajjin u ta’ dawk li mhumiex kif ukoll l-użu ta’ sorsi differenti ta’ enerġija tal-baħar u firxa wiesgħa ta’ użi differenti li jsiru mill-ibħra jżidu l-isfidi trasversali xjentifiċi u teknoloġiċi.

L-ibħra u l-oċeani wkoll għandhom rwol importanti fir-regolazzjoni tal-klima, iżda għandhom impatt qawwi bl-attivitajiet umani interni, kostali u marittimi kif ukoll bid-tibdil fil-klima. L-għan ġenerali huwa li jkun żviluppat għarfien trasversali xjentifiku u teknoloġiku tal-baħar u marittimu (inkluż permezz tal-istudju tal-għasafar pelagiċi) bil-ħsieb li jiġi sfruttat il-potenzjal tat-baħar mal-firxa tal-industriji tal-baħar u marittimi, filwaqt li jiġi protett l-ambjent tal-baħar u jsir adattament għat-tibdil fil-klima. Dan l-approċċ strateġiku koordinat għar-riċerka tal-baħar u marittima tul l-isfidi u l-pilastri kollha ta’ Orizzont 2020 se jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti tal-Unjoni biex jgħin iwassal l-objettivi ewlenin tat-tkabbir tal-qasam tal-baħar.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

3. Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti

3.1. Objettiv speċifiku

3.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li tiġi żgurata t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva, fid-dawl taż-żieda fl-iskarsezza tar-riżorsi, żieda fil-ħtiġijiet tal-enerġija u t-tibdil fil-klima.

L-objettiv speċifiku huwa li tiġi żgurata t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, affordabbli, sostenibbli u kompetittiva, fid-dawl taż-żieda fl-iskarsezza tar-riżorsi, żieda fil-ħtiġijiet tal-enerġija u t-tibdil fil-klima.

L-Unjoni beħsiebha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 % taħt il-livelli tal-1990 sas-sena 2020, bi tnaqqis ulterjuri għal 80-95 % sal-2050. Barra minn hekk, sorsi rinnovabbli għandhom ikopru 20 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-2020, flimkien ma’ mira fl-effiċjenza tal-eneraġija ta’ 20 %. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi se jirrikjedi tibdil radikali tas-sistema tal-enerġija, li tikkombina profil ta’ livell baxx ta’ karbonju, sigurtà u affordabbiltà tal-enerġija, filwaqt li fl-isess ħin tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika tal-Ewropa. L-Ewropa bħalissa tinsab ’il bogħod minn din il-mira globali. 80 % tas-sistema Ewropea tal-enerġija għadha tiddependi fuq il-fjuwils fossili, u s-settur jipproduċi 80 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Ewropa kollha. Kull sena 2.5 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Unjoni jintefaq fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u dan x’aktarx li se jiżdied. Din it-tendenza twassal għal dipendenza totali fuq iż-żejt u l-importazzjonijiet tal-gass sal-2050. Affaċċati bil-prezzijiet volatili tal-enerġija fis-suq globali, flimkien ma’ tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, l-industriji u l-konsumaturi Ewropej qed jonfqu sehem dejjem jikber tad-dħul tagħhom fuq l-enerġija.

L-Unjoni beħsiebha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 % taħt il-livelli tal-1990 sas-sena 2020, bi tnaqqis ulterjuri għal 80-95 % sal-2050. Barra minn hekk, sorsi rinnovabbli għandhom ikopru 20 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-2020, flimkien ma’ mira fl-effiċjenza tal-eneraġija ta’ 20 %. Ix-xenarji kollha tad-dekarbonizzazzjoni fil-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 juru li t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli se jkunu jammontaw għall-akbar sehem tat-teknoloġiji li jfornu l-enerġija. Dan għandu jkun akkumpanjat b’politiki ambizzjużi tal-effiċjenza tal-enerġija bħala l-mod l-iktar kosteffikaċi biex jintlaħqu l-għanijiet fit-tul tad-dekarbonizzazzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li 75 % tal-baġit taħt din l-Isfida jiġi allokat għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija, fil-grilji intelliġenti u fil-ħżin tal-enerġija. 15 % oħra se jmorru għall-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi se jirrikjedi tibdil radikali tas-sistema tal-enerġija, li tikkombina l-iżvilupp ta’ alternattivi għall-fjuwils fossili, sigurtà u affordabbiltà tal-enerġija, filwaqt li fl-isess ħin tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika tal-Ewropa. L-Ewropa bħalissa tinsab ’il bogħod minn din il-mira globali. 80 % tas-sistema Ewropea tal-enerġija għadha tiddependi fuq il-fjuwils fossili, u s-settur jipproduċi 80 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Ewropa kollha. Kull sena 2.5 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Unjoni jintefaq fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u dan x’aktarx li se jiżdied. Din it-tendenza twassal għal dipendenza totali fuq iż-żejt u l-importazzjonijiet tal-gass sal-2050. Affaċċati bil-prezzijiet volatili tal-enerġija fis-suq globali, flimkien ma’ tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, l-industriji u l-konsumaturi Ewropej qed jonfqu sehem dejjem jikber tad-dħul tagħhom fuq l-enerġija.

Il-pjan direzzjonali lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050 juri li t-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jkollu jiġi sodisfatt l-aktar fit-territorju tal-Unjoni. Dan ikun jinvolvi tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 ta’ aktar minn 90 % sal-2050 għas-settur tal-enerġija, ta’ aktar minn 80 % fl-industrija, ta’ mill-inqas 60 % fit-trasport u ta’ madwar 90 % fis-settur residenzjali u s-servizzi.

Il-pjan direzzjonali lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050 juri li t-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jkollu jiġi sodisfatt l-aktar fit-territorju tal-Unjoni. Dan ikun jinvolvi tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 ta’ aktar minn 90 % sal-2050 għas-settur tal-enerġija, ta’ aktar minn 80 % fl-industrija, ta’ mill-inqas 60 % fit-trasport u ta’ madwar 90 % fis-settur residenzjali u s-servizzi. Il-pjan direzzjonali juri wkoll li l-gass naturali, fost l-oħrajn, fil-perjodu ta’ żmien qasir sa medju, jista' jikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija, meta kkombinat mal-użu tat-teknoloġija CCS.

Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis, jeħtieġ li jsiru investimenti sinifikanti fir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni fis-suq ta’ teknoloġiji u servizzi tal-enerġija effiċjenti, sikuri u affidabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Dawn għandhom jimxu id f’id ma’ soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi kemm fir-rigward tal-provvista u kemm tad-domanda. Dan kollu għandu jkun parti minn politika integrata ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluża l-kontroll ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin, b’mod partikolari, soluzzjonijiet tal-ICT u manifattura, ipproċessar u materjali avvanzati. L-għan huwa li jiġu prodotti teknoloġiji u servizzi effiċjenti fl-enerġija li jistgħu jiġu adottati b’mod wiesa’ inklużi fis-swieq Ewropej u internazzjonali u li tiġi stabbilita ġestjoni intelliġenti tad-domanda bbażata fuq suq tal-kummerċ tal-enerġija miftuħ u trasparenti u sistemi ta’ ġestjoni intelliġenti tal-effiċjenza fl-enerġija.

Sabiex jinkiseb it-tnaqqis, jeħtieġ li jsiru investimenti sinifikanti fir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni fis-suq, bi prezzijiet affordabbli, ta’ teknoloġiji u servizzi tal-enerġija effiċjenti, bla periklu, sikuri u affidabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inklużi l-ħżin tal-elettriku u d-diffużjoni ta' sistemi tal-enerġija żgħar u mikro. Dawn għandhom jimxu id f’id ma’ soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi kemm fir-rigward tal-provvista u kemm tad-domanda. Dan kollu għandu jkun parti minn politika integrata u sostenibbli ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż il-kontroll ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin, b’mod partikolari, soluzzjonijiet tal-ICT u manifattura, ipproċessar u materjali avvanzati. L-għan huwa li jiġu prodotti teknoloġiji u servizzi effiċjenti fl-enerġija, li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-enerġija, prinċipalment b’rabta mal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u li jistgħu jiġu adottati b’mod wiesa’ inklużi fis-swieq Ewropej u internazzjonali u li tiġi stabbilita ġestjoni intelliġenti tad-domanda bbażata fuq suq tal-kummerċ tal-enerġija miftuħ u trasparenti u sistemi ta’ ġestjoni intelliġenti tal-effiċjenza fl-enerġija.

3.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

3.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

It-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet ġodda għandhom jikkompetu fuq il-prezz u l-affidabbiltà It-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet ġodda għandhom jikkompetu fuq il-prezz u l-affidabbiltà kontra sistemi tal-enerġija ferm ottimizzati b’operaturi u teknoloġiji stabbiliti sew. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma importanti ħafna biex jagħmlu lil dawn is-sorsi tal-enerġija l-ġodda, aktar nodfa, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u aktar effiċjenti kummerċjalment attraenti fuq l-iskala meħtieġa. La l-industrija waħedha, u lanqas l-Istati Membri individwalment, ma huma kapaċi jġorru l-ispejjeż u r-riskji, li l-katalizzaturi ewlenin tagħhom (transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li tipprovdi enerġija bi prezz raġonevoli u sikura) huma barra mis-suq.

It-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet ġodda għandhom jikkompetu f’sistemi tal-enerġija mfassla għal operaturi u teknoloġiji storiċi li sal-lum assorbew il-maġġoranza kbira tal-fondi u s-sussidji dinjin u tal-Ewropa għar-riċerka. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma importanti ħafna biex jagħmlu sorsi tal-enerġija ġodda, aktar nodfa, rinnovabbli u aktar effiċjenti kummerċjalment attraenti fuq l-iskala meħtieġa. La l-industrija waħedha, u lanqas l-Istati Membri individwalment, ma huma kapaċi jġorru l-ispejjeż u r-riskji, li l-katalizzaturi ewlenin tagħhom (transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li tipprovdi enerġija bi prezz raġonevoli u sikura) huma barra mis-suq.

L-aċċellerazzjoni ta’ dan l-iżvilupp se tkun teħtieġ approċċ strateġiku fil-livell tal-Unjoni, li tkopri l-provvista, id-domanda u l-użu tal-enerġija fil-bini, servizzi, trasport u ktajjen tal-valur industrijali. Dan se jinkludi allinjament tar-riżorsi madwar l-Unjoni, inklużi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari permezz tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS), l-akkwist pubbliku u mekkaniżmi oħra ta’ ffinanzjar. Din se teħtieġ ukoll politiki regolatorji u ta’ skjerament tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija, assistenza teknika mfassla skont il-bżonn u bini ta’ kapaċitajiet sabiex jitneħħew ostakli mhux teknoloġiċi.

L-aċċellerazzjoni ta’ dan l-iżvilupp se tkun teħtieġ approċċ strateġiku fil-livell tal-Unjoni, li tkopri l-provvista, id-domanda u l-użu tal-enerġija fil-bini, servizzi, trasport u ktajjen tal-valur industrijali. Dan se jinkludi allinjament tar-riżorsi madwar l-Unjoni, inklużi l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari permezz tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS), l-akkwist pubbliku u mekkaniżmi oħra ta’ ffinanzjar. Din se teħtieġ ukoll politiki regolatorji u ta’ skjerament tal-enerġija rinnovabbli, effiċjenza fl-enerġija, assistenza teknika mfassla skont il-bżonn u bini ta’ kapaċitajiet sabiex jitneħħew ostakli mhux teknoloġiċi.

Il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET) joffri dan l-approċċ strateġiku. Huwa jipprovdi aġenda fit-tul sabiex jiġu indirizzati l-ostakli prinċipali għall-innovazzjoni li qed jiffaċċjaw it-teknoloġiji tal-enerġija fir-riċerka fil-fruntiera u R&Ż/stadji tal-prova ta’ kunċett, u għall-istadju ta’ dimostrazzjoni meta l-kumpaniji jfittxu kapital sabiex jiffinanzjaw proġetti kbar, l-ewwel tat-tip tagħhom u biex jiftħu l-proċess ta’ skjerament tas-suq.

Il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET) joffri dan l-approċċ strateġiku. Huwa jipprovdi aġenda fit-tul sabiex jiġu indirizzati l-ostakli prinċipali għall-innovazzjoni li qed jiffaċċjaw it-teknoloġiji tal-enerġija fir-riċerka fil-fruntiera u R&Ż/stadji tal-prova ta’ kunċett, u għall-istadju ta’ dimostrazzjoni meta l-kumpaniji jfittxu kapital sabiex jiffinanzjaw proġetti kbar, l-ewwel tat-tip tagħhom u biex jiftħu l-proċess ta’ skjerament tas-suq. Minbarra l-bosta teknoloġiji rappreżentati fil-Pjan SET, teknoloġiji emerġenti ġodda oħrajn, b’potenzjal ta’ tfixkil, mhux se jiġu injorati.

Ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan SET kollu ġew stmati għal EUR 8 biljun fis-sena matul l-10 snin li ġejjin. Dan huwa ferm lil hinn mill-kapaċità tal-Istati Membri individwali jew il-partijiet interessati ta’ riċerka u industrijali waħedhom. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa, flimkien mal-mobilizzazzjoni tal-isforzi madwar l-Ewropa fil-forma ta’ implimentazzjoni konġunta u tqassim tar-riskju u l- kapaċità. Il-finanzjament tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-enerġija għalhekk se jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b’valur ċar miżjud tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk b’potenzjal għoli ta’ ingranaġġ tar-riżorsi nazzjonali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għandhom jappoġġaw ukoll programmi ta’ riskju għoli, prezz għoli u għal żmien twil li jmorru lil hinn milli jistgħu jagħmlu Stati Membri individwali, jgħaqqdu l-isforzi sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment fl-attivitajiet fuq skala kbira bħad-dimostrazzjoni industrijali u jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ enerġija interoperabbli madwar l-Ewropa kollha.

Ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan SET kollu ġew stmati għal EUR 8 biljun fis-sena matul l-10 snin li ġejjin. Dan huwa ferm lil hinn mill-kapaċità tal-Istati Membri individwali jew il-partijiet interessati ta’ riċerka u industrijali waħedhom. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa, flimkien mal-mobilizzazzjoni tal-isforzi madwar l-Ewropa fil-forma ta’ implimentazzjoni konġunta u tqassim tar-riskju u l- kapaċità. Il-finanzjament tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-enerġija għalhekk se jikkumplimenta u jżid l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b’valur ċar miżjud tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk b’potenzjal għoli ta’ ingranaġġ tar-riżorsi nazzjonali u joħloq impjiegi fl-Ewropa. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għandhom jappoġġaw ukoll programmi ta’ riskju għoli, prezz għoli u għal żmien twil li jmorru lil hinn milli jistgħu jagħmlu Stati Membri individwali, jgħaqqdu l-isforzi sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment fl-attivitajiet fuq skala kbira bħad-dimostrazzjoni industrijali u jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ enerġija interoperabbli madwar l-Ewropa kollha. Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jintuża biex tiġi ffinanzjata teknoloġija sostenibbli, b’konformità mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni rigward il-klima u l-enerġija.

L-implimentazzjoni tal-Pjan SET bħala l-pilastru ta’ riċerka u innovazzjoni tal-politika Ewropea tal-enerġija se ssaħħaħ is-sigurtà tal-Unjoni tal-provvista u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, tgħin ir-rabta tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni ma’ investimenti trans-Ewropej u reġjonali fl-infrastruttura tal-enerġija u żżid ir-rieda tal-investituri li jirrilaxxaw il-kapital għal proġetti b’perjodi ta’ implimentazzjoni twal u b’riskji sinifikanti fir-rigward tat-teknoloġija u tas-suq. Se joħloq opportunitajiet għall-innovazzjoni għall-kumpaniji żgħar u kbar u tgħinhom isiru jew jibqgħu kompetittivi fil-livell dinji, fejn l-opportunitajiet għat-teknoloġiji tal-enerġija huma kbar u qed jiżdiedu.

L-implimentazzjoni tal-Pjan SET bħala l-pilastru ta’ riċerka u innovazzjoni tal-politika Ewropea tal-enerġija se ssaħħaħ is-sigurtà tal-Unjoni tal-provvista u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, tgħin ir-rabta tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni ma’ investimenti trans-Ewropej u reġjonali fl-infrastruttura tal-enerġija u żżid ir-rieda tal-investituri li jirrilaxxaw il-kapital għal proġetti b’perjodi ta’ implimentazzjoni twal u b’riskji sinifikanti fir-rigward tat-teknoloġija u tas-suq. Se joħloq opportunitajiet għall-innovazzjoni għall-kumpaniji żgħar u kbar u tgħinhom isiru jew jibqgħu kompetittivi fil-livell dinji, fejn l-opportunitajiet għat-teknoloġiji tal-enerġija huma kbar u qed jiżdiedu. It-teknoloġiji tal-Pjan SET se jkunu ffinanzjati permezz ta' linji baġitarji separati.

Fix-xena internazzjonali, l-azzjoni li tittieħed fil-livell tal-Unjoni tipprovdi “massa kritika” sabiex tiġbed l-interess ta’ partijiet oħra fuq quddiem fit-teknoloġija u trawwem sħubiji internazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni. Dan se jagħmilha aktar faċli għall-imsieħba internazzjonali biex jinteraġixxu mal-Unjoni sabiex jibnu azzjonijiet komuni fejn ikun hemm benefiċċji u interessi reċiproċi.

L-attivitajiet taħt din l-isfida għalhekk se jiffurmaw s-sinsla teknoloġika tal-politika Ewropea tal-enerġija u l-klima. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-kisba tal-Unjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija u għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika elenkati f’‘Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi’, ‘Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni’ u ‘Aġenda diġitali għall-Ewropa’.

Attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni dwar il-fissjoni nukleari u l-enerġija mill-fużjoni huma mwettqa fil-parti EURATOM tal-Orizzont 2020.

Attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni dwar il-fużjoni nukleari u fuq l-aspetti ta’ sikurezza u sigurtà tal-enerġija mill-fissjoni nukleari huma mwettqa fil-parti EURATOM tal-Orizzont 2020. Għandhom jiġu previsti sinerġiji possibbli bejn l-isfida ta’ “enerġija sigura, nadifa u effiċjenti” u l-parti EURATOM tal-Orizzont 2020.

3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

3.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-impronta tal-karbonju permezz ta’ użu intelliġenti u sostenibbli

(a) Żieda tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-impronta tal-karbonju permezz ta’ użu intelliġenti u sostenibbli

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka u l-ittestjar fuq skala sħiħa ta’ kunċetti ġodda, soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi, komponenti teknoloġiċi aktar effiċjenti, soċjalment aċċetabbli u bi prezz raġonevoli u sistemi b’intelliġenza integrata, sabiex jippermettu ġestjoni tal-enerġija f’ħin reali għall-bini kważi mingħajr emissjonijiet, tisħin u tkessiħ rinnovabbli, industriji effiċjenti ħafna u adozzjoni bil-massa ta’ soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-enerġija minn kumpaniji, individwi, komunitajiet u bliet.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka u l-ittestjar fuq skala sħiħa ta’ kunċetti ġodda, soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi, komponenti teknoloġiċi aktar effiċjenti, soċjalment aċċetabbli u bi prezz raġonevoli u sistemi b’intelliġenza integrata, sabiex jippermettu ġestjoni tal-enerġija f’ħin reali għall-bliet u t-territorji, għall-bini kważi mingħajr emissjonijiet u b'enerġija pożittiva, bini qadim mgħammar b'sistemi ġodda, tisħin u tkessiħ rinnovabbli, industriji effiċjenti ħafna u adozzjoni bil-massa ta’ soluzzjonijiet u servizzi ta’ effiċjenza u ffrankar fl-enerġija minn kumpaniji, individwi, komunitajiet u bliet.

(b) Provvista tal-elettriku bi prezz baxx u livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

(b) Provvista tal-elettriku sostenibbli, bi spiża baxxa u b'livell baxx ta' karbonju

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa - ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli innovattivi u teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju li joffru teknoloġiji fuq skala akbar, bi prezzijiet aktar baxxi, ambjentalment sikuri b’effiċjenzi tal-konverżjoni akbar u disponibbiltà akbar għal ambjenti ta’ swieq u ambjenti operattivi differenti.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa - ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli innovattivi u teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju li joffru teknoloġiji fuq skala akbar, bi prezzijiet aktar baxxi, ambjentalment sikuri li joffru alternattiva għall-fjuwils fossili jew jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju ta' fjuwils fossili b'mod sostanzjali, b’effiċjenzi tal-konverżjoni u tal-ħżin akbar u disponibbiltà akbar għal ambjenti ta’ swieq u ambjenti operattivi differenti.

(c) Sorsi alternattivi ta’ fjuwils u enerġija mobbli

(c) Sorsi alternattivi ta’ fjuwils u enerġija mobbli

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta’ teknoloġiji u ktajjen ta’ valur biex jagħmlu l-bijoenerġija aktar kompetittiva u sostenibbli, biex inaqqsu t-tul ta’ żmien meħtieġ għat-tqegħid fis-suq taċ-ċelloli tal-fjuwils u tal-idroġenu u biex joħolqu possibbiltajiet ġodda b’potenzjal ta’ maturità fit-tul.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta’ teknoloġiji u ktajjen ta’ valur biex jagħmlu l-bijoenerġija, l-idroġenu, iċ-ċelloli tal-fjuwil u fjuwils alternattivi likwidi jew tal-gass oħrajn b’potenzjali għal aktar konverżjoni effiċjenti tal-enerġija aktar kompetittivi u sostenibbli.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw ukoll fuq l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' riserva u ta' bbilanċjar, inklużi l-impjanti tal-enerġija konvenzjonali, li jippermettu flessibilità u effiċjenza akbar sabiex ikunu f'pożizzjoni li jintervjenu meta s-sorsi varji ta' enerġija rinnovabbli ma jkunux f'qagħda li jfornu lis-sistema, u sabiex jiżguraw l-istabbiltà tal-grilja.

(d) Grilja tal-elettriku Ewropea unika u intelliġenti

(d) Grilja tal-enerġija Ewropea unika, flessibbli u intelliġenti

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta’ teknoloġiji ġodda tal-grilji, inklużi l-ħżin, is-sistemi u d-disinji tas-suq biex jippjanaw, jissorveljaw, jikkontrollaw u joperaw b’mod sikur netwerks interoperabbli f’suq miftuħ, dekarbonizzat, reżistenti għall-klima u kompetittiv, taħt kondizzjonijiet normali u ta’ emerġenza.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa ta’ teknoloġiji ġodda tal-grilji, inklużi s-sistemi flessibbli tal-ħżin tal-enerġija ma' tul il-katina kollha tal-elettriku u d-disinji tas-suq biex jippjanaw, jissorveljaw, jikkontrollaw u joperaw b’mod sikur netwerks interoperabbli u flessibbli f’suq miftuħ, dekarbonizzat, sostenibbli mil-lat ambjentali, reżiljenti għall-klima u kompetittiv, taħt kondizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, biex b’hekk jiġi appoġġat it-tixrid u l-użu sħiħ tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli varjabbli.

Għandha tingħata attenzjoni ukoll għall-“grilji intelliġenti” f’żoni rurali, li jippreżentaw sfidi speċifiċi u jirrikjedu avvanzi teknoloġiċi innovattivi.

(e) Għarfien u teknoloġiji ġodda

(e) Għarfien u teknoloġiji ġodda

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka multidixxiplinari dwar teknoloġiji (inklużi azzjonijiet viżjonarji) tal-enerġija u l-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka pan-Ewropej u faċilitajiet mill-aqwa.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka multidixxiplinari dwar teknoloġiji (inklużi azzjonijiet viżjonarji) tal-enerġija sostenibbli u l-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka pan-Ewropej u faċilitajiet mill-aqwa. L-innovazzjoni teknoloġika se tkun akkumpanjata b’politiki u inizjattivi li jappoġġġaw l-innovazzjoni mhux teknoloġika.

(f) Teħid robust ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku

(f) Teħid robust ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ għodod, metodi u mudelli għal appoġġ tal-politika robust u transparenti, inkluż attivitajiet relatati mal-aċċettazzjoni u l-involviment tal-pubbliku, l-involviment tal-utenti u s-sostenibbiltà.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ għodod, metodi u mudelli, bħal xenarji li jħarsu ’l quddiem għal appoġġ tal-politika robust u transparenti, inklużi attivitajiet relatati mal-aċċettazzjoni u l-involviment tal-pubbliku, l-involviment tal-utenti, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u s-sostenibbiltà.

(g) Użu mis-suq tal-innovazzjoni tal-enerġija

(g) Użu mis-suq tal-innovazzjoni tal-enerġija, għat-tisħiħ tas-swieq u tal-konsumaturi permezz tal-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa III.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-innovazzjoni applikata biex jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta’ teknoloġiji u servizzi tal-enerġija, biex jiġu indirizzati l-barrieri li mhumiex teknoloġiċi u biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni kost effettiva tal-politiki tal-enerġija tal-Unjoni.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-innovazzjoni applikata biex jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta’ teknoloġiji u servizzi tal-enerġija sostenibbli, biex jiġu indirizzati l-barrieri li mhumiex teknoloġiċi u biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni kost effettiva tal-politiki tal-enerġija tal-Unjoni. F’ dan il-kuntest il-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa, li ġie implimentat b’suċċess permezz tal-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, għandu jitkompla b’allokazzjoni baġitarja aktar ambizzjuża taħt il-programm Orizzont 2020 attwali.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

4. Trasport u mobilità intelliġenti, ekoloġiċi u integrati

4.1. Objettiv speċifiku

4.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb sistema tat-trasport Ewropea li tkun effiċjenti fir-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla xkiel għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb sistema tat-trasport Ewropea (inklużi n-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport) li tkun effiċjenti fir-riżorsi, affordabbli, favur il-klima u l-ambjent, sikura, u interoperabbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-ekonomija tal-Unjoni u s-soċjetà. Dik is-sistema tat-trasport għandha tħaddan il-filosofija tat-“tixjiħ b’saħħtu” li tibbenefika lil kulħadd, tkun xi tkun l-età, is-sess u d-diżabbiltà u tqis id-dimensjonijiet tad-disinn universali.

Ewropa għandha tirrikonċilja l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem tikber taċ-ċittadini tagħha mal-imperattivi tal-prestazzjoni ekonomika u l-ħtiġijiet ta’ soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima. Minkejja t-tkabbir tiegħu, is-settur tat-trasport għandu jikseb tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet b’effett ta’ serra u impatti negattivi ekoloġiċi oħra, u għandu jwaqqaf id-dipendenza tiegħu fuq iż-żejt, filwaqt li jżomm livelli għoljin ta’ effiċjenza u mobbiltà.

L-Ewropa trid tirrikonċilja l-ħtiġijiet li qed jinbidlu f'termini ta' mobbiltà taċ-ċittadini tagħha, imsawra minn sfidi demografiċi u tas-soċjetà ġodda, u l-koeżjoni territorjali mal-imperattivi tal-prestazzjoni ekonomika u l-ħtiġijiet ta' soċjetà effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ekonomija reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Minkejja t-tkabbir tiegħu, is-settur tat-trasport għandu jikseb tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet b’effett ta’ serra u impatti negattivi ekoloġiċi oħra, u għandu jwaqqaf id-dipendenza tiegħu fuq iż-żejt u fuq fjuwils fossili oħrajn, filwaqt li jżomm livelli għoljin ta’ effiċjenza, affordabbiltà u mobbiltà, mingħajr ma jżid il-pożizzjoni mbiegħda ta’ reġjuni li huma diġà iżolati. Is-sistemi tat-trasport bil-massa jikkostitwixxu sfidi għas-sigurtà li jeħtieġ li jkunu indirizzati diġà mill-istadju tar-riċerka.

Il-mobbiltà sostenibbli tista’ tinkiseb biss permezz ta’ bidla radikali fis-sistema tat-trasport, ispirata minn skoperti fir-riċerka tat-trasport, innovazzjoni wiesa’, u implimentazzjoni koerenti madwar l-Ewropa kollha ta’ soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi, sikuri u intelliġenti ta’ trasport.

Il-mobbiltà sostenibbli tista’ tinkiseb biss permezz ta’ bidla radikali fis-sistema tat-trasport u tal-mobbiltà, ispirata minn skoperti fir-riċerka, innovazzjoni wiesa’, u implimentazzjoni koerenti madwar l-Ewropa kollha ta’ soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi, aktar ta' ġid għas-saħħa, sikuri, aktar affidabbli u intelliġenti ta’ trasport u tal-mobbiltà.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom iwasslu għal avvanzi ffukati u f’waqthom li se jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni, filwaqt li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima u b’akrbonju baxx, u jżommu t-tmexxija globali tas-suq.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom iwasslu għal avvanzi ffukati u f’waqthom għal kull mod ta' trasport, li se jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni, filwaqt li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b’karbonju baxx ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli u fuq l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, iżidu l-mobbiltà fl-Ewropa kollha u jżommu t-tmexxija globali tas-suq.

Għalkemm l-investimenti meħtieġa fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iskjerament se jkunu sinifikanti, in-nuqqas ta’ titjib tas-sostenibbiltà tat-trasport se jirriżulta fi spejjeż għolja b’mod inaċċettabbli tas-soċjetà, ekoloġiċi u ekonomiċi fit-tul.

Għalkemm l-investimenti meħtieġa fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-użu se jkunu sinifikanti, in-nuqqas ta’ titjib tas-sostenibbiltà tas-sistema tat-trasport u tal-mobbiltà kollha se jirriżulta fi spejjeż għolja b’mod inaċċettabbli fir-rigward tas-soċjetà, tal-ekoloġija u tal-ekonomija fuq żmien fit-tul. Bl-istess mod, jekk ma tinżammx it-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa fit-trasport, dan se jxekkel il-kisba tal-għan imsemmi hawn fuq b’konsegwenzi gravi u ta’ ħsara għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fit-tul tal-Ewropa.

4.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

4.2 Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

It-trasport huwa katalizzatur ewlieni tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. Dan jiżgura l-mobbiltà tal-persuni u oġġetti meħtieġa għal suq integrat uniku Ewropew u soċjetà miftuħa u inklużiva. Jirrappreżenta wieħed mill-akbar assi tal-Ewropa f’termini ta’ kapaċità industrijali u kwalità tas-servizz, u għandu rwol ewlieni f’ħafna mis-swieq dinjiji. L-industrija tat-trasport u l-manifattura tat-tagħmir tat-trasport flimkien jirrappreżentaw 6.3 % tal-PDG tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-industrija Ewropea tat-trasport tiffaċċja kompetizzjoni li ssir dejjem aktar ħarxa minn partijiet oħra tad-dinja. Se jkunu meħtieġa teknoloġiji radikali biex jiżguraw il-vantaġġ kompetittiv fil-futur tal-Ewropa u biex itaffu l-iżvantaġġi tas-sistema tat-trasport attwali tagħna.

It-trasport huwa katalizzatur ewlieni tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. Dan jiżgura l-koeżjoni territorjali u l-mobbiltà tal-persuni u oġġetti meħtieġa għall-integrazzjoni tas-suq uniku Ewropew u soċjetà miftuħa u inklużiva. Huwa jirrappreżenta wieħed mill-akbar assi tal-Ewropa f’termini ta’ kapaċità industrijali u kwalità tas-servizz, u għandu rwol ewlieni f’ħafna mis-swieq dinjin. L-industrija tat-trasport u l-manifattura tat-tagħmir tat-trasport waħedhom jirrappreżentaw 6.3 % tal-PDG tal-Unjoni u madwar 13-il miljun impjieg. Madankollu, il-kontribut kumplessiv tat-trasport għall-ekonomija tal-Unjoni huwa ferm ogħla, billi l-kummerċ ta' merkanzija, li jirrappreżenta madwar 30 % tal-PDG tal-Unjoni, kif anki bosta servizzi u ħaddiema li jivvjaġġaw minħabba raġunijiet professjonali, jiddependu totalment minn trasport effiċjenti. Il-kontribut mogħti mit-trasport lis-soċjetà, billi jgħaqqad il-persuni, huwa wkoll importanti iżda diffiċli li jiġi kwantifikat, u huwa fundamentali għall-moviment liberu fl-Ewropa. Fl-istess ħin, l-industrija Ewropea tat-trasport tiffaċċja kompetizzjoni li ssir dejjem aktar ħarxa minn partijiet oħra tad-dinja. Se jkunu meħtieġa teknoloġiji radikali biex jiżguraw il-vantaġġ kompetittiv fil-futur tal-Ewropa u biex itaffu l-iżvantaġġi tas-sistema tat-trasport attwali tagħna.

Is-settur tat-trasport huwa kontributur ewlieni għall-gassijiet b’effett ta’ serra u jiġġenera sa kwart mill-emissjonijiet kollha. It-trasport huwa 96 % dipendenti fuq il-fjuwils fossili. Sadanittant, il-konġestjoni hija problema li qed tikber; is-sistemi għadhom mhumiex intelliġenti biżżejjed; l-alternattivi għat-tibdil bejn il-modi differenti tat-trasport mhux dejjem huma attraenti; l-imwiet fit-toroq jibqgħu għoljin b’mod drammatiku b’34 000 fis-sena fl-Unjoni; iċ-ċittadini u n-negozji jistennew sistema tat-trasport li hija bla periklu u sikura. Il-kuntest urban joħloq sfidi speċifiċi għas-sostenibbiltà tat-trasport.

Is-settur tat-trasport huwa kontributur ewlieni għall-gassijiet b’effett ta’ serra u jiġġenera sa kwart mill-emissjonijiet kollha. It-trasport huwa 96 % dipendenti fuq il-fjuwils fossili. Sadanittant, il-konġestjoni hija problema li qed tikber; is-sistemi għadhom mhumiex intelliġenti biżżejjed; l-alternattivi għall-qalba lejn modi aktar sostenibbli tat-trasport mhux dejjem huma attraenti; l-imwiet fit-toroq għadhom għoljin b’mod drammatiku b’34 000 fis-sena fl-Unjoni; iċ-ċittadini u n-negozji jistennew sistema tat-trasport li tkun aċċessibbli għal kulħadd, bla periklu u sikura. Il-kuntest urban joħloq sfidi speċifiċi għal bilanċ aħjar fil-kwalità tal-ħajja u għas-sostenibbiltà tat-trasport u l-mobbiltà.

Fi ftit għexieren ta’ snin ir-rati ta’ tkabbir tat-trasport mistennija se jwasslu għal paraliżi fit-traffiku Ewropew u jagħmlu l-ispejjeż ekonomiċi u l-impatt fis-soċjetà tiegħu insopportabblii. Il-kilometri tal-passiġġieri huma mbassra li jirdoppjaw tul l-40 sena li ġejjin u jżidu darbtejn aktar malajr għall-ivvjaġġar bl-ajru. L-emissjonijiet tas-CO2 se jiżdiedu b’35 % sal-2050. L-ispejjeż tal-konġestjoni se jżidu b’madwar 50 %, għal kważi EUR 200 biljun kull sena. L-ispejjeż esterni tal-inċidenti se jiżdiedu b’madwar EUR 60 biljun meta mqabbla mal-2005.

Fi ftit għexieren ta' snin ir-rati ta' tkabbir tat-trasport mistennija se jwasslu għal paraliżi fit-traffiku Ewropew u jagħmlu l-ispejjeż ekonomiċi u l-impatt fis-soċjetà tiegħu insopportabbli, b'riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjetali diżastrużi. Jekk it-tendenzi tal-passat jibqgħu fil-futur, il-parametru tal-passiġġieri-kilometri huwa mbassar li jirdoppja tul l-40 sena li ġejjin u jikber darbtejn aktar malajr għall-ivvjaġġar bl-ajru. L-emissjonijiet tas-CO2 se jiżdiedu b’35 % sal-2050. L-ispejjeż tal-konġestjoni se jiżdiedu b’madwar 50 %, għal kważi EUR 200 biljun kull sena. L-ispejjeż esterni tal-inċidenti se jiżdiedu b’madwar EUR 60 biljun meta mqabbla mal-2005.

Iż-żamma tal-istatus quo għalhekk mhijiex waħda mill-possibbiltajiet. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, xprunati minn objettivi ta’ politika u ffokati fuq l-isfidi ewlenin, għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni li tiġi llimitata ż-żieda fit-temperatura globali għal 2ºC, li jitnaqqsu 60 % tal-emissjonijiet tad-CO2 mit-trasport, li jitnaqqsu b’mod drastiku l-ispejjeż tal-konġestjoni u l-aċċidenti, u li prattikament jiġu eradikati l-imwiet fit-toroq sal-2050.

Iż-żamma tal-istatus quo għalhekk mhijiex waħda mill-alternattivi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, xprunati minn objettivi ta’ politika u ffokati fuq l-isfidi ewlenin, għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni li tiġi llimitata ż-żieda fit-temperatura globali għal 2ºC, li jitnaqqsu 60 % tal-emissjonijiet tad-CO2 mit-trasport, li jitnaqqsu b’mod drastiku l-ispejjeż tal-konġestjoni u l-aċċidenti, u li prattikament jiġu eradikati l-imwiet fit-toroq sal-2050.

Il-problemi tat-tniġġis, il-konġestjoni, is-sikurezza u s-sigurtà huma problemi komuni għall-Unjoni kollha, u jitolbu risposti kollaborattivi mill-Ewropa kollha. L-aċċellerazzjoni fl-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-vetturi, l-infrastrutturi u t-trasport se tkun ċentrali biex tinkiseb sistema tat-trasport fl-Unjoni li tkun aktar nadifa u aktar effiċjenti; biex jinkisbu r-riżultati meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; biex tinżamm it-tmexxija Ewropew fis-swieq dinjija ta’ prodotti u servizzi relatati mat-trasport. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ sforzi nazzjonali frammentati waħedhom.

Il-problemi tat-tniġġis, il-konġestjoni, is-sikurezza u s-sigurtà huma problemi komuni għall-Unjoni kollha, u jitolbu risposti kollaborattivi mill-Ewropa kollha. L-aċċelerazzjoni fl-iżvilupp u l-użu armonizzat ta' teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi tal-vetturi u li jiżguraw l-iżvilupp koerenti tal-infrastruttura u tal-ġestjoni tat-trasport se tkun ċentrali biex tinkiseb sistema tat-trasport fl-Unjoni li tkun aktar nadifa, b'anqas periklu, aktar sikura, aċċessibbli u aktar effiċjenti; biex jinkisbu r-riżultati meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; biex tinżamm it-tmexxija Ewropew fis-swieq dinjija ta’ prodotti u servizzi relatati mat-trasport. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ sforzi nazzjonali frammentati waħedhom.

Huwa wkoll essenzjali li jiġu appoġġati soluzzjonijiet diġà eżistenti billi jinħolqu sistemi effikaċi, intelliġenti, interoperabbli u interkonnessi relatati mas-sistemi SESAR, Galileo, EGNOS, GMES, ERTMS, SIF, SafeSeaNet, LRIT u STI. L-inizjattivi bħall-eSafety u l-eCall għandhom ukoll jitkomplew.

Il-finanzjament fil-livell tal-Unjoni għar-riċerka u innovazzjoni tat-trasport se jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b’valur miżjud ċar Ewropew. Dan ifisser li se jkun enfasi fuq oqsma ta’ prijorità li jaqblu mal-objettivi Ewropej tal-politika; fejn hija meħtieġa massa kritika tal-isforz; fejn jeħtieġ li jitwettqu soluzzjonijiet interoperabbli għall-Ewropa kollha dwar it-trasport; Jew fejn il-ġabra transnazzjonali tal-isforzi tista’ tnaqqas ir-riskji tal-investiment fir-riċerka, standards komuni pijunieri u tnaqqas il-ħin sakemm jaslu fis-suq ir-riżultati tar-riċerka.

Il-finanzjament fil-livell tal-Unjoni għar-riċerka u innovazzjoni tat-trasport se jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b’valur miżjud ċar Ewropew. Dan ifisser li se jkun enfasi fuq oqsma ta’ prijorità li jaqblu mal-objettivi Ewropej tal-politika; fejn hija meħtieġa massa kritika tal-isforz; fejn jeħtieġ li jitwettqu sistemi tat-trasport, sorsi aġġornati ta' propulsjoni u ta' potenza, soluzzjonijiet interoperabbli tat-trasport jew soluzzjonijiet ta' trasport u infrastruttura multimodali u integrati għall-Ewropa kollha; jew fejn il-ġabra transnazzjonali tal-isforzi tista' tneħħi l-konġestjonijiet fis-sistema tat-trasport u tnaqqas ir-riskji tal-investiment fir-riċerka, tiftaħ it-triq għal standards u standardizzazzjoni komuni u tnaqqas iż-żmien sakemm jaslu fis-suq ir-riżultati tar-riċerka.

L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għandhom jinkludu firxa wiesgħa ta’ inizjattivi li jkopru l-katina sħiħa tal-innovazzjoni. Diversi attivitajiet huma speċifikament maħsuba biex iwasslu r-riżultati fis-suq: approċċ programmatiku lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ użu mis-suq u appoġġ għal standardizzazzjoni, regolamentazzjoni u strateġiji ta’ prokurament innovattivi lkoll jaqdu din il-mira. Barra minn hekk, l-użu tal-involviment u kompetenza tal-partijiet interessati se jgħin jingħalaq id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-iskjerament tagħhom fis-settur tat-trasport.

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għandhom jinkludu firxa wiesgħa ta' inizjattivi li jkopru l-katina sħiħa tal-innovazzjoni u jsegwu approċċ integrat għas-soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport mill-innovazzjoni rigward vetturi, sal-infrastrutturi kif ukoll sas-sistemi tat-transport. Diversi attivitajiet huma speċifikament maħsuba biex iwasslu r-riżultati fis-suq: approċċ programmatiku lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ użu mis-suq u appoġġ għal standardizzazzjoni, regolamentazzjoni u strateġiji ta’ akkwist innovattivi lkoll jaqdu din il-mira. Barra minn hekk, l-użu tal-involviment u kompetenza tal-partijiet interessati se jgħin jingħalaq id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-użu tagħhom fis-settur tat-trasport.

L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għal sistema ta’ trasport aktar favur l-ambjent, intelliġenti u integrata se jagħti kontribuzzjoni importanti lill-għanijiet tal-Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni. L-attivitajiet se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport bil-għan ta’ Żona Unika tat-Trasport Ewropew. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-għanijiet tal-politika deskritti fl-inizjattivi ewlenin ‘Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi’, ‘Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni’ u ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’.

L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għal sistema ta’ trasport affidabbli li tkun aktar favur l-ambjent, aktar intelliġenti u integrata bis-sħiħ se jagħti kontribuzzjoni importanti lill-għanijiet tal-Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni. L-attivitajiet se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport bil-għan ta’ Spazju Uniku tat-Trasport Ewropew. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-għanijiet tal-politika deskritti fl-inizjattivi ewlenin ‘Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi’, ‘Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni’ u ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’.

4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

4.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Trasport effiċjenti fir-riżorsi li jirrispetta l-ambjent

(a) Trasport effiċjenti fir-riżorsi li jirrispetta l-ambjent u s-saħħa pubblika

Il-mira hija li jiġi mminimizzat l-impatt tat-trasport fuq il-klima u l-ambjent billi tittejjeb l- effiċjenza tiegħu fl-użu ta’ riżorsi naturali, u billi titnaqqas d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili.

Il-mira hija li jiġi mminimizzat l-impatt tat-trasport fuq il-klima u l-ambjent, kif ukoll fuq is-saħħa pubblika billi jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-effikaċja tiegħu fl-użu ta' riżorsi naturali, jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista tal-fjuwil u billi titnaqqas d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili, filwaqt li jitnaqqsu wkoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Bil-għan li tiżdied l-effiċjenza f'termini tal-ispejjeż, jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-manutenzjoni, it-tiswija, il-modernizzazzjoni u r-riċiklaġġ għall-modi kollha ta' trasport.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi u l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u li titjieb l-effiċjenza tal-vetturi, sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ vetturi elettriċi u vetturi oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet, inklużi permezz ta’ skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura; li jiġi esplorat u sfruttat il-potenzjal tal-fjuwils alternattivi u s-sistemi ta’ propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, inkluża l-infrastruttura tal-fjuwil; li jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastrutturi, permezz ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti; u li jiżdied l-użu tal-ġestjoni tad-domanda u t-trasport pubbliku u mhux motorizzat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu, bħala l-ewwel pass, ikun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi, il-livelli tal-istorbju u l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u li titjieb l-effiċjenza enerġetika ta’ kull tip ta’ vettura, sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-użu ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet u l-infrastruttura relatata, inklużi permezz ta’ skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli fit-trasport bil-ferroviji, bl-ilma u bl-ajru. Minbarra dan, l-innovazzjoni kollha bil-għan li tilħaq emissjonijiet baxxi jew emissjonijiet żero fil-modi kollha tat-trasport għandha tiġi inkoraġġita, inkluż l-iżvilupp u l-isfruttament tal-potenzjal kbir tal-fjuwils alternattivi u sostenibbli, l-iżvilupp ta' sistemi ta' propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, il-ħidma fuq l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tal-fjuwil, il-piżijiet tal-vetturi u l-ajrudinamika, u l-iżvilupp u l-infrastruttura, u li jiġi ottimizzat l-użu ta' infrastrutturi bl-użu ta' sistemi ta' trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti. Huwa importanti li jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku u mhux motorizzat u tal-katini tal-mobbiltà intermodali, b’mod partikolari fiż-żoni urbani.

(b) Mobbiltà aħjar, anqas konġestjoni, aktar sikurezza u sigurtà

(b) Mobbiltà u aċċessibbiltà aħjar, anqas konġestjoni, aktar sikurezza u sigurtà

Il-mira hija li jiġu rrikonċiljati l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem jiżdiedu bi fluwidità mtejba tat-trasport, permezz ta’ soluzzjonijiet innovattivi għal sistemi ta’ trasport bla xkiel, inklużivi, bla periklu, sikuri u robusti.

Il-mira hija li jiġu rrikonċiljati l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem jiżdiedu bi fluwidità mtejba tat-trasport, permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sistemi ta' trasport bla xkiel, intermodali, inklużivi, aċċessibbli, bla periklu, sikuri, tajbin għas-saħħa, u robusti, mingħajr ma wieħed jinsa l-importanza ta' infrastruttura ta' kwalità, innovattiva u intermodali.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta’ soluzzjonijiet ta’ ippjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb il-kwalità tal-ħajja, l-aċċessibbiltà u l-interoperabbiltà kif ukoll li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni tal-loġistika ta' trasport integrata minn bieb għal bieb u tal-ġestjoni tal-mobbiltà; biex jiġu aċċellerati s-soluzzjonijiet għall-passiġġieri (biljetti intermodali); biex titjieb l-intermodalità u l-multimodalità u l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ ippjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

(c) Tmexxija globali tal-industrija Ewropea tat-trasport

(c) Tmexxija globali tal-industrija Ewropea tat-trasport

Il-mira hija li tiġi msaħħa l-kompetittività u t-twettiq ta’ industriji tal-manifattura tat-trasport Ewropew u servizzi relatati.

Il-mira hija li tiġi msaħħa l-kompetittività u r-riżultati ta' industriji tal-manifattura tat-trasport Ewropew u servizzi relatati bil-ħsieb tas-suq globali futur promettenti, iżda kompetittiv ħafna. Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-proċessi loġistiċi, lill-manutenzjoni, lit-tiswija, lill-modernizzazzjoni u lir-riċiklaġġ.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mezzi innovattivi tat-trasport u li titħejja t-triq għal dik li jmiss, billi jsir xogħol fuq kunċetti u disinji ġodda, sistemi intelliġenti ta’ kontroll u standards interoperabbli, proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti, ħinijiet iqsar ta’ żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta' mezzi innovattivi tat-trasport u li titħejja t-triq għal dik li jmiss, billi jsir xogħol fuq konfigurazzjonijiet u teknoloġiji ġodda, kunċetti u disinji ġodda, sistemi intelliġenti ta' kontroll u standards interoperabbli, proċessi ta' produzzjoni effiċjenti, l-użu ta' materjali avvanzati u prodotti sekondarji bijoloġiċi li huma aktar sostenibbli, proċeduri ta' ċertifikazzjoni innovattivi, ħinijiet iqsar ta' żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja, jew materjali jew kisjiet ġodda aktar sostenibbli.

(ca) Loġistika intelliġenti

L-għan huwa li jkunu rikonċiljati x-xejriet tal-konsumaturi ġodda li qed jikbru b’katina tal-forniment tar-riżorsi effiċjenti u d-distribuzzjoni tal-merkanzija tal-aħħar mil ottimali.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun biex ikun mifhum aħjar l-impatt tax-xejriet tal-konsumaturi ġodda u futuri u l-loġistiċi tal-merkanzija urbana, it-traffiku u l-konġestjoni; l-iżvilupp ta’ għodod tal-IT u tal-ġestjoni ġodda għal-loġistika, billi jitjiebu s-sistemi ta’ informazzjoni fil-ħin reali, is-segwiment u t-traċċar tal-flussi tal-merkanzija, l-integrazzjoni u l-komunikazzjoni fil-vettura u mal-infrastruttura; biex ikunu żviluppati sitemi mhux konvenzjonali għat-tqassim tal-oġġetti; biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet intermodali kompetittivi għall-katina tal-forniment u l-pjattaformi tal-loġistiċi li jtejbu l-flussi tal-merkanzija.

(d) Riċerka soċjoekonomika u attivitajiet għall-ġejjieni għat-tfassil tal-politika

(d) Riċerka soċjoekonomika u komportamentali u attivitajiet għall-ġejjieni għat-tfassil tal-politika

Il-mira hija li jiġi appoġġat it-titjib tat-tfassil tal-politika li hu meħtieġ biex tiġi promossa l-innovazzjoni u jintlaħqu l-isfidi mqajma mit-trasport u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-soċjetà relatati miegħu.

Il-mira hija li jiġi appoġġat it-titjib tat-tfassil tal-politika li hu meħtieġ biex tiġi promossa l-innovazzjoni u jintlaħqu l-isfidi mqajma mit-trasport u mill-mobbiltà u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-soċjetà u individwali relatati miegħu.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jiżdied il-fehim ta’ tendenzi u prospetti soċjoekonomiċi relatati mat-trasport, u li dawk li jfasslu l-politika tingħatalhom dejta u analiżi bbażati fuq l-evidenza.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jiżdied il-fehim ta' tendenzi u prospetti soċjoekonomiċi relatati mat-trasport, u li dawk li jfasslu l-politika tingħatalhom dejta u analiżi bbażati fuq l-evidenza mxerrda, fost l-oħrajn, permezz taċ-Ċentru ta' riċerka dwar it-trasport tal-Kummissjoni Ewropea.

L-organizzazzjoni tal-attivitajiet kollha relatati mat-trasport isegwu approċċ integrat u speċifiku għall-mod tat-trasport u li jkun konformi mal-programmi Stateġiċi tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija. Il-viżibbiltà u l-kontinwità pluriennali huma essenzjali biex jiġi garantit valur miżjud reali tal-Unjoni u biex jitqiesu l-għadd kbir ta' speċifiċitajiet ta' kull mod ta' trasport.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

5. Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u użu sostenibbli ta’ materja prima;

5.1. Objettiv speċifiku

5.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżistenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber fi ħdan il-limiti sostenibbli ta’ pjaneta b’riżorsi naturali li mhumiex infiniti. L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex iżidu l-kompetittività Ewropea u jtejbu l-benesseri, filwaqt li jiżguraw l-integrità ambjentali u s-sostenibbiltà, iżommu l-medja tat-tisħin globali taħt iż-2 °C u jippermettu lill-ekosistemi u s-soċjetà jadattaw għat-tibdil fil-klima.

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb ekonomija u soċjetà effiċjenti fir-riżorsi, sikuri u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, il-ħarsien u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi, provvista u użu sostenibbli ta’ materja prima u tal-ilma, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber fi ħdan il-limiti sostenibbli ta’ pjaneta b’riżorsi naturali tal-art u tal-baħar li mhumiex infiniti. L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex iżidu l-kompetittività Ewropea u s-sigurtà fir-rigward tal-materja prima u jtejbu l-benesseri, filwaqt li jiżguraw l-integrità ambjentali, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà, iżommu l-medja tat-tisħin globali taħt iż-2 °C u jippermettu lill-ekosistemi u s-soċjetà jadattaw għat-tibdil fil-klima.

Matul l-20 seklu, id-dinja żiedet kemm l-użu tagħha tal-fjuwil mill-fossili kif ukoll l-estrazzjoni tar-riżorsi materjali b’fattur ta’ għaxar darbiet aktar.Din l-era ta' riżorsi apparentament riżorsi abbundanti u ma jiswewx ħafna qed tispiċċa. Il-materja prima, l-ilma, l-arja, il-bijodiveristà u l-ekosistemi terrestri, akkwatiċi u marittimi lkoll jinsabu taħt pressjoni. Ħafna mill-ekosistemi ewlenin tad-dinja qed jiġu degradati, filwaqt li sa 60 % tas-servizzi li huma jipprovdu qed jintużaw b’mod mhux sostenibbli. Fl-Unjoni, jintużaw madwar 16-il tunnellata ta’ materjali minn kull persuna kull sena, li minnhom 6 tunnellati jinħlew, u nofshom jispiċċaw fil-miżbliet. Id-domanda globali għar-riżorsi tkompli tiżdied hekk kif il-popolazzjoni qed tiżdied u l-aspirazzjonijiet qed jogħlew, b’mod partikolari ta’ dawk li jaqilgħu dħul medju f’ekonomiji emerġenti. Jeħtieġ li jkun hemm diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi.

Matul is-seklu 20, id-dinja żiedet kemm l-użu tagħha tal-fjuwil mill-fossili kif ukoll l-estrazzjoni tar-riżorsi materjali b’fattur ta’ għaxar darbiet aktar.Din l-era ta' riżorsi apparentament riżorsi abbundanti u ma jiswewx ħafna qed tispiċċa. Il-materja prima, l-ilma, l-arja, il-bijodiveristà u l-ekosistemi terrestri, akkwatiċi u marittimi lkoll jinsabu taħt pressjoni. Ħafna mill-ekosistemi ewlenin tad-dinja qed jiġu degradati, filwaqt li sa 60 % tas-servizzi li huma jipprovdu qed jintużaw b’mod mhux sostenibbli. Fl-Unjoni, jintużaw madwar 16-il tunnellata ta’ materjali minn kull persuna kull sena, li minnhom 6 tunnellati jinħlew, u nofshom jispiċċaw fil-miżbliet. Id-domanda globali għar-riżorsi qed tkompli tiżdied hekk kif il-popolazzjoni qed tiżdied u l-aspirazzjonijiet qed jogħlew, b’mod partikolari ta’ dawk li jaqilgħu dħul medju f’ekonomiji emerġenti. Jeħtieġ li jkun hemm diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi.

It-temperatura medja tal-wiċċ tad-dinja żdiedet b’madwar 0.8°C matul l-aħħar 100 sena u hija pproġettata li tiżdied bejn 1.8 sa 4 C sal-aħħar tas-seklu 21 (relattiva għall-medja tal- 1980-1999). L-impatti probabbli fuq is-sistemi naturali u umani assoċjati ma’ dawn il-bidliet se jisfidaw il-pjaneta u l-kapaċità tagħha li tadatta, kif ukoll jheddu l-iżvilupp futur ekonomiku u l-benesseri tal-umanità.

It-temperatura medja tal-wiċċ tad-dinja żdiedet b’madwar 0.8°C matul l-aħħar 100 sena u hija pproġettata li tiżdied bejn 1.8 sa 4 °C sal-aħħar tas-seklu 21 (relattiva għall-medja tal- 1980-1999). L-impatti probabbli fuq is-sistemi naturali u umani assoċjati ma’ dawn il-bidliet se jisfidaw il-pjaneta u l-kapaċità tagħha li tadatta, kif ukoll jheddu l-iżvilupp futur ekonomiku u l-benesseri tal-umanità. Il-konsegwenzi mhux mixtieqa tat-tibdil fil-klima u t-tniġġis, flimkien mal-urbanizzazzjoni dejjem akbar, it-turiżmu tal-massa, in-negliġenza umana u l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi, ipoġġu f'riskju n-nisġa kulturali fraġli tal-komunità li tinkarna ruħha fil-patrimonju kulturali Ewropew.

L-impatti li dejjem iżidu minħabba t-tibdil fil-klima u l-problemi ambjentali, bħall-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tidwib tas-silġ fl-Artiku, id-degradazzjoni u l-użu tal-art, in-nuqqas ta’ ilma, it-tniġġis kimiku u t-telf tal-bijodiversità, jindikaw li l-pjaneta qed toqrob lejn il-konfini tas-sostenibbiltà tagħha. Pereżempju, mingħajr titjib fl-effiċjenza, id-domanda għall-ilma hija pproġettata li taqbeż il-provvista b’40 % fi żmien 20 sena. Il-foresti qed jisparixxu b’rata allarmanti ta’ 5 miljun ettaru kull sena. L-interazzjonijiet bejn ir-riżorsi jistgħu jikkawżaw riskji sistemiċi – fejn it-tnaqqis ta’ riżors wieħed jiġġenera punt irriversibbli ta’ żbilanċ għal riżorsi u ekosistemi oħra. Fuq il-bażi tat-tendenzi attwali, l-ekwivalenti ta’ aktar minn żewġ dinjiet se jkunu meħtieġa sa-2050 biex jappoġġaw il-popolazzjoni globali li dejjem tikber.

L-impatti li dejjem jiżdiedu minħabba t-tibdil fil-klima u l-problemi ambjentali, bħall-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tibdil fiċ-ċirkolazzjoni oċeanika, iż-żieda tat-temperatura tal-ilma tal-baħar, it-tidwib tas-silġ fl-Artiku u t-tnaqqis tas-salinità tal-ilma tal-baħar, id-degradazzjoni u l-użu tal-art, it-telf tal-fertilità tal-ħamrija, l-iskarsezzi tal-ilma, l-anomaliji idroloġiċi, l-eteroġenejtà temporali u spazjali tax-xita, it-tibdil fid-distribuzzoni spazjali tal-ispeċijiet, it-tniġġis kimiku u t-telf tal-bijodiversità, jindikaw li l-pjaneta qed toqrob lejn il-konfini tas-sostenibbiltà tagħha. Pereżempju, mingħajr titjib fl-effiċjenza, id-domanda għall-ilma hija pproġettata li taqbeż il-provvista b’40 % fi żmien 20 sena. Il-foresti qed jisparixxu b’rata allarmanti ta’ 5 miljun ettaru kull sena. L-interazzjonijiet bejn ir-riżorsi jistgħu jikkawżaw riskji sistemiċi – fejn it-tnaqqis ta’ riżors wieħed jiġġenera punt irriversibbli ta’ żbilanċ għal riżorsi u ekosistemi oħra. Fuq il-bażi tat-tendenzi attwali, l-ekwivalenti ta’ aktar minn żewġ dinjiet se jkunu meħtieġa sa-2050 biex jappoġġaw il-popolazzjoni globali li dejjem tikber.

Hemm bżonn urġenti ta' innovazzjonijiet fil-qasam tas-sistemi tal-ilma integrati fl-Ewropa. L-Ewropa qiegħda tħabbat wiċċha mal-problema tat-tiqdim tal-infrastrutturi tal-ilma (kemm għall-ilma mormi kif ukoll għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb), ta' skarsezza dejjem ikbar ta' ilma, tar-riskji akbar ta' għargħar urban, tat-tniġġis tal-ilma u tad-domanda kulma ma jmur togħla għall-ilma, u dejjem aktar speċifika, min-naħa tal-agrikoltura, tal-industrija u tal-popolazzjoni urbana.

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq. Minbarra dan, l-Unjoni għad għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġiji adattati u mfixkla miż-żieda fil-kompetizzjoni globali. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni.

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi u sikura tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Ċerti setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni, speċjalment minħabba l-ġestjoni ħażina taċ-ċiklu tal-iskart. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq. Minbarra dan, l-Unjoni għad għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta' teknoloġiji adattati u ta' investimenti u mfixkla miż-żieda fil-kompetizzjoni globali. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni.

Il-kapaċità tal-ekonomija li tadatta u ssir aktar reżiljenti kontra t-tibdil fil-klima, effiċjenti fir-riżorsi u fl-istess ħin tibqa’ kompetittiva tiddependi fuq livelli għoli ta’ ekoinnovazzjoni, kemm ta’ natura tas-soċjetà kif ukoll teknoloġika. Peress li s-suq globali għall-ekoinnovazzjoni jiswa madwar EUR 1 triljun fis-sena u huwa mistenni li jittrippla sal-2030, l-ekoinnovazzjoni tirrappreżenta opportunità kbira biex tagħti spinta lill-kompetittività u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-ekonomiji Ewropej.

Il-kapaċità tal-ekonomija li tadatta u ssir aktar reżiljenti kontra t-tibdil fil-klima, effiċjenti fir-riżorsi u fl-istess ħin tibqa' kompetittiva tiddependi fuq livelli għoli ta' ekoinnovazzjoni, kemm ta' natura tas-soċjetà, organizzattiva kif ukoll teknoloġika. Peress li s-suq globali għall-ekoinnovazzjoni jiswa madwar EUR 1 triljun fis-sena u huwa mistenni li jittrippla sal-2030, l-ekoinnovazzjoni tirrappreżenta opportunità kbira biex tagħti spinta lill-kompetittività u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-ekonomiji Ewropej.

5.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

5.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-ilħuq tal-miri tal-Unjoni u internazzjonali relatati mal-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-iffaċċjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima jeħtieġ l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji kosteffettiva, u miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament. L-oqfsa tal-politika tal-Unjoni u globali għandhom jiżguraw li l-ekosistemi u l-bijodiversità jiġu protetti, vvalutati u rrestawrati kif xieraq sabiex tiġi ppreservata l-abbiltà tagħhom li jipprovdu riżorsi u servizzi fil-futur. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess affidabbli u sostenibbli għall-materja prima u jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fl-użu u l-ħela tar-riżorsi.

L-ilħuq tal-miri tal-Unjoni u internazzjonali relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-iffaċċjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima jeħtieġ l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u mhux teknoloġiċi sostenibbli u effettivi, u miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament. L-oqfsa tal-politika tal-Unjoni u globali għandhom jiżguraw li l-ekosistemi u l-bijodiversità jiġu protetti, ivvalutati u rrestawrati kif xieraq sabiex tiġi ppreservata l-abbiltà tagħhom li jipprovdu riżorsi u servizzi fil-futur. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess affidabbli u sostenibbli għall-materja prima u l-isfruttament tagħha u jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fl-użu u l-ħela tar-riżorsi.

Il-punt fokali tal-azzjonijiet tal-Unjoni għalhekk għandu jkun l-appoġġ ta’ objettivi u politiki ewlenin tal-Unjoni li jinkludu: l-istrateġija Ewropa 2020; l-Unjoni tal-Innovazzjoni; Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti; il-Pjan Direzzjonali għal mixja lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050; Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni; l-Inizjattiva dwar il-Materja Prima; l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; Politika Marittima Integrata għall-Unjoni; id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima; il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Ekoninnovazzjoni u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet għandhom jirrinfurzaw l-abbiltà tas-soċjetà biex issir iżjed reżistenti għat-tibdil ambjentali u klimatiku u jiżguraw id-disponibbiltà tal-materja prima.

Il-punt fokali tal-azzjonijiet tal-Unjoni għalhekk għandu jkun l-appoġġ ta’ objettivi u politiki ewlenin tal-Unjoni li jinkludu: l-istrateġija Ewropa 2020; l-Unjoni tal-Innovazzjoni; Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti; il-Pjan Direzzjonali għal mixja lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050; il-Politika Industrijali Integrata għall-era tal-globalizzazzjoni; Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni; l-Inizjattiva dwar il-Materja Prima; l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; Politika Marittima Integrata għall-Unjoni; id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima; il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ekoninnovazzjoni; is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima; is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-ilma; u s-seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jirrinfurzaw l-abbiltà tas-soċjetà biex issir iżjed reżiljenti għat-tibdil ambjentali u klimatiku u jiżguraw id-disponibbiltà tal-materja prima.

Minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom, u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina tal-provvistà tal-materja prima, l-attivitajiet twettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn. Il-karattru multidixxiplinarju tar-riċerka neċessarja tirrikjedi l-ġabra kumplimentari tal-għarfien u r-riżorsi sabiex din l-isfida tiġi indirizzata b’mod effettiv. Jonqsu l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali, filwaqt li tiżdied il-kompetittività, se tkun meħtieġa tranżizzjoni deċiżiva fis-soċjetà u fis-settur teknoloġiku għal ekonomija bbażata fuq ir-relazzjoni sostenibbli bejn in-natura u l-benesseri tal-bniedem. L-attivitajiet koordinati tar-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-fehim tal-Unjoni u t-tbassir tal-klima u t-tibdil ambjentali f’perspettiva sistemika u transsettorjali, inaqqsu l-inċertezzi, jidentifikaw u jivvalutaw il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji, l-ispejjeż u l-opportunitajiet, kif ukoll jespandu l-firxa u jtejbu l-effikaċja tar-rispons u tas-soluzzjonijiet tas-soċjetà u tal-politiki. L-azzjonijiet se jippruvaw ukoll jagħtu s-setgħa lill-atturi fil-livelli kollha tas-soċjetà biex jipparteċipaw b’mod attiv f’dan il-proċess.

Minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom, u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina tal-provvistà tal-materja prima, l-attivitajiet twettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn. Il-karattru multidixxiplinarju tar-riċerka neċessarja tirrikjedi l-ġabra kumplimentari tal-għarfien u r-riżorsi sabiex din l-isfida tiġi indirizzata b’mod effettiv. Jonqsu l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali, filwaqt li tiżdied il-kompetittività, se tkun meħtieġa tranżizzjoni deċiżiva fis-soċjetà u fis-settur teknoloġiku lejn ekonomija sostenibbli bbażata fuq relazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku bejn il-bijodiversità u l-popolazzjoni umana. L-attivitajiet koordinati tar-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-fehim tal-Unjoni u t-tbassir tal-klima u t-tibdil ambjentali f’perspettiva sistemika u transsettorjali, inaqqsu l-inċertezzi, jidentifikaw u jivvalutaw il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji, l-ispejjeż u l-opportunitajiet, kif ukoll jespandu l-firxa u jtejbu l-effikaċja tar-rispons u tas-soluzzjonijiet tas-soċjetà u tal-politiki. L-azzjonijiet se jippruvaw ukoll jagħtu s-setgħa lill-atturi fil-livelli kollha tas-soċjetà biex jipparteċipaw b’mod attiv f’dan il-proċess.

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

L-indirizzar tal-użu sostenibbli u tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, id-disinjar, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed jiġu ppreparati Sħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima u, għall-materja prima kritika msejħa elementi rari tal-art, se jinħoloq Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fil-qasam tal-elementi rari tal-art.

L-ekoinnovazzjoni għandha tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ valur għat-tkabbir u l-impjiegi. Is-soluzzjonijiet żviluppati permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni se jegħlbu t-theddid prinċipali għall-kompetittività industrijali u jippermettu l-adozzjoni u r-replikazzjoni rapida madwar is-Suq Uniku u lil hinn minnu. Dan se jippermetti t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika li tqis l-użu sostenibbli tar-riżorsi. L-imsieħba f’dan l-approċċ se jkunu jinkludu: dawk li jfasslu l-politika Internazzjonali, Ewropej u nazzjonali; programmi ta’ riċerka u innovazzjoni internazzjonali u tal-Istati Membri; in-negozju u l-industrija Ewropej; l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-aġenziji għall-ambjent nazzjonali; u partijiet interessati rilevanti oħra. Flimkien mal-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, l-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni se jappoġġaw ukoll l-isforzi u l-inizjattivi internazzjonali rilevanti, inkluż il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Pjattaforma Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistemi (IPBES) u l-Grupp fuq l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO).

L-ekoinnovazzjoni għandha tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ valur għat-tkabbir u l-impjiegi. Is-soluzzjonijiet żviluppati permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni se jegħlbu t-theddid prinċipali għall-kompetittività industrijali u jippermettu l-adozzjoni u r-replikazzjoni rapida madwar is-Suq Uniku u lil hinn minnu. Dan se jippermetti t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika li tqis l-użu sostenibbli tar-riżorsi. L-imsieħba f’dan l-approċċ se jkunu jinkludu: dawk li jfasslu l-politika Internazzjonali, Ewropej u nazzjonali; programmi ta’ riċerka u innovazzjoni internazzjonali u tal-Istati Membri; in-negozju u l-industrija Ewropej, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-aġenziji għall-ambjent nazzjonali; u partijiet interessati rilevanti oħra. Flimkien mal-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, l-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni se jappoġġaw ukoll l-isforzi u l-inizjattivi internazzjonali rilevanti, inkluż il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Pjattaforma Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistemi (IPBES), il-Panil Internazzjonali għar-Riżorsi, u l-Grupp fuq l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO).

5.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

5.3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

(a) Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u adattament għalih

(a) Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u adattament għalih

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni.

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri u strateġiji innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta' adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b'effett serra u l-partikoli kemm tad-CO2 kif ukoll dawk mhux tad-CO2, u livelli jogħlew tal-ilmijiet tal-baħar u dawk interni; u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta' evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u r-riskji assoċjati ma' avvenimenti estremi u bidliet li jseħħu f'daqqa permezz tal-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; il-fehim tal-interazzjonijiet bejn l-ożonu u l-klima u taċ-ċiklu tal-ilma fl-atmosfera; valutazzjoni tal-impatti fil-livell globali, reġjonali u lokali, u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta' miżuri innovattivi u kosteffettivi ta' adattament u tprevenzjoni tar-riskji u ta' ġestjoni f'setturi soċjoekonomiċi fundamenteli (eż. l-agrikoltura, l-enerġija, it-trasport, it-turiżmu, l-ambjent mibni u l-patrimonju kulturali); appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni u definizzjoni ta' strateġiji ta' azzjoni rapida għal risponsi klimatiċi fi żmien ftit deċennji.

(b) Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi

(b) Il-ħarsien tal-ambjent, ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-ilma, il-bijodiversità u l-ekosistemi

Il-mira hija li jiġi pprovdut għarfien għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-ekonomija. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tkabbir tal-fehim tagħna dwar il-funzjonament tal-ekosistemi, l-interazzjonijiet tagħhom ma’ sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn tal-ekonomija u l-benesseri tal-bniedem; u l-provvista ta’ għarfien u għodod għal teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku.

Il-mira hija li jiġu pprovduti għarfien u għodod għall-ġestjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-ekonomija. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: l-iżgurar ta' azzjoni biex jiġu salvagwardjati t-tranżizzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u s-servizzi tal-ilma, it-tkabbir tal-fehim tagħna dwar il-funzjonament tal-ekosistemi, inkluż ir-rwol regolatorju tal-oċeani u l-foresti fil-prevenzjoni tat-tisħin globali, l-interazzjonijiet tagħhom ma’ sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn tal-ekonomija u l-benesseri tal-bniedem; u l-provvista ta’ għarfien u għodod għal teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku.

(c) Żgurar tal-provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

(c) L-iżgurar tal-użu, tal-ġestjoni u tal-provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ u l-rkupru kosteffettiva u favur l-ambjent ta’ materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ alternattivi ekonomikament attraenti b’impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu ta’ materja prima; is-sejba ta’ alternattivi għal materja prima kritika; u t-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima.

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta' għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru kosteffettivi effiċjenti f'termini ta' riżorsi u favur l-ambjent ta' materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta' alternattivi ekonomikament attraenti b'impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-ekodisinn; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu u l-użu mill-ġdid effiċjenti tal-materja prima; is-sejba ta' alternattivi għal materja prima kritika, l-iżvilupp ta' proċessi u sistemi f'ċiklu magħluq, is-sostenn għall-istrateġiji u għat-teknoloġiji ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid; il-miżuri mil-lat tad-domanda li jippermettu liċ-ċittadini u lill-konsumaturi jnaqqsu l-konsum u l-ħela tal-materja prima; u t-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima, l-istabbiliment u l-istimolu ta' clusters ta' materja prima reġjonali u nazzjonali .

(d) Iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika permezz tal-ekoinnovazzjoni

(d) Iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika permezz tal-ekoinnovazzjoni

Il-mira hija li jiġu mrawma l-forom kollha ta’ ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tisħiħ ta’ teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi u li tingħata spinta lill-adozzjoni mis-suq u r-replikazzjoni tagħhom, b’attenzjoni speċjali għall-SMEs; l-appoġġ tal-politiki innovattivi u tibdil fis-soċjetà; il-kejl u l-valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ekoloġika; u t-trawwim ta’ effiċjenza fir-riżorsi permezz ta’ sistemi diġitali.

Il-mira hija li jiġu mrawma l-forom kollha ta’ ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tisħiħ ta’ teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi u li tingħata spinta lill-adozzjoni mis-suq u r-replikazzjoni tagħhom, b’attenzjoni speċjali għall-SMEs; l-appoġġ tal-politiki innovattivi, il-mudelli ekonomiċi sostenibbli u tibdil fis-soċjetà; l-appoġġ tar-riċerka għal sostituti sikuri għal sustanzi indikati bħala perikolużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ir-Regolament REACH); il-kejl u l-valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ekoloġika; u t-trawwim ta’ effiċjenza fir-riżorsi permezz ta’ sistemi diġitali. B'mod partikolari, il-Programm għall-Ekoinnovazzjoni, li ġie implimentat b'suċċess fl-ambitu tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali preċedenti se jitkompla fil-qafas ta' Orizzont 2020.

(e) Żvilupp ta’ sistemi ta’ osservazzjoni u informazzjoni globali ekoloġiċi komprensivi u miżmuma

(e) Żvilupp ta’ sistemi ta’ osservazzjoni u informazzjoni globali ekoloġiċi komprensivi u miżmuma

Il-mira hija li tiġi żgurata l-provvista ta’ dejta u informazzjoni fit-tul meħtieġa biex tiġi indirizzata din l-isfida. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq il-kapaċitajiet, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja li jistgħu kontinwament jipprovdu informazzjoni, previżjonijiet u projezzjonijiet f’waqthom u preċiżi. Aċċess ħieles, miftuħ u mhux ristrett għad-dejta u l-informazzjoni interoperabbli se jkun inkoraġġut.

Il-mira hija li tiġi żgurata l-provvista ta’ dejta u informazzjoni fit-tul meħtieġa biex tiġi indirizzata din l-isfida. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq il-kapaċitajiet, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja kemm mir-remote sensing kif ukoll minn kejl in situ li jistgħu kontinwament jipprovdu informazzjoni f’waqtha u preċiża u jippermettu previżjonijiet u projezzjonijiet. Aċċess ħieles, miftuħ u mhux ristrett għad-dejta u l-informazzjoni interoperabbli se jkun inkoraġġut.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

6. Nifhmu l-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi, innovattivi u li jirriflettu

6.1. Objettiv speċifiku

6.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu mrawma soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u sikuri f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu mrawma soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi, kreattivi u li jirriflettu permezz ta' fehim akbar tal-Ewropa f'kuntest ta' trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru.

L-Ewropa hija konfrontata bi sfidi soċjoekonomiċi kbar li jaffettwaw il-ġejjieni tagħha b’mod sinifikanti - bħall-interdipendenzi ekonomiċi u kulturali li dejjem jikbru, it-tixjiħ, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-inugwaljanzi u l-flussi migratorji, l-egħluq tad-diviżjoni fis-settur diġitali, it-trawwim ta’ kultura ta’ innovazzjoni u kreattività fis-soċjetà u l-impriżi, kif ukoll l-iżgurar ta’ sigurtà u libertà, fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u bejn iċ-ċittadini fi ħdan u transkonfinali. Dawn l-isfidi huma enormi u jsejħu għal approċċ Ewropew komuni.

L-Ewropa hija konfrontata bi sfidi soċjoekonomiċi kbar li jaffettwaw il-ġejjieni tagħha b’mod sinifikanti - bħall-interdipendenzi ekonomiċi u kulturali li dejjem jikbru, it-tixjiħ u t-tibdil demografiku, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-inugwaljanzi u l-flussi migratorji, l-egħluq tad-distakk fis-settur diġitali, it-trawwim ta’ kultura ta’ xjenza, innovazzjoni u kreattività fis-soċjetà u l-impriżi, kif ukoll l-iżgurar tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u bejn iċ-ċittadini fi ħdan il-konfini u transkonfinalment. Barra minn hekk, ir-rwol tal-politiki soċjali pubbliċi fl-Ewropa qiegħed dejjem jitqies bħala element kritiku għas-sostenibbiltà tal-mudell soċjali Ewropew innifsu. Dawn l-isfidi huma enormi u jitolbu taħlita dejjem aktar kumplessa ta’ approċċi, ibbażati fuq għarfien xjentifiku komuni li x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi jistgħu jipprovdu.

L-ewwel nett, fl-Unjoni jippersistu inugwaljanzi sinifikanti kemm bejn il-pajjiżi kif ukoll fi ħdanhom. Fl-2010 l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem, kejl aggregat tal-progress fis-saħħa, l-edukazzjoni u d-dħul, immarka l-punteġġ tal-Istati Membri tal-Unjoni bejn 0,743 u 0,895, u b’hekk irrifletta diverġenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi. Jippersistu wkoll inugwaljanzi konsiderevoli bejn is-sessi: pereżempju, fl-Unjoni d-differenza bejn is-sessi fil-pagi għadha ta’ 17.8 % favur l-irġiel. Wieħed minn kull sitt ċittadini tal-Unjoni llum (madwar 80 miljun persuna) huwa fir-riskju ta' faqar. Matul l-aħħar żewġ deċennji l-faqar tal-adulti żgħażagħ u l-familji bit-tfal żdied. Ir-rata ta’ nuqqas ta’ impjiegi fost iż-żgħażagħ hija aktar minn 20 %. 150 miljun Ewropew (madwar 25 %) qatt ma użaw l-internet u jistgħu qatt ma jkollhom biżżejjed kompetenzi diġitali. Żdiedu wkoll l-apatija politika u l-polarizzazzjoni fl-elezzjonijiet, u dan jirrifletti tnaqqis fil-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi tal-politika attwali. Dawn iċ-ċifri jissuġġerixxu li xi gruppi soċjali u l-komunitajiet jitħallew barra persistentament mill-iżvilupp soċjali u ekonomiku u/jew il-politika demokratika.

Fl-Unjoni jippersistu inugwaljanzi sinifikanti kemm bejn il-pajjiżi kif ukoll fi ħdanhom. Fl-2010 l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem, kejl aggregat tal-progress fis-saħħa, l-edukazzjoni u d-dħul, immarka l-punteġġ tal-Istati Membri tal-Unjoni bejn 0,743 u 0,895, u b’hekk irrifletta diverġenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi. Jippersistu wkoll inugwaljanzi konsiderevoli bejn is-sessi: pereżempju, fl-Unjoni d-differenza bejn is-sessi fil-pagi għadha ta’ 17.8 % favur l-irġiel. Wieħed minn kull sitt ċittadini tal-Unjoni llum (madwar 80 miljun persuna) huwa fir-riskju ta' faqar. Matul l-aħħar żewġ deċennji l-faqar tal-adulti żgħażagħ u l-familji bit-tfal żdied. Ir-rata ta’ nuqqas ta’ impjiegi fost iż-żgħażagħ hija aktar minn 20 %. 150 miljun Ewropew (madwar 25 %) qatt ma użaw l-internet u jistgħu qatt ma jkollhom biżżejjed kompetenzi diġitali. Żdiedu wkoll l-apatija politika u l-polarizzazzjoni fl-elezzjonijiet, u dan jirrifletti tnaqqis fil-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi tal-politika attwali. Dawn iċ-ċifri jissuġġerixxu li xi gruppi soċjali u komunitajiet jitħallew barra persistentament mill-iżvilupp soċjali u ekonomiku u/jew il-politika demokratika.

Fit-tieni lok, ir-rati tal-produttività u tat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa naqsu relattivament f’dawn l-aħħar erba’ snin. Barra minn hekk, is-sehem tagħha fil-produzzjoni tal-għarfien globali u t-tmexxija tagħha fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni meta mqabbla ma’ ekonomiji emerġenti ewlenin bħall-Brażil u ċ-Ċina qed imorru lura rapidament. Għalkemm l-Ewropa għandha bażi ta’ riċerka tajba, trid iddawwar din il-bażi f’assi b’saħħitha biex twassal prodotti u servizzi innovattivi. Filwaqt li huwa magħruf li l-Ewropa għandha bżonn tinvesti iżjed fix-xjenza u l-innovazzjoni, hija għandha wkoll tikkoordina dawn l-investimenti b’mod ħafna aktar intelliġenti milli għamlet fl-imgħoddi: aktar minn 95 % tal-baġits nazzjonali tar-R&Ż jintefqu mingħajr ebda koordinazzjoni madwar l-Unjoni, u dan jikkostitwixxi ħela formidabbli potenzjali ta’ riżorsi fi żmien li fih l-possibbiltajiet ta’ ffinanzjar qegħdin jonqsu. Barra minn hekk, il-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri minkejja li kien hemm xi ftit ta’ konverġenza reċentement, jibqgħu differenti ħafna, b’lakuni kbar bejn ‘il-mexxejja tal-innovazzjoni’ u l-‘innovaturi modesti’.

Ir-rati tal-produttività u tat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa naqsu relattivament f’dawn l-aħħar erba’ snin. Barra minn hekk, is-sehem tagħha fil-produzzjoni tal-għarfien globali u t-tmexxija tagħha fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni meta mqabbla ma’ ekonomiji emerġenti ewlenin bħall-Brażil u ċ-Ċina qed imorru lura rapidament. Għalkemm l-Ewropa għandha bażi ta’ riċerka tajba, trid iddawwar din il-bażi f’assi b’saħħitha biex twassal prodotti u servizzi innovattivi. Filwaqt li huwa magħruf li l-Ewropa għandha bżonn tinvesti iżjed fix-xjenza u l-innovazzjoni, hija għandha wkoll tikkoordina dawn l-investimenti b’mod ħafna aktar intelliġenti milli għamlet fl-imgħoddi: aktar minn 95 % tal-baġits nazzjonali tar-R&Ż jintefqu mingħajr koordinazzjoni speċifika madwar l-Unjoni, u dan jirrappreżenta ineffiċjenzi sinifikanti fi żmien li fih l-possibbiltajiet ta’ ffinanzjar qegħdin jonqsu.

Fit-tielet lok, ħafna forom ta’ insigurtà, kemm jekk kriminalità, vjolenza, terroriżmu, attakki ċibernetiċi, abbużi tal-privatezza, u forom oħra ta’ disturbi soċjali u ekonomiċi jaffettwaw dejjem aktar liċ-ċittadini. Skont l-istimi, probabbilment ikun hemm sa 75 miljun vittma diretta tal-kriminalità kull sena fl-Ewropa. L-ispiża diretta tal-kriminalità, it-terroriżmu, l-attivitajiet illegali, il-vjolenza u d-diżastri fl-Ewropa ġiet stmata għal mill-inqas EUR 650 biljun (madwar 5 % tal-PDG tal-Unjoni) fl-2010. Eżempju ċar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu huwa l-attakk kontra t-Twin Towers f’Manhattan fil-11 ta’ Settembru 2001. Mietu eluf ta’ nies u huwa stmat li dan l-avveniment ikkawża telf fil-produttività tal-USA li jammonta għal US$ 35 biljun, US$ 47 biljun fl-output totali u żieda fil-qgħad ta’ kważi 1 % fit-tliet xhur ta’ wara. Iċ-ċittadini, l-impriżi u l-istituzzjonijiet huma dejjem aktar involuti f’interazzjonijiet diġitali u transazzjonijiet f’oqsma soċjali, finanzjarji u kummerċjali tal-ħajja iżda l-iżvilupp tal-Internet wassal ukoll għal ċiberkriminalità li tiswa biljuni ta’ Euro kull sena u ksur tal-privatezza li taffettwa lil individwi jew assoċjazzjonijiet madwar il-kontinent. L-iżvilupp tal-insikurezza fil-ħajja ta’ kuljum u minħabba sitwazzjonijiet mhux mistennija x’aktarx jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini mhux biss fl-istituzzjonijiet iżda wkoll f’xulxin.

Dawn l-isfidi għandhom jiġu ttrattati flimkien u b’modi innovattivi peress li jinteraġixxu b’modi kumplessi u ħafna drabi mhux mistennija. L-innovazzjoni tista’ twassal biex tiddgħajjef l-inklużività, kif jidher, pereżempju, fil-fenomeni tal-qasma diġitali jew is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol. Kultant huwa diffiċli li l-innovazzjoni soċjali, il-fiduċja u s-sigurtà tas-soċjetà jiġu rrikonċiljati fil-politiki, pereżempju f’żoni soċjalment żvantaġġjati fi bliet kbar fl-Ewropa. Minbarra dan, l-innovazzjoni flimkien mad-domandi li jevolvu taċ-ċittadini jwasslu wkoll lil dawk li jfasslu l-politika u lill-atturi ekonomiċi u soċjali biex isibu risposti ġodda li jinjoraw il-konfini stabbiliti bejn is-setturi, l-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi. Fenomeni bħat-tkabbir tal-Internet, tas-sistemi finanzjarji, il-maturazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà ekoloġiċi juru b’mod abbundanti kemm huwa meħtieġ li wieħed jaħseb dwar dawn il-kwistjonijiet u jwieġeb għalihom tul id-dimensjonijiet tagħhom ta’ inklużività, innovazzjoni u sigurtà fl-istess ħin.

Dawn l-isfidi għandhom jiġu ttrattati flimkien u b’modi innovattivi peress li jinteraġixxu b’modi kumplessi u ħafna drabi mhux mistennija. L-innovazzjoni tista’ twassal biex tiddgħajjef l-inklużività, kif jidher, pereżempju, fil-fenomeni tad-distakk diġitali jew is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol. Kultant huwa diffiċli li l-innovazzjoni soċjali u l-fiduċja soċjali jiġu rrikonċiljati fil-politiki, pereżempju f’żoni soċjalment żvantaġġjati fi bliet kbar fl-Ewropa. Minbarra dan, l-innovazzjoni flimkien mad-domandi li jevolvu taċ-ċittadini jwasslu wkoll lil dawk li jfasslu l-politika u lill-atturi ekonomiċi u soċjali biex isibu risposti ġodda li jinjoraw il-konfini stabbiliti bejn is-setturi, l-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi. Fenomeni bħat-tkabbir tal-Internet, tas-sistemi finanzjarji, tat-tixjiħ tal-ekonomija u tas-soċjetà ekoloġika juru b’mod abbundanti kif huwa meħtieġ li wieħed jaħseb dwar dawn il-kwistjonijiet u jwieġeb għalihom tul id-dimensjonijiet tagħhom ta’ inklużività u innovazzjoni fl-istess ħin.

Il-kumplessità integrata ta’ dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali li tiġi żviluppata riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta’ innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li se jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f’dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta’ forom ta’ suċċess ta’ solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta’ soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja. Dan jirrikjedi approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma’ politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta’ din l-isfida.

Il-kumplessità integrata ta’ dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali li tiġi żviluppata riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta’ innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li jaslu li jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f’dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta’ forom ta’ suċċess ta’ solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta’ soċjetajiet inklużivi u innovattivi meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja. Kemm ir-riċerka mmexxija mill-għanijiet kif ukoll ir-riċerka minn isfel għal fuq huma meħtieġa biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati b'mod effettiv. Finalment, jinħtieġ approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

6.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

6.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Dawn l-isfidi jinjoraw il-fruntieri nazzjonali u għalhekk jeħtieġu li ssir analiżi kumparattiva aktar kumplessa tal-mobbiltà (tal-persuni, prodotti, servizzi u kapital iżda wkoll tal-kompetenzi u għarfien) u forom ta’ kooperazzjoni istituzzjonali, interazzjonijiet interkulturali u kooperazzjoni internazzjonali. Jekk ma jiġux mifhuma u antiċipati aħjar, il-forzi tal-globalizzazzjoni jimbuttaw ukoll lill-pajjiżi Ewropej biex jikkompetu pjuttost milli jikkooperaw ma’ xulxin, biex b’hekk jiġu aċċentwati d-differenzi fl-Ewropa minflok l-affarijiet komuni u bilanċ tajjeb bejn il-kooperazzjoni u l-kompetizzjoni. L-indirizzar ta’ dawn l-isfidi soċjoekonomiċi kritiċi fil-livell nazzjonali biss iġorr miegħu l-periklu ta’ użu ineffiċjenti tar-riżorsi, l-esternalizzazzjoni tal-problemi lejn pajjiżi Ewropej u mhux Ewropej oħrajn u l-aċċentwazzjoni ta’ tensjonijiet soċjali, ekonomiċi u tal-politika li jistgħu jaffettwaw direttament l-għanijiet tat-Trattat Ewropew fir-rigward tal-valuri tiegħu, b’mod partikolari t-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Dawn l-isfidi jinjoraw il-fruntieri nazzjonali u għalhekk jeħtieġu li jsiru analiżijiet kumparattivi aktar kumplessi fis-soċjetajiet Ewropej kollha. Ir-rabtiet tagħhom mal-politiċi pubbliċi nazzjonali u Ewropej fil-kuntest tal-globalizzazzjoni, mhux biss jeħtieġu t-twaqqif ta’ aġendi tar-riċerka rikonoxxuti b’mod reċiproku iżda wkoll il-ħolqien ta' bażi ta' għarfien Ewropew komuni u aktar densa li fuqha l-politiki nazzjonali u Ewropej jistgħu jkunu mifhuma u evalwati aħjar.

Sabiex tibni soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri, l-Ewropa teħtieġ tweġiba li timplika l-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ għażliet tal-politika. Dan se jgħin lill-Ewropa tindirizza l-isfidi tagħha mhux biss internament iżda wkoll bħala attur globali fix-xena internazzjonali. Dan, imbagħad, se jgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw minn esperjenzi fi bnadi oħra u jippermettilhom jiddefinixxu aħjar l-azzjonijiet speċifiċi tagħhom stess li jikkorrispondu mal-kuntesti rispettivi tagħhom.

Sabiex tibni soċjetajiet inklużivi, innovattivi u li jirriflettu, l-Ewropa teħtieġ tweġiba li timplika l-iżvilupp ta' għarfien u teknoloġiji ġodda kif ukoll l-identifikazzjoni ta' għażliet tal-politika. Dan se jgħin lill-Ewropa tindirizza l-isfidi tagħha mhux biss internament iżda wkoll bħala attur globali fix-xena internazzjonali. Dan, imbagħad, se jgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw minn esperjenzi fi bnadi oħra u jippermettilhom jiddefinixxu aħjar l-azzjonijiet speċifiċi tagħhom stess li jikkorrispondu mal-kuntesti rispettivi tagħhom.

It-trawwim ta’ modi ġodda ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fl-Unjoni u madwar id-dinja, kif ukoll bejn komunitajiet rilevanti ta’ riċerka u innovazzjoni, għalhekk se jkun kompitu ċentrali skont din l-isfida. L-involviment taċ-ċittadini u l-industrija, l-appoġġ ta’ proċessi soċjali u teknoloġiji tal-innovazzjoni, l-inkoraġġiment ta’ amministrazzjoni pubblika intelliġenti u parteċipatorja, kif ukoll il-promozzjoni ta’ tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza se jiġu segwiti sistematikament sabiex tissaħħaħ ir-rilevanza ta’ dawn l-attivitajiet kollha għal dawk li jfasslu l-politika, l-atturi soċjali u ekonomiċi u ċ-ċittadini. F’dan ir-rigward, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu prekundizzjoni għall-kompetittività tal-industriji u s-servizzi Ewropej, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, l-iżvilupp diġitali u l-protezzjoni tal-privatezza

L-inkoraġġiment ta' amministrazzjoni pubblika intelliġenti u parteċipatorja, kif ukoll il-promozzjoni ta' tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza se jiġu segwiti sistematikament sabiex tissaħħaħ ir-rilevanza ta' dawn l-attivitajiet kollha għal dawk li jfasslu l-politika, l-atturi soċjali u ekonomiċi u ċ-ċittadini. F’dan ir-rigward, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu prekundizzjoni għall-kompetittività tal-industriji u s-servizzi Ewropej.

Il-fondi tal-Unjoni f’din l-isfida għalhekk se jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni, inklużi l-politiki dwar il-prevenzjoni u r-rispons għad-diżastri. Se tiġi segwita koordinazzjoni mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

Il-fondi tal-Unjoni f’din l-isfida għalhekk se jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Huma se jinteraġixxu mal-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt filwaqt li se tiġi segwita koordinazzjoni mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

6.3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

6.3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

6.3.1. Soċjetajiet inklużivi

6.3.1. Soċjetajiet inklużivi

Il-mira hija li jiżdiedu s-solidarjetà kif ukoll l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika u d-dinamiżmu pożittiv interkulturali fl-Ewropa u ma’ imsieħba internazzjonali, permezz ta’ xjenza mill-aktar avvanzata u interdixxiplinarjetà, avvanzi teknoloġiċi u innovazzjonijiet organizzazzjonali. Hawnhekk ir-riċerka fl-istudji umanistiċi jista’ jkollha rwol importanti. Ir-riċerka għandha tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fit-tfassil ta’ politiki li jiġġieldu l-faqar u ma jippermettux l-iżvilupp ta’ diversi forom ta’ diviżjonijiet, diskriminazzjonijiet u inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej, bħall-inugwaljanzi bejn is-sessi jew il-diviżżjonijiet tas-settur diġitali jew tal-innovazzjoni, u ma’ reġjuni oħra fid-dinja. B’mod partikolari, dan għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-adattament tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza fir-reġjuni anqas żviluppati, biex b’hekk tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020.

Il-mira hija li jkunu mifhuma aktar il-bidliet soċjetali fl-Ewropa, l-impatt tagħhom fuq il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni ekonomika u politika u l-konsegwenzi ewlenin għall-benesseri u l-kwalità tal-ħajja tal-individwi, familji u soċjetajiet. L-isfidi prinċipali li għandhom jiġu trattati se jindirizzaw il-mudelli Ewropej għal-koeżjoni soċjali u l-benesseri u l-ħtieġa għal bażi tal-għarfien konsiderevoli fl-oqsma tal-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali, il-bidla demografika u s-soċjetà li qed tixjiħ, il-kors tal-ħajja u t-tranżizzjonijiet tal-familja, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħajja, il-migrazzjoni u l-mobbiltà, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, il-multilingwiżmu, il-politki soċjali u d-dinamiki tal-amministrazzjoni, waqt li titqies ukoll id-diversità ekonomika u soċjali Ewropea. Hawnhekk ir-riċerka fix-xjenzi soċjali u fl-istudji umanistiċi jista’ jkollhom irwol importanti. Ir-riċerka għandha tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fit-tfassil ta’ politiki, fil-ġlieda kontra l-faqar, il-kunflitti, l-esklużjoni politika u soċjali u ma jippermettux l-iżvilupp ta’ diversi forom ta’ diviżjonijiet, diskriminazzjonijiet u inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej, bħad-diviżjonijiet bejn is-sessi jew id-distakk tas-settur diġitali jew tal-innovazzjoni, u ma’ reġjuni oħra fid-dinja. B'mod partikolari għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-adattament tal-istrateġija Ewropa 2020. Huwa wkoll essenzjali li jiġu mifhuma u esplorati, kif ukoll li jiġi promoss l-aċċess u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali enormi Ewropew bħala mezz biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jinġiebu aktar viċin flimkien u biex tissaħħaħ il-koeżjoni tas-soċjetà Ewropea.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

(a) jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(a) jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(b) jinbnew soċjetajiet robusti u inklużivi fl-Ewropa;

(b) jinbnew soċjetajiet robusti u inklużivi fl-Ewropa;

(ba) jiġu indirizzati l-mudelli Ewropej għall-koeżjoni soċjali u l-benessri;

(c) jissaħħaħ ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali;

(c) jissaħħaħ ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali;

(d) jiġi eliminat id-divarju fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa.

6.3.2. Soċjetajiet innovattivi

6.3.2. Soċjetajiet innovattivi u li jirriflettu

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ għar-riċerka relatata mal-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni, inkluż fehim aħjar tar-restrizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-soċjetà u r-rwol tagħhom fil-proċess tal-innovazzjoni.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

(a) jissaħħu l-bażi ta’ evidenza u l-appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-ŻER.

(a) jissaħħu l-bażi ta’ evidenza u l-appoġġ għall-Unjoni tal-Innovazzjoni u ż-ŻER.

(b) jiġu esplorati forom ġodda ta’ innovazzjoni, inklużi l-innovazzjoni soċjali u l-kreattività;

(b) jiġu esplorati u mifhuma forom ġodda ta’ innovazzjoni, inklużi l-innovazzjoni soċjali u l-kreattività;

(ba) jiġu esplorati proċessi li jipprovdu sfond favorevoli għall-kreattività u l-innovazzjoni;

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(d) tiġi promossa kooperazzjoni koerenti u effettiva ma’ pajjiżi terzi.

(d) jiġi mifhum kif il-kooperazzjoni koerenti u effettiva fir-riċerka u fit-taħriġ avvanzat ma’ pajjiżi terzi trawwem l-innovazzjoni.

(da) jiġu promossi l-wirt kulturali u l-identità Ewropea

6.3.3. Soċjetajiet siguri

Il-mira hija li jiġu appoġġati politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna u li tiġi żgurata ċibersigurtà, fiduċja u privatezza fis-Suq Uniku Diġitali, filwaqt li fl-istess ħin titjib il-kompetittività tas-sigurtà tal-Unjoni, l-ICT u l-industriji tas-servizzi. Dan se jsir billi jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw nuqqasijiet fis-sigurtà u jwasslu għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà. Dawn l-azzjonijiet orjentati lejn missjoni se jintegraw it-talbiet ta’ utenti aħħarin differenti (ċittadini, negozji, u amministrazzjonijiet, inklużi awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali, protezzjonijiet ċivili, infurzar tal-liġi, gwardjani tal-fruntieri, eċċ.) sabiex titqis l-evoluzzjoni tat-theddid għas-sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u l-aspetti tas-soċjetà meħtieġa.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

(a) jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-terroriżmu

(b) tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ ġestjoni tal-fruntieri;

(c) jipprovdu ċ-ċibersigurtà

(d) tiżdied r-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet ud-diżastri;

(e) jiżguraw il-privatezza u l-libertà fuq l-Internet u jtejbu d-dimensjoni tas-soċjetà tas-sigurtà.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – Punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Soċjetajiet sikuri - Il-ħarsien tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

6a.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li titħares il-libertà u li titrawwem is-sigurtà fl-Ewropa u fil-kuntest tal-interdipendenzi globali u s-sofistikazzjoni tat-theddidiet, filwaqt li tissaħħaħ il-kultura Ewropea tal-libertà u l-ġustizzja u r-rispett tagħha.

L-Ewropa qatt ma kienet daqshekk ikkonsolidata b’mod paċifiku u l-livelli tas-sigurtà li jgawdu minnhom iċ-ċittadini Ewropej huma konsiderabbilment għoljin meta mqabbla ma’ partijiet oħra tad-dinja. Madankollu, il-vulnerabbiltà tal-Ewropa tibqa’ teżisti fil-kuntest tal-globalizzazzjoni li qegħda dejjem tiżdied, li fiha s-soċjetajiet qed jaffaċċjaw theddid u sfidi tas-sigurtà li qed jikbru fid-daqs u fis-sofistikazzjoni.

It-theddida tal-agressjonijiet militari fuq skala kbira għaddiet u t-tħassib tas-sigurtà issa qiegħed iffukat fuq theddidiet multidimensjonali, interrelatati u trasnazzjonali. Konsegwentament, il-kunċett tas-sigurtà ġie mwessa’ minn definizzjoni militari biex issa jinkludi aspetti oħra bħad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni ambjentali, l-istabbilità politika u d-demokrazija, il-kwistjonijiet soċjali, l-identità kulturali u reliġjuża jew l-immigrazzjoni. F’dan il-kuntest, l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà huma marbuta b’mod inseparabbli. It-theddidiet kurrenti għas-sigurtà u l-libertà huma numerużi, kumplessi u fluwidi u jinkludu t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, l-attakki ċibernetiċi, il-piraterija, l-instabbiltà reġjonali jew id-diżastri naturali u magħmula mill-bniedem, il-vjolenza, l-abbużi tal-privatezza u forom oħrajn ta' diżordnijiet soċjali u ekonomiċi. Dawn it-theddidiet jolqtu liċ-ċittadini u għandhom impatt fuq l-idea tal-fiduċja, assistenza u komunikazzjoni kif ukoll impatt ekonomiku u soċjali, u għaldaqstant jirrikjedu varjetà korrispondenti ta' azzjonijiet preventivi u li jikkuntrastawhom.

Il-prezz dirett tal-kriminalità, it-terroriżmu, l-attivitajiet illegali, il-vjolenza u d-diżastri fl-Ewropa ġie stmat għal tal-anqas EUR 650 biljun (madwar 5 % tal-PDG tal-Unjoni) fl-2010. It-terroriżmu wera l-konsegwenzi fatali tiegħu f’diversi partijiet fl-Ewropa, u sewa eluf ta’ ħajjiet, u telf ekonomiku importanti.

Iċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet dejjem qed ikunu iktar involuti fl-interazzjonijiet diġitali u tranżazzjonijiet fl-oqsma soċjali, finanzjarji u kummerċjali tal-ħajja iżda l-iżvilupp tal-Internet wassal ukoll għal reati ċibernetiċi li jiswew biljuni ta’ Euro kull sena u ksur tal-privatezza tal-individwi jew tal-assoċċjazzjonijiet madwar il-kontinent.

L-attakki ċibernetiċi ħallew ukoll impatt serju fuq l-infrastrutturi kritiċi. Iż-żieda fl-insikurezza fil-ħajja ta’ kuljum u minħabba sitwazzjonijiet mhux mistennija x’aktarx taffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini mhux biss fl-istituzzjonijiet iżda wkoll f’xulxin.

Bil-għan li dan it-theddid ikun antiċipat, evitat u ġestit, jeħtieġ li l-għeruq tal-kawżi tal-insikurezza jiġu mifhuma u indirizzati, u li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji, soluzzjonijiet, għodod ta' tbassir u għarfien innovattivi, tiġi stimolata il-kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti, jinstabu soluzzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività tal-industriji Ewropej tas-sigurtà u tas-servizzi, kif ukoll jiġu evitati u miġġielda l-vjolazzjonijiet tal-ħajja privata u tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-Internet u fi bnadi oħra, filwaqt li fl-istess ħin jiġu garantiti d-drittijiet u l-libertajiet individwali taċ-ċittadini Ewropej.

Biex tkompli titjieb il-kollaborazzjoni transkonfinali bejn diversi tipi ta' servizzi ta' emerġenza għandha tingħata attenzjoni lill-interoperabbiltà u lill-istandardizzazzjoni.

Fl-aħħar nett, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma’ politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjetali tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta’ din l-isfida.

Ir-rispett tal-valuri fundamentali huwa element kostituttiv ta' kull riċerka u politika effikaċi fil-qasam tas-sigurtà. It-tfittxija u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet tas-sigurtà jimplikaw ir-rispett tal-valuri bħal-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt. Dan irid ikun fil-bażi ta’ kwalunkwe attività li jkollha l-ħsieb li tipprovdi sigurtà liċ-ċittadini Ewropej.

6a.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-ebda Stat Membru wieħed ma jista’ jirrispondi għat-theddid waħdu minħabba li l-biċċa l-kbira tal-isfidi tas-sigurtà huma transkonfinali u transsettorjali u, konsegwentament, jeħtieġu analiżijiet kumplessi u komparattivi wiesgħa u forom rinfurzati ta’ kooperazzjoni istituzzjonali u internazzjonali.

Sabiex jiġu protetti l-libertà u s-sigurtà, l-Unjoni teħtieġ risponsi effettivi li jużaw sett komprensiv u innovattiv ta’ strumenti tas-sigurtà. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jista' jkollhom rwol ta’ appoġġ ċar bħala faċilitatur tal-forza għalkemm waħedhom ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurtà. L-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jimmiraw biex jifhmu, jipprevjenu, jiskoraġġixxu, iħejju u jipproteġu kontra t-theddid tas-sigurtà. Barra minn hekk, is-sigurtà tippreżenta sfidi fundamentali li ma jistgħux jiġu solvuti bi trattament indipendenti u speċifiku għas-settur, iżda jeħtieġu approċċi iktar ambizzjużi, koordinati u olistiċi.

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali hija parti minn din l-isfida.

Il-fondi tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni f'din l-isfida għalhekk se jsostnu l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti u inklużiv, il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni. Se jiġi segwit koordinament mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

6a.3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

Il-mira hija li jiġu appoġġati politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna u li jiġu żgurati s-sigurtà ċibernetika, il-fiduċja u l-privatezza fis-Suq Uniku Diġitali, filwaqt li fl-istess ħin titjieb il-kompetittività tas-sigurtà tal-Unjoni, l-ICT u l-industriji tas-servizzi. L-attivitajiet ser jinkludu fokus fuq il-fehim tal-kawżi tal-insikurezza u l-kunflitt, u r-riċerka u l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' soluzzjonijiet innovattivi, permezz tal-ħidma fuq kunċetti u disinni oriġinali, u standards interoperabbli. Dan se jseħħ billi jiġu żviluppati politiki, teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-lakuni fis-sigurtà u jwasslu għall-prevenzjoni tat-theddidiet għas-sigurtà. Dawn l-attivitajiet orjentati lejn il-missjonijiet se jintegraw l-esiġenzi ta' utenti aħħarin differenti (iċ-ċittadini, in-negozji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet, inklużi l-istituzzjonijiet u l-aġenziji nazzjonali u tas-settur pubbliku) sabiex titqies l-evoluzzjoni tat-theddid u tal-isfidi għas-sigurtà, il-protezzjoni tal-privatezza mill-bidu nett, u l-aspetti soċjetali meħtieġa.

Għaldaqstant, ir-riċerka relatata ma' din l-isfida se tkun immirata biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, tħejji u tipproteġi kontra t-theddid tas-sigurtà, u ssostni l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni, inklużi l-politiki fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u ta' risposta għalihom.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

(a) jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-terroriżmu

(b) jipproteġu u jtejbu r-reżiljenza ta’ infrastrutturi kritiċi;

(c) isaħħu s-sigurtà permezz ta’ ġestjoni ta’ fruntieri u sigurtà marittima;

(d) jipprovdu ċ-ċibersigurtà

(e) iżidu r-reżiljenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri;

(f) isaħħu d-dimensjoni soċjali tas-sigurtà u jiżguraw privatezza u libertà fuq l-Internet;

(g) jappoġġaw il-politiki tas-sigurtà interna u esterna tal-Unjoni;

(h) isaħħu s-sigurtà u t-trasformazzjoni tal-kunflitti f’pajjiżi terzi permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi, id-djalogu, il-medjazzjoni u r-rikonċiljazzjoni u r-riforma fis-settur tas-sigurtà ċivili;

(i) isaħħu l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà;

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness I - Parti IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Objettiv speċifiku

1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku, xprunat mill-klijenti għall-politiki tal-Unjoni filwaqt li jwieġeb b’mod flessibbli għad-domandi ġodda tal-politika.

L-objettiv speċifiku huwa li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku, xprunat mill-klijenti għall-politiki tal-Unjoni filwaqt li jwieġeb b’mod flessibbli għad-domandi ġodda tal-politika.

2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

L-Unjoni ddefiniet aġenda politika ambizzjuża għall-2020 li tindirizza sett ta’ sfidi kumplessi u interkonnessi, bħall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-kompetittività. Sabiex dawn l-isfidi jiġu indirizzati b’suċċess, tinħtieġ evidenza xjentifika qawwija li tkun tapplika għal dixxiplini differenti u li tippermetti valutazzjoni tajba tal-għażliet tal-politika. Il-JRC, filwaqt li jsaħħaħ ulterjorment ir-rwol tiegħu bħala s-servizz xjentifiku għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, se jipprovdi l-appoġġ xjentifiku u tekniku meħtieġ fl-istadji kollu taċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika, mill-idea sal-implimentazzjoni u l-valutazzjoni. Għal dan l-għan, huwa se jiffoka r-riċerka tiegħu b’mod ċar fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni filwaqt li jtejjeb il-kompetenzi trasversali. L-indipendenza tal-JRC minn interessi speċjali, sew jekk privati jew nazzjonali, flimkien mar-rwol ta’ referenza xjentifiku u tekniku tiegħu, jippermettulu li jagħmilha aktar faċli li jintlaħaq il-kunsens meħtieġ bejn il-partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika. Il-benefiċċju tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni mir-riċerka tal-JRC jidher l-aktar fl-oqsma bħas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, is-sikurezza u s-sigurtà, u l-ġestjoni tal-kriżijiet u d-diżastri.

L-Unjoni ddefiniet aġenda politika ambizzjuża għall-2020 li tindirizza sett ta’ sfidi kumplessi u interkonnessi, bħall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-kompetittività. Sabiex dawn l-isfidi jiġu indirizzati b’suċċess, tinħtieġ evidenza xjentifika qawwija li tkun tapplika għal dixxiplini differenti u li tippermetti valutazzjoni tajba tal-għażliet tal-politika. Il-JRC, filwaqt li jsaħħaħ ulterjorment ir-rwol tiegħu bħala s-servizz xjentifiku għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, se jipprovdi l-appoġġ xjentifiku u tekniku meħtieġ fl-istadji kollu taċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika, mill-idea sal-implimentazzjoni u l-valutazzjoni. Għal dan l-għan, huwa se jiffoka r-riċerka tiegħu b’mod ċar fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni filwaqt li jtejjeb il-kompetenzi trasversali. L-indipendenza tal-JRC minn interessi speċjali, sew jekk privati jew nazzjonali, flimkien mar-rwol ta’ referenza xjentifiku u tekniku tiegħu, jippermettulu li jagħmilha aktar faċli li jintlaħaq il-kunsens meħtieġ bejn il-partijiet interessati u dawk li jfasslu l-politika. L-Istati Membri u r-reġjuni se jibbenefikaw mill-appoġġ tal-JRC għall-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tagħhom u mir-riċerka tiegħu, li jidher l-aktar fl-oqsma bħas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent, is-sikurezza u s-sigurtà, u l-ġestjoni tal-kriżijiet u d-diżastri. Iċ-ċittadini tal-Unjoni se jkunu wkoll benefiċjarji ta’ dik ir-riċerka.

Il-JRC huwa parti integrali mill-ERA u se jkompli jappoġġa b’mod attiv il-funzjonament tagħha permezz ta’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-pari u l-partijiet interessati, filwaqt li jiftaħ l-aċċess għall-faċilitajiet tagħha u jipprovdi taħriġ lir-riċerkaturi. Dan se jippromwovi wkoll l-integrazzjoni tal-Istati Membri ġodda u l-Pajjiżi Assoċjati; għal dawn, il-JRC se jkompli jipprovdi korsijiet ta’ taħriġ speċifiku fuq bażi xjentifika u teknika tal-korp ta’ liġi tal-Unjoni. Il-JRC se jistabbilixxi rabtiet ta’ koordinazzjoni ma’ objettivi speċifiċi oħrajn tal-Orrizont 2020. Bħala azzjoni kumplimentari għall-azzjonijiet diretti tiegħu u għall-fini ta’ integrazzjoni u netwerking ulterjuri fiż-ŻER, il-JRC jista’ wkoll jipparteċipa fl-azzjonijiet indiretti u fl-istrumenti ta’ koordinazzjoni tal-Orizzont 2020 f’oqsma fejn għandu kompetenzi rilevanti biex jagħti valur miżjud.

3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

L-attivitajiet tal-JRC fl-Orizzont 2020 se jiffukaw fuq il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni u l-isfidi tas-soċjetà indirizzati minnhom; huma jiġu allinjati mal-Ewropa 2020 u mal-objettivi ewlenin tagħha ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza u l-Ewropa Globali.

L-oqsma ewlenin ta’ kompetenza tal-JRC se jkunu l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-agrikoltura u s-sikurezza fl-ikel, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, materjal ta’ referenza u s-saħħa u s-sigurtà (inklużi dawk nukleari fil-programm Euratom).

L-oqsma ewlenin ta’ kompetenza tal-JRC se jkunu l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-agrikoltura u s-sikurezza fl-ikel, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, materjal ta’ referenza u s-saħħa u s-sigurtà (inklużi dawk nukleari fil-programm Euratom). L-attivitajiet tal-JRC f'dawn l-oqsma se jitwettqu b'kont meħud tal-inizjattivi rilevanti fil-livell tar-reġjuni, tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, fil-perspettiva tat-tiswir taż-ŻER.

Dawn l-oqsma ta’ kompetenza se jittejbu b’mod sinifikanti b’kapaċitajiet li jindirizzaw iċ-ċiklu politiku kollu u li jevalwaw l-għażliet tal-politika. Dan jinkludi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi

Dawn l-oqsma ta’ kompetenza se jittejbu b’mod sinifikanti b’kapaċitajiet li jindirizzaw iċ-ċiklu politiku kollu u li jevalwaw l-għażliet tal-politika. Dan jinkludi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-rigward ta'

(a) antiċipazzjoni u tbassir - intelligence strateġika proattiva fir-rigward ta’ tendenzi u avvenimenti fix-xjenza, it-teknoloġija u fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet li jista’ jkollhom għall-politika pubblika.

(a) l-antiċipazzjoni u tbassir - intelligence strateġika proattiva fir-rigward ta’ tendenzi u avvenimenti fix-xjenza, it-teknoloġija u fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet li jista’ jkollhom għall-politika pubblika.

(b) ekonomiji – għal servizz integrat li jkopri kemm l-aspett xjentifiku u tekniku u l-aspetti makroekonomiċi.

(b) l-ekonomija – għal servizz integrat li jkopri kemm l-aspett xjentifiku u tekniku u l-aspetti makroekonomiċi.

(c) immudellar – iffukar fuq is-sostenibbiltà u l-ekonomija u li l-fatt li l-Kummissjoni ssir tiddependi inqas minn fornituri esterni għall-analiżi vitali tax-xenarju.

(c) l-immudellar – l-iffukar fuq is-sostenibbiltà u l-ekonomija u li l-fatt li l-Kummissjoni ssir tiddependi inqas minn fornituri esterni għall-analiżi vitali tax-xenarju.

(d) analiżi tal-politika – biex tkun tista’ ssir investigazzjoni transettorjali tal-għażliet tal-politika.

(d) l-analiżi tal-politika – biex tkun tista’ ssir investigazzjoni transettorjali tal-għażliet tal-politika.

(e) valutazzjoni tal-impatt – tiġi pprovduta evidenza xjentifika bħala appoġġ għall-għażliet tal-politika.

(e) il-valutazzjoni tal-impatt – tiġi pprovduta evidenza xjentifika bħala appoġġ għall-għażliet tal-politika.

Il-JRC għandu jkompli jfittex l-eċċellenza fir-riċerka bħala bażi għall-appoġġ xjentifiku u tekniku għall-politika li jkun kredibbli u b’saħħtu. Għal dan l-għan, huwa se jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-imsieħba Ewropej u dawk internazzjonali, fost l-oħrajn, billi jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti. Dan se jagħmel ukoll riċerka esploratorja u jibni kompetenzi fl-oqsma emrġenti rilevanti għall-politika fuq bażi selettiva.

Il-JRC għandu jiffoka fuq:

Il-JRC għandu jiffoka fuq:

3.1Xjenza eċċellenti

3.1 Xjenza eċċellenti

Dan se jwettaq riċerka biex itejjeb il-bażi tal-evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika u se jeżamina oqsma emerġenti tax-xjenza u t-teknoloġija, inkluż permezz tal-programm ta’ riċerka esploratorja.

3.2 Tmexxija industrijali

3.2 Tmexxija industrijali

Kontribuzzjoni għall-kompetittività Ewropea permezz ta’ appoġġ għall-proċess ta’ standardizzazzjoni u standards b’riċerka prenormattiva, żvilupp ta’ materjali u kejl ta’ referenza, u armonizzazzjoni tal-metodoloġiji f’ħames oqsma fokali (l-enerġija; it-trasport; l-Aġenda Diġitali; is-sigurtà u s-sikurezza; il-protezzjoni tal-konsumatur). Se jwettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza ta’ teknoloġiji ġodda f’oqsma bħall-enerġija, it-trasport, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur. Se jikkontribwixxi biex jiġu ffaċilitati l-użu, l-istandardizzazzjoni u l-validità ta’ teknoloġiji u dejta spazjali, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà.

3.3 Sfidi tas-soċjetà

3.3 Sfidi tas-soċjetà

(a) Saħħa, Bidla Demografika u Benesseri

(a) Saħħa, Bidla Demografika u Benesseri

Se jikkontribwixxi għas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ appoġġ xjentifiku u teknoloġiku f’oqsma bħall-ikel, l-għalf, il-prodotti għall-konsumaturi; l-ambjent u s-saħħa; il-prattiki tad-dijanjożi u l-iskrinjar relatati mas-saħħa; u n-nutrizzjoni u d-dieti.

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

(b) Il-kwalità, is-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi;

Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki Ewropej tal-agrikoltura u tas-sajd, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp ta’ bijoekonomija, pereżempju permezz ta’ tbassir dwar il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-analiżi teknika u dik soċjoekonomika u l-immudellar.

Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki Ewropej tal-agrikoltura u tas-sajd, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp ta’ bijoekonomija, pereżempju permezz ta’ tbassir dwar il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-analiżi teknika u dik soċjoekonomika u l-immudellar, u l-promozzjoni ta' ibħra fi stat tajjeb u produttivi.

(c) Secure, clean and efficient energy

(c) Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

Appoġġ għall-miri tal-klima u l-enerġija 20/20/20 b’riċerka dwar l-aspetti teknoloġiċi u ekonomiċi tal-provvista tal-enerġija, l-effiċjenza, it-teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u b’netwerks ta’ trażmissjoni tal-enerġija/elettriku.

(d) Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

(d) Trasport u mobilità intelliġenti, ekoloġiċi u integrati

Appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli, sikura u sigura ta’ persuna u oġġetti bi studji laboratorji, b’approċċi ta’ mmudellar u monitoraġġ inklużi teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju għat-trasport, bħall-elettrifikazzjoni, il-vetturi nodfa u effiċjenti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-fjuwils alternattivi, u sistemi tal-mobbiltà intelliġenti.

(e) Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

(e) Azzjoni klimatika, ambjent, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-użu sostenibbli ta’ materja prima;

Investigazzjoni tal-isfidi transsettorjali tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali permezz tal-monitoraġġ tal-varjabbli ambjentali ewlenin u l-iżvilupp ta’ qafas integrat ta’ mmudellar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà.

Appoġġ għall-effiċjenza fir-riżorsi, it-tnaqqis fl-emissjonijiet u provvistà sostenibbli ta’ materja prima permezz ta’ valutazzjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi integrati ta’ proċessi ta’ produzzjoni, teknoloġiji, prodotti u servizzi nodfa.

Appoġġ għall-miri tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni bir-riċerka sabiex jgħin biex jiġu żgurati provvisti xierqa ta’ riżorsi essenzjali filwaqt li jiffoka fuq il-monitoraġġ tal-parametri ambjentali u tar-riżorsi, is-sikurezza tal-ikel u analiżi relatata mas-sigurtà, u t-trasferiment tal-għarfien.

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

(f) Nifhmu l-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetà inklużiva, innovattiva u li tirrifletti

Se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni u b’analiżi makroekonomika tal-katalizzaturi u l-ostakli tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, tabelli ta’ valutazzjoni u ta’ indikaturi.

Se jappoġġa ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) billi jissorvelja l-funzjonament taż-ŻER u janalizza l-katalizzaturi u l-ostakli ta’ xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha; u bin-netwerking tar-riċerka, it-taħriġ, filwaqt li jiftaħ il-faċilitajiet u d-databases tal-JRC għall-utenti fi Stati Membri u fil-Pajjiżi Assoċjati.

Se jappoġġa ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) billi jissorvelja l-funzjonament taż-ŻER u janalizza l-katalizzaturi u l-ostakli ta’ xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha; u bin-netwerking tar-riċerka, it-taħriġ, filwaqt li jiftaħ il-faċilitajiet u d-databases tal-JRC għall-utenti fi Stati Membri u fil-Pajjiżi Assoċjati.

Se jikkontribwixxi għall-miri ewlenin tal-Aġenda Diġitali b’analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tal-aspetti ekonomiċi u soċjali (Ekonomija Diġitali, Soċjetà Diġitali, Għixien Diġitali).

Se jikkontribwixxi għall-miri ewlenin tal-Aġenda Diġitali b’analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tal-aspetti ekonomiċi u soċjali (Ekonomija Diġitali, Soċjetà Diġitali, Għixien Diġitali).

(fa) Soċjetajiet sikuri - Ħarsien tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

Se jappoġġa s-sigurtà u s-sikurezza interni permezz tal-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ta’ infrastrutturi kritiċi bħala elementi vitali tal-funzjonijiet tas-soċjetà; u permezz tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni operattiva tat-teknoloġiji relatati mal-identità diġitali; se jindirizza l-isfidi tas-sigurtà globali inkluż theddid emerġenti jew ibridu permezz tal-iżvilupp ta’ għodod avvanzati għat-tiftix u l-analiżi tal-informazzjoni kif ukoll għall-ġestjoni tal-kriżi.

Se jappoġġa s-sigurtà u s-sikurezza interni permezz tal-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ta’ infrastrutturi kritiċi bħala elementi vitali tal-funzjonijiet tas-soċjetà; u permezz tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni operattiva, soċjali u etika tat-teknoloġiji relatati mal-identità diġitali; se jindirizza l-isfidi tas-sigurtà globali inkluż theddid emerġenti jew ibridu permezz tal-iżvilupp ta’ għodod avvanzati għat-tiftix u l-analiżi tal-informazzjoni kif ukoll għall-ġestjoni tal-kriżi.

Se jtejjeb il-kapaċità tal-Unjoni għall-ġestjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkaġunati mill-bniedem billi jsaħħaħ il-monitoraġġ tal-infrastrutturi u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni globali ta’ twissija bikrija dwar diversi perikli u sistemi ta’ informazzjoni globali dwar il-ġestjoni tar-riskju, filwaqt li juża oqfsa ta’ osservazzjoni tad-dinja permezz ta’ satelliti.

Se jtejjeb il-kapaċità tal-Unjoni għall-ġestjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkaġunati mill-bniedem billi jsaħħaħ il-monitoraġġ tal-infrastrutturi u l-iżvilupp ta' impjanti ta' prova u ta' sistemi ta' informazzjoni globali ta' twissija bikrija dwar diversi perikli u sistemi ta' informazzjoni globali dwar il-ġestjoni tar-riskju, filwaqt li juża oqfsa ta' osservazzjoni tad-dinja permezz ta' satelliti.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness I - Parti V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Objettiv speċifiku

1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni u b’hekk jirrinforza l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u jindirizza l-isfidi tas-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni u b'hekk li jirrinforza, iħaffef u jwessa' l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u jindirizza b'mod partikolari l-isfidi tas-soċjetà.

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa biex jattira u jżomm it-talenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; il-livelli baxxi ta’ attività intraprenditorjali; skala ta’ riżorsi f’ċentri ta’ eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta’ ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa biex jattira u jżomm it-talenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; in-nuqqas ta’ riżultati tar-riċerka miġjuba fis-suq; l-livelli baxxi ta’ attività u l-mentalità intraprenditorjali; ingranaġġ baxx ta’ investiment privat fir-R&Ż, skala ta’ riżorsi, inklużi r-riżorsi umani, f’ċentri ta’ eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta’ ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Biex l-Ewropa tkun tista’ tikkompeti fuq skala internazzjonali, dawn id-dgħufiji internazzjonali jeħtieġ li jingħelbu. L-elementi identifikati hawn fuq huma komuni madwar l-Istati Membri u jaffettwaw il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni b’mod globali.

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b’hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni intraprenditorjali. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b’mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b’hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni intraprenditorjali b'ħiliet u esperjenzi intraprenditorjali u billi jistimula l-ħolqien ta’ spin-offs u impriżi ġodda innovattivi. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b’mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi. B’mod partikolari, l-attivitajiet tal-EIT permezz tal-KICs se jikkontribwixxu biex jimplimentaw objettivi speċifiċi tal-“isfidi tas-soċjetà” u t-“tmexxija li tippermetti u teknoloġiji industrijali” fil-Programm Speċifiku Orizzont 2020. Barra minn hekk, l-EIT u l-KICs tiegħu għandhom irawmu sinerġiji u interazzjonijiet fost il-pilastri ta' Orizzont 2020 u ma' inizjattivi rilevanti oħrajn.

Integrazzjoni tal-edukazzjoni u l-intraprenditorija mar-riċerka u l-innovazzjoni

Integrazzjoni tal-edukazzjoni u l-intraprenditorija mar-riċerka u l-innovazzjoni

Il-karatteristika speċifika tal-EIT hija l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u l-intraprenditorija mar-riċerka u l-innovazzjoni bħala ħoloq ta’ katina ta’ innovazzjoni waħda fl-Unjoni kollha u lil hinn.

Il-karatteristika speċifika tal-EIT hija l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja u l-intraprenditorija mar-riċerka u l-innovazzjoni bħala ħoloq ta’ katina ta’ innovazzjoni waħda fl-Unjoni kollha u lil hinn, li twassal għal żieda fis-servizzi innovattivi, fil-prodotti u fil-proċessi miġjuba fis-suq.

Loġika tan-negozju u approċċ orjentat lejn ir-riżultati

Loġika tan-negozju u approċċ orjentat lejn ir-riżultati

L-EIT, permezz tal-KICs tiegħu, jopera f’konformità ma’ loġika tan-negozju. Tmexxija soda hija prerekwiżit: kull KIC hija xprunata minn CEO. L-imsieħba tal-KIC huma rappreżentati minn entitajiet legali uniċi biex jippermettu teħid ta’ deċiżjonijiet aktar simplifikat. Il-KICs għandhom jippreżentaw pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozji, b’miri u riżultati ċari, li jfittxu li jiksbu impatt kemm fuq is-suq kif ukoll fuq is-soċjetà. Ir-regoli attwali dwar il-parteċipazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-KICs jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet b’mod rapidu u prattiku.

L-EIT, permezz tal-KICs tiegħu, jopera f'konformità ma' loġika imprenditorjali u bbażata fuq ir-riżultati. Tmexxija soda hija prerekwiżit: kull KIC hija xprunata minn CEO. L-imsieħba tal-KIC huma rappreżentati minn entitajiet legali uniċi biex jippermettu teħid ta’ deċiżjonijiet aktar simplifikat. Il-KICs għandhom jippreżentaw pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozji, b’miri u riżultati ċari, li jfittxu li jiksbu impatt kemm fuq is-suq kif ukoll fuq is-soċjetà, u valur miżjud ċar, iddeterminat minn approċċ ibbażat fuq ir-riżultati. Ir-regoli attwali dwar il-parteċipazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-KICs jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet b’mod rapidu u prattiku u l-KICs għandhom ikunu jistgħu jimmobilizzaw l-investiment u impenn fit-tul għas-settur tan-negozju. Iżda l-KICs, billi huma ffinanzjati wkoll minn sorsi pubbliċi, jeħtieġu li jibqgħu responsabbli u jiffunzjonaw b’mod miftuħ u trasparenti, b’mod partikolari lejn atturi oħra fiż-żona tal-attività tagħhom.

Eliminazzjoni tal-frammentazzjoni bl-għajnuna ta’ sħubiji integrati fit-tul

Eliminazzjoni tal-frammentazzjoni bl-għajnuna ta’ sħubiji integrati fit-tul

Il-KICs tal-EIT huma impriżi integrati ħafna, li jlaqqgħu flimkien imsieħba minn istituzzjonijiet tal-industrija, l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u t-teknoloġija, magħrufa għall-eċċellenza tagħhom. Il-KICs jippermettu li l-imsieħba ta’ klassi dinjija jingħaqdu f’konfigurazzjonijiet ġodda transkonfinali, jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti u jagħtu aċċess għal opportunitajiet ġodda tan-negozju permezz ta’ ktajjen ta’ valur ġodda, li jindirizzaw sfidi b’riskju ogħla u fuq skala akbar .

Il-KICs tal-EIT huma impriżi integrati ħafna, li jlaqqgħu flimkien imsieħba minn istituzzjonijiet tal-industrija, inklużi l-SMEs, l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u t-teknoloġija, magħrufa għall-eċċellenza tagħhom. Il-KICs jippermettu li l-imsieħba ta’ klassi dinjija jingħaqdu f’konfigurazzjonijiet ġodda transkonfinali, jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti u jagħtu aċċess għal opportunitajiet ġodda tan-negozju permezz ta’ ktajjen ta’ valur ġodda, li jindirizzaw sfidi b’riskju ogħla u fuq skala akbar. Huwa essenzjali li l-KICs joffru lill-SMEs l-opportunità li jipparteċipaw bi sħiħ fl-attivitajiet kollha tagħhom: it-twessigħ tal-parteċipazzjoni għal membri ġodda li jġibu ideat ġodda u partikolarment it-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs għandhom ikunu parti mill-istrateġija tal-KICs għat-tkabbir.

Trawwim tal-assi prinċipali ta’ innovazzjoni tal-Ewropa: il-poplu b’talent kbir tagħha

Trawwim tal-assi prinċipali ta’ innovazzjoni tal-Ewropa: il-poplu b’talent kbir tagħha

It-talent huwa ingredjent essenzjali tal-innovazzjoni. L-EIT jixpruna l-iżvilupp tal-persuni u l-interazzjonijiet bejniethom, billi jqiegħed lill-istudenti, ir-riċerkaturi u l-intraprendituri fiċ-ċentru tal-mudell ta’ innovazzjoni tiegħu. L-EIT se jipprovdi kultura intraprenditorjali u kreattiva kif ukoll edukazzjoni transdixxiplinarja lill-persuni li jkollhom talent, permezz ta’ Masters u Dottorati indikati bħala tal-EIT, maħsuba biex joħolqu marka ta’ eċċellenza rikonoxxuta internazzjonalment. B’dan il-mod, l-EIT jippromwovi bis-sħiħ il-mobbiltà fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien.

It-talent huwa ingredjent essenzjali tal-innovazzjoni. L-EIT jixpruna l-iżvilupp tal-persuni u l-interazzjonijiet bejniethom, billi jqiegħed lill-istudenti, ir-riċerkaturi u l-intraprendituri fiċ-ċentru tal-mudell ta’ innovazzjoni tiegħu. L-EIT se jipprovdi kultura intraprenditorjali u kreattiva kif ukoll edukazzjoni transdixxiplinarja lill-persuni li jkollhom talent, permezz ta’ Masters u Dottorati indikati bħala tal-EIT, korsijiet matul is-sajf u korsijiet mill-bogħod, maħsuba biex joħolqu marka ta’ eċċellenza rikonoxxuta internazzjonalment. B’dan il-mod, l-EIT jiżgura żvilupp ottimu u l-użu dinamiku tal-kapital intellettwali Ewropew u jippromwovi bis-sħiħ il-mobbiltà fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien.

3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

3. Linji ġenerali tal-attivitajiet

L-EIT għandu jopera prinċipalment, iżda mhux esklużivament, permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) f'oqsma ta' sfidi tas-soċjetà li huma tal-akbar rilevanza għall-futur komuni tal-Ewropa. Filwaqt li l-KICs għandhom grad għoli ta’ awtonomija biex jiddefinixxu l-istrateġiji u l-attivitajiet tagħhom, hemm numru ta’ karatteristiċi innovattivi komuni għall-KICs kollha. L-EIT se jtejjeb l-impatt tiegħu billi l-esperjenzi miksuba mill-KICs jagħmilhom għad-dispożizzjoni tal-Unjoni kollha u billi, b’mod attiv, irawwem kultura ġdida ta’ kondiviżjoni tal-għarfien.

L-EIT għandu jopera prinċipalment, iżda mhux esklużivament, permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) f'oqsma ta' sfidi tas-soċjetà li huma tal-akbar rilevanza għall-futur komuni tal-Ewropa u joffri potenzjal ta' innovazzjoni. Filwaqt li l-KICs għandhom grad għoli ta' awtonomija biex jiddefinixxu l-istrateġiji u l-attivitajiet tagħhom, hemm numru ta' karatteristiċi innovattivi komuni għall-KICs kollha, u fosthom jeħtieġ li jinstabu koordinament u sinerġiji. L-EIT se jtejjeb l-impatt tiegħu billi l-esperjenzi miksuba mill-KICs jagħmilhom għad-dispożizzjoni tal-Unjoni kollha, permezz tat-tixrid ta' prassi tajba dwar il-modi ta' integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien u l-iżvilupp tal-imprenditorjat, billi jippromwovi l-inklużjoni ta' sħab addizzjonali u billi, b'mod attiv, irawwem kultura ġdida ta' kondiviżjoni tal-għarfien.

(a) Trasferiment u applikazzjoni ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni għolja, riċerka u innovazzjoni għall-ħolqien ta negozji ġodda

(a) Trasferiment u applikazzjoni ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni għolja, riċerka u innovazzjoni għall-ħolqien ta negozji ġodda

L-EIT għandu jkollu l-għan li jirrilaxxa l-potenzjal innovattiv tal-persuni u jikkapitalizza l-ideat tagħhom irrispettivament mill-post tagħhom fil-katina tal-innovazzjoni. B’hekk, l-EIT se jgħin ukoll biex jiġi indirizzat il-“paradoss Ewropew” li r-riċerka eċċellenti eżistenti għadha ’l bogħod milli tiġi sfruttata bis-sħiħ. B’dan il-mod, l-EIT għandu jgħin sabiex iġib l-ideat fis-suq. Prinċipalment permezz tal-KICs tiegħu u l-iffukar tiegħu fuq it-trawwim tal-imħuħ intraprenditorjali, dan se joħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju li jieħdu l-forma kemm ta’ negozji ġodda kif ukoll ta’ spin-offs, iżda wkoll fl-industrija eżistenti.

L-EIT għandu jkollu l-għan li jiżblokka l-potenzjal innovattiv tal-persuni u jikkapitalizza l-ideat tagħhom irrispettivament mill-post tagħhom fil-katina tal-innovazzjoni. B'hekk, l-EIT se jgħin ukoll biex jiġi indirizzat il-"paradoss Ewropew" li r-riċerka eċċellenti eżistenti għadha 'l bogħod milli tiġi sfruttata bis-sħiħ. B’dan il-mod, l-EIT għandu jgħin sabiex jittrasferixxi l-għarfien u t-teknoloġija sabiex iġib l-ideat fis-suq. L-EIT irid jiggarantixxi l-aċċess għall-komunitajiet Ewropej kollha ta' riċerka ta' kwalità għolja. Prinċipalment permezz tal-KICs tiegħu u l-iffukar tiegħu fuq it-trawwim tal-imħuħ intraprenditorjali, dan se joħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju li jieħdu l-forma kemm ta’ negozji ġodda kif ukoll ta’ spin-offs, iżda wkoll fl-industrija eżistenti. L-iffukar mhux se jkun biss fuq l-innovazzjonijiet teknoloġiċi iżda wkoll fuq l-innovazzjoni soċjali u mhux teknoloġika u l-promozzjoni ta’ intraprenditorija soċjali.

(b) Riċerka avvanzata ħafna u xprunata mill-innovazzjoni f’oqsma ta’ interess ekonomiku u tas-soċjetà ewlieni

(b) Riċerka avvanzata ħafna u xprunata mill-innovazzjoni f’oqsma ta’ interess ekonomiku u tas-soċjetà ewlieni

L-istrateġija u l-attivitajiet tal-EIT għandhom ikunu xprunati lejn iffukar fuq l-isfidi tas-soċjetà li huma ta' rilevanza kbira għall-ġejjieni, bħat-tibdil fil-klima jew l-enerġija sostenibbli. Billi jindirizza l-isfidi ewlenin tas-soċjetà b’mod komprensiv, l-EIT se jippromwovi approċċi interdixxiplinari u multidixxiplinari u jgħin biex jiffoka l-isforzi tar-riċerka tal-imsieħba fil-KICs.

L-istrateġija u l-attivitajiet tal-EIT għandhom ikunu xprunati lejn iffukar fuq l-isfidi tas-soċjetà, indirizzati fl-Istrateġja Orizzont 2020, li huma ta' rilevanza kbira għall-ġejjieni, bħat-tibdil fil-klima jew l-enerġija sostenibbli u li joffru potenzjal reali ta' innovazzjoni. Billi jindirizza l-isfidi ewlenin tas-soċjetà b’mod komprensiv, l-EIT se jippromwovi approċċi interdixxiplinari u multidixxiplinari u jgħin biex jiffoka l-isforzi tar-riċerka tal-imsieħba fil-KICs. B’mod partikolari, l-EIT se jiżviluppa l-potenzjal għall-innovazzjoni mhux teknoloġika, organizzazzjonali u s-sistemi kif ukoll l-intraprenditorjat soċjali bħala kumpliment meħtieġ għal punt ta’ fokus teknoloġiku u industrijali tiegħu;

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ

L-EIT għandu jintegra kompletament l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-istadji kollha tal-karrieri u jiżviluppa kurrikuli ġodda u innovattivi biex jirrifletti l-ħtieġa għal profili ġodda kollha li joħolqu l-isfidi kumplessi tas-soċjetà u ekonomiċi. Għal dan il-għan, l-EIT se jkollu rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tar-rikonoxximent ta’ degrees u diplomi ġodda fl-Istati Membri.

L-EIT għandu jintegra kompletament l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-istadji kollha tal-karrieri u jsostni u jiffaċilta l-iżvilupp ta' kurrikuli ġodda u innovattivi biex jirrifletti l-ħtieġa għal profili ġodda kollha li joħolqu l-isfidi kumplessi tas-soċjetà u ekonomiċi. Għal dan il-għan, l-EIT se jkollu rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tar-rikonoxximent ta’ degrees u diplomi ġodda fl-Istati Membri. Id-dimensjoni tal-ġeneru għandha tkun integrata fl-analiżi tal-bżonnijiet għal profili ġodda. L-EIT għandu jfassal edukazzjoni u taħriġ li jkunu sensittivi għal kwistjonijiet relatati mas-sessi u għandu jintegra d-dimensjoni tal-ġeneru f'kurrikuli ġodda bħala mezz biex tkun żgurata l-effikaċja u l-kwalità tat-taħriġ u l-edukazzjoni kif ukoll tad-dimensjoni innovattiva tagħhom.

L-EIT se jkollu wkoll rwol sostanzjali fit-traqqim tal-kunċett ta’ “intraprenditorija” permezz tal-programmi edukattivi tiegħu, li jippromwovu prattika ta’ intraprenditorija f’kuntest ta’ għarfien intensiv, fuq il-bażi ta’ riċerka innovattiva u kontribuzzjoni għal soluzzjonijiet ta’ rilevanza kbira għas-soċjetà.

(d) Disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u kondiviżjoni sistemika tal-għarfien

(d) Disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u kondiviżjoni sistemika tal-għarfien

L-EIT għandu jkollu l-għan li jkun pijunier ta’ approċċi ġodda fl-innovazzjoni u li jiżviluppa kultura komuni ta’ innovazzjoni u trasferiment tal-għarfien billi, fost affarijiet oħra, jaqsam l-esperjenza varjata tal-KICs tiegħu permezz ta’ diversi mekkaniżmi ta’ disseminazzjoni, bħal pjattaforma tal-partijiet interessati u skema ta’ fellowship.

L-EIT għandu jkollu l-għan li jkun pijunier ta’ approċċi ġodda fl-innovazzjoni u li jiżviluppa kultura komuni ta’ innovazzjoni u trasferiment tal-għarfien, billi tingħata attenzjoni speċjali għall-SMEs. Dan jista’ jseħħ billi, fost affarijiet oħra, jaqsam l-esperjenza varjata tal-KICs tiegħu permezz ta’ diversi mekkaniżmi ta’ disseminazzjoni, bħal pjattaforma tal-partijiet interessati, premijiet u konkorsi, wirjiet ta' prodotti u proċessi, puls tal-proprjetà intellettwali u ta' privattivi u skema ta’ fellowship.

(e) Dimensjoni internazzjonali

(e) Dimensjoni internazzjonali

L-EIT jaġixxi bl-għarfien tal-kuntest globali li jopera fih, u għandu jgħin biex isawwar rabtiet ma’ imsieħba internazzjonali ewlenin. Billi jtejjeb iċ-ċentri tal-eċċellenza permezz tal-KICs u billi joħloq opportunitajiet edukattivi ġodda, huwa se jkollu l-għan li jagħmel l-Ewropa aktar attraenti għat-talenti minn barra.

(f) Titjib tal-impatt fl-Ewropa kollha permezz ta’ mudell ta’ ffinanzjar innovattiv

(f) Titjib tal-impatt fl-Ewropa kollha permezz ta’ mudell ta’ ffinanzjar innovattiv

L-EIT se jagħti kontribuzzjoni kbira għall-objettivi stabbiliti fl-Orizzont 2020, b’mod partikolari billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod li jikkumplimenta inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. Huwa se jittestja approċċi ġodda u simplifikati lejn l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni, u b’hekk ikollu rwol ta’ pijunier fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. L-approċċ tiegħu lejn l-iffinanzjar se jkun ibbażat b’fermezza fuq effett qawwi ta’ ingranaġġ, filwaqt li jiġu mmobilizzati fondi pubbliċi kif ukoll privati. Barra minn hekk, huwa se juża strumenti kompletament ġodda għal appoġġ immirat lejn attivitajiet individwali permezz tal-Fondazzjoni EIT.

L-EIT se jagħti kontribuzzjoni kbira għall-objettivi stabbiliti fl-Orizzont 2020, b’mod partikolari billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod li jikkumplimenta inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. Huwa se jittestja approċċi ġodda u simplifikati lejn l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni, u b’hekk ikollu rwol ta’ pijunier fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Parti kbira mill-kontribuzzjoni annwali se tingħata lill-KICs b’mod kompetittiv, ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-pjanijiet annwali tagħhom, l-objettivi, ir-riżultati miksuba u iktar potenzjal. L-approċċ tiegħu lejn l-iffinanzjar se jkun ibbażat b’fermezza fuq effett qawwi ta’ ingranaġġ, filwaqt li jiġu mmobilizzati fondi pubbliċi kif ukoll privati. Barra minn hekk, huwa se juża strumenti kompletament ġodda għal appoġġ immirat lejn attivitajiet individwali permezz tal-Fondazzjoni EIT.

(g) Irbit tal-iżvilupp reġjonali ma’ opportunitajiet Ewropej

(g) Irbit tal-iżvilupp reġjonali ma’ opportunitajiet Ewropej

Permezz tal-KICs u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tagħhom - li jikkostitwixxu nodi ta’ eċċellenza li jlaqqgħu flimkien imsieħba fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju f’post ġeografiku partikolari - l-EIT se jkun marbut ukoll mal-politika reġjonali. B’mod partikolari huwa għandu jiżgura rabta aħjar bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u l-innovazzjoni u t-tkabbir reġjonali, fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali u nazzjonali. Billi jagħmel dan, se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni.

Permezz tal-KICs u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tagħhom - li jikkostitwixxu nodi ta’ eċċellenza li jlaqqgħu flimkien imsieħba fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju f’post ġeografiku partikolari - l-EIT se jkun marbut ukoll mal-politika reġjonali. B’mod partikolari huwa għandu jiżgura rabta aħjar bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, is-suq tax-xogħol u l-innovazzjoni u t-tkabbir reġjonali, fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali u nazzjonali. Billi jagħmel dan, se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness II – Tqassim tal-baġit – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

It-tqassim indikattiv għall-Orizzont 2020 huwa kif ġej (f’EUR miljun):

I Xjenza eċċellenti, li minnha:

27818

1. Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

15008

2. It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3505

3. Azzjonijiet Marie Curie ta’ ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

6503

4. Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi Infrastrutturi elettroniċi)

2802

II Tmexxija industrijali, li minnha:

20280

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

15580 li 500 minnhom huma għall-EIT

2. Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

4000

3. Innovazzjoni fl-SMEs

700

III Sfidi tas-soċjetà, li minnha

35888

1. Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

9077 li 292 minnhom huma għall-EIT

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

4694 li 150 minnhom huma għall-EIT

3. Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

6537 li 210 minnhom huma għall-EIT

4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

7690 li 247 minnhom huma għall-EIT

5. Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

3573 li 115 minnhom huma għall-EIT

6. Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

4317 li 138 minnhom huma għall-EIT

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

1542 + 1652***

Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2212

TOTAL

87740

Emenda

It-tqassim għall-Orizzont 2020 huwa kif ġej (f’EUR miljun):

I Xjenza eċċellenti, li minnha:

32,6%

1. Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

16,3%

2. Ix- Xjenzi u t-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3,5%

3. Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie ta' ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

8,3%

4. Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi Infrastrutturi elettroniċi)

3,6%

5. It-Twessigħ tal-Eċċellenza

0,9%

II Tmexxija industrijali, li minnha:

24,3%

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

15,8%

2. Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

4,0%

3. Innovazzjoni fl-SMEs

4,5%

III Sfidi tas-soċjetà, li minnha:

37,5%

-1. Xjenza għas-Soċjetà u mas-Soċjetà

0,4%

1. Saħħa u benessri

9,0%

2. Il-kwalità, is-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi;

4,9%

3. Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

8,4%

4. Trasport u mobbiltà intelliġenti, ekoloġiċi u integrati

6,9%

5. Azzjoni klimatika, ambjent, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-użu sostenibbli ta’ materja prima;

4,0%

6. Nifhmu l-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetà inklużiva, innovattiva u li tirrifletti

1,7%

6a. Il-Ħarsien tal-libertà u s-sikurezza fl-Ewropa

2,1%

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

3,3%

Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2,4%

TOTAL

100%*

* Skont ir-rapporti Matias u Garriga

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness II – l-ewwel asterisk

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inkluż EUR 8975 miljun għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li EUR 1795 miljun għal fotonika u l-mikro u n-nanotelettroniċi, EUR 4293 miljun għal nanoteknoloġiji, materjali avvanzati u manitfattura u pproċessar avvanzati, EUR 575 miljun għall-bijoteknoloġija u EUR 1737 miljun għall-ispazju. B’riżultat, EUR 6663 miljun se jkunu disponibbli biex jappoġġaw Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti.

* Inkluż 57.6 % għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li minnhom 20 % għal fotonika u l-mikro u n-nanotelettronika, 27.6 % għal nanoteknoloġiji, materjali avvanzati u manifattura u pproċessar avvanzati, 3.7 % għall-bijoteknoloġija u 11.1 % għall-ispazju. B’riżultat, 42.8 % se jkunu disponibbli biex jappoġġaw Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness II – it-tieni asterisk

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

** Madwar EUR 1131 miljun ta’ dan l-ammont jistgħu jmorru għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). Madwar terz minnhom jistgħu jmorru għall-SMEs.

Madwar 28,3 % ta’ dan l-ammont jistgħu jmorru għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). Madwar terz minnhom jistgħu jmorru għall-SMEs.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness II – it-tielet asterisk

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

*** L-ammont totali se jkun disponibbli permezz ta’ allokazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 6(3). It-tieni allokazzjoni ta’ EUR 1652 miljun għandha tkun disponibbli pro-rata mill-baġits tal-Isfidi tas-Soċjetà u t-Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, fuq bażi indikattiva u soġġett għal reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 26(1).

imħassar

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IIa

ORIZZONT 2020

“Strumenti” Għodda

In-natura komprensiva tal-Orizzont 2020, l-objettivi multipli tagħha, il-fatturi u l-medda tal-attivitajiet koperti, jiddettaw li varjeta ta’ mezzi ta' implimentazzjoni (“strumenti”) għandha tkun disponibbli u tista’ tintuża b’mod flessibbli.

L-għan ta’ din it-tabella huwa biex tipprovdi ħarsa ġenerali tal-għodda tal-istrumenti proposti fl-Orizzont 2020 li jagħtu bidu għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

L-għodda tibni fuq l-esperjenza miksuba tul il-programmi ta’ qafas ta’ riċerka suċċessivi, b’xi titjib u sforz ġenerali ghas-simplifikazzjoni tal-istrumenti. Ġew introdotti biss numru limitat ħafna ta’ oħrajn ġodda fl-Orizzont 2020, li jirrispondi għal talba ċara mill-partiċipanti wara testijiet pilota fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

Objettivi primarji

Deskrizzjoni

Forma predominanti ta’ iffinanzjar/implementazzjoni

Appoġġ għall-individwi

Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC)

Riċerkaturi individwali li jwettqu riċerka esplorattiva

Għotjiet ta’ flus

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie

Taħriġ u karriera tar-riċerka u skambju tal-għarfien permezz tal-mobilità transkonfinali u transsettorali.

Għotjiet ta’ flus

Appoġġ għar-riċerka kollaborattiva u l-innovazzjoni

Proġetti kollaborattivi

Universitajiet, organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u intrapriżi (inklużi l-SMEs), f’kollaborazzjoni konġunta mal-objettivi komuni u kapaċitajiet maqsuma, biex jiksbu riċerka speċifika u riżultati ta’ innovazzjoni.

[FEST (Xjenzi u teknoloġiji Futuri u Emerġenti)- jifrex madwar dixxiplini xjentifiċi u tal-inġinerija, joħloq bażi għal teknoloġiji radikalment ġodda]

Għotjiet, Rigali, Akkwist

Appoġġ Speċifiku għall-SMEs

Miżura tal-SME (tip SBIR)

Jimla l-vojt fl-iffinanzjar tar-riċerka ta’ riskju għoli ta’ stadju bikri, permezz ta’ appoġġ fi stadji li jkopri ċ-ċiklu tal-innovazzjoni kollu, immirat għat-tipi kollha tal-SMEs innovattivi

Għotjiet ta’ flus

Strumenti ta’ finanzjament (dejn u ekwità)

Appoġġ għall-SMEs ta’ teknoloġija għolja

Innovazzjoni orjentata lejn is-suq tar-R&Ż li jwettqu l-SMEs, jimmiraw setturi ta’ riċerka intensiva.

[Artikolu 185 - TFUE]

Appoġġ għall-infrastruttura

It-trawwim ta’ infrastrutturi tar-riċerka ta’ klassi dinjija, aċcessibbli għar-ricerkaturi kollha fl-Ewropa u barra minnha u l-isfruttar kollu tagħhom

Għotjiet, Akkwist

Appoġġ għall-ingranaġġ tal-finanzi

Jegħlbu d-defiċits fid-disponibbiltà tal-iffinanzjar tad-dejn u l-ekwità għar-R&Ż u l-kumpaniji u l-proġetti mmexxija mill-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-iżvilupp

Strumenti ta’ finanzjament (dejn u ekwità)

Appoġġ għas-sħubija

Sħubija pubblika-privata

(PPPs kuntrattwali)

Ftehim kuntrattwali bejn is-sħab, li jispeċifika l-objettivi tas-sħubija, jirrispetta l-impenni tas-sħab, indikaturi ewlenija tal-prestazzjoni, u riżultati li jridu jinkisbu

Għotjiet ta’ flus

Sħubija pubblika-privata

(JTIs)

Impriżi konġunti bejn is-sħab pubbliċi u privati, fejn ikun hemm ambitu ġustifikabbli u skala tal-objettivi segwiti, minħabba l-impenni mis-settur privat u r-riżorsi meħtieġa

[Artikolu 187 - TFUE][4]

Sħubija pubblika – pubblika

(Nett ERA Net, appoġġ potenzjali għall-JPIs)

Preparazzjoni u l-istabbiliment tal-istrutturi għas-sħubiji pubbliċi pubbliċi

Għotjiet ta’ flus

Sħubija pubblika – pubblika

(Artikolu 185)

Appoġġ konġunt għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm jew attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mill-korpi tas-settur pubbliku b’missjoni ta’ servizz pubblika f’livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali

[Artikolu 185 - TFUE]2i

Il-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs)

Sħubiji integrati ferm li jlaqqgħu flimkien l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka, il-kumpaniji żgħar u kbar u atturi oħra tal-innovazzjoni għal perjodu fit-tul madwar sfidi soċjali speċifiċi

[Artikolu 173 (3) - TFUE] ii

______________________

1 Hemm erba’ forom bażiċi ta’ finanzjament fl-Orizzont 2020: għotjiet, premji, akkwist u strumenti finanzjarji (dejn u ekwità)

2 L-entità stabbilita tista’ tuża wkoll il-forom ta’ finanzjament disponibbli

NOTA SPJEGATTIVA

Mis-7 Ftehim Qafas għall-Orizzont 2020

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Programm Orizzont 2020 tintegra għall-ewwel darba elementi differenti li s'issa kien jonqoshom perspettiva komuni f"Qafas Strateġiku Komuni għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni" wieħed: is-suċċessuri tas-Seba' Programm Kwadru, il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Il-proposta tieħu l-Artikoli 173 u 182 dwar l-industrija u r-riċerka tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika tagħha.

Din t'hawn taħt hija lista ta' xi elementi proposti fl-Orizzont 2020 li, fil-parti l-kbira tagħhom, jiġbru r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew f'riżoluzzjonijiet preċedenti (ir-Rapport Merkies, ir-Rapport Carvalho, ir-Rapport Audy u r-Rapport Matias):

  l-integrazzjoni fi programm wieħed tal-katina kollha tal-innovazzjoni, mir-riċerka bażika sas-suq;

  enfasi ċara fuq l-isfidi soċjali globali, li jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni maħsuba biex twieġeb it-tħassib taċ-ċittadini dwar suġġetti bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel, l-iskarzezza tal-enerġija u ilma nadif, bħala eżempju ta' xi wħud;

  enfasi ikbar fuq il-kompetittività tal-industriji Ewropej;

  opportunitajiet ikbar għax-xjentisti li jkunu jixtiequ jestendu l-fruntieri tal-għarfien permezz ta' perċentwal ikbar ta' azzjonijiet minn isfel għal fuq (bottom up) u ta' riċerka avvanzata (cutting edge);

  enfasi ikbar fuq il-multidixxiplinarità bil-għan li jinħoloq valur miżjud ġdid;

  definizzjoni wiesgħa tal-politiki ta' innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali;

  progress fis-simplifikazzjoni tal-Programm.

Uħud mill-għanijiet ewlenin tal-programm, li huma ta' rilevanza partikolari, huma spjegati hawn taħt.

Niffaċċjaw il-kriżi

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħarġet fid-deher id-dgħjufijiet tal-mudell tal-produzzjoni Ewropew. Bil-għan li noħorġu iktar b'saħħitna minn din il-kriżi u biex nerġgħu nieħdu f’idejna r-riedni tal-ekonomija Ewropea, l-Istrateġija Ewropa 2020 tqis ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala mezzi biex navvanzaw lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien li tippermetti li niggarantixxu tkabbir iktar ibbilanċjat, diversifikat u sostenibbli.

Madankollu, il-mudell ekonomiku li tippromwovi l-Istrateġija Ewropa 2020 ibbażat fuq livelli għoljin ta' impjieg, produttività u koeżjoni soċjali jista' jirnexxi biss jekk niggarantixxu l-istabbiltà tas-sistema ta' riċerka u innovazzjoni fir-rigward tar-riżorsi ekonomiċi u umani. Fi kliem ieħor, jekk innaqqsu l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI), dan ikollu effett fuq il-prestazzjoni tas-sistema tax-xjenza u t-teknoloġija, u l-kapaċità tagħha li toħloq l-għarfien, li fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta f’impatt negattiv fuq il-kompetittività tagħna u fuq il-benessri soċjali tagħna. Għalhekk, hu assolutament essenzjali li l-finanzjament tal-politika Komunitarja tar-riċerka u l-innovazzjoni mhux talli ma jonqos minħabba t-tnaqqis baġitarju, iżda saħansitra jiżdied. Għaldaqstant, u minħabba li l-programm il-ġdid iżid l-element tal-innovazzjoni u jwessa' l-firxa ta' strumenti tiegħu, ir-rapporteur tqis li l-baġit tal-Orizzont 2020 għandu jirdoppja l-baġit tas-7 Programm Qafas.

It-tieni element li fuqu tiddependi l-kompetittività tagħna, kif diġà ssemma', huwa r-riżorsi umani: Mingħajr riċerkaturi ma jkunx hemm RŻI li fuqhom nibnu t-tkabbir ekonomiku li nixtiequ. Il-Kummissjoni stmat li jekk nistabbilixxu l-objettiv ta' investiment bħala 3 % mill-PDG fir-riċerka jfisser li ninkorporaw miljun riċerkatur ġdid fis-sistema. Madankollu, il-valutazzjonijiet kollha jindikaw li fis-sitwazzjoni attwali jidher li m'għandniex l-aħjar kundizzjonijiet biex nilħqu dawn iċ-ċifri: diversi oqsma mhux qed jirnexxilhom jattiraw l-aħjar studenti, it-tnaqqis fir-riċerka qed jaċċentwa l-eżodu tal-imħuħ filwaqt liperċentwal pjuttost għoli ta' riċerkaturi qed jabbandunaw il-karrieri tagħhom. Dawn huma r-raġunijiet li ħeġġew lir-rapporteur biex fir-rapport tintroduċi sensiela ta' emendi maħsuba biex isaħħu l-kapaċità tagħna li nattiraw, inżommu u nippromwovu l-aħjar talent u biex ninkludu indikaturi tar-riżorsi umani bħall-element fundamentali għall-evalwazzjoni tal-Orizzont 2020.

Niggarantixxu l-kontinwità fil-katina tal-innovazzjoni

Diġà teżisti ħafna riċerka li, wara li tistudja r-relazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, tasal għall-konklużjoni li l-livell iktar baxx ta' kompetittività tal-Unjoni Ewropea f'paragun mal-kompetituri tagħha huwa r-riżultat tad-dgħjufija tar-relazzjonijiet bejn dawn it-tliet elementi tal-katina tal-innovazzjoni. Għalhekk, ir-rapporteur tqis li l-integrazzjoni kontinwa tal-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni hija pass fid-direzzjoni t-tajba biex ikun żgurat trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija effettiva li jista' jissarraf fi prodotti, servizzi u impjiegi.

Is-saħħa tal-arkitettura l-ġdida tal-Programm tista' tinbidel fl-ikbar dgħjufija tiegħu jekk ma jintlaħaqx bilanċ bejn il-partijiet tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-baġit. It-trasferiment tal-piż tal-bilanċ fuq l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, prototipi u proġetti lesti għas-suq jista' jeffettwa r-riċerka fundamentali, li spiss tkun sors ta' innovazzjoni li xxekkel li toħloq ħtiġijiet, swieq u użi ġodda, u anke jdallam ir-riċerka applikata. Iż-żewġ tipi ta' riċerka għandhom bżonn viżjoni aktar fit-tul u jeħtieġu finanzjament konsistenti.

L-iżgurar tal-integrazzjoni tal-istadji differenti taċ-ċiklu tal-innovazzjoni huwa daqstant importanti. Dan jimplika, iktar minn qatt qabel, id-definizzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-suġġetti u l-istrumenti differenti u jistabbilixxi li r-rabtiet suċċessivi bejn ir-riċerka bażika u s-suq ikunu koerenti u żviluppati tajjeb fil-proċess ta' trasferiment tal-għarfien. Dan ir-rapport iżid xi elementi f'dan ir-rigward bħat-titjib tal-governanza interna permezz tal-ħolqien ta' "Bordijiet ta' tmexxija settorjali" (“Sectoral Steering Boards”), it-tisħiħ tal-multidixxiplinarità jew il-ħolqien ta' "stadju tal-prova ta' kunċett" taħt il-mekknaiżmu tal-kapital.

It-tisħiħ tal-eċċellenza

Fir-rigward tal-produzzjoni xjentifika, l-Ewropa għadha ċ-ċentru prinċipali tar-riċerka u l-iżvilupp tad-dinja wara l-Istati Uniti, madankollu l-kompetituri tagħna qed joqorbu lejna. Għalhekk, iż-żieda tal-livell ta' eċċellenza tal-bażi xjentifika tal-Ewropa u l-formazzjoni tat-talent xjentifiku ta' għada jiġġustifikaw bis-sħiħ, skont ir-rapporteur, il-fatt li l-pilastru "Xjenza eċċellenti" jikseb terz mill-baġit totali tal-Programm.

Nagħtu risposta għall-isfidi globali

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma elementi prinċipali għat-tiftix u l-applikazzjoni ta' risposti effettivi għall-isfidi soċjali li qed tiffaċċja l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi għandu potenzjal konsiderevoli li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għat-tisħiħ tal-kompetittività.

Minħabba l-iskala tal-problemi, huwa rikonoxxut li l-isfidi soċjali l-kbar huma prattikament l-istess bħal fis-7 Programm Qafas, għalkemm l-enerġija issa tinsab fuq quddiem nett tat-tħassib tal-Ewropa. Konsegwentement, dan l-objettiv speċifiku kellu żieda fil-baġit tiegħu fir-rigward tas-7 Programm Qafas, kif talab il-Parlament Ewropew f'diversi riżoluzzjonijiet. Barra minn hekk, bħala appoġġ għall-objettivi ta' tnaqqis tas-CO2 definiti mill-Unjoni, ir-rapporteur qieset xieraq li jkun żgurat li żewġ terzi tal-finanzjament previst taħt "Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti" jkunu allokati għall-enerġija rinovabbli.

Ir-rapport iżomm l-istruttura proposta mill-Kummissjoni ħlief f'dak li jirrigwarda l-isfida "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri". Minħabba l-ispeċifiċità tas-sikurezza bħala sfida, din l-isfida nqasmet fi tnejn: "Fehim tas-soċjetajiet Ewropej u tibdil soċjali" u "Protezzjoni l-libertà u s-sikurezza fl-Ewropa". B'dan il-mod, fir-rigward tal-ewwel sfida, ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi se jkollhom rwol determinanti meta wieħed jiġi biex javvanza lejn soċjetajiet iktar inklużivi u innovaturi. M'hemmx għalfejn ngħidu li ċ-ċentralità tax-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi f'din l-isfida ma jmorrux kontra r-rwol fundamentali li se jibqa' jkollhom dawn id-dixxiplini fil-mument tal-iffaċċjar tas-sitt sfidi l-oħra identifikati.

Fir-rigward tat-tieni sfida, hu ċert li r-riskji attwali fil-qasam tal-libertà u s-sigurtà għandhom diversi aspetti u, konsegwentement, jidħlu parzjalment fil-bqija tal-isfidi soċjali u l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħolqien ta' sfida indipendenti. Din l-isfida l-ġdida se tiċċentra speċifikament fit-tiftix u l-iżvilupp ta' risposti għat-theddid intern u estern li tħabbat wiċċha magħhom is-sigurtà Ewropea.

Niżguraw l-artikulazzjoni tal-Orizzont 2020

Il-Programmi Qafas suċċessivi kellhom rwol ewlieni fl-artikulazzjoni tas-sistema tax-xjenza u t-teknoloġija Ewropea minħabba l-finanzjament ta' azzjonijiet li għamilha possibbli li jiġu mobilizzati riċerkaturi eċċellenti u ideat eċċellenti. Għaldaqstant waħda mill-prijoritajiet ta' dan ir-rapport kienet li jiġu protetti l-kisbiet f'dan il-qasam fit-tfittxija tat-tisħiħ tal-proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali, ta' qabel il-kompetizzjoni fin-natura u ta' daqs medju fl-oqsma kollha, kontra t-tendenza li l-finanzjament jinġabar fi proġetti kbar, fattur li jista' jfixkel id-dħul ta' parteċipanti ġodda u jnaqqas id-dinamiżmu tas-sistema.

Bl-istess loġika, żdied il-finanzjament tal-azzjonijiet Marie Curie u tal-infrastrutturi tar-riċerka (b'attenzjoni speċjali għall-infrastrutturi elettroniċi) u nħoloq objettiv ġdid speċifiku "It-twessigħ tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni" taħt il-prijorità "Xjenza eċċellenti" bil-għan li jissaħħaħ il-tessut tar-riċerka fit-territorju kollu tal-Unjoni. Dan l-aħħar objettiv speċifiku jimmira li jappoġġja inizjattivi ta' twinninġ, ta' taħriġ, ta' aċċess għan-netwerks, eċċ..

Il-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u l-Programm Qafas dejjem kienet rikonoxxuta fir-regolamenti rispettivi u ġiet implimentata b'mod inugwali. Madankollu, il-fatt li l-Qafas Strateġiku Komuni għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Qafas Strateġiku Komuni għall-Fondi ta' Koeżjoni ġew allinjati biex jikkontribwixxu għall-objettiv ta' tkabbir intelliġenti stabbilit mill-Istrateġija Ewropa 2020 jirriżulta fil-fatt li l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ strumenti f'dan il-perjodu l-ġdid saret inevitabbli. F'dan is-sens, il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament FEŻR il-ġdid għandha elementi verament pożittivi, bħall-possibilità li jiġu kkombinati l-fondi miż-żewġ sorsi, imma sabiex il-kooperazzjoni tiffunzjona hu neċessarju li l-awtoritajiet reġjonali jkunu jafu bl-inizjattivi ta’ RŻI fl-universitajiet tagħhom, fl-intrapriżi u fiċ-ċentri ta' riċerka u jakkumpanjawhom fl-istrateġiji rispettivi tagħhom ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Hu wkoll importanti li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jkunu jistgħu jistrieħu fuq konsulenza esperta biex iħejju dawn l-istrateġiji u li s-servizzi differenti tal-Kummissjoni Ewropea jikkooperaw fl-evalwazzjoni tagħhom.

Nagħtu rwol ikbar lill-atturi

Linja konduttiva oħra ta' dan ir-rapport kienet ir-rieda li ċ-ċentri ta' riċerka, l-universitajiet u l-intrapriżi jingħataw rwol akbar fil-proponiment tal-ideat u fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet ġodda. Għalhekk ġie ffissat li mill-inqas 15 % tal-finanzjament dedikat għas-sejħiet taħt il-prijoritajiet "Tmexxija industrijali" u "Sfidi tas-soċjetà" jsegwu approċċ axxendenti u li mhux inqas minn 60 % tal-finanzjament dedikat għall-FEST jiġu ddedikati għall-FEST Open. Fl-istess ħin, ir-rapporteur tqis li l-enfasi axxendenti li ngħata lill-istrument dedikat lill-SMEs hu estremament xieraq u għalhekk għalih ġie żgurat finanzjament xieraq.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis xieraq li tissaħħaħ il-vuċi tar-riċerkaturi anke fil-bqija tas-sejħiet filwaqt li jinfetħu l-bibien għall-ħolqien ta' "Bordijiet ta' tmexxija settorjali" magħmula minn esperti indipendenti li jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni f'kull sfida soċjali.

Min-naħa l-oħra, is-sejba ta' risposti għall-isfidi globali u l-iżvilupp ta' riċerka li tkun rilevanti għaċ-ċittadini jeħtieġu l-iktar l-parteċipazzjoni wiesgħa possibbli tal-atturi. Għalhekk, taħt l-objettiv speċifiku l-ġdid "Xjenza u riċerka responsabbli", qed jiġi propost li jissaħħu l-kanali ta' djalogu biex jingħeleb il-kunċett li ċ-ċittadin huwa dak li sempliċiment jirċievir-riżultati tar-riċerka.

Finalment, ir-rapporteur tqis pożittiv ħafna l-fatt li l-Orizzont 2020 jenfasizza wkoll l-innovazzjoni miftuħa mwettqa mill-utent.

It-tisħiħ tar-rwol eżemplari tal-Programm

Karatteristika li tiddefinixxi l-Programmi Qafas suċċessivi kienet il-kapaċità tagħhom li jaġixxu ta' referenza ta' prassi tajba. Għalhekk, l-Azzjonijiet Marie Curie u, iktar riċenti, l-għotjiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka kellhom rwol fundamentali fil-valorizzazzjoni tal-karriera tar-riċerkatur f'dak li jirrigwardja l-għotjiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li daħlu fil-prattiki tal-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka.

L-Orizzont 2020 jagħmel pass ieħor fir-rwol eżemplari tiegħu billi fil-Programmi Qafas jinkludi għall-ewwel darba artikolu dedikat għall-ugwaljanza tal-ġeneru. Dan ir-rapport wessa' l-kontenut tiegħu biex żied dimensjoni doppja: it-tisħiħ tar-rappreżentanza u l-promozzjoni tan-nisa fl-Orizzont 2020 u l-integrazzjoni ta' eżami tas-sessu l-ġeneru fil-kontenut tal-investigazzjoni.

Fl-istess linja, ir-rapporteur żiedet artikolu ġdid dwar l-aċċess miftuħ u b'xejn għal dawk l-artikli ta' pubblikazzjonijiet perjodiċi meħuda mir-riċerka pubblika finanzjata mill-Programm. Titqies ukoll il-promozzjoni tal-aċċess miftuħ għad-data miksuba jew miġbura minn proġetti finanzjati mill-Orizzont 2020.

Iż-żewġ elementi għandhom ukoll impatt ċar fuq l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-baġit. Użu iktar effikaċi tal-kapital uman femminili jagħmilha possibbli li tiġi inkorporata iktar esperjenza u li jinħolqu iktar ideat, u dan jirriżulta f'opportunitajiet ġodda li jittrasformaw l-innovazzjoni fi żvilupp ekonomiku. U t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka iktar wiesgħa u aċċessibbli jiffaċilita, bla dubju, l-iżvolġiment tal-proċess ta' innovazzjoni fi kwalunkwe territorju tal-Unjoni.

Nenfasizzaw id-dimensjoni internazzjonali tal-Orizzont 2020

Id-dimensjoni transversali b'potenzjal kbir ta' żvilupp fis-snin li ġejjin hija l-kooperazzjoni internazzjonali. Sabiex l-Ewropa żżomm il-kompetittività tagħha u ssib soluzzjonijiet għall-problemi globali, hija jeħtieġ li tikkoopera maċ-ċentri mexxeja dinjin tal-għarfien espert u ma' ħafna riċerkaturi fil-post, biex b'hekk tikkontrobwixxi għall-iżvilupp xjentifiku fil-livell globali. Għalhekk, it-tliet prijoritajiet li jistrutturaw l-Orizzont 2020 għandhom jinkludu dimensjoni ċara internazzjonali fl-implimentazzjoni tagħhom.

19.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Sophocles Sophocleous

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riċerka relatata mas-sigurtà hija aspett importanti ta' Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014‑2020). Fil-proposta tal-Kummissjoni hija tinsab inkluża fl-isfida dwar "Soċjetajiet Inklussivi, Innovattivi u Sikuri", fil-prijorità "Sfidi tas-soċjetà".

Soċjetajiet sikuri għandhom ikunu jistgħu jipproteġu l-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jista' jkollhom rwol ta’ tmexxija u ta' appoġġ ċar bħala faċilitaturi għat-tisħiħ għalkemm waħedhom ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurtà. L-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jimmiraw biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu, iħejju u jipproteġu kontra theddidiet għas-sigurtà. Barra minn hekk, is-sigurtà tippreżenta sfidi fundamentali li ma jistgħux jiġu afdati f'idejn tmexxija indipendenti u speċifika għal settur, iżda teħtieġ approċċi iktar ambizzjużi, koordinati u olistiċi. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ta' importanza ewlenija għas-settur tas-sigurtà u d-difiża, bħala l-bażi tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-industrija tad-difiża Ewropea. Huma ta' importanza partikulari għall-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur iqis l-Artikolu 16(2) bħala partikolarment problematiku, peress li dan jgħid li "l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa fi ħdan l-Orizziont 2020 għandu jkollhom fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili". Dan il-kliem jeskludi mill-programm kull forma ta' riċerka favur id-difiża. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fi ħdan l-Orizzont 2020 m'għandux ikollhom fokus esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili, minħabba l-importanza tal-għadd dejjem jikber ta' teknoloġiji b'applikazzjonijiet ta' użu doppju u l-komplimentarjetajiet u sinerġiji li qed jiżdiedu bejn il-programmi Ewropej ta' riċerka fis-sigurtà tad-difiża u dik ċivili. Għaldaqstant, ir-rapporteur jitlob li l-Artikolu 16(2) jiġi emendat sabiex l-applikazzjonijiet ta' difiża fil-kuntest tal-użu doppju jkunu possibbli.

Il-Programm Orizzont 2020 għandu jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni li jikkonċernaw il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 42(2) u l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan, il-programm għandu jaħseb biex jindirizza rekwiżiti marbuta mad-difiża fir-riċerka u l-innovazzjoni ta' "użu doppju". Dawn l-attivitajiet għandu jkollhom l-għan li jibnu l-kapaċitajiet meħtieġa għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali kif ukoll għal attivitajiet ta' ġestjoni tal-kriżi. Konsegwentement, ir-rwol fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandu jkun rikonoxxut, minħabba li hija s-sieħeb ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea biex tidentifika l-ħtiġijiet fil-qasam tal-kapaċitajiet, biex toħloq sinerġiji, biex tevita d-duplikazzjonijiet u biex tappoġġja l-istandardizzazzjoni. Għaldaqstant, abbażi tal-inkarigi mogħtija mill-Kunsill fl-aħħar konklużjonijiet tiegħu, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna jressqu, sal-aħħar tas-sena, proposti konkreti f'dan il-qasam, inklużi dawk fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tal-istruttura u l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020. Fir-rigward tal-prijorità "Sfidi Soċjetali", filwaqt li t-temi u r-raggruppamenti magħżula jidhru li huma b'risposta għal-problemi globali attwali, hemm dubju dwar il-kombinazzjoni ta' temi proposta fl-isfida "Soċjetajiet Inklussivi, Innovattivi u Sikuri". Ir-rapporteur huwa tal-fehma li s-sigurtà u d-difiża jkunu moqdija aħjar jekk ir-riċerka fis-sigurtà tinżamm bħala komponent indipendenti f'Orizzont 2020. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tat-tema "Sigurtà" għandu jiġi estiż sabiex jirrifletti l-ħtieġa għall-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-industrija ċivili u tad-difiża. F'dan il-kuntest, id-difiża hija definita bħala mod ta' prevenzjoni, sabiex is-soċjetajiet ikunu lesti biex jipprevjenu u jiddefendu lilhom infushom minn kull tip ta' kriżi. Fi kwalunkwe każ, it-Trattati tal-Unjoni Ewropea jipprevedu r-riċerka dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża. It-twettiq tagħha tiddependi fuq ir-rieda politika.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) F'diversi riżoluzzjonijiet, il-Parlament fakkar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tas-sigurtà u d-difiża bħala l-bażi għall-kompetittività u r-reżiljenza fl-industrija Ewropea tad-difiża, u l-importanza tagħha għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 għat-tkabbir sostenibbli. F'dan ir-rigward, huwa rrimarka dwar l-ispin-offs, kumplimentarjetajiet u sinerġiji reċiproċi tal-programmi tar-riċerka ċivili u tad-difiża, enfasizza r-rwol fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fil-koordinazzjoni u l-ippjanar ta' attivitajiet ta' riċerka dwar id-difiża konġunti, u enfasizza l-benefiċċji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp f'termini tal-interoperabilità mtejba. Barra minn hekk, huwa ħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-Aġenzija Spazjali Ewropea jwettqu koordinazzjoni fi ħdan il-Qafas ta' Kooperazzjoni Ewropew. B'mod partikulari, huwa enfasizza li kull attività ta' riċerka dwar id-difiża ffinanzjata mill-Unjoni għandha tikkonċentra fuq l-iżvilupp ta' kapaċitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni ta' kriżijiet u tiffoka fuq riċerka dwar applikazzjonijiet ta' użu doppju minħabba l-fatt li persunal militari u ċivili huma esposti għal theddidiet simili u, għaldaqstant, jeħtieġu kapaċitajiet komparabbli. Fl-aħħar nett, il-Parlament ġibed l-attenzjoni dwar id-dispożizzjoni tal-Artikolu 185 TFUE li tippermetti kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea lil programmi eżistenti ta' riċerka u żvilupp mwettqa minn grupp ta' Stati Membri, li tista' tintuża biex tħaffef l-iżvilupp ta' kapaċitajiet meħtieġa għal missjonijiet u operazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-ippuljar u l-kondiviżjoni ta' kapaċitajiet militari, adottati fit-22 u t-23 ta' Marzu 2012, irrikonoxxa l-implikazzjonijiet usa' tad-difiża għat-teknoloġija, l-innovazzjoni u t-tkabbir, u wera tħassib dwar it-tnaqqis globali fl-investiment għar-Riċerka u t-Teknoloġija fil-qasam tad-difiża u l-implikazzjonijiet tiegħu fuq il-kapaċità tal-Ewropa li tiżviluppa kapaċitajiet ta' difiża fil-ġejjieni. Il-Kunsill tenna l-impenn tiegħu għall-kooperazzjoni fir-Riċerka u t-Teknoloġija. Huwa inkoraġġixxa lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-Kummissjoni biex ifittxu s-sinerġiji mal-linji ta' politika Ewropej u b'mod partikolari fil-qasam tar-Riċerka u t-Teknoloġija, inkluż fir-rigward tal-Programm Qafas Ewropew għar-Riċerka u t-Teknoloġija il-ġdid (Horizon 2020). Huwa argumenta li dan ikun ta' kontribut għat-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika Ewropea tad-Difiża, Barra minn hekk, fid-Dikjarazzjoni tiegħu dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet tal-11 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea enfasizza li r-Riċerka u t-Teknoloġija huma kruċjali biex jinkisbu l-kapaċitajiet meħtieġa kif ukoll għall-ġejjieni tal-industrija tad-difiża Ewropea u għall-kompetittività globali tagħha. Barra minn hekk, huwa esprima x-xewqa tiegħu li jkompli jiżgura s-sinerġiji bejn l-attivitajiet imwettqa fil-programm ta' qafas Riċerka u Żvilupp u fil-qasam tad-difiża sabiex tiġi riflessa d-duwalità tat-teknoloġiji ċivili u tad-difiża.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

11. Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Dan jinkludi riċerka b'appoġġ għall-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, in-navigazzjoni globali bis-satellita u l-monitoraġġ globali, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna u esterna, il-politiki ta' difiża, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) Il-Programm Orizzont 2020 għandu jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni li jikkonċernaw il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif imsemmi fl-Artikoli 42(3) u 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan, il-programm għandu jindirizza rekwiżiti marbuta mad-difiża fir-riċerka u l-innovazzjoni ta' "użu doppju" u għandu jistabbilixxi attivitajiet ta' riċerka u żvilupp konġunti mmirati speċifikament u bbażati fuq l-Artikolu 185 TFUE. Dawn l-attivitajiet għandu jkollhom l-għan li jibnu l-kapaċitajiet meħtieġa għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali kif ukoll għal attivitajiet ta' ġestjoni tal-kriżi. Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża f'dan ir-rigward għandu jkun rikonoxxut.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi internazzjonali, nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan għandu jinkludi sinerġiji bejn teknoloġiji ċivili u tad-difiża, b'mod partikulari bl-iffaċilitar ta' riċerka u innovazzjoni ta' "użu doppju" u teknoloġiji pont.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Kull forma ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għandha tqis l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqiesu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, għandhom jiġu pprovduti wkoll pariri minn servizzi pubbliċi bħas-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

(2) Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni u korpi Ewropej li jieħdu ħsieb programmi ta' riċerka, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Għandu jiġi eskluż kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn rwol konsultattiv u l-parteċipazzjoni f'Orizzont 2020.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi, kif ukoll għal sinerġiji bejn teknoloġiji ċivili u tad-difiża, b'mod partikulari bl-iffaċilitar ta' riċerka u innovazzjoni ta' "użu doppju" u ta' teknoloġiji pont.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, it-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka, l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi u l-kisba ta' indipendenza teknoloġika xierqa fuq livell Ewropew.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-programm Orizzont 2020 għandu jeskludi entitajiet legali (inkluża kwalunkwe entità affiljata) li l-parteċipazzjoni tagħhom, minħabba l-objettivi li jsegwu, il-post fejn twaqqfu, in-natura jew is-sit tal-attivitajiet tagħhom, iġġiegħel lill-Unjoni tirrikonoxxi bħala legali jew tipprovdi għajnuna jew assistenza fiż-żamma ta' sitwazzjoni maħluqa minn ksur serju ta' dritt internazzjonali (inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali) fejn dan il-ksur ikun ġie stabbilit b’riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew b’sentenza jew opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu ffukati esklussivament fuq applikazzjonijiet ċivili.

(2) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom primarjament jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 21– paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp. Kull forma ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għandha tqis l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Barra minn hekk, għandhom jiġu implimentati attivitajiet orizzontali u trasversali biex jiġi promoss l-iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-Orizzont 2020 skont l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri” stipulat fil-Punt 6.3.2(d) tal-Parti III tal-Anness I.

(3) Barra minn hekk, għandhom jiġu implimentati attivitajiet orizzontali u trasversali biex jiġi promoss l-iżvilupp strateġiku tal-kooperazzjoni u attivitajiet biex jiġu promossi sinerġiji ma' programmi ta' riċerka ta' aġenziji oħrajn, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, taħt l-objettivi “L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - Soċjetajiet inklużivi u innovattivi” u Soċjetajiet siguri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha" stipulati, rispettivament fil-Punti 6.3.2(d) u 6.3.3(a)-(e) tal-Parti III tal-Anness I.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddessemina r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddessemina r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ. B'mod partikulari, dawn għandhom jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I - Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – paragrafu 14 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri.

(f) L-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi u innovattivi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness I - Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – paragrafu 14 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) Soċjetajiet siguri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness I - Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – paragrafu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi u innovattivi”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku "L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi u innovattivi".

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness I - Linji ġenerali tal-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi – paragrafu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri” jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f’reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

L-objettiv speċifiku “L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklużivi u innovattivi” jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f’reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll l-objettivi tal-politika tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea.

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll l-objettivi tal-politika tal-programmi tal-ispazju ewlenin tal-Unjoni Ewropea – Galileo u l-GMES.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1.6.3 – punt c.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dejta spazjali. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar u d-disseminazzjoni tad-dejta jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (Global Earth Observation System of Systems) , il-porgamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima.

c) Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dejta spazjali. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar u d-disseminazzjoni tad-dejta jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (Global Earth Observation System of Systems) u l-kontribut tal-Ewropa għall-GMES, il-progamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness 1 – taqsima 3 – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew u fis-sħubija mal-pajjiżi terzi jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi globali, biex b’hekk issir ħidma biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness 1 – taqsima 3 – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli u effettivi. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali.

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli, effettivi u aċċessibbli. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. SOĊJETAJIET INKLUŻIVI, INNOVATTIVI U SIGURI

6. L-EWROPA F'DINJA LI QED TINBIDEL - SOĊJETAJIET INKLUŻIVI U INNOVATTIVI

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu mrawma soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u sikuri f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu mrawma soċjetajiet Ewropej inklużivi u innovattivi f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi globali li qed jikbru.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-tielet lok, ħafna forom ta’ insigurtà, kemm jekk kriminalità, vjolenza, terroriżmu, attakki ċibernetiċi, abbużi tal-privatezza, u forom oħra ta’ disturbi soċjali u ekonomiċi jaffettwaw dejjem aktar liċ-ċittadini. Skont l-istimi, probabbilment ikun hemm sa 75 miljun vittma diretta tal-kriminalità kull sena fl-Ewropa. L-ispiża diretta tal-kriminalità, it-terroriżmu, l-attivitajiet illegali, il-vjolenza u d-diżastri fl-Ewropa ġiet stmata għal mill-inqas EUR 650 biljun (madwar 5 % tal-PDG tal-Unjoni) fl-2010. Eżempju ċar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu huwa l-attakk kontra t-Twin Towers f’Manhattan fil-11 ta’ Settembru 2001. Mietu eluf ta’ nies u huwa stmat li dan l-avveniment ikkawża telf fil-produttività tal-USA li jammonta għal US$ 35 biljun, US$ 47 biljun fl-output totali u żieda fil-qgħad ta’ kważi 1 % fit-tliet xhur ta’ wara. Iċ-ċittadini, l-impriżi u l-istituzzjonijiet huma dejjem aktar involuti f’interazzjonijiet diġitali u transazzjonijiet f’oqsma soċjali, finanzjarji u kummerċjali tal-ħajja iżda l-iżvilupp tal-Internet wassal ukoll għal ċiberkriminalità li tiswa biljuni ta’ Euro kull sena u ksur tal-privatezza li taffettwa lil individwi jew assoċjazzjonijiet madwar il-kontinent. L-iżvilupp tal-insikurezza fil-ħajja ta’ kuljum u minħabba sitwazzjonijiet mhux mistennija x’aktarx jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini mhux biss fl-istituzzjonijiet iżda wkoll f’xulxin.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tibni soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri, l-Ewropa teħtieġ tweġiba li timplika l-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ għażliet tal-politika. Dan se jgħin lill-Ewropa tindirizza l-isfidi tagħha mhux biss internament iżda wkoll bħala attur globali fix-xena internazzjonali. Dan, imbagħad, se jgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw minn esperjenzi fi bnadi oħra u jippermettilhom jiddefinixxu aħjar l-azzjonijiet speċifiċi tagħhom stess li jikkorrispondu mal-kuntesti rispettivi tagħhom.

Sabiex tibni soċjetajiet inklużivi u innovattivi, l-Ewropa teħtieġ tweġiba li timplika l-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji u kapaċitajiet ġodda kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ għażliet tal-politika. Dan se jgħin lill-Ewropa tindirizza l-isfidi tagħha mhux biss internament iżda wkoll bħala attur globali fix-xena internazzjonali. Dan, imbagħad, se jgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw minn esperjenzi fi bnadi oħra u jippermettilhom jiddefinixxu aħjar l-azzjonijiet speċifiċi tagħhom stess li jikkorrispondu mal-kuntesti rispettivi tagħhom.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fondi tal-Unjoni f’din l-isfida għalhekk se jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni, inklużi l-politiki dwar il-prevenzjoni u r-rispons għad-diżastri. Se tiġi segwita koordinazzjoni mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

Il-fondi tal-Unjoni f’din l-isfida għalhekk se jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Se tiġi segwita koordinazzjoni mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness 1 – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet ċivili, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – Punt 6.3.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.3.3. Soċjetajiet siguri

imħassar

Il-mira hija li jiġu appoġġati politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna u li tiġi żgurata ċibersigurtà, fiduċja u privatezza fis-Suq Uniku Diġitali, filwaqt li fl-istess ħin titjib il-kompetittività tas-sigurtà tal-Unjoni, l-ICT u l-industriji tas-servizzi. Dan se jsir billi jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw nuqqasijiet fis-sigurtà u jwasslu għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà. Dawn l-azzjonijiet orjentati lejn missjoni se jintegraw it-talbiet ta’ utenti aħħarin differenti (ċittadini, negozji, u amministrazzjonijiet, inklużi awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali, protezzjonijiet ċivili, infurzar tal-liġi, gwardjani tal-fruntieri, eċċ.) sabiex titqis l-evoluzzjoni tat-theddid għas-sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u l-aspetti tas-soċjetà meħtieġa.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

(a) jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-terroriżmu

(b) tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ ġestjoni tal-fruntieri;

(c) jipprovdu ċ-ċibersigurtà

(d) tiżdied r-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet ud-diżastri;

(e) jiżguraw il-privatezza u l-libertà fuq l-Internet u jtejbu d-dimensjoni tas-soċjetà tas-sigurtà.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – Punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. SOĊJETAJIET SIGURI - PROTEZZJONI TAL-LIBERTÀ' U S-SIGURTÀ TAL-EWROPA U Ċ-ĊITTADINI TAGĦHA

6a.1. Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu mrawwma soċjetajiet Ewropej sikuri f’kuntest ta’ trasformazzjonijiet mingħajr preċedent u interdipendenzi u theddid globali li qed jikbru filwaqt li tissaħħaħ il-kultura Ewropea ta' libertà u ġustizzja.

Teżisti perċezzjoni mifruxa ta' nuqqas ta' sigurtà, kemm jekk din tkun ġejja minn kriminalità, vjolenza, terroriżmu, diżastri naturali/ikkawżati mill-bniedem, attakki ċibernatiċi, abbużi tal-privatezza jew forom oħra ta' taqlib soċjali u ekonomiku. Din taffettwa liċ-ċittadini direttament u għandha impatt usa' fuq in-nozzjonijiet ta' fiduċja, kura u komunikazzjoni u hija marbuta mal-livell ta' tħejjija u organizzazzjoni ta' soċjetà.

Skont l-estimi, x'aktarx li hemm sa 75 miljun vittma diretta tal-kriminalità kull sena fl-Ewropa1. L-ispiża diretta tal-kriminalità, it-terroriżmu, l-attivitajiet illegali, il-vjolenza u d-diżastri fl-Ewropa ġiet stmata għal mill-inqas EUR 650 biljun (madwar 5 % tal-PDG tal-Unjoni) fl-2010. Eżempju ċar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu huwa l-attakk kontra t-Twin Towers f’Manhattan fil-11 ta’ Settembru 2001. Mietu eluf ta’ nies u huwa stmat li dan l-avveniment ikkawża telf fil-produttività tal-USA li jammonta għal US$ 35 biljun, US$ 47 biljun fl-output totali u żieda fil-qgħad ta’ kważi 1 % fit-tliet xhur ta’ wara. Kellu wkoll impatt kulturali u globali sinifikattiv. Iċ-ċittadini, l-impriżi u l-istituzzjonijiet huma dejjem aktar involuti f’interazzjonijiet diġitali u transazzjonijiet f’oqsma soċjali, finanzjarji u kummerċjali tal-ħajja iżda l-iżvilupp tal-Internet wassal ukoll għal ċiberkriminalità li tiswa biljuni ta’ Euro kull sena u ksur tal-privatezza li jaffettwa lil individwi jew assoċjazzjonijiet madwar il-kontinent. It-tibdil fin-natura u l-perċezzjoni tal-insikurezza fil-ħajja ta’ kuljum x’aktarx jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini mhux biss fl-istituzzjonijiet iżda wkoll f’xulxin.

Sabiex jiġi antiċipat, evitat u mmaniġġat dan it-theddid, jeħtieġ li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji, soluzzjonijiet, għodda ta' antiċipazzjoni u għarfien innovattivi, tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti, jinstabu soluzzjonijiet tas-sigurtà ċivili, titjieb il-kompetittività tal-industrija tas-sigurtà u s-servizzi Ewropej, inkluż l-ICT, u jiġi evitat u miġġieled l-abbuż tal-privatezza u ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-internet, u f'postijiet oħra, filwaqt li jiġu assigurati d-drittijiet individwali u l-libertà taċ-ċittadini Ewropej.

Fi ħdan din l-isfida, il-programm Orizzont 2020 se jappoġġja riċerka f'teknoloġiji li jintużaw fil-qasam tas-sigurtà ċivili u tad-difiża u u r-riċerka maħsuba għal kapaċitajiet Ewropej li jkunu rilevanti fiż-żewġ oqsma. Għal dak il-għan, il-kamp ta' applikazzjoni tar-riċerkà fis-sigurtà se jkopri s-sigurtà interna u esterna, inkluża l-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni, u se jappoġġja l-medda kollha ta' teknoloġiji ta' "użu doppju", u jassoċja, fejn ikun meħtieġ, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża mal-ħidma tal-Kummissjoni, Fl-implimentazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-teknoloġija, kif ukoll fir-riċerka u l-iżvilupp konġunt fi ħdan din l-isfida, se tingħata attenzjoni partikulari lill-aspetti ta' standardizzazzjoni, interoperabilità intrinsika, teknoloġiji abilitanti ewlenin, indipendenza strateġika u sigurtà tal-provvista permezz tas-sostenn għall-eċċellenza u l-innovazzjoni fil-katina tal-provvista teknoloġika.

Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma’ politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta’ din l-isfida.

6a.2. Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

Is-sigurtà hija preokkupazzjoni leġittima għall-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha u f'dan ir-rigward tirrappreżenta sfida prinċipali għas-soċjetà. L-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha, l-industrija tagħha u s-sħab internazzjonali tagħha huma kkonfrontati b’firxa ta’ theddid għas-sigurtà bħall-kriminalità, it-terroriżmu, it-traffikar illegali u l-emerġenzi tal-massa minħabba diżastri kkawżati mill-bniedem jew diżastri naturali. Dawn it-theddidiet jistgħu jinfirxu u jaqsmu l-fruntieri u jimmiraw għal miri fiżiċi jew iċ-ċiberspazju b'attakki li ġejjin minn sorsi differenti. Attakki kontra sistemi tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi u entitajiet privati, pereżempju, mhux biss idgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadin fis-sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u jwasslu għal telf finanzjarju dirett u telf ta' opportunitajiet kummerċjali, iżda jistgħu wkoll jaffettwaw serjament l-infrastruttura u servizzi kritiċi bħall-enerġija, l-avjazzjoni u provvisti oħra tat-trasport, tal-ilma u tal-ikel, is-saħħa, il-finanzi jew it-telekomunikazzjonijiet.

Dawn it-theddidiet jistgħu possibbilment iqiegħdu f'periklu l-fundazzjonijiet interni tas-soċjetà tagħna. It-teknoloġija u d-disinn kreattiv jistgħu jagħtu kontribut importanti lil kwalunkwe rispons li għandu jingħata. Madankollu, għandhom jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda b'kunsiderazzjoni għal kemm huma adatti l-mezzi u l-adegwatezza tagħhom għad-domanda tas-soċjetà, b'mod partikolari f'termini ta' garanziji għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini.

Barra minn hekk, is-sigurtà tirrappreżenta wkoll sfida ekonomika ewlenija. Is-suq tas-sigurtà għandu valur ta' madwar EUR 100 biljun fis-sena mad-dinja kollha, li minnhom is-sehem tal-Ewropa huwa bejn il-25 % u l-35 %. Barra minn dan, huwa settur li qed jikber rapidament minkejja l-kriżi ekonomika attwali. Minħabba l-impatt potenzjali ta' wħud mit-theddidiet fuq servizzi, networks jew negozji, l-użu ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà adegwati sar kritiku għall-ekonomija u l-kompetittività tal-manifattura Ewropea.

Il-fondi tal-Unjoni f’din l-isfida għalhekk se jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adattament tal-politiki ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, inkluża l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni, inklużi l-politiki dwar il-prevenzjoni u r-rispons għad-diżastri, u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Se tiġi segwita koordinazzjoni mal-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

Filwaqt li titqies in-natura partikulari tas-sigurtà, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-ipprogrammar u l-governanza, inklużi arranġamenti mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Speċifiku li jimplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020). Informazzjoni ta’ sigurtà klassifikata jew sensittiva għal raġunijiet oħra għandha tiġi protetta u rekwiżiti u kriterji partikolari għall-kooperazzjoni internazzjonali jistgħu jiġu speċifikati f’programmi ta’ ħidma. Dan se jkun rifless ukoll fl-ipprogrammar u l-arranġamenti ta' governanza għal din l-isfida, inklużi aspetti komitoloġiċi.

Fl-aħħar nett, billi r-riċerka fi ħdan din l-isfida se jkollha fil-mira l-applikazzjonijiet kemm fis-sigurtà ċivili, kif ukoll fl-ambitu tad-difiża, se titwettaq attivament kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fl-aspetti kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' din l-isfida. Għal dak il-għan, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tipparteċipa fl-arranġamenti ta' ġestjoni, ipprogrammar u governanza għal din l-isfida, inklużi l-aspetti ta' interservizzi u ta' komitoloġija. Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħall-FRONTEX, l-EMSA u l-Europol, se jiġu wkoll msaħħa aktar sabiex titjieb il-koordinazzjoni ta’ Programmi u politiki tal-Unjoni fil-qasam kemm tas-sigurtà interna kif ukoll dik esterna, u ta' inizjattivi oħra tal-Unjoni.

6a.3. Linji ġenerali ta’ attivitajiet

Il-mira hija li jiġu appoġġati politiki tal-Unjoni għas-sigurtà interna u esterna u li tiġi żgurata ċibersigurtà, fiduċja u privatezza fis-Suq Uniku Diġitali, filwaqt li fl-istess ħin titjib il-kompetittività tas-sigurtà tal-Unjoni, l-ICT u l-industriji tas-servizzi. L-attivitajiet ser jinkludu fokus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' soluzzjonijiet innovattivi, permezz tal-ħidma fuq kunċetti u disinni oriġinali, u standards interoperabbli. Dan se jsir billi jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw lakuni fis-sigurtà u jwasslu għal tnaqqis fir-riskji minn theddidiet għas-sigurtà. Dawn l-azzjonijiet orjentati lejn missjoni se jintegraw it-talbiet ta’ utenti aħħarin differenti (ċittadini, negozji, u amministrazzjonijiet, inklużi awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali, protezzjoni ċivili, infurzar tal-liġi, gwardjani tal-fruntieri, eċċ.) sabiex titqies l-evoluzzjoni tat-theddid għas-sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u l-aspetti tas-soċjetà meħtieġa.

B'mod aktar konkret, il-Programm Orizzont 2020 se jappoġġja r-riċerka relatata mal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif ġej:

(i) Il-programm Orizzont 2020 se jappoġġja l-monitoraġġ teknoloġiku effettiv tat-teknoloġiji emerġenti li jistgħu b'mod sinifikanti fil-ġejjieni jbiddlu l-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża jew l-ambjent ta' sigurtà. Abbażi tar-riżultati ta' dan il-monitoraġġ, bis-saħħa ta' riċerka radikali u ta' rendiment għoli se jingħalaq id-distakk bejn kunċetti innovattivi u skoperti rivoluzzjonarji, u l-użu tagħhom fis-sigurtà u d-difiża.

(ii) Il-Programm Orizzont 2020 se jsostni, b'mod partikulari, ir-riċerka konġunta mmirata u attivtajiet ta' żvilupp imwettqa minn diversi Stati Membri bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 185 TFUE. Dawn l-inizjattivi huma bil-għan li jitjiebu b'mod effettiv il-kapaċitajiet Ewropej li jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, permezz tal-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi f'sistemi reali, ikkwalifikati permezz ta' testijiet u dimostrazzjoni. Din il-kooperazzjoni se tibni fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li:

a) Tiżdied is-sigurtà tal-protezzjoni taċ-ċittadini - Ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu;

b) Tiġi protetta u titjieb ir-reżiljenza ta' infrastrutturi kritiċi;

c) Tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ ġestjoni ta’ fruntieri u sigurtà marittima;

d) Tiġi pprovduta u tittejjeb iċ-ċibersigurtà;

e) Tiżdied ir-reżiljenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri;

f) Tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tas-sigurtà u tiġi żgurata l-privatezza u l-libertà fuq l-internet;

g) Tissaħħaħ il-kapaċità li jitwettqu missjonijiet u operazzjonijiet fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.

_____________

1 COM(2011)0274 finali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness 1 – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) jissaħħu s-sigurtà u t-trasformazzjoni tal-kunflitti fi ħdan il-pajjiżi terzi permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidament tal-paċi, id-djalogu, il-medjazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll ir-riformi tas-settur tas-sigurtà ċivili;

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sophocles Sophocleous

4.9.2012

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Kyriakos Mavronikolas app

Eżami fil-kumitat

21.6.2012

11.7.2012

17.9.2012

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, György Schöpflin, Werner Schulz, Marek Siwiec, Sophocles Sophocleous, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Sir Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Diogo Feio, Kinga Gál, Emilio Menéndez del Valle, Norbert Neuser, Alf Svensson, Indrek Tarand

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martin Ehrenhauser, Judith Sargentini

5.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Relatur: Bill Newton Dunn app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Pakkett Orizzont 2020 jistabbilixxi programm qafas uniku li jirregola l-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020.

L-għanjiet ġenerali huma l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiiv; it-titjib tar-rabta bejn ir-riċerka fundamentali, l-innovazzjoni u s-suq; u s-simplifikazzjoni tar-regoli ta' parteċipazzjoni u t-tisħiħ tal-involviment tal-SMEs.

Ir-Ropperteur jemmen li l-kunsiderazzjonijiet l-aktar sinifikanti tal-Kumitat għall-Iżvilupp jikkonċernaw il-Parti III dwar l-isfidi tas-soċjetà. Din il-Parti tindirizza oqsma inklużi s-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, u l-effiċjenza tar-riżorsi u l-enerġija, u tinkludi aspett transversali speċifiku dwar il-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali filwaqt li tirrikonoxxi b'mod espress in-natura globali tal-isfidi tas-soċjetà. Din il-Parti tassorbi l-akbar allokazzjoni baġitarja mit-tliet partijiet identifikati.

Hemm ħafna elementi pożittivi fil-proposta tal-Kummissjoni, speċjalment il-fokus fuq l-appoġġ għaċ-ċiklu sħiħ mir-riċerka fundamentali sal-innovazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-suq. L-enfasi fuq in-natura internazzjonali tal-isfidi tas-soċjetà hija wkoll pożittiva, iżda hemm bżonn li tiġi ċċarata u msaħħa aktar.

Ir-Rapporteur għażel li jiffoka l-emendi fuq il-prijoritajiet li ġejjin:

·L-iżgurar li l-Orizzont 2020 huwa miftuħ għal atturi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm f'termini ta' parteċipazzjoni fi proġetti u attivitajiet kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-aċċess għar-riżultati tal-proġetti u l-evitar tal-prevalenza tat-ton "Ewropa Fortizza" fir-Regolament.

·It-tisħiħ tal-potenzjal tal-azzjonijiet previsti taħt l-isfida tas-soċjetà "Saħħa, tibdil demografiku u benesseri" sabiex jingħata kontribut għas-segwitu ta' objettivi fundamentali fil-qasam tas-saħħa fil-livell dinji, b'mod partikolari l-indirizzar ta' mard infettiv relatat mal-faqar u traskurat. Ir-Rapporteur jixtieq li perċentwali fissa ta' dan il-baġit tas-saħħa tkun allokata għal azzjonijiet li jindirizzaw il-mard infettiv relatat mal-faqar u traskurat kollu.

·L-iżgurar li l-prijoritajiet u l-impenji tal-politika esterna u dik tal-iżvilupp tal-UE jittieħdu inkunsiderazzjoni b'mod partikolari fl-oqsma tat-tidbil fil-klima, il-bijodiversità u l-effiċjenza tar-riżorsi u l-enerġija, u b'mod partikolari, mingħajr ma jintesa r-rwol tar-riċerka fil-qasam tal-ispażju fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi.

Dan kollu huwa ta' benefiċċju reċiproku għall-UE u l-pajjiżi terzi sħab tagħha u huwa konsistenti wkoll mal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp. Barra minn hekk, il-kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija forma ta' kooperazzjoni li tista' tkun ta' użu kbir għal dawn il-pajjiżi - b'mod partikolari dawk bi dħul medju - li jista' jkun li ma jibbenefikawx aktar mill-għajnuna bilaterali tal-UE fl-ambitu tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp 2014 - 2020.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs kemm tal-Unjoni u pajjiżi assoċjati kif ukoll ta' pajjiżi terzi u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà Orizzont 2020 għandu: jippromwovi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fil-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020; jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza; jiggarantixxi r-rispett tal-leġiżlazzjoni etika u jippromwovi l-iżvilupp tal-ogħla standards etiċi madwar id-dinja u l-aderenza magħhom; iżid l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid tar-riżultati ta’ riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi, b’mod partikolari pubblikazzjonijiet u dejta xjentifika; jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni u qafas ta’ governanza li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili billi jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iffissar tal-prijoritajiet tar-riċerka ta’ Orizzont 2020.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Ir-riċerka u l-innovazzjoni kollha jibnu fuq il-kapaċità tax-xjenzati, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, in-negozji u ċ-ċittadini madwar id-dinja li jaccedu, jaqsmu u jużaw informazzjoni xjentifika b’mod miftuħ, u fl-istess ħin jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan huwa partikolarment importanti għall-atturi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn il-kapaċità ta’ riċerka lokali għandha titjieb u li l-kollaborazzjoni tagħhom mas-sħab tal-Unjoni tista’ tgħin biex jiġu indirizzati sfidi globali komuni u tikkontribwixxi għall-eċċellenza fir-riċerka tal-Unjoni. Iż-żieda fiċ-ċirkolazzjoni u l-isfruttament tal-għarfien, l-aċċess liberu bla ħlas għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi, li huma diġà mħaddna mis-Seba’ Programm Kwadru, għandhom ikunu l-prinċipju ġenerali għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirċievu finanzjament pubbliku minn Orizzont 2020. Barra minn hekk, Orizzont 2020 għandu jippromwovi aċċess miftuħ għal dejta xjentifika oħra prodotta jew miġbura minn riċerka ffinanzjata pubblikament, bil-għan li l-aċċess miftuħ għal dejta bħal din isir ir-regola ġenerali sal-2020.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE. Prinċipji etiċi, bħad-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki, jirrikjedu li d-dejta xjentifika prodotta jew miġbura mir-riċerka ffinanzjata pubblikament li ssir fuq il-bnedmin titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, irrispettivament mill-post fejn din iseħħ fl-Ewropa jew x’imkien ieħor fid-dinja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, l-enerġija sostenibbli, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni. L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-programmi ta' żvilupp se jikkontribwixxi wkoll fl-iżgurar tal-impatt massimu ta’ Orizzont 2020, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp imħadden mill-Artikolu 208 tat-TFUE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi internazzjonali, nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni. L-Orizzont 2020 għandu jikkontribwiixi għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-adattamenti sussegwenti miftiehma fuq livell internazzjonali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, it-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi, filwaqt li tiġi mħeġġa wkoll il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta xjentifika prodotta jew miġbura mir-riċerka ffinanzjata pubblikament li ssir fuq il-bnedmin, pereżempju fil-kuntest tal-provi kliniċi, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tkun aċċessibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

(1) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa ta’ Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, u l-impatt tal-innovazzjoni fuqhom, (inklużi dawk li jaħdmu fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp) f’ Orizzont 2020. Għandhom isiru valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal- parteċipazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (inklużi dawk li jaħdmu fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp) bħala parti mill-arranġamenti ta’ valutazzjoni u monitoraġġ.

(2) Għandha tingħata attenzjoni speċifika lil inizjattivi mmirati lejn it-twessigħ tas-sensibilizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzjament taħt Orizzont 2020 ta’ Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, inklużi dawk li jaħdmu fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Għal dan l-iskop għandhom jintużaw Orizzont 2020 u programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali.

(3) L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inklużi dawk li jaħdmu fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp) għandhom jiġu kkonsultati waqt l-implimentazzjoni, l-ipprogrammar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ Orizzont 2020.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE taħt is-Seba’ Programm Kwadru, suġġett għall-emenda tal-atti bażiċi tagħhom; sħubiji pubbliċi-privati ġodda stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE; u kopri oħra ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu [55(1)(b)(v) jew (vii)] tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid]. Din il-forma ta’ sħubiji għandha tkun implimentata biss fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi mwettqa u l-iskala tar-riżorsi meħtieġa jiġġustifikawha;

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE taħt is-Seba’ Programm Kwadru, suġġett għall-emenda tal-atti bażiċi tagħhom; sħubijiet pubbliċi-privati ġodda stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE; riċerka innovattiva eżistenti oħra u sħubijiet ta’ innovazzjoni bħal sħubijiet għall-iżvilupp ta’ prodotti, u korpi oħra ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu [55(1)(b)(v) jew (vii)] tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid]. Din il-forma ta’ sħubijiet għandha tkun implimentata biss fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi mwettqa u l-iskala tar-riżorsi meħtieġa jiġġustifikawha;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-iskala tal-impatt fuq il-kompetittività industrijali, it-tkabbir sostenibbli u l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi;

(b) l-iskala tal-impatt fuq il-kompetittività industrijali, it-tkabbir sostenibbli u l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi u l-isfidi tas-soċjetà, li huma ta’ natura globali;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fir-rigward ta’ sħubijiet pubbliċi-privati maħluqa jew iffinanzjati taħt Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw kompletament ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru (XX/XX [ir-Regolament Finanzjarju], kif ukoll ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Orizzont 2020] u kwalunkwe deroga li tinsab fih.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) XX/XX [Regoli għall-Parteċipazzjoni]. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun promossa matul u fi ħdan l-Orizzont 2020 biex jintlaħqu, b’mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:

1. Entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) XX/XX [Regoli għall-Parteċipazzjoni]. Il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun promossa u integrata f’Orizzont 2020 biex jintlaħqu, b’mod partikolari, l-objettivi li ġejjin:

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Aġenda għall-Bidla, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp, u jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ impenji internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-adattamenti tagħhom sussegwentement miftiehma fuq livell internazzjonali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

2. Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, l-bżonnijiet ta' żvilupp tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni. Dawn jinkludu azzjonijiet intiżi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u azzjonijiet ta’ kooperazzjoni ċċentrati fuq il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom f’oqsma bħas-saħħa, inkluża r-riċerka fuq mard u epidemiji minsija, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iqisu żviluppi fil-politika tal-Unjoni u opportunitajiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll nuqqasijiet possibbli fis-sistemi tal-proprjetà intelletwali ta’ pajjiż terz.

Il-prijoritajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iqisu żviluppi fil-politika tal-Unjoni inklużi politiki esterni u dwar l-iżvilupp u opportunitajiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll nuqqasijiet possibbli fis-sistemi tal-proprjetà intelletwali ta’ pajjiż terz.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, il-politiki ta’ koordinazzjoni għandhom jaħdmu b’konformità mal-politiki ta’ migrazzjoni, tal-ażil u tal-iżvilupp, sabiex jiġi evitat l-“eżodu ta’ mħuħ” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar Orizzont 2020, inkluż miżuri ta' komunikazzjoni rigward proġetti u riżultati appoġġati. Il-baġit allokat għal komunikazzjoni taħt Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri l-komunikazzjoni korportattiva tal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar Orizzont 2020, inkluż miżuri ta' komunikazzjoni rigward proġetti u riżultati appoġġati. Sabiex jiżdiedu ċ-ċirkolazzjoni u l-isfruttament tal-għarfien u biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tal-isforzi tar-riċerka, il-prinċipju ġenerali għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ riċerka li jirċievu finanzjament pubbliku minn Orizzont 2020 għandu jkun l-aċċess onlajn liberu u mingħajr ħlas għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, li diġà ġie inkluż fis-Seba’ Programm Kwadru. Għandu jiġi promoss aċċess miftuħ bla ħlas għad-dejta xjentifika prodotta jew miġbura permezz ta' riċerka ffinanzjata mill-Orizzont 2020. Il-baġit allokat għal komunikazzjoni taħt Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri l-komunikazzjoni korportattiva tal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni sakemm huma relatati mal-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipanti li mhumiex rappreżentati biżżejjed, bħar-riċerkaturi li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew mill-pajjiżi terzi;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn kampijiet, teknoloġiji u dixxiplini xjentifiċi differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka sas-suq, b’iffukar ġdid fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari, l-innovazzjoni soċjali u l-adozzjoni tal-innovazzjonijiet mis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn oqsma, teknoloġiji u dixxiplini xjentifiċi differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka sas-suq, b’iffukar ġdid fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari. Se jkun hemm enfażi akbar fuq l-użu ta’ għodda innovattivi għall-finanzjament tar-riċerka, bħall-premjijiet għall-innovazzjoni biex jiġu ffinanzjati dwan l-attivitajiet.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minħabba n-natura globali tal-isfidi u r-rabta mill-qrib tagħhom mal-politiki esterni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali minn kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

(L-aħħar paragrafu tal-Anness 1 – paragrafu 16 tat-test tal-Kummissjoni ġie mmodifikat u issa huwa l-paragrafu l-ġdid 15(a))

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi, inklużi kwistjonijiet ta' aċċess għall-edukazzjoni u għal drittijiet soċjali u kulturali, għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 1.3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għaldaqstant, sal-2020 l-ERC għandu jimmiru li juri li: l-aqwa riċerkaturi qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-ERC, li l-finanzjament tal-ERC wassal direttament għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità u għall-kummerċjalizzazzjoni u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji u ideat innovattivi u li l-ERC ta kontribuzzjoni sinifkanti wkoll biex jagħmel l-Ewropa ambjent aktar attraenti għall-aħjar xjenzati tad-dinja. B’mod partikolari, l-ERC għandu jimmira titjib li jista’ jitkejjel fis-sehem tal-Unjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet l-aktar ikkwotati li qegħdin fl-ogħla 1 % fid-dinja. Barra minn hekk, għandu jimmira għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti minn barra l-Ewropa li huwa jiffinanzja u titjib speċifiku fil-prattiki istituzzjonali u l-politiki nazzjonali biex jappoġġa l-aqwa riċerkaturi.

Għaldaqstant, sal-2020 l-ERC għandu jimmira li juri li: l-aqwa riċerkaturi qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-ERC, li l-finanzjament tal-ERC wassal direttament għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità u għall-kummerċjalizzazzjoni u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji u ideat innovattivi u li l-ERC ta kontribuzzjoni sinifkanti wkoll biex jagħmel l-Ewropa ambjent aktar attraenti għall-aħjar xjenzati tad-dinja. B’mod partikolari, l-ERC għandu jimmira titjib li jista’ jitkejjel fis-sehem tal-Unjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet l-aktar ikkwotati li qegħdin fl-ogħla 1 % fid-dinja. Barra minn hekk, għandu jimmira għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ riċerkaturi eċċellenti minn barra l-Ewropa li huwa jiffinanzja, billi joffri għajnuna għar-riċerkaturi żgħażagħ li ġejjin mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u għal titjib speċifiku fil-prattiki istituzzjonali u l-politiki nazzjonali biex jappoġġa l-aqwa riċerkaturi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3.3 punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b’esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta’ karrieri attraenti f’universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn. L-opportunitajiet li terġa’ tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa għandhom jiġu appoġġati wkoll.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b’esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta’ karrieri attraenti f’universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn, billi joffru lir-riċerkaturi l-opportunità li jitħarrġu u li jtejbu l-għarfien tagħhom f’organizzazzjoni tar-riċerka ta' livell għoli f’pajjiż terz. L-opportunitajiet li terġa’ tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa għandhom jiġu appoġġati wkoll.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3.3 punt c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal terminu ta’ żmien qasir ta’ persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta’ universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal terminu ta’ żmien qasir ta’ persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta’ universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u, b’mod partikolari, it-tisħiħ tas-sħubijiet xjentifiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi bi dħul medju u dawk li qed jiżviluppaw.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 4.3 punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan għandu jkun li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika u l-korpi ta’ finanzjament rilevanti, l-għodod tal-pjanijiet direzzjonali u l-monitoraġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali.

L-għan għandu jkun li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika u l-korpi ta’ finanzjament rilevanti, l-għodod tal-pjanijiet direzzjonali u l-monitoraġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali. L-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għandhom jiġu appoġġati fl-attivitajiet ta’ relazzjonijiet internazzjonali tagħhom u kkonsultati fil-proċess tal-ifformar tal-istrateġija Ewropea għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – parti I – punt 4.3 – punt c – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sħubijiet fl-Infrastruttura tar-Riċerka ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, pereżempju bħala parti mill-Istrateġija konġunta UE-Afrika, għandhom jiġu indirizzati wkoll.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa kif ukoll l-objettivi tal-politika tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea.

Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni, Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni u Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea u impenji internazzjonali fl-oqsma tal-ispazju, tas-saħħa, tal-ambjent, tal-enerġija u tas-sigurtà tal-ikel.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispazju huwa settur li qed jikber malajr li jwassal informazzjoni essenzjali lil bosta oqsma tas-soċjetà moderna, jissodisfa d-domandi fundamenti tagħha, jindirizza mistoqsijiet xjentifiċi universali, u huwa utli biex jiżgura l-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur ewlieni fix-xena internazzjonali. Ir-riċerka tal-ispazju hija l-bażi tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ispazju, iżda fil-preżent hija frammentata fil-programmi nazzjonali mmexxija minn subsett ta' Stati Membri tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni u l-investiment fil-livell tal-Unjoni fir-riċerka tal-ispazju huma meħtieġa (ara l-Artikolu 189 TFUE) sabiex jinżamm l-lat kompettitiv, biex ikun hemm salvagwardja għall-infrastruttura tal-ispazju tal-Unjoni bħal Galileo u biex jinżamm ir-rwol fil-futur tal-Unjoni fl-ispazju. Barra minn hekk, is-servizzi u l-applikazzjonijiet innovattivi downstream li jużaw informazzjoni dderivata mill-ispazju jirrappreżentaw sors importanti ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi.

L-ispazju huwa settur li qed jikber malajr li jwassal informazzjoni essenzjali lil bosta oqsma tas-soċjetà moderna, jissodisfa d-domandi fundamentali tagħha, jindirizza mistoqsijiet xjentifiċi universali u sfidi globali bħat-tibdil fil-klima, u huwa utli biex jiżgura l-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur ewlieni fix-xena internazzjonali. Ir-riċerka tal-ispazju hija l-bażi tal-attivitajiet kollha mwettqa fl-ispazju, iżda fil-preżent hija frammentata fil-programmi nazzjonali mmexxija minn subsett ta' Stati Membri tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni u l-investiment fil-livell tal-Unjoni fir-riċerka tal-ispazju huma meħtieġa (ara l-Artikolu 189 TFUE) sabiex jinżamm il-lat kompettitiv, biex ikun hemm salvagwardja għall-infrastruttura tal-ispazju tal-Unjoni bħal Galileo u biex jinżamm ir-rwol fil-futur tal-Unjoni fl-ispazju. Barra minn hekk, is-servizzi u l-applikazzjonijiet innovattivi downstream li jużaw informazzjoni dderivata mill-ispazju jirrappreżentaw sors importanti ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi, waqt li jikkontribwixxu wkoll għat-twettiq tal-objettivi esterni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-oqsma tar-rispons għall-kriżijiet umanitarji u l-ambjent, pereżempju.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1.6.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispazju huwa mezz importanti, iżda ta’ sikwit inviżibbli, li jippermetti r-realizzazzjoni ta’ diversi servizzi u prodotti li huma kruċjali għas-soċjetà moderna tal-lum, bħat-tbassir tat-temp għan-navigazzjoni, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni ġeografika. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali jiddependu dejjem aktar fuq informazzjoni li ġejja mill-ispazju. Is-settur spazjali globali qed jikber u jespandi malajr f’reġjuni ġodda (eż. iċ-Ċina u l-Amerika t’Isfel). L-industrija Ewropea attwalment hija esportatur kunsiderevoli ta’ satelliti tal-aqwa kwalità għal skopijiet kummerċjali u xjentifiċi. Il-kompetizzjoni globali li dejjem tiżdied qed tkun ta’ theddida għall-pożizzjoni tal-Ewropa f’dan il-qasam. Għaldaqstant, l-Ewropa għandha interess biex tiżgura li l-industrija tagħha tkompli tiffjorixxi f’dan is-suq daqstant kompetittiv. Barra minn hekk, dejta mis-satelliti xjentifiċi Ewropej irriżultaw f’uħud mill-iskoperti xjentifiċi l-aktar sinifikanti f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fix-xjenzi terrestri u l-astronomija. Minħabba din il-kapaċità unika, is-settur spazjali Ewropew għandu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi identifikati mill-Ewropa 2020.

L-ispazju huwa mezz importanti, iżda ta’ sikwit inviżibbli, li jippermetti r-realizzazzjoni ta’ diversi servizzi u prodotti li huma kruċjali għas-soċjetà moderna tal-lum, bħan-navigazzjoni, il-komunikazzjoni, it-tbassir tat-temp u l-informazzjoni ġeografika. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali jiddependu dejjem aktar fuq informazzjoni li ġejja mill-ispazju. Is-settur spazjali globali qed jikber u jespandi malajr f’reġjuni ġodda (eż. l-Afrika, iċ-Ċina u l-Amerika t’Isfel). L-industrija Ewropea attwalment hija esportatur kunsiderevoli ta’ satelliti tal-aqwa kwalità għal skopijiet kummerċjali u xjentifiċi. Il-kompetizzjoni globali li dejjem tiżdied qed tkun ta’ theddida għall-pożizzjoni tal-Ewropa f’dan il-qasam. Għaldaqstant, l-Ewropa għandha interess biex tiżgura li l-industrija tagħha tkompli tiffjorixxi f’dan is-suq daqstant kompetittiv. Barra minn hekk, dejta mis-satelliti xjentifiċi Ewropej irriżultaw f’uħud mill-iskoperti xjentifiċi l-aktar sinifikanti f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin fix-xjenzi terrestri u l-astronomija. Minħabba din il-kapaċità unika, is-settur spazjali Ewropew għandu rwol kritiku fl-indirizzar tal-isfidi identifikati mill-Ewropa 2020.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 3.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-SMEs għandhom jiġu appoġġati tul l-Orizzont 2020 kollu. Għal dan il-għan, strument apposta tal-SMEs għandu jipprovdi appoġġ li jingħata fi stadji u bla xkiel, u li jkopri ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. L-istrument tal-SMEs għandu jimmira t-tipi kollha ta’ SMEs innovattivi li juru ambizzjoni qawwija biex jiżviluppaw, jikbru u jsiru internazzjonali. Dan għandu jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inklużi innovazzjonijiet ta’ servizz, mhux teknoloġiċi u soċjali. L-għan huwa l-iżvilupp u l-kapitalizzazzjoni fuq il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs billi timtlela l-lakuna fl-iffinanzjar fil-fażi bikrija tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ riskju għoli, jiġu stimulati l-innovazzjonijiet u tiżdied il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-settur privat.

L-SMEs għandhom jiġu appoġġati tul l-Orizzont 2020 kollu. Għal dan il-għan, strument apposta tal-SMEs għandu jipprovdi appoġġ li jingħata fi stadji u bla xkiel, u li jkopri ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni. L-istrument tal-SMEs għandu jimmira t-tipi kollha ta’ SMEs innovattivi li juru ambizzjoni qawwija biex jiżviluppaw, jikbru u jsiru internazzjonali u li fil-proċess tal-ftuħ għas-swieq esterni jimplimentaw politiki li jiffokaw fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, partikolarment jekk joperaw fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan għandu jiġi pprovdut għat-tipi kollha ta’ innovazzjoni, inklużi innovazzjonijiet ta’ servizz, mhux teknoloġiċi u soċjali. L-għan huwa l-iżvilupp u l-kapitalizzazzjoni fuq il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs billi jimtela n-nuqqas fl-iffinanzjar fil-fażi bikrija tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ riskju għoli, jiġu stimulati l-innovazzjonijiet u tiżdied il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka fis-settur privat.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. Mudelli innovattivi ta' finanzjament u t-tixrid tar-riżultati tax-xogħol ta' riċerka, bħal premjijiet għall-innovazzjoni, huma importanti ħafna biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi tas-soċjetà u biex jippermettu lir-riċerkaturi fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja sabiex ikollhom rwol attiv u effettiv biex jintlaħaq dan l-għan.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja), huwa ta’ tħassib globali, u jammonta għal 41 % tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8 % minnhom fl-Ewropa. Għandha sssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi.

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u l-mard minsi), jammonta għal 41% tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8% minnhom fl-Ewropa. Għandha ssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti u emerġenti mill-ġdid u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi. Hawnhekk, il-qasam speċifiku taż-żoonosi jeħtieġ attenzjoni, flimkien ma’ attivitajiet oħra appoġġati li jiffokaw fuq is-saħħa tal-annimali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati, u għandu jiġi żgurat aċċess għas-sistemi tas-saħħa effettivi u kompetenti għall-Ewropej kollha.

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati, u għandu jiġi żgurat aċċess globali għas-sistemi tas-saħħa effettivi u kompetenti, sabiex tiġi żgurata l-aħjar saħħa possibbli għall-Ewropej kollha.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew fi sħubija ma’ pajjiżi terzi jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi li huma ta’ natura globali, biex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp, u sabiex iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u sabiex l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli u effettivi. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali.

Ir-rispons jiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u fuq it-traduzzjoni koerenti u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti f’prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli, effettivi u aċċessibbli. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ fit-tul u koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali globalment, inkluża l-kapaċità tar-riċerka u l-iżvilupp f’żoni endemiċi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ “-omiċi” jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, fit-trattament ta’ mard rari, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għixien assistit u indipendenti.

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu l-kollaborazzjoni internazzjonali bejn riċerkaturi sabiex jinkisbu l-massa kritika u l-għarfien espert meħtieġa, l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ “-omiċi” jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, fid-dijanjożi, il-prevenzjoni u t-trattament ta’ mard relatat mal-faqar, mard minsi u rari u mard li ma jittiħidx, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għajxien assistit u indipendenti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard relatat mal-faqar u l-mard minsi huwa ta’ tħassib globali u n-nuqqasijiet fir-riċerka jridu jiġu indirizzati permezz tal-ħolqien tal-innovazzjoni mmexxija mill-ħtiġijiet tal-pazjenti. Iż-żieda fil-prevalenza ta’ tali mard infettiv emerġenti u li qed jerġa’ jemerġi fir-reġjun Ewropew – spiss riżultat ta’ tibdil fil-klima u l-moviment globali tan-nies – u l-problema li dejjem tikber tar-reżistenza antimikrobjali jenfasizzaw aktar il-ħtieġa għal approċċ komprensiv u kkoordinat internazzjonalment u l-appoġġ pubbliku miżjud għar-R&Ż għal dan il-mard li joqtol miljuni ta’ nies kull sena.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi mmasimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimsotrazzjonim, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li huma meta neċessarji, interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti, ġodda. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jinterfaċċa wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu.

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u jinħolqu benefiċċji fit-tul għall-objettivi tiegħu, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li huma meta neċessarju, interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti, ġodda. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jikkomplimenta u joħloq sinerġiji wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fil-programmi esterni dwar is-Saħħa Globali u l-Unjoni u l-impenji internazzjonali fil-qasam tas-saħħa globali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta’ vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għixien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima u l-faqar), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta’ vaċċini preventivi, terapiji u trattamenti ġodda u aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; l-iżvilupp ta’ trattamenti adattati u t-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli inklużi l-aspetti psikosoċjali; it-titjib fil-proċeduri regolatorji u fl-appoġġ tal-aċċess għall-attivitajiet relatati; ġbir u użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa; tekniki tal-analiżi tad-dejta standardizzati; tixjiħ attiv u b’saħħtu, indipendenti u għajxien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tad-differenzi fis-saħħa u tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament tar-riċerka u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka sabiex jitqassam l-għarfien li se jiffaċilita u jħaffef l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma. Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu kont xieraq tal-analiżi tal-ġeneru u tas-sessi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi għall-ġejjieni tal-kura tas-saħħa Ewropea u sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija hawn fuq, għandu jiġi allokat finanzjament xieraq tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni f'dan il-qasam.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30 % tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi pluralità ta’ approċċi.

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi ffaċċjata bi sfidi minħabba iż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u l-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti sostenibbli u suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30 % tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi pluralità ta’ approċċi.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-impenji miftiehma internazzjonalment dwar is-sigurtà tal-ikel, il-bijodiversità u l-iżvilupp sostenibbli globali, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar taċ-ċiklu sħiħ mir-riċerka fundamentali għall-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigar tal-kundizzjonijiet tal-klima. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki għal għixien rurali b’saħħtu.

L-għan huwa li tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea, u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tibdil fil-klima u l-akkwist tal-art fuq skala kbira fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Globalment, l-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin jiġu żviluppati servizzi, kunċetti u politiki għal għajxien rurali b’saħħtu. Għandha tingħata attenzjoni għas-saħħa u l-ġestjoni tal-bhejjem, inkluż it-tilqim u t-trattamenti għall-mard, inkluż mard tropikali.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3.2 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fix-xena internazzjonali, l-azzjoni li tittieħed fil-livell tal-Unjoni tipprovdi “massa kritika” sabiex tiġbed l-interess ta’ partijiet oħra fuq quddiem fit-teknoloġija u trawwem sħubiji internazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni. Dan se jagħmilha aktar faċli għall-imsieħba internazzjonali biex jinteraġixxu mal-Unjoni sabiex jibnu azzjonijiet komuni fejn ikun hemm benefiċċji u interessi reċiproċi.

Fix-xena internazzjonali, l-azzjoni li tittieħed fil-livell tal-Unjoni tipprovdi “massa kritika” sabiex tiġbed l-interess ta’ partijiet oħra fuq quddiem fit-teknoloġija u trawwem sħubijiet internazzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni. Dan se jagħmilha aktar faċli għas-sħab internazzjonali biex jinteraġixxu mal-Unjoni sabiex jibnu azzjonijiet komuni fejn ikun hemm benefiċċji u interessi reċiproċi. F’dan ir-rigward, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-inizjattivi tal-Unjoni u lill-impenji internazzjonali dwar l-aċċess universali għall-enerġija u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tagħha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumplessità integrata ta’ dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali li tiġi żviluppata riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta’ innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li se jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f’dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta’ forom ta’ suċċess ta’ solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta’ soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja. Dan jirrikjedi approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma’ politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta’ din l-isfida.

Il-kumplessità integrata ta’ dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali l-iżvilupp ta’ riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta’ innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li se jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f’dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta’ forom ta’ suċċess ta’ solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta’ soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja. Dan jirrikjedi approċċ aktar strateġiku u miftuħ għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’azzjonijiet immirati li jittieħdu sabiex tiġi promossa u appoġġata l-kooperazzjoni internazzjonali. Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma’ politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta’ din l-isfida.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.3.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni li jinvolvu pajjiżi terzi. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.3.2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tiġi promossa kooperazzjoni koerenti u effettiva ma’ pajjiżi terzi.

(d) tiġi promossa kooperazzjoni koerenti u effettiva ma’ pajjiżi terzi inkluż f’termini tal-aċċess għar-riżultati tar-riċerka u għall-informazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.5.2012

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Bill Newton Dunn app

27.3.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Patrice Tirolien, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Santiago Fisas Ayxela, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Gesine Meissner, Horst Schnellhardt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Prendergast

18.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Relatur: Nils Torvalds

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax ikun iffissat sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva; itenni li jinħtieġu riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ twettaq il-prijoritajiet ta’ politika eżistenti tagħha u l-kompiti l-ġodda li hemm provvedimenti għalihom fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jinnota li anke b’żieda fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss ta’ mill-inqas 5% apparagun tal-livell tal-2013, tista’ ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-kisba kemm tal-impenji u l-għanijiet miftiehma tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, f’każ li ma jikkondividix dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema proġetti jew prijoritajiet politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom;

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011))0266.

Emenda    3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1c. Ifakkar, b’mod partikolari, li fl-istess riżoluzzjoni l-Parlament Ewropew talab żieda sinifikanti fin-nefqa relevanti mill-2013, sabiex jiżdied, jiġi stimulat u żgurat il-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Unjoni;

Emenda    4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1d. Ifakkar, barra minn hekk, fil-pożizzjoni tiegħu li l-QFP li jmiss għandu jkun fih konċentrazzjoni ikbar ta’ riżorsi baġitarji f’oqsma li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni skont il-prinċipji Ewropej ta’ valur miżjud u eċċellenza;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza u b’hekk jiġi enfasizzat kemm huwa importanti li jitħeġġu sinerġiji iktar b'saħħithom u komplementari mal-fondi strutturali. Madankollu, l-għażla ta’ proġetti ffinanzjati skont il-kunċett “it-triq li twassal għall-eċċellenza” jeħtieġ tkun ibbażata fuq ċerti standards ta’ kwalità. Sabiex jiġi żgurat is-suċċess durabbli tagħhom, il-Proġetti ffinanzjati skont il-kunċett tat-“triq li twassal għall-eċċellenza” għandhom jingħataw attenzjoni speċjali u għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira t-talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira t-talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jirrikjedi żieda sinifikanti fil-baġit għall-perjodu ta’ 7 snin li jmiss sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni filwaqt li jiġu attratti fondi sinifikanti mis-settur privat għall-attivitajiet tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal simplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010, enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta’ wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b’segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba’ Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 u appoġġa l-kunċett ta’ qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011.

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal simplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 u tat-8 ta’ Ġunju 20111, li enfasizzaw li kwalunkwe żieda ta’ fondi għandha tkun akkumpanjata b’simplifikazzjoni radikali tal-proċeduri ta’ finanzjament, enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta’ wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b’segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba’ Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011, appoġġa l-kunċett ta’ qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni, u talab l-irdoppjar tal-baġit għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-QFP li jmiss apparagun tas-Seba’ Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011.

______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011))0266.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. L-Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, inklużi attivitajiet eqreb għall-ekonomiji u strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu, mingħajr ma jfixkel il-kompetizzjoni, jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Il-finanzjament taħt l-Orizzont 2020 għandu jkun iggwidat bil-prinċipju ta’ eċċellenza u għandu jipprovdi Valur Miżjud Ewropew ċar. M’għandux jissostitwixxi iżda għandu filfatt jikkomplementa l-finanzjament nazzjonali ta’ proġetti relatati mar-riċerka.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Ir-rekwiżit ċentrali tal-Orizzont 2020 huwa s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ li jqisu kif dovut in-natura tal-attivitajiet u tal-qrubija tagħhom għas-suq u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) L-Orizzont 2020 għandu jiżgura tnaqqis sinifikanti fil-piż burokratiku għall-benefiċjarji, inklużi l-SMEs, filwaqt li jiżgura approċċ differenzjat skont it tip ta’ benefiċjarju.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ikun tajjeb li l-Orizzont 2020 u l-programmi li ppreċedewh jingħalqu kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tagħhom, bħall-finanzjament tal-assistenza teknika u amministrattiva.

(18) Ikun tajjeb li l-Orizzont 2020 u l-programmi li ppreċedewh jingħalqu kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tagħhom, bħall-finanzjament tal-assistenza teknika u amministrattiva strettament neċessarja.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE.

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok - skont kundizzjonijiet speċifiċi u trasparenti - għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Biex ikun żgurat il-bilanċ xieraq bejn R&Ż&I bbażati fuq qbil u dawk iktar ta’ taqlib, mill-inqas 15% tal-baġit tal-prijorità tal-“Isfidi Soċjetali” u tal-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” fi ħdan il-prijorità fit-“Tmexxija Industrijali” għandhom isegwu loġika mmexxija minn riċerka minn isfel għal fuq. Barra minn hekk, għandu jintlaqat il-bilanċ ġust fi ħdan l-“Isfidi soċjetali” u l-prijoritajiet tat-“Tmexxija industrijali” bejn proġetti iżgħar u ikbar, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istruttura tas-settur speċifiku, it-tip tal-attività, ix-xenarju tat-teknoloġija u r-riċerka.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, l-Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, l-Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni. Dawn is-sinerġiji m’għandhomx jikkompromettu l-prinċipju ta’ eċċelenza li l-Orizzont 2020 għandu jsegwi u m’għandhomx iwasslu għall-finanzjament doppju tal-istess proġetti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) Kemm l-Orizzont 2020 kif ukoll il-Politika ta’ Koeżjoni jfittxu allinjament komprensiv mal-objettivi tal-Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz tal-Oqfsa Strateġiċi Komuni rispettivi tagħhom. Id-direzzjoni strateġika ġdida titlob kooperazzjoni ikbar u sistematizzata taż-żewġ QSK sabiex jiġi mmobilizzat kompletament il-potenzjal ta' riċerka u innovazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji, l-istrumenti tat-triq li twassal għall-eċċellenza għandhom jiġu introdotti kemm fl-Orizzont 2020 kif ukoll fil-Politika ta’ Koeżjoni bla ma jiġi kompromess il-prinċipju ta’ eċċellenza..

Ġustifikazzjoni

Għalkemm għandhom punti fokali differenti, kemm l-Orizzont 2020 u l-Politika ta’ Koeżjoni huma estremament importanti biex jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020. Għalhekk is-sinerġiji u l-kumplimentaritajiet bejniethom huma varament meħtieġa. Il-politika ta’ koeżjoni trid tipprepara l-atturi reġjonali tar-R&Ż sabiex jipparteċipaw fil-proġetti tal-Orizzont 2020, u min-naħa l-oħra, għandha tipprovdi l-mezz sabiex tisfrutta u xxerred b’ħeffa ir-riżultati tar-R&Ż li joħorġu mir-riċerka bażika ffinanzjata mill-Orizzont 2020 fis-suq. Sabiex jinbnew kollegamenti bejn iż-żewġ programmi, l-Orizzont 2020 għandu joffri xi miżuri għall-identifikazzjoni tal-potenzjali (“ċentri ta’ eċċellenza”), u jipprovdi s-siġill ta’ eċċelenza għall-aqwa ċentri.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26b) L-awtoritajiet Ewropej, lokali, reġjonali kif ukoll nazzjonali għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-iżgurar ta’ koordinazzjoni effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari fit-trawwim ta’ rabtiet bejn l-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali, fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ innovazzjoni reġjonali bbażati fuq speċjalizzazzjoni intelliġenti. Ir-reġjuni għandhom rwol ewlieni wkoll fit-tixrid u l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-Oizzont 2020 u biex joffru strumenti ta’ finanzjament komplementarji, inkluż l-akkwist pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Bħala l-atturi prinċipali fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali se jkollhom rwol li għandu x’jaqsam mal-ħolqien u l-inkarigar tass–sinerġiji meħtieġa bejn din il-politka u l-Orizzont 2020. Sabiex jisfruttaw b’mod sħiħ l-opportunitajiet għas-sinerġiji, l-awtoritajiet reġjonali jridu jiżviluppaw l-istrateġiji tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom għal speċjalizzazzjoni intelliġenti u jiffaċilitaw l-isfruttar tar-riżultati li joħorġu mill-Orizzont 2020, b’attenzjoni partikolari sabiex jinħolqu kondizzjonijiet tas-suq u ambjent tan-negozju amikevoli. L-azzjonijiet li tieħu l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-kunċett fil-livel tal-Istati Membri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar).

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar). L-Orizzont 2020 għandu joffri l-inċentivi neċessarji biex jiġbed lill-SMEs għal dan it-tip ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni u jipprovdi għal sett ta’ regoli u strumenti li jtejbu b’mod sinifikanti l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex jinżamm ambjent ekwu għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament pprovdut mill-Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat sabiex jiżgura l-effettività tal-infiq pubbliku u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħal imblokk tal-aċċess għall-finanzjament privat, il-ħolqien ta' strutturi tas-suq ineffettivi jew jippreserva kumpaniji ineffiċjenti.

(31) Sabiex jinżamm ambjent ekwu għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament pprovdut mill-Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat, inkluż il-qafas Komunitarju għall-għajnuna statali għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni li attwalment qed jiġi eżaminat, sabiex jiżgura l-effettività tal-infiq pubbliku u ma jippermettix distorsjonijiet tas-suq bħal imblokk tal-aċċess għall-finanzjament privat, il-ħolqien ta' strutturi tas-suq ineffettivi jew jippreserva kumpaniji ineffiċjenti.

Ġustifikazzjoni

Iċ-caqliq tal-bilanċ wisq lejn l-iffinanzjar tal-innovazzjoni qrib is-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir, jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jkun għad-detriment ta’ riċerka fundamentali fuq perjodu ta’ żmien itwal, li hija ta’ spiss tkun is-sors ta’ innovazzjoni radikali u ta’ taqlib. Għalhekk, mhux biss il-kliem iżda anke l-ispirtu tar-regoli ta’ għajnuna mill-stat għar-R&Ż għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31a) L-infiq tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun ikkoordinat aħjar sabiex jiġu żgurati komplementarjetà, viżibilità u effiċjenza aħjar, kif ukoll sabiex jinkisbu sinerġiji aħjar. Fil-kuntest tal-proċess ta’ valutazzjoni previst f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji miksuba bejn il-Baġit tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri fil-kisba tal-mira ta’ R&Ż tal-Ewropa 2020 kif ukoll l-indikatur ewlieni tal-Ewropa 2020 għall-innovazzjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) L-Orizzont 2020 għandu jiżgura l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-mekkaniżmi u l-istrumenti finanzjarja innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom, kemm dik mistennija kif ukoll dik miksuba, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

L-Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, il-promozzjoni ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

F’kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika li l-Ewropa qed taffaċċa, wieħed m’għandux idgħajjef investimenti intelliġenti f’oqsma ta’ valur miżjud għoli bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni. Sforzi ta’ finanzjament pubbliċi għandhom jinżammu jew jiżdiedu f’dawn l-oqsma u l-Orizzont 2020 irid ikollu effett ta’ ingranaġġ f’dan is-sens. Min-naħa l-oħra, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni trid tkun fil-qalba tal-investimenti pubbliċi kollha tal-UE.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). Huwa stmat li sal-2030, l-Orizzont 2020 mistenni jiġġenera 0.92 fil-mija aktar tal-PDG, 1.37 fil-mija tal-esportazzjoni, -0.15 fil-mija tal-importazzjonijiet, u 0.40 fil-mija tal-impjiegi. L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont indikattiv għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

2. L-ammont għall-attivitajiet għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

(a) Xjenza eċċellenti, EUR 27818 miljun;

(a) Xjenza eċċellenti, 31.705 % tal-pakkett finanzjarju stipulat fil-paragrap 1;

(b) Tmexxija industrijali EUR 20280 miljun;

(b) Tmexxija industrijali, 22.544 % tal-pakkett finanzjarju stipulat fil-paragrap 1;

(c) Sfidi soċjetali, EUR 35888 miljun.

(c) Sfidi soċjetali, 39.589 % tal-pakkett finanzjarju stipulat fil-paragrap 1.

L-ammont massimu ġenerali indikattiv għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun EUR 2212 miljun.

L-ammont massimu ġenerali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun 2.521 % tal-pakket finanzjarju stipulat fil-paragrafu 1.

It-tqassim indikattiv tal-objettivi speċifiċi fi ħdan il-prijoritajiet u l-ammont massimu ġenerali tal-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru konġunt għar-Riċerka qegħdin stipulati fl-Anness II.

It-tqassim indikattiv tal-objettivi speċifiċi fi ħdan il-prijoritajiet u l-ammont massimu ġenerali tal-kontribuzzjoni tal-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru konġunt għar-Riċerka qegħdin stipulati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ EUR 3194 miljun kif stipulat fl-Anness II. L-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 1542 miljun għandha tkun ipprovduta mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għal attivitajiet taħt it-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-tieni allokazzjoni ta' massimu ta' EUR 1652 miljun għandha tkun ipprovduta, suġġett għar-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26 (1). Dan l-ammont addizzjonali għandu jkun ipprovdut fuq bażi pro-rata, kif indikat fl-Anness II, mill-ammont tal-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” fi ħdan il-prijorità dwar it-tmexxija industrijali stipulata fil-paragrafu 2(b) u mill-ammont għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà stipulati fi 2(c).

3. L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima ta’ 3.64 % tal-pakkett finanzjarju stipulat fil-paragrafu 1.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approprjazzjonijiet annwali għall-EIT għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, u biex tqis id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, wara evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 kif jissemma fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan l-proċedura baġitarja annwali tirrevedi l-ammonti stipulati għall-prijoritajiet tal-paragrafu 2 u t-tqassim indikattiv skont l-objettivi speċifiċi fi ħdan dawn il-prijoritajiet stipulati fl-Anness II u l-approprjazzjonijiet tat-trasferiment bejn il-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi sa 10 % tal-allokazzjoni inizzjali totali ta’ kull prijorità u sa 10 % tat-tqassim inizzjali indikattiv ta’ kull obejttiv speċifiku. Dan ma jirrigwardax l-ammont stipulat għall-azzjonijiet diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka fil-paragrafu 2 jew il-kontribuzzjoni għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija stipulata fil-paragrafu 3.

5. Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, u biex tqis id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, wara evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 kif jissemma fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali u bla ħsara għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja tirrevedi l-ammonti stipulati għall-prijoritajiet tal-paragrafu 2 u t-tqassim indikattiv skont l-objettivi speċifiċi fi ħdan dawn il-prijoritajiet stipulati fl-Anness II u l-approprjazzjonijiet tat-trasferiment bejn il-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi sa 10 % tal-allokazzjoni inizzjali totali ta’ kull prijorità u sa 10 % tat-tqassim inizzjali indikattiv ta’ kull obejttiv speċifiku.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (b) – punt (iva) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva) l-Istati tal-EFTA li huma parteċipanti fil-Ftehim ŻEE, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, it-twessiegħ tal-parteċipazzjoni madwar l-UE kollha fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Riżorsi umani

L-Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi sabiex jippromwovi u jattira karrieri ta’ riċerkaturi madwar l-Ewropa. Għaldaqstant, għandu jkun implimentat b’mod li jippromwovi l-ħolqien ta’ suq uniku għar-riċerkaturi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, l-oriġini etnika, id-diżabilità, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-età, is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

Sinerġiji mal-Fondi Strutturali

L-Orizzont 2020 ghandu jikkontribwixxi għall-għeluq tal-qasma tar-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni billi jippermetti sinerġiji mal-politika ta’ Koeżjoni b’appoġġ għar-ricerka u l-innovazzjoni tul l-implimentazzjoni tal-miżuri komplementari b’mod ikkoordinat. Fejn ikun possibbli, l-interoperabilità taż-żewġ għodod se tkun promossa u se jiġi inkoraġġut l-iffinanzjar kumulattiv jew kombinat bla ma jiġi kompromess il-prinċipju ta’ eċċellenza. L-Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-potenzjal, l-identifikazzjoni tal-aħjar ċentri u t-titjib tal-viżibilità tagħhom billi jipprovdi s-siġill ta’ eċċellenza.

Ġustifikazzjoni

Kif iddikjarat fil-Premessa 26a il-ġdida proposta, għalkemm jiffukaw fuq affarijiet differenti, kemm l-Orizzont 2020 u il-Politika ta’ Koeżjoni huma estremament importanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020. Għalhekk is-sinerġiji u l-kumplimentaritajiet bejniethom huma varament meħtieġa. Il-politika ta’ koeżjoni trid tipprepara l-atturi reġjonali tar-R&Ż sabiex jipparteċipaw fil-proġetti tal-Orizzont 2020, u min-naħa l-oħra, għandha tipprovdi l-mezz sabiex tisfrutta u xxerred b’ħeffa ir-riżultati tar-R&Ż li joħorġu mir-riċerka bażika ffinanzjata mill-Orizzont 2020 fis-suq.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fl-Orizzont 2020. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fl-Orizzont 2020. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, għandha tiżgura kemm jista’ jkun possibbli l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-Orizzont 2020 billi tipprovdi wkoll l-assistenza neċessarja li se tippermettilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u jtejbu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament taħt dan il-Programm.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal għal madwar 15 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal (i) għal mhux inqas minn 15% tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs, u (ii) għal 50% tal-SMEs li jipparteċipaw biex jintroduċu innovazzjonijiet ġodda għall-kumpanija jew is-suq (li jkopru l-perjodu tal-proġett u t-tliet snin ta’ wara).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-impenn fit-tul tal-imsieħba kollha bbażat fuq viżjoni kondiviża u objettivi definiti b’mod ċar;

(c) l-impenn finanzjarju fit-tul tas-sħab kollha bbażat fuq viżjoni kondiviża u objettivi definiti b’mod ċar;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020.

L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari biex din l-informazzjoni tiġi pprovduta b’tali mod li jiffaċilita aċċess faċli minn kulħadd, speċjalment minn persuni b’diżabilità.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – subparagrafu 3 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed, kif inhu l-każ tar-riċerkaturi u l-parteċipanti b’diżabbiltajiet;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu – punt (a) – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. It-tieni allokazzjoni ta’ fondi mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandha tkun disponibbli wara din ir-reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 6(3). Ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-progress tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija f’konfront ma’ dawn kollha li ġejjin:

(a) Sa tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. It-tieni allokazzjoni ta’ fondi mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandha tkun disponibbli wara din ir-reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 6(3). Ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-progress tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija f’konfront ma’ dawn kollha li ġejjin:

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt (a) – punt (ii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-ħin maqbul għall-ħolqien tat-tielet mewġa tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni u l-ħtiġijiet finanzjarji programmati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom; u

(ii) is-suċċess fil-ħolqien ta’ Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni ġodda u l-ħtiġijiet finanzjarji programmati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom; u

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied it-trasparenza, il-finanzjament tal-EIT għandu jiġi bbaġitjat bħala entrata baġitarja individwali. Huwa importanti wkoll li l-EIT jingħata aċċess sħiħ għall-finanzjament tiegħu sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu bl-aħjar mod. Madankollu, l-EIT jrid juri li jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu. Jekk l-MTE jikkonkludi li dan mhux il-każ, l-attivitajiet tal-EIT għandhom jiġu konklużi u l-finanzjament li jifdal jinqasam b’mod uniformi bejn it-tliet pilastri tal-programm.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt (a) – punt (iii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020.

(iii) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020 u għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Ġustifikazzjoni

Is-sinerġiji bejn l-EIT u ż-ŻER għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015 u r-reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, dwar il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għal parteċipanti fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Dik l-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015 u r-reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, dwar il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament sabiex l-eċċellenza tal-bażi tax-xjenza u l-innovazzjoni tal-Unjoni tiġi estiża fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Dik l-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fil-kuntest tal-proċess ta’ valutazzjoni deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji miksuba bejn il-Baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri fil-kisba tal-mira ta’ R&Ż tal-Ewropa 2020 kif ukoll l-indikatur ewlieni tal-Ewropa 2020 għall-innovazzjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness I – Parti introduttorja – Parti I – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Infrastruttura tar-Riċerka għandha tiżviluppa infrastruttura Ewropea tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, trawwem il-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kapital uman, u tikkumplimenta dan bil-politika relatata tal-Unjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali.

(d) L-infrastruttura tar-riċerka għandha tiżviluppa infrastruttura tar-riċerka Ewropea, li tkun mill-aqwa fid-dinja, għall-2020 u lil hinn, trawwem u testendi l-eċċellenza tal-bażi tax-xjenza u l-innovazzjoni u l-kapital uman tal-Unjoni, u tikkumplementa dan bil-politika tal-Unjoni relatata u kooperazzjoni internazzjonali. Għandu jsir rikors xieraq għas-"servizz ta’ self u garanzija tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni" sabiex jinħolqu riżorsi addizzjonali għal dawn l-investimenti u jiġu promossi r-rabtiet effettivi bejn l-industrija u l-akkademja.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – Parti introduttorja – Parti III – paragrafu 1 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima;

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u użu sostenibbli ta’ materja prima;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – Parti introduttorja – Parti III – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn kampijiet, teknoloġiji u dixxiplini xjentifiċi differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka sas-suq, b’iffukar ġdid fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari, l-innovazzjoni soċjali u l-adozzjoni tal-innovazzjonijiet mis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jieħdu approċċ orjentat lejn l-isfidi, li jiffoka fuq il-prijoritajiet tal-politika mingħajr ma jiddetermina minn qabel l-għażla preċiża tat-teknoloġiji jew is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati. L-enfasi għandha tkun fuq il-ġbir ta’ massa kritika ta’ riżorsi u għarfien minn kampijiet, teknoloġiji u dixxiplini xjentifiċi differenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-attivitajiet għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu mir-riċerka sas-suq, kif ukoll l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà, b’iffukar ġdid fuq attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, bħall-pilotaġġ, id-dimostrazzjoni, il-pjattaformi għall-ittestjar, l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, id-disinn, l-innovazzjoni xprunata mill-utent aħħari, l-innovazzjoni soċjali u l-adozzjoni tal-innovazzjonijiet mis-suq.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 4.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa trid tistabbilixxi bażi adegwata u stabbli għall-bini, iż-żamma u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka jekk trid li r-riċerka tagħha tibqa’ mill-aqwa. Dan jirrikjedi kooperazzjoni sostanzjali u effettiva bejn il-finanzjaturi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li għalihom se jitwettqu rabtiet b'saħħithom mal-politika ta' koeżjoni sabiex ikunu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti.

L-Ewropa trid tistabbilixxi bażi adegwata u stabbli għall-bini, iż-żamma u l-operat tal-infrastrutturi tar-riċerka jekk trid li r-riċerka tagħha tibqa’ mill-aqwa. Dan jirrikjedi li jkunu disponibbli riżorsi xierqa mis-"servizz ta’ self u garanzija tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni" sabiex jinħolqu riżorsi addizzjonali għal dawn l-investimenti u jiġu promossi rabtiet effettivi bejn l-industrija u l-akkademja. Kooperazzjoni effikaċi bejn il-finanzjaturi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li għalihom se jitwettqu rabtiet b'saħħithom mal-politika ta' koeżjoni sabiex ikunu żgurati sinerġiji u approċċ koerenti.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 4.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-objettiv speċifiku jindirizza impenn ewlieni tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-aqwa infrastrutturi tar-riċerka f’li jagħmlu possibbli r-riċerka u l-innovazzjoni rivoluzzjonarji. L-inizjattiva tenfasizza l-ħtieġa li jingħaqdu flimkien ir-riżorsi tal-Ewropa kollha, u f’xi każijiet globalment, biex jinbnew u jitħaddmu infrastrutturi tar-riċerka. Bl-istess mod, l-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-ħtieġa li jiġu rinforzati l-infrastrutturi elettroniċi tal-Ewropa u l-importanza li jiġu żviluppati raggruppamenti tal-innovazzjoni li jibnu l-vantaġġ innovattiv tal-Ewropa.

Dan l-objettiv speċifiku jindirizza impenn ewlieni tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni, li tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-aqwa infrastrutturi tar-riċerka f’li jagħmlu riċerka rivoluzzjonarja u fit-tisħiħ u l-estensjoni tal-eċċelenza tal-bażi tax-xjenza u l-innovazzjoni tal-Unjoni. L-inizjattiva tenfasizza l-ħtieġa li jingħaqdu flimkien ir-riżorsi tal-Ewropa kollha, u f’xi każijiet globalment, biex jinbnew u jitħaddmu infrastrutturi tar-riċerka. Bl-istess mod, l-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali għall-Ewropa tenfasizza l-ħtieġa li jiġu rinforzati l-infrastrutturi elettroniċi tal-Ewropa u l-importanza li jiġu żviluppati raggruppamenti tal-innovazzjoni li jibnu l-vantaġġ innovattiv tal-Ewropa.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali kollha, inklużi l-KETs, wieħed mill-għanijiet ewlenin se jkun dak li jitrawmu interazzjonijiet bejn it-teknoloġiji u mal-applikazzjonijiet taħt l-isfidi tas-soċjetà. Dan għandu jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aġendi u l-prijoritajiet. Dan jirrikjedi li l-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet. F’ċerti każijiet, dan ikun jirrikjedi wkoll azzjonijiet li jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, u mill-isfidi tas-soċjetà rilevanti. Dan se jkun jinkludi finanzjament konġunt għall-isħubiji pubbliċi-privati li jimmiraw li jiżviluppaw teknoloġiji u japplikawhom biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

Għat-teknoloġiji abilitanti u industrijali kollha, inklużi l-KETs, wieħed mill-għanijiet ewlenin se jkun dak li jitrawmu interazzjonijiet bejn it-teknoloġiji u mal-applikazzjonijiet taħt l-isfidi tas-soċjetà. Dan għandu jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aġendi u l-prijoritajiet. Dan jirrikjedi li l-partijiet interessati li jirrappreżentaw il-perspettivi differenti jkunu involuti bis-sħiħ fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet. F’ċerti każijiet, dan ikun jirrikjedi wkoll azzjonijiet li jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, u mill-isfidi tas-soċjetà rilevanti. Dan se jkun jinkludi finanzjament konġunt għall-isħubiji pubbliċi-privati u għal sħubiji ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jimmiraw li jiżviluppaw teknoloġiji u metodi u japplikawhom biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, il-mard rewmatiku u muskoloskeletali, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun filwaqt li l-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete, filwaqt li l-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn.

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun filwaqt li l-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 120 miljun ċittadin ibatu minn kundizzjonijiet rewmatiċi u muskoloskeletali fl-Unjoni u 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete, filwaqt li l-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun u l-ispiża totali tal-mard rewmatiku u muskoloskeletali ġiet stamata għal EUR 240 biljun. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn.

Ġustifikazzjoni

According to scientific evidence, rheumatic and musculoskeletal diseases are one of the major chronic conditions affecting European citizens. Among others, this evidence comes from the EUMUSC.NET project, an ongoing study co-funded by the European Commission, which proves that rheumatic and musculoskeletal diseases are one of the most prevalent, disabling and costly diseases. They represent an enormous burden on individuals and societies in the EU, particularly taking into account that they are one of the main diseases preventing older people to have a healthy, active and independent life. As the text of the Horizon 2020 Framework Programme may orient future developments when it comes to prioritising research areas for funding, it is crucial that the main diseases linked to major societal challenges are accurately and fairly mentioned.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trawwim ta’ modi ġodda ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fl-Unjoni u madwar id-dinja, kif ukoll bejn komunitajiet rilevanti ta’ riċerka u innovazzjoni, għalhekk se jkun kompitu ċentrali skont din l-isfida. L-involviment taċ-ċittadini u l-industrija, l-appoġġ ta’ proċessi soċjali u teknoloġiji tal-innovazzjoni, l-inkoraġġiment ta’ amministrazzjoni pubblika intelliġenti u parteċipatorja, kif ukoll il-promozzjoni ta’ tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza se jiġu segwiti sistematikament sabiex tissaħħaħ ir-rilevanza ta’ dawn l-attivitajiet kollha għal dawk li jfasslu l-politika, l-atturi soċjali u ekonomiċi u ċ-ċittadini. F’dan ir-rigward, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu prekundizzjoni għall-kompetittività tal-industriji u s-servizzi Ewropej, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, l-iżvilupp diġitali u l-protezzjoni tal-privatezza

It-trawwim ta’ modi ġodda ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fl-Unjoni u madwar id-dinja, kif ukoll bejn komunitajiet rilevanti ta’ riċerka u innovazzjoni, għalhekk se jkun kompitu ċentrali skont din l-isfida. L-involviment taċ-ċittadini u l-industrija, l-appoġġ ta’ proċessi soċjali u teknoloġiji tal-innovazzjoni, l-inkoraġġiment ta’ amministrazzjoni pubblika intelliġenti u parteċipatorja, kif ukoll il-promozzjoni ta’ tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza se jiġu segwiti sistematikament sabiex tissaħħaħ ir-rilevanza ta’ dawn l-attivitajiet kollha għal dawk li jfasslu l-politika, l-atturi soċjali u ekonomiċi u ċ-ċittadini. F’dan ir-rigward, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu prekundizzjoni għall-kompetittività tal-industriji u s-servizzi Ewropej, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, l-iżvilupp diġitali u l-protezzjoni tal-privatezza Is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-bidliet neċessarji jiddependi ħafna fuq l-involviment pubbliku fix-xjenza u l-innovazzjoni u l-benefiċċji tiegħu. Sabiex dan jinkiseb, huwa essenzjali li jkun hemm iffokar fuq l-aspetti soċjali fl-isfidi soċjetali, u jkunu involuti mhux biss il-parteċipanti industrijali, iżda wkoll ir-riċerkaturi u l-universitajiet, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tagħha.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.3.2 – paragrafu 2 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tinkiseb xjenza mas-soċjetà u għas-soċjetà;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness II - Tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tqassim indikattiv għall-Orizzont 2020 huwa kif ġej (f’EUR miljun):

It-tqassim indikattiv għall-Orizzont 2020 huwa kif ġej (f’EUR miljun):

I Xjenza eċċellenti, li minnha:

27818

I Xjenza eċċellenti, li minnha:

31,705 %

1. Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

15008

1. Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

2. It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3505

2. It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3. Azzjonijiet Marie Curie ta’ ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

6503

3. Azzjonijiet Marie Curie ta’ ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

4. Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi Infrastrutturi elettroniċi)

2802

4. Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi Infrastrutturi elettroniċi)

II Tmexxija industrijali, li minnha:

20280

II Tmexxija industrijali, li minnha:

22,544 %

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

15580

li 500 minnhom huma għall-EIT

1. Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

2. Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

4000

2. Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

3. Innovazzjoni fl-SMEs

700

3. Innovazzjoni fl-SMEs

III Sfidi tas-soċjetà, li minnha

35888

III Sfidi tas-soċjetà, li minnha

39,589 %

1. Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

9077

li 292 minnhom huma għall-EIT

1. Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

4694

li 150 minnhom huma għall-EIT

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

3. Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

6537

li 210 minnhom huma għall-EIT

3. Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

7690

li 247 minnhom huma għall-EIT

4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

5. Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

3573

li 115 minnhom huma għall-EIT

5. Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

6. Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

4317

li 138 minnhom huma għall-EIT

6. Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

1542 +1652

***

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

3,64 %

Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2212

Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2,521 %

It-TOTAL

87740

It-TOTAL

100 %

PROĊEDURA

Taqsima

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Nils Torvalds

2.7.2012

Data tal-adozzjoni

6.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Jürgen Klute, Constanze Angela Krehl, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Data tal-adozzjoni

25.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Silviu Buşoi app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Orizzont 2020, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-programm, għandu l-għan li jimplimenta l-objettivi ewlenin tal-inizjattiva 'Unjoni tal-Innovazzjoni', b'enfasi fuq l-isfidi attwali tas-soċjetà u t-tisħiħ tar-rabta bejn ir-riċerka minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel u l-kummerċjalizzazzjoni. Għandu l-għan ukoll li jissimplifika aktar u jżid il-parteċipazzjoni tal-SMEs. Ħafna mill-isfidi ambjentali bħall-klima, l-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-enerġija u t-trasport nodfa, is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel jaqgħu fil-kompetenza tal-Kumitat ENVI. Ir-Rapporteur jilqa' favorevolment il-proposti tal-Kummissjoni, iżda jagħmel enfasi akbar fuq uħud mill-aspetti indirizzati.

Fl-opinjoni attwali, ir-Rapporteur qies approċċ olistiku bħala l-aħjar mod biex jisssaħħu aktar il-prijoritajiet tal-Kumitat ENVI. Dan l-ewwel rapport għandu jitqies ukoll bħala wieħed li jiftaħ id-dibattitu dwar dan il-programm kumpless li huwa ta' importanza fundamentali biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku aħdar u sostenibbli fl-Unjoni Ewropea filwaqt li tiġi promossa soċjetà b'saħħitha.

L-opinjoni tiffoka l-aktar fuq l-isfidi tas-soċjetà u tipproponi t-tisħiħ ta' xi aspetti marbuta mas-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, il-klima u l-ambjent.

Is-saħħa

Minħabba l-valur miżjud kbir tagħha għal trattamenti innovattivi, pereżempju fil-mediċina riġenerattiva, ir-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali, permezz tal-istudju ta' alternattivi eżistenti għaċ-ċelloli staminali tal-embrijun, għandha tibqa' tiġi appoġġata filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-preokkupazzjonijiet rigward l-etika. Għandha titqiegħed enfasi speċjali wkoll fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tat-trattament tal-mard. L-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvlupp fil-qasam tal-infezzjonijiet u l-mard rari għandu jiżdied u l-kondiviżjoni tal-għarfien għandha titħeġġeġ. Il-bżonnijiet tal-pazjenti għandhom jistimulaw l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa kif ukoll il-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp. Barra minn hekk, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa ambjentali għandhom ikunu ffinanzjati sew.

Is-sikurezza tal-ikel

Qed jiġi propost li l-isfidi tas-soċjetà marbuta mas-sikurezza tal-ikel jitwessgħu biex jinkludu l-aspetti kollha tas-sikurezza tal-ikel.

Il-klima u l-ambjent

Il-bilanċ bejn l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jiġi mmonitorjat regolarment u effettivament. L-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli għandu jissaħħaħ. Iż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija rinnovabbli tista' tagħmilha aktar attraenti ekonomikament, filwaqt li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, titnaqqas id-dipendenza tagħna mill-fjuwils fossili u tiġi promossa ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju.

Orizzont 2020 huwa programm fundamentali li jista' jgħin lill-UE tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet u partikuli ta' ħsara għall-ambjent u għas-saħħa, mingħajr ebda piż fuq l-industriji jew l-Istati Membri.

L-aspetti orizzontali

Tinħtieġ konnessjoni akbar bejn l-objettivi tal-inizjattivi ewlenin 'Unjoni tal-Innovazzjoni' u 'Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza' u Orizzont 2020 u għalhekk din ġiet inkorporata fl-opinjoni. Sabiex jinkiseb l-akbar benefiċċju possibbli mill-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni fl-UE kollha, il-komplementarjetà ta' Orizzont 2020 ma' Fondi oħra Nazzjonali u tal-UE għandha tiġi mmonitorjata strettament. Barra minn hekk, qed jiġi propost ukoll li tiżdied aktar il-parteċipazzjoni tal-SMEs, billi din tista' tistimula t-tkabbir ekonomiku aħdar u sostenibbli. Aspett importanti tal-indikaturi tal-prestazzjoni, li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-objettivi ta' Orizzont 2020, huwa inkluż ukoll fir-rapport.

Emendi oħra dwar il-qsim tal-baġits u l-objettivi tar-riċerka fil-katina tal-innovazzjoni kif ukoll dwar is-simplifikazzjoni se jitħallew għal wara d-dibattitu li għandu jsir fil-Kumitat ENVI dwar Orizzont 2020.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka ('ERA') li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar sostenibbli, kompetittiva, u reżistenti, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem ‘Orizzont 2020’), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari ż-żieda fil-livell ta’ eċċellenza xjentifika fl-Ewropa sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala bażi tax-xjenza mill-aqwa, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi riċerka u innovazzjoni responsabbli permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-atturi tas-soċjetà (riċerkaturi, ċittadini u s-soċjetà ċivili, dawk li jfasslu l-politika u l-industrija) fil-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni, notevolment billi jiżgura l-adozzjoni tad-dimensjoni tas-sessi, billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jiggarantixxi r-rispett tal-leġiżlazzjoni etika u jippromwovi l-emerġenza ta’ konformità mal-ogħla standards etiċi madwar id-dinja, billi jżid l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid tar-riżultati ta' riċerka ffinanzjata pubblikament, b'mod partikolari pubblikazzjonijiet u dejta xjentifiċi, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa qafas ta’ governanza li jindirizza t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) L-aċċessibbiltà ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni li jikkonċernaw Orizzont 2020, inkluża l-komunikazzjoni dwar proġetti u riżultati appoġġjati, teħtieġ il-provvista ta' formats aċċessibbili għal kulħadd. Formats aċċessibbli jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, tipa kbira, Braille, test li jinqara faċilment, awdjo, vidjo, u format elettroniku.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-iżvilupp li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà u l-ambjent. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda, madankollu Orizzont 2020 għandu jirrikonoxxi l-ħtieġa għal tmexxija mill-Istituzzjonijiet Ewropej sabiex tiġi żgurata kompetittività globali b’mod partikolari fil-qasam tal-bijoteknoloġija. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta' strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka, b’mod partikolari dik industrijali u bijomedika, fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Orizzont 2020 għandu wkoll jikkontribwixxi sabiex iħeġġeġ lir-riċerkaturi Ewropej biex jibqgħu fl-Ewropa, jattira lir-riċerkaturi tad-dinja kollha lejn l-Ewropa u jtejjeb l-attrattività tal-Ewropa għall-aqwa riċerkaturi. Għalhekk, tista’ titwettaq riflessjoni dwar sistema ta’ taxxa kkoordinata u attraenti għar-riċerkaturi fuq livell Komunitarju.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-attivitajiet żviluppati fil-qafas tal-Orizzont 2020 għandu jkollhom l-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jindirizzaw b’mod partikolari l-kawżi sottostanti tal-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu tar-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel, u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti bil-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riċerka u tiġi stimolata l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-TFUE.

(23) L-attivitajiet ta’ riċerka ffinanzjati minn Orizzjont 2020 għandhom jikkonformaw mal-acquis communautaire tal-UE fir-rigward ta’ opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa. Orizzont 2020 għandu jagħti attenzjoni lix-xjenza eċċellenti u lill-kwalifiki professjonali tal-persunal xjentifiku u tar-riċerka taż-żewġ sessi involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-finanzjament tal-UE, id-distinzjoni prinċipali għall-finanzjament tar-riċerka tal-UE għandha tkun l-eċċellenza tal-proġett tax-xjenza u l-kwalifiki professjonali tal-persunal tar-riċerka.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet motivati u aġġornati b’mod regolari tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda, u dan jimplika li minn qabel ikun hemm metodu ta’ għażla trasparenti bbażat fuq l-indipendenza u l-għarfien xjentifiku tal-Membri tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (GEE). L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit, anke permezz tal-iżvilupp strateġiku, l-integrazzjoni u l-użu ta’ strumenti u teknoloġiji innovattivi u mhux mill-anninali. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

Ġustifikazzjoni

L-għan politiku tat-tnaqqis u s-sostituzzjoni finali tal-użu tal-annimali għandu jiġi marbut mal-approċċ prattiku li se jinħtieġ sabiex dan l-għan isir realtà.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kif ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman ma għandu jkun ffinanzjat, jekk ma jkollux l-approvazzjonijiet neċessarji mill-Istati Membri. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata li hija miċħuda fl-Istati Membri kollha. M'għandha tiġi ffinanzjata l-ebda attività fi Stat Membru fejn tali attività hija pprojbita.

(25) It-terapiji biċ-ċelloli staminali wrew il-valur miżjud qawwi tagħhom billi wasslu għal skoperti fit-trattament tal-mard. Għalhekk, l-Unjoni għandha tibqa’ tappoġġja r-riċerka f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kuf ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. Il-proġetti li jinvolvu l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman jistgħu jkunu ffinanzjati sakemm ikunu ġew approvati b’mod xieraq mill-Istati Membri konċernati. Meta jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-ħolqien u ż-żamma tal-banek pubbliċi taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) Il-Kummissjoni għandha tappoġġja b’mod attiv ir-riċerka mmirata lejn l-iżvilupp ta’ alternattivi għal ċelloli staminali tal-embrijuni. L-iskoperta riċenti taċ-ċelloli staminali pluripotenti indotti (iPSCs - induced pluripotent stem cells) wasslet sabiex tiżdied opportunità ġdida ta’ riċerka ma’ dawk li ilhom diversi snin dwar iċ-ċelloli staminali adulti u ċ-ċelloli staminali mill-embrijun, li wasslet għal tama ġdida fost il-pazjenti li qed jistennew trattament. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll kif xieraq l-interess tal-komunità xjentifika fit-tipi kollha ta' riċerka dwar iċ-ċelloli staminali u, għalhekk, m'għandhiex tippreferi tip minn ieħor, filwaqt li tqis il-problemi etiċi ta' kull kategorija ta' ċelloli staminali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-komplementarjetà bejn Orizzont 2020 u programmi ffinanzjati fil-livell nazzjonali għandha tkun żgurata wkoll. Dik il-komplementarjetà għandha titqies ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta tivvaluta l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar).

(27) L-SMEs jikkostitwixxu sors essenzjali ta’ innovazzjoni, tkabbir u ta’ ħolqien ta’ impjiegi fl-Ewropa. Għaldaqstant fl-Orizzont 2020 hija meħtieġa parteċipazzjoni qawwija ta’ SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003. Din għandha tappoġġa l-għanijiet tas-Small Business Act (l-Att dwar ir-Negozji ż-Żgħar).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Orizzont 2020, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-approċċi multidixxipplinarji, interdixxipplinarji u transdixxipplinarji bħala elementi neċessarji għall-progress xjentifiku maġġuri. Skoperti fix-xjenza jseħħu spiss fil-fruntieri jew fl-intersezzjonijiet dixxiplinarji u tal-għarfien. Barra minn hekk, il-komplessità tal-problemi u l-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja jirrikjedu soluzzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ diversi dixxiplini u atturi tas-soċjetà jaħdmu flimkien.

Ġustifikazzjoni

L-approċċi multidixxiplinarji, interdixxiplinarji u transdixxiplinarji huma kruċjali għall-avvanz fix-xjenza u l-innovazzjoni. Il-kumplessità tal-problemi preżenti ta’ spiss ma jistgħux jiġu indirizzati minn dixxiplina xjentifika jew riċerkaturi waħedhom. Konsegwentement, objettivi komuni jew strutturi konjittivi komuni fost id-dixxiplini u l-atturi tas-soċjetà huma meħtieġa regolarment sabiex jinstabu u jiġu żviluppati l-aqwa soluzzjonijiet. Għal din ir-raġuni, Orizzont 2020 m’għandux biss jipprevedi iżda wkoll jippromwovi l-approċċi mulidixxiplinarji u interdixxiplinarji.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-miri ta' RIO+20.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a) Il-parteċipazzjoni ta’ timijiet ta’ riċerka fi proġetti differenti għandha tiġi kkontemplata bħala r-rinfurzar tal-kwalità u l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni internazzjonali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tal-parteċipanti. Ir-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira f’termini ta’ simplifikazzjoni, u li għandu jiġi rimedjat il-bilanċ bejn ir-riskju u l-fiduċja.

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid biex tiġi żviluppata strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju bbażata fuq l-evidenza bħala parti mill-istrateġija tal-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011. F’dan il-mument, il-Kunsill talab bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tar-riċerkaturi. Ir-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira lejn proċeduri ssimplifikati li juru l-fiduċja tal-Unjoni fir-riċerkaturi u jinkoraġġuhom sabiex jieħdu r-riskji meħtieġa għal progress aċċellerat fix-xjenza u t-teknoloġija.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, jirrikjedu żvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien; li huma realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent; u rilevanti għal ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni adegwati bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Orizzont 2020, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament tal-ERA.

(35) Il-ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, jirrikjedu żvilupp ta’ indikaturi komuni Ewropej speċifiċi tal-prestazzjoni li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien; li huma realistiċi kif ukoll jirriflettu l-loġika tal-intervent; u rilevanti għal ġerarkija li tixraq tal-objettivi u l-attivitajiet. Għandhom jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni adegwati bejn l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Orizzont 2020, u l-monitoraġġ tal-progress, il-kisbiet u l-funzjonament tal-ERA.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (“Orizzont 2020”) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (‘Orizzont 2020’) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal tas-soċjetà, ekonomiku u industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) 'Infrastrutturi ta' riċerka' (RI) " huma faċilitajiet, riżorsi, sistemi u servizzi ta' organizzazzjoni li huma użati mill-komunitajiet ta' riċerka biex iwettqu riċerka u innovazzjoni fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Fejn rilevanti, jistgħu jintużaw għal raġunijiet li jmorru lil hinn mir-riċerka, eż. għall-edukazzjoni jew għal servizzi pubbliċi. Dan jinkludi: tagħmir maġġuri speċifiku (jew settijiet ta' strumenti); riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħalma huma l-kollezzjonijiet, l-akrivji jew dejta xejntifika; infrastrutturi elettroniċi, bħal sistemi ta' dejta, kompjuters u softwer, netwerks ta' komunikazzjoni u sistemi għall-promozzjoni tat-trasparenza u l-fiduċja diġitali; kwalunkwe infrastruttura oħra ta' natura unika essenzjali għall-ksib tal-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni."

Ġustifikazzjoni

Għal definizzjoni komuni li tirreferi għall-kunċett tal-infrastruttura, huwa meħtieġ li jiġi inkluż f’dokument leġiżlattiv il-kunċett li diġà qed jintuża, li jkabbar l-interpretazzjoni tradizzjonali, marbuta ma' bini u investiment fiżiku.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb) 'trasferiment tat-teknoloġija trans-Ewropea' tfisser it-trasferiment tar-riżultati u t-teknoloġija xjentifika bejn korpi pubbliċi u privati li jinsabu fi Stati Membri differenti tal-UE.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ec) 'speċjalizzazzjoni intelliġenti' tfisser il-kunċett għall-iżvilupp tal-R&Ż u l-politika dwar l-innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea. L-għan tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti huwa li tippromwovi użu effiċjenti u effikaċi tal-investiment pubbliku permezz tal-użu ta’ sinerġiji fost il-pajjiżi u r-reġjuni u billi tissaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom. L-istrateġija għal speċjalizzazzjoni intelliġenti hija magħmula minn programm ta' strateġija multiannwali li l-għan tiegħu hu li tiġi żviluppata sistema għall-innovazzjoni fir-riċerka, funzjonali nazzjonali jew reġjonali.

Ġustifikazzjoni

L-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti hija l-eżerċizzju li jeħtieġ li jsir mir-reġjuni għall-identifikazzjoni tal-kapaċitajiet tagħhom stess u d-disinn tal-programm strateġiku reġjonali futur tagħhom. Hija rekwiżit minn isfel għal fuq li jippermetti t-trasferiment ta’ fondi minn Fondi Strutturali għall-programmi Innovazzjoni u Orizzont 2020.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-inizjattivi ewlenin tagħha Unjoni tal-Innovazzjoni u Ewropa effiċjenti fir-riżorsi billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, it-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka għal-livelli kollha tal-edukazzjoni, l-appoġġ għat-tkabbir tal-SMEs, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, is-saħħa u r-riżultati tas-saħħa aħjar u l-ġenerazzjoni ta' iktar innovazzjoni mir-riċerka, u l-iżgurar tas-sostenibbiltà, l-iżvilupp ekonomiku u r-reżistenza, l-inklużjoni soċjali u l-kompetittività industrijali fit-tul tal-Ewropa permezz ta' tmexxija fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-emissjonijiet baxxi ta' karbonju. It-trasferiment tat-tekonoloġija trans-Ewropea għandu jkun l-istrument ewlieni fl-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

L-edukazzjoni hija element ewlieni importanti ħafna tal-istrateġija Ewropa 2020. Hija strument essenzjali għall-qawwa Ewropea. Għandhom jiġu inklużi t-trasferimenti minn programmi xjentifiċi għal programmi edukattivi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi jibni ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju bbażata fl-għarfien, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha Unjoni tal-Inovazzjoni u Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Dan ir-Regolament ma għandux jiffinanzja l-iżvilupp ta' organiżmi ġenetikament modifikati għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent, l-ikel jew l-għalf u attivitajiet u infrastruttura relatati mar-riċerka.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) Ix-xjenza tal-għarfien u t-teknoloġija. Ix-xjenzi tal-ħajja, is-saħħa, l-art, l-ambjent, ir-riżorsi naturali u s-sigurtà tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Id-differenza bejn it-teknoloġiji, ix-xjenzi tal-inġinerija, ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet tal-bniedem u dawk soċjali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia) Soċjali, Ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi. Sfidi demografiċi, edukazzjoni, kwistjonijiet territorjali, governanza, kultura, kontenut diġitali, studji umanistiċi, wirt kulturali u oqsma ta’ għarfien intanġibbli.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa l-importanza ta’ oqsma intanġibbli ta’ għarfien bħala adattament għal tibdil globali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandu jkun EUR 87740 miljun, li minnu massimu ta’ EUR 86198 miljun għandhom ikunu allokati għal attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandu jkun XXX miljun, li minnu massimu ta’ 98.2 % għandhom ikunu allokati għal attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

2. L-ammont għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

2. L-ammont għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2) kif ġej:

(a) Xjenza eċċellenti, EUR 27818 miljun;

(a) Xjenza eċċellenti, 29 %;

(b) Tmexxija industrijali EUR 20280 miljun;

(b) Tmexxija industrijali, 25.2 %;

(c) Sfidi tas-soċjetà, EUR 30888 miljun.

(c) Sfidi tas-soċjetà, 40.3 %.

L-ammont massimu ġenerali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun EUR 2212 miljun.

L-ammont massimu ġenerali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jkun ta’ 2.5 % tal-baġit totali.

(...)

(...)

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ EUR 3194 miljun kif stipulat fl-Anness II. L-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 1542 miljun għandha tkun ipprovduta mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għal attivitajiet taħt it-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-tieni allokazzjoni ta’ massimu ta’ EUR 1652 miljun għandha tkun ipprovduta, suġġett għar-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26(1), paragrafu 1. Dan l-ammont addizzjonali għandu jkun ipprovdut fuq bażi pro-rata, kif indikat fl-Anness II, mill-ammont tal-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” fi ħdan il-prijorità dwar it-tmexxija industrijali stipulata fil-paragrafu 2(b) u mill-ammont għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà stipulati fi 2(c).

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ 3 % tal-baġit totali kif stipulat fl-Anness II.

Dan il-finanzjament f’żewġ allokazzjonijiet multiannwali għandu jkopri:

(a) fl-ewwel allokazzjoni, l-iżviluppi li għaddejjin fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn hawn 'il quddiem KICs) preżenti u fondi inizzjali għall-varar tat-tieni mewġa ta’ tliet KICs ġodda

(b) fit-tieni allokazzjoni, l-iżviluppi li għaddejjin fil-KICs diġà varati u fondi inizzjali għall-varar tat-tielet mewġa ta’ tliet KICs ġodda

It-tieni allokazzjoni għandha tkun disponibbli wara r-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26(1) li tqis b'mod partikolari:

(a) il-mument maqbul tal-ħolqien tat-tielet mewġa ta’ KICs;

(b) il-ħtiġijiet finanzjarji pprogrammati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom;

(c) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-KKI tiegħu għall-objettivi tal-Orizzont 2020.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni;

(iii) għandhom rabtiet politiċi, ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia) għandhom sistema li tieħu ispirazzjoni mill-prinċipji demokratiċi u amministrazzjoni pubblika effiċjenti;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; pjattaformi tas-soċjetà ċivili li ma jagħmlux qligħ; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; rappreżentanti tal-industrija (speċjalment fil-każ tal-EIIs); attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati (eż. ta’ organizzazzjonijiet ta' pazjenti fejn hija kkonċernata r-riċerka tas-saħħa); konsultazzjoni attiva ta’ organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet, u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi prodotta riċerka li hija utli u sinifikanti għas-soċjetà, huwa vitali li persuni b’diżabbiltajiet u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu inklużi għalkollox fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Orizzont 2020. Dan huwa kruċjali jekk nixtiequ niżguraw li r-riċerka Ewropea tirriżulta f’konformità mal-ħtiġijiet tas-soċjetà u ċ-ċittadini, speċjalment persuni b'diżabbiltajiet. Attwalment ma jissemmiex l-involviment ta’ persuni b’diżabbiltajiet u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fir-riċerka Orizzont 2020 u l-proposta għandha tiġi emendata kif ġie propost.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza għas-soċjetà ta’ ħtiġijiet ta’ riċerka u prijoritajiet stabbiliti taħt sfidi tas-soċjetà, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaformi għal djalogu bejn rappreżentanti u riċerkaturi tas-soċjetà ċivili.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, l-approċċ sistematiku tal-kwistjonijiet spazjali, urbani u territorjali, it-tibdil fil-klima, ibħra u oċeani b’saħħithom u l-iżvilupp sostenibbli, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, l-iżvilupp ta’ riċerka f’sistemi legali Ewropej, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni etika responsabbli inkluż ir-rispett tal-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka, il-governanza aktar inklussiva tar-riċerka, ir-riċerka parteċipatorja, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka għaż-żewġ sessi u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Ġustifikazzjoni

It-territorju, dimensjoni spazjali (l-użu tal-art, reġjuni u bliet), huwa kompletament nieqes fil-programm. Dan huwa element ewlieni u ċentrali tal-isfidi tas-soċjetà u jrid jiġi integrat fl-azzjonijiet kollha.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex jiġi żgurat li t-tħassib trasversali jiġi kkunsidrat kif suppost fl-implimentazzjoni ta’ Orizzont 2020, il-Kummissjoni għandha twettaq mhux biss valutazzjoni u evalwazzjoni ekonomika iżda anke tas-soċjetà, etika u tas-sostenibbiltà tal-programmi speċifiċi tar-riċerka bħala parti mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari ta’ Orizzont 2020.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali u t-trasferiment tar-riżultati tax-xjenza għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-Ewropa tixtieq li jkollha taħriġ u edukazzjoni kompetittivi, jeħtieġ li nittrasferixxu r-riżultati tar-riċerka għall-programmi.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14a

Riċerka u innovazzjoni responsabbli

Sabiex tiġi garantita relazzjoni armonjuża u effiċjenti bejn ix-xjenza u s-soċjetà, Orizzont 2010 għandu jippromwovi b’mod attiv ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli. Dan ifisser il-promozzjoni ta’ qafas ta’ governanza li jinkoraġġixxi lill-atturi tas-soċjetà biex jaħdmu flimkien matul il-proċess kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jallinjah aħjar, flimkien mar-riżultati u l-impatti, mal-aspettattivi, il-ħtiġijiet u l-valuri tas-soċjetà. Dan il-qafas ta’ governanza jħaddan b’mod partikolari:

(a) l-iżgurar ta’ involviment pubbliku effettiv sabiex jittejbu r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluża r-riċerka parteċipatorja fejn l-atturi tas-soċjetà jipproduċu flimkien għarfien sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tas-soċjetà;

(b) l-adozzjoni tad-dimensjoni tas-sessi msemmija fl-Artikolu 15;

(c) il-provvista ta’ aċċess onlajn b’xejn u l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni xjentifika kif imsemmi fl-Artikolu 15b;

(d) it-tagħmir, permezz tal-edukazzjoni, ta’ riċerkaturi futuri u atturi oħra tas-soċjetà, bl-għarfien u l-istrumenti meħtieġa sabiex jipparteċipaw għalkollox u jieħdu responsabbiltà fil-proċess tar-riċerka u l-innovazzjoni;

(e) l-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji etiċi msemmija fl-Artikolu 16(1).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ugwaljanza bejn is-sessi

Opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Orizzont 2020 irid jirrispetta l-eċċellenza xjentifika u l-kwalifiki professjonali ta’ professjonisti tar-riċerka fil-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Ugwaljanza ta' Riċerkaturi

Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi biex il-karrieri tar-riċerkaturi jsiru aktar attraenti madwar l-Ewropa. Bħala riżultat, għandu jiġi implimentat b’mod li jippromwovi l-ħolqien ta’ suq uniku għal riċerkaturi, b’mod partikolari billi jipprevedi mekkaniżmi xierqa sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet fir-rimunerazzjoni tar-riċerkaturi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Protokolli Supplimentari kif ukoll il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet kif ukoll il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit, anke permezz tal-iżvilupp strateġiku, l-integrazzjoni u l-użu ta’ strumenti u teknoloġiji innovattivi u mhux mill-anninali.

Ġustifikazzjoni

Fit-23 ta’ Diċembru 2010, l-UE kkonkludiet il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet li daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2011. Hija l-ewwel Trattat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem konkluż mill-UE u l-atti kollha dwar il-politika u leġiżlattivi tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Konvenzjoni internazzjonali tagħha.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali tal-persuni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza u l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età u l-bżonn li jkunu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) attività tar-riċerka mmirata lejn il-kloning uman għal skopijiet riproduttivi;

(a) attività tar-riċerka mmirata lejn il-kloning uman għal skopijiet riproduttivi, terapewtiċi jew xjentifiċi;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) riċerka klassifikata bħala li tikkawża tbatija kbira lil annimali vertebrati;

Ġustifikazzjoni

L-UE ma għandhiex tiffinanzja riċerka li tikkawża tbatija kbira lil annimali vertebrati.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) bl-involviment ta’ primati F1 mhux umani jew selvaġġi;

Ġustifikazzjoni

L-UE ma għandhiex tiffinanzja riċerka li tinvolvi primati F1 mhux umami jew selvaġġi.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali umani, kemm adulti kif ukoll tal-embrijuni, tista’ tiġi ffinanzjata, u din tiddependeni fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. Ma għandux jingħata finanzjament għal attivitajiet tar-riċerka li huma projbiti fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

4. L-attivitajiet ta' riċerka bl-għan li jiġu żviluppati u mtejba t-terapiji bbażati fuq iċ-ċelloli staminali umani se jiġu appoġġati. Il-finanzjament għar-riċerka fuq it-tipi kollha ta' ċelloli staminali umani, inklużi ċ-ċelloli staminali tal-embrijuni, tista’ tiġi ffinanzjata, u din tiddependi fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. Għal skopijiet ta' riċerka, iċ-ċelloli staminali embrijoniċi jridu jkunu tnisslu minn embrijuni supernumerarji prodotti bil-fertilizzazzjoni in vitro, u li ma jkunux meħtieġa għal skopijiet ta' riproduzzjoni. Barra minn hekk, Orizzont 2020 jappoġġa attivitajiet ta' riċerka bl-għan tal-iżvilupp ta' alternattivi potenzjali għaċ-ċelloli staminali embrijoniċi umani.

Ma għandux jingħata finanzjament għal attivitajiet tar-riċerka li huma projbiti fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumplimentarità ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni

Komplementarjetà ma’ programmi oħrajn nazzjonali u tal-Unjoni

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi ta’ finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi l-fondi ta' ġestjoni kondiviża għall-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda xierqa biex tivvaluta l-komplementarjetà. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, meta tivvaluta l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fir-rapport annwali ta' kwittanza tagħha ppreżentat lill-Parlament Ewropew, għandha tqis ukoll il-prinċipju tal-komplementarjetà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza fl-infiq tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, anke jekk sinerġiji ma' programmi oħrajn tal-Unjoni jintlaqgħu u huma meħtieġa, id-duplikazzjonijiet għandhom jiġu evitati billi tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar bejn dawn il-programmi u Orizzont 2020. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura din il-koordinazzjoni fil-proċess ta' implimentazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

Koordinazzjoni strateġika

Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni strateġika ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020, jekk ikun meħtieġ, billi jitwaqqfu bordijiet ta’ tmexxija settorjali magħmula minn riċerkaturi ewlenin li jipprovdu parir fil-proċess tal-iffissar tal-prijoritajiet.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata koordinazzjoni strateġika, speċjalment f’oqsma bħall-kura tas-saħħa fejn iċ-ċikli ta’ innovazzjoni huma twal ħafna, itwal anke mit-tul ta’ żmien tal-programm attwali. Il-Kummissjoni tista’ taħdem flimkien ma’ riċerkaturi ewlenin fl-iffissar tal-prijoritajiet għall-finanzjament taħt Orizzont 2020.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal għal madwar 15 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal għal madwar 20 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs huma dawk li jeħtieġu l-akbar appoġġ għall-finanzjament tal-attivitajiet proprji ta' innovazzjoni. Għalhekk għandhom jingħataw sehem akbar mill-baġit.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(a) il-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni, partikolarment in-natura Trans-Ewropea;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Sħubijiet pubbliċi-privati se jiġu ffinanzjati permezz ta’ sejħiet miftuħa u kompetittivi.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) Jiġi megħjun il-ħolqien u t-tisħiħ ta’ netwerks ta' assoċjazzjoni ta’ riċerkaturi, pazjenti u partijiet interessati sabiex jittejbu r-relazzjonijiet u l-iskambji bejniethom, setturi kkonċernati, istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp u jingħata kontribut lill-impenji internazzjonali bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni. Dawn l-azzjonijiet b’mod partikolari jinkludu azzjonijiet maħsuba biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ riċerka f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u azzjonijiet ta’ kooperazzjoni, iffukati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom f’oqsma bħas-saħħa, inkluża riċerka relatata ma’ mard ittraskurat, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f’kundizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed, inklużi riċerkaturi u parteċipanti b’diżabbiltajiet;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) Sabiex jiġi simplifikat l-aċċess għal informazzjoni u sabiex jiġi żviluppat strument bl-informazzjoni kollha mitluba mill-komunità ta’ riċerka u, wara li ġiet ikkunsidrata l-ħtieġa għal trasparenza, Cordis, bħala strument diġitali, għandu jiġi rivedut u rriformat b’mod aktar ċar u flessibbli. Il-Cordis il-Ġdid għandu jitlesta qabel Ġunju 2013.

Ġustifikazzjoni

Fil-preżent, CORDIS huwa wieħed mill-programmi l-aktar kumplessi u diffiċli li jiġu ttrattati. Jekk nixtiequ aċċess aktar faċli tas-soċjetà, ir-riċerkaturi u l-kumpaniji għall-informazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-programm u tiġi estiża l-informazzjoni u jsir aċċess aktar faċli għall-proposti u l-għotjiet kollha.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) inizjattivi biex jitrawmu d-djalogu u d-dibattitu mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi, teknoloġiċi u dawk relatati mal-innovazzjoni, u biex jittieħed vantaġġ mill-midja soċjali u minn teknoloġiji u metodoloġiji innovattivi oħra.

(e) inizjattivi biex jitrawmu d-djalogu u d-dibattitu mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet xjentifiċi, teknoloġiċi u dawk relatati mal-innovazzjoni permezz tal-involviment tal-komunità akkademika, u biex jittieħed vantaġġ mill-midja soċjali u minn teknoloġiji u metodoloġiji innovattivi oħra, speċjalment sabiex jgħinu jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jintlaħqu l-isfidi tas-soċjetà.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità, l-użu effiċjenti tar-riżorsi u t-tibdil fil-klima, inkluża informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni u indikaturi dwar suġġetti trasversali bħar-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluża s-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, ir-riċerka tal-baħar u marittima, inkluża informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex jinkiseb ambjent fl-Unjoni li joffri żieda reali fil-prosperità u fil-kwalità tal-ħajja, jeħtieġ li l-bilanċ bejn l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali jiġi mmonitorjat regolarment u effettivament matul l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bil-quddiem mekkaniżmu ċar u trasparenti għal monitoraġġ bħal dan.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddissemina r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta u tiddissemina kull sena r-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ, anke lill-Parlament u lill-Kunsill.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) Il-Kummissjoni għandha tappoġġja b’mod attiv ir-riċerka mmirata lejn l-iżvilupp ta’ alternattivi għal ċelloli staminali tal-embrijuni. L-iskoperta riċenti taċ-ċelloli staminali pluripotenti indotti (iPSCs - induced pluripotent stem cells) wasslet sabiex tiżdied opportunità ġdida ta’ riċerka ma’ dawk li ilhom diversi snin dwar iċ-ċelloli staminali adulti u ċ-ċelloli staminali mill-embrijun, li wasslet għal tama ġdida fost il-pazjenti li qed jistennew trattament. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll kif xieraq l-interess tal-komunità xjentifika fit-tipi kollha ta' riċerka dwar iċ-ċelloli staminali u, għalhekk, m'għandhiex tippreferi tip minn ieħor, filwaqt li tqis il-problemi etiċi ta' kull kategorija ta' ċelloli staminali.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. It-tieni allokazzjoni ta’ fondi mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandha tkun disponibbli wara din ir-reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 6(3). Ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-progress tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija f’konfront ma’ dawn kollha li ġejjin:

imħassar

(i) il-livell ta’ konsum tal-ewwel allokazzjoni ta’ fondi stipulat fl-Artikolu 6(3), u li jiddistingwi bejn l-ammont ta’ flus użati għall-iżvilupp tal-ewwel mewġa ta’ KICs u l-effett tal-fondi inizjali għat-tieni fażi, u l-abbiltà tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija biex jattira fondi mill-imsieħba fil-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni u mis-settur privat, kif stipulat fir-Regolament XX/2012 [ir-Regolament EIT rivedut];

(ii) il-ħin maqbul għall-ħolqien tat-tielet mewġa tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni u l-ħtiġijiet finanzjarji programmati ta’ dawk eżistenti skont l-iżvilupp speċifiku tagħhom; kif ukoll

(iii) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Strument ġdid: l-implimentazzjoni ta’ programm ċar għat-trasferiment tax-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni lill-kontenut tal-edukazzjoni fil-livelli kollha, kif ukoll għall-adattament tat-teknoloġiji għall-użu.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – parti II Il-Prijorità 'Tmexxija Industrijali' – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati u l-ispazju. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha.

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, l-innovazzjoni ekoloġika, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati u l-ispazju. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – parti III, Il-Prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

(b) Sigurtà, kwalità u sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III Il-Prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima;

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u użu sostenibbli tal-materja prima;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – parti III Il-Prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taħt kull sfida tas-soċjetà, prijoritajiet u objettivi ta’ riċerka għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u parteċipatorju, permezz tal-involviment ibbilanċjat ta’ parteċipanti inklużi l-komunità xjentifika, riċerkaturi (anki minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka iżgħar), is-settur pubbliku, is-settur privat u u b’mod partikolari l-SMEs, l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u partijiet interessati oħra kif ikun rilevanti; b’mod partikolari, il-Kummissjoni se tistabbilixxi pjattaformi speċifiċi għad-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili ma’ atturi tar-riċerka fil-prijoritajiet tar-riċerka taħt l-isfidi tas-soċjetà.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – parti III Il-Prijorità 'Sfidi tas-Soċjetà' – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi kif ukoll l-integrazzjoni tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku ‘Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri’. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta' ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma' pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta' kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku ‘Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri’.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – parti I – punt 2.1 – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ teknoloġiji radikali ġodda permezz tal-esplorazzjoni ta’ ideat novelli oħrajn u ta’ riskju għoli li jibnu fuq il-pedamenti xjentifiċi. Billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ teknoloġiji radikali ġodda permezz tal-esplorazzjoni ta’ ideat novelli oħrajn u ta’ riskju għoli li jibnu fuq il-pedamenti xjentifiċi, inkluża l-espansjoni tal-fehim tal-mogħdijiet tal-mard tal-bniedem u tat-tossiċità u l-applikazzjoni tal-għodod u t-teknoloġiji ċellulari, ġenomiċi u ta’ komputazzjoni rilevanti għall-bniedem fl-istrateġiji tal-valutazzjoni tar-riskju u tas-saħħa tal-UE, billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness I – parti I – punt 2.3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Bit-trawwim ta’ ideat oriġinali (‘FET Miftuħin), il-FET għandhom jappoġġaw ir-riċerka xjentifika u teknoloġika fi stat embrijoniku li tesplora pedamenti ġodda għal teknoloġiji futuri radikalment ġodda billi tisfida l-paradigmi attwali u tazzarda tidħol f’oqsma mhux magħrufa. Proċess ta’ għażla minn isfel għal fuq miftuħ għal kwalunkwe idea tar-riċerka għandu jibni portafoll varjat ta’ proġetti fil-mira. Se jkunu fatturi ewlenin l-identifikazzjoni bikrija ta’ oqsma, żviluppi u xejriet ġodda promettenti, flmkien mal-attirar ta’ atturi ġodda u b’potenzjal kbir fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni.

(a) Bit-trawwim ta’ ideat oriġinali (‘FET Miftuħin), il-FET għandhom jappoġġaw ir-riċerka emerġenti xjentifika u teknoloġika li tesplora pedamenti ġodda għal teknoloġiji futuri radikalment ġodda billi tisfida l-paradigmi attwali, bħall-użu ta’ mudelli ta’ annimali fir-riċerka bijomedika jew għall-ittestjar ta’ sustanzi kimiċi għal effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, u tazzarda tidħol f’oqsma mhux magħrufa. Proċess ta’ għażla minn isfel għal fuq miftuħ għal kwalunkwe idea tar-riċerka għandu jibni portafoll varjat ta’ proġetti fil-mira. Se jkunu fatturi ewlenin l-identifikazzjoni bikrija ta’ oqsma, żviluppi u xejriet ġodda promettenti, flmkien mal-attirar ta’ atturi ġodda u b’potenzjal kbir fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka tal-UE għandha dejjem tappoġġja l-bidla paradigmatika fir-riċerka bijomedika u l-ittestjar tat-tossiċità lil hinn minn testijiet fuq l-annimali għall-ittestjar modern tat-tossiċità tas-seklu 21. Avvanzi fil-bijoloġija molekulari, il-bijoteknoloġija, u oqsma oħra qed iwittu t-triq għal titjib ewlieni fil-mod kif ix-xjentisti jistgħu jevalwaw ir-riskji tas-saħħa kkawżati minn sustanzi kimiċi potenzjalment tossiċi. Dawn l-avvanzi jistgħu jgħaġġlu u jraħħsu l-ittestjar tat-tossiċità, u jagħmluh rilevanti b’mod aktar dirett għall-esponimenti tal-bniedem.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness I – parti I – punt 3.3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari jew programmi ta’ dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta’ wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari jew programmi ta’ dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Flessibbiltà sħiħa f’termini tat-tul ta’ żmien, l-istituzzjoni ospitanti u n-numru ta’ apprendisti, se tkun possibbli fin-netwerk ospitanti miftiehem globalment u l-volum finanzjarju għal proġett. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta’ wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Anness I – parti I – punt 4.3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.3a. Kostituzzjoni ta’ bażi tad-dejta li tirrigwarda r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni

L-għan għandu jkun li tinħoloq u ssir disponibbli bażi tad-dejta tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni. Din għandha tkun miftuħa għall-kollaborazzjoni internazzjonali. Kemm gruppi ta’ riċerka kif ukoll intrapriżi għandhom iżidu l-kontenut għal din il-bażi tad-dejta sabiex jgħinu fit-tnedija ta’ suq ta’ innovazzjoni u kooperazzjoni u sabiex jistimolaw it-tlaqqigħ ta’ msieħba possibbli.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Anness I - parti II - punt 1 - paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li tinżamm u tinbena t-tmexxija globali fit-teknoloġiji abilitanti u fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-ispazju, li huma l-bażi tal-kompetittività f’firxa sħiħa ta’ industriji u setturi eżistenti u emerġenti.

L-objettiv speċifiku huwa li tinżamm u tinbena t-tmexxija globali fit-teknoloġiji abilitanti u fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-ispazju, li huma l-bażi tal-kompetittività f’firxa sħiħa ta’ industriji u setturi eżistenti u emerġenti, inkluża t-tmexxija permezz ta’ finanzjament tar-riċerka dwar is-saħħa sabiex isir progress fir-riċerka li hija rilevanti għall-bniedem bħal strumenti u teknoloġiji fil-qasam tal-"omika", tal-komputazzjoni u għodod u teknoloġiji innovattivi oħrajn, mhux relatati mal-annimali, sabiex jiġu definiti aktar mogħdijiet tal-mard tal-bniedem bħala bażi għall-ittestjar tal-iżvilupp u s-sigurtà tal-mediċini.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ambjent kummerċjali globali qed jinbidel malajr, u l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jippreżentaw sfidi u opportunitajiet għall-industrija Ewropea. L-Ewropa jeħtieġ li taċċellera l-innovazzjoni, filwaqt li tittrasforma l-għarfien iġġenerat biex issostni u ttejjeb il-prodotti, is-servizzi u s-swieq eżistenti; u toħloq oħrajn ġodda. L-innovazzjoni għandha tiġi sfruttata fl-aktar sens wiesa’, tmur lil hinn mit-teknoloġija biex tinkludi aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

L-ambjent kummerċjali globali qed jinbidel malajr, u l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jippreżentaw sfidi u opportunitajiet għall-industrija Ewropea. L-Ewropa jeħtieġ li taċċellera l-innovazzjoni, filwaqt li tittrasforma l-għarfien iġġenerat biex issostni u ttejjeb il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti, is-servizzi u s-swieq eżistenti; u toħloq oħrajn ġodda. L-innovazzjoni għandha tiġi sfruttata fl-aktar sens wiesa’, tmur lil hinn mit-teknoloġija biex tinkludi aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet taħt “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” se jkunu bbażati primarjament fuq l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ddefiniti mill-industrija u n-negozju flimkien mal-komunità tar-riċerka u se jiffukaw ħafna fuq l-ingranaġġ tal-investimenti tas-settur privat.

L-attivitajiet taħt 'Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali' se jkunu bbażati primarjament fuq l-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni ddefiniti flimkien mal-industrija u n-negozju, il-komunità tar-riċerka u organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; l-attivitajiet se jimmiraw mhux biss lejn l-indirizzar ta’ ħtiġijiet u preokkupazzjonijiet komuni fis-settur speċifiku iżda anki lejn l-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ objettivi tal-politika f’dawk is-setturi speċifiċi; l-attivitajiet se jiffukaw ħafna fuq l-ingranaġġ tal-investimenti tas-settur privat.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 8 'Approċċ integrat lejn it-Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti'

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati u s-sistemi ta’ manifattura avvanzata. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinari, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda u applikazzjonijiet ġodda (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, eċċ.). Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati, is-sistemi ta’ manifattura avvanzata u l-innovazzjoni ekoloġika. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinari, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda u applikazzjonijiet ġodda (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, l-agrikoltura eċċ.). Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Ġustifikazzjoni

Tmexxija industrijali fl-innovazzjoni ekoloġika se twassal għal prestazzjoni u reżistenza ambjentali mtejba madwar l-ekonomika minħabba li hija fl-istess ħin kosteffikaċja u tajba għan-negozju u s-soċjetà, minn ċittadini rurali sa urbani, fl-intier tagħha. Is-suq globali (2020) għal industriji ekoloġiċi qed jespandi rapidament u dan is-settur tan-negozju tal-UE diġà qed jikber b’mod rapidu: Orizzont 2020 jeħtieġ li jibni fuq dan. L-innovazzjoni ekoloġika jeħtieġ li tidħol fis-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà, u b’hekk tipprovdi l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti sabiex l-Ewropa tiffaċċja l-isfida tas-sostenibbiltà. Għalhekk, l-innovazzjoni ekoloġija hija teknoloġija ewlenija abilitanti.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.1.3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) Robots u teknoloġija avvanzati applikati għas-saħħa u d-diżabbiltajiet;

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija avvanzata bħar-robots hija fattur ewlieni fis-saħħa.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.1.3 – punt f – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) It-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija tal-ICT.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – Punt 1.2.1. – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fin-nanoteknoloġiji huwa li jiżguraw it-tmexxija tal-Unjoni f’dan is-suq globali ta’ tkabbir kbir, billi jistimulaw l-investiment fin-nanoteknoloġiji u l-adozzjoni tagħhom fi prodotti u servizzi kompetittivi ta’ valur miżjud għoli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

L-objettiv speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fin-nanoteknoloġiji huwa li jħejju t-tmexxija tal-Unjoni f’dan is-suq globali ta’ tkabbir kbir, billi jistimulaw l-investiment u l-privattivi fin-nanoteknoloġiji sikuri u responsabbli u l-adozzjoni tagħhom fi prodotti u servizzi kompetittivi ta’ valur miżjud għoli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

Ġustifikazzjoni

Ir-realtà hija differenti: L-Ewropa għadha lura meta mqabbla mal-kompetitturi ewlenin tagħha – l-Istati Uniti tal-Amerika, Il-Ġappun u l-Korea t’Isfel – li huma responsabbli għal aktar min-nofs l-investiment u żewġ terzi mill-privattivi rreġistrati madwar id-dinja.

Hemm ħafna mistoqsijiet mhux riżolti dwar is-sigurtà ta’ nanomaterjali, u ċerti applikazzjonijiet għandhom, b’mod ċar, riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent. L-UE għandha tiffinanzja biss l-investiment f’teknoloġiji siguri u responsabbli.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – Punt 1.2.1. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-2020, in-nanoteknoloġiji se jkunu standardizzati, jiġifieri integrati f’mod bla xkiel mal-biċċa l-kbira tat-tekonoloġiji u l-applikazzjonijiet, xprunati mill-benefiċċji tal-konsumatur, il-kwalita tal-ħajja, l-iżvilupp sostenibbli u l-potenzjal industrijali kbir li jinstabu soluzzjonijiet li ma kinux disponibbli qabel għall-produttivita u l-effiċjenza fir-riżorsi.

Sal-2015, il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti kollha sabiex tiżgura s-sigurtà għall-applikazzjonijiet kollha ta’ nanomaterjali fi prodotti b’impatti potenzjali fuq is-saħħa, u b’impatti potenzjali fuq l-ambjent jew is-sigurtà matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Sal-2020, in-nanoteknoloġiji se jkunu standardizzati, jiġifieri integrati f’mod bla xkiel mal-biċċa l-kbira tat-tekonoloġiji u l-applikazzjonijiet, xprunati mill-benefiċċji tal-konsumatur, il-kwalita tal-ħajja, l-iżvilupp sostenibbli u l-potenzjal industrijali kbir li jinstabu soluzzjonijiet li ma kinux disponibbli qabel għall-produttivita u l-effiċjenza fir-riżorsi.

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata f’April 2009, il-Parlament ikkunsidra li huwa partikolarment importanti li jindirizza n-nanomaterjali b’mod espliċitu fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ mill-inqas leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi, l-ikel, l-iskart, l-arja u l-ilma u l-protezzjoni tal-ħaddiem.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – Punt 1.2.3. – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jinħolqu prodotti fundamentalment ġodda li jippermettu li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli f’firxa wiesgħa ta’ setturi.

L-għan huwa li jinħolqu prodotti fundamentalment ġodda li jippermettu li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli f’firxa wiesgħa ta’ setturi l-aktar f’dak elettroniku, il-mediċina, tipi ġodda ta' enerġija u materjali.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-propjetajiet u tar-reżistenza tal-prodotti skont l-iskala nanometrika huwa ġustifikat aktar f’ċerti setturi industrijali kif ukoll fil-mediċina (il-possibbiltà li maż-żmien tiġi injettata l-mediċina direttament fiċ-ċellola tal-kanċer) milli f’setturi oħra. Wieħed irid jirrifletti dwar l-użu ta’ din it-teknoloġija rivoluzzjonarja, pereżempju fl-ikel, meta għadu ma ntweriex li n-nanopartikoli m'għandhom l-ebda effett fuq is-saħħa (dawn jistgħu jidħlu fiċ-ċelloli u jakkumulaw hemm) u fuq l-ambjent.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.2.3. – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni sikuri tan-nanoteknoloġiji

(b) Żgurar tal-iżvilupp u l-applikazzjoni sikuri tan-nanoteknoloġiji l-aktar meta dawn jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti maħsuba biex jidħlu f’kuntatt dirett mal-ġisem tal-bniedem.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1.3.1. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materjali huma fil-qalba tal-innovazzjoni industrijali u jikkostitwixxu fattur determinanti. Materjali avvanzati b’kontenut ogħla ta’ għarfien, funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejba huma indispensabbli għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

Il-materjali huma fil-qalba tal-innovazzjoni industrijali u jikkostitwixxu fattur determinanti. Materjali avvanzati b’kontenut ogħla ta’ għarfien, funzjonalitajiet ġodda u prestazzjoni mtejba, b’mod partikolari f’termini ta’ effiċjenza tar-riżorsi u tal-enerġija, huma indispensabbli għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli f’firxa ta’ applikazzjonijiet u setturi.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.3.3 da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) Il-materjali biex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġiji rinnovabbli.

L-iżvilupp ta' prodotti u applikazzjonijiet ġodda li jżidu l-effiċjenza tal-enerġija rinnovabbli bħas-sistemi fotovoltajċi u solari termali, u t-turbini tar-riħ.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.3.3. – punt g – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riċerka u żvilupp biex jiġu investigati alternattivi għall-użu ta’ materjali u approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi.

Riċerka u żvilupp biex jiġu investigati alternattivi għall-użu ta’ materjali, is-sostituzzjoni ta’ materja prima kritika jew sustanzi perikolużi. L-iżvilupp ta’ approċċi ta’ mudelli kummerċjali innovattivi.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.4.2. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali inklużi l-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali u agrikoli inklużi l-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf, il-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Ġustifikazzjoni

Il-bijoteknoloġija hija importanti wkoll fl-applikazzjonijiet agrikoli.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.4.3. – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp ta’ oqsma emerġenti tat-teknoloġija bħall-bijoloġija sintetika, il-bijoinformatika u l-bijoloġija tas-sistemi, li huma promettenti ħafna għal applikazzjonijiet kompletament ġodda.

L-iżvilupp ta’ oqsma emerġenti tat-teknoloġija bħas-sistemi tal-bijoloġija, il-bijoinformatika u l-bijoloġija sintetika u l-bijoloġija tas-sistemi, li huma promettenti ħafna għal applikazzjonijiet kompletament ġodda.

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal tal-bijoteknoloġija ma jridx jiġi limitat għal proċessi industrijali iżda għandu jkopri l-prodotti u l-proċessi rilevanti kollha.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.4.3. – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija industrijali għal prodotti u proċessi industrijali kompetittivi (pereżempju fil-kimika, is-saħħa, it-taħfir fil-minjieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, t-tessuti, il-lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha.

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija industrijali għal prodotti u proċessi industrijali kompetittivi (pereżempju fil-kimika, il-kostruzzjoni, is-saħħa, it-taħfir fil-minjieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, t-tessuti, il-lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.4.3. – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pjattaformi (eż. il-ġenomika, il-metaġenomika, il-proteomika, l-għodod molekulari) biex jittejbu t-tmexxija u l-vantaġġ kompetittiv f’għadd kbir ta’ setturi ekonomiċi.

L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pjattaformi (eż. il-kimika komputazzjonali u l-bijoloġija tas-sistemi, il-ġenomika, il-metaġenomika, il-proteomika, għadd kbir ta’ pjattaformi in-vitro, human-on-a-chip, il-fenomika u l-għodod molekulari) biex jittejbu t-tmexxija u l-vantaġġ kompetittiv f’għadd kbir ta’ setturi ekonomiċi. Għodda dijanjostika għandha tiġi appoġġjata jekk ikun hemm rabta mat-terapija.

Ġustifikazzjoni

It-terminu l-aktar wiesa' huwa l-bijoloġija tas-sistemi, u għandu jitpoġġa l-ewwel. It-termini l-oħra huma għal oqsma aktar speċifiċi.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.5.1 – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-manifattura u l-ipproċessar avvanzati huwa li l-forom industrijali ta’ produzzjoni tal-lum jiġu ttrasformati f’teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar sostenibbli, transettorjali u ta’ għarfien aktar intensiv, li jirriżultaw f’aktar prodotti, proċessi u servizzi innovattivi.

L-għan speċifiku tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-manifattura u l-ipproċessar avvanzati huwa li l-forom industrijali ta’ produzzjoni tal-lum jiġu ttrasformati f’teknoloġiji ta’ manifattura u pproċessar sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, transettorjali u ta’ għarfien aktar intensiv, li jirriżultaw f’aktar prodotti, proċessi u servizzi innovattivi.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.5.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa jeħtieġ li tkompli tinvesti fil-livell tal-Unjoni biex iżżomm it-tmexxija u l-kompetenza tagħha fit-teknoloġiji tal-manifattura u tagħmel it-tranżizzjoni għal oġġetti b’valur għoli, oġġetti ta’ għarfien intensiv, biex b’hekk toħloq il-kundizzjonijiet u l-assi għal produzzjoni u provvista sostenibbli ta’ servizz tul il-ħajja madwar prodott manifatturat. Jeħtieġ li l-industriji tal-manifattura u l-ipproċessar b’użu intensiv ta’ riżorsi jkomplu jimmobilizzaw ir-riżorsi u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u jkomplu jinvestu fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex jagħtu lok għal progress lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju, u sabiex jikkonformaw mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, maqbul mal-Unjoni kollha, sal-2050 għas-setturi industrijali.

L-Ewropa jeħtieġ li tkompli tinvesti fil-livell tal-Unjoni biex iżżomm it-tmexxija u l-kompetenza tagħha fit-teknoloġiji tal-manifattura u tagħmel it-tranżizzjoni għal oġġetti b’valur għoli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, oġġetti ta’ għarfien intensiv, biex b’hekk toħloq il-kundizzjonijiet u l-assi għal produzzjoni u provvista sostenibbli ta’ servizz tul il-ħajja madwar prodott manifatturat. Jeħtieġ li l-industriji tal-manifattura u l-ipproċessar b’użu intensiv ta’ riżorsi jkomplu jimmobilizzaw ir-riżorsi u l-għarfien fil-livell tal-Unjoni u jkomplu jinvestu fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex jagħtu lok għal progress lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u sabiex jikkonformaw mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, maqbul mal-Unjoni kollha, sal-2050 għas-setturi industrijali.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.5.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Promozzjoni tat-tkabbir industrijali sostenibbli bil-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispejjeż għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ valur miżjud għoli.

Promozzjoni tat-tkabbir industrijali sostenibbli bil-faċilitazzjoni ta’ bidla strateġika fl-Ewropa minn manifattura bbażata fuq l-ispejjeż għal approċċ ibbażat fuq il-ħolqien ta’ valur miżjud għoli, l-effiċjenza tal-materjali u sistemi ta’ sekwenza magħluqa.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.5.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u fl-enerġija u billi jitnaqqas l-impatt ambjentali ta’ tali attivitajiet industrijali fil-katina kollha tal-valur, filwaqt li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju.

Żieda tal-kompetittività tal-industriji tal-ipproċessar, billi jittejbu drastikament l-effiċjenzi fir-riżorsi u fl-enerġija u billi jitnaqqas l-impatt ambjentali ta’ tali attivitajiet industrijali fil-katina kollha tal-valur, filwaqt li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ teknoloġiji proċessi u materjali effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.6.2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Appoġġ iddedikat għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet relatati mal-ispazju se jkunu ddedikati b’mod partikolari għall-appoġġ tal-ilqigħ tal-isfidi tas-soċjetà bħat-tibdil fil-klima, l-ambjent, sistemi tat-trasport sostenibbli u l-agrikoltura. L-objettivi tal-kondiviżjoni tal-għarfien u l-iżvilupp interoperabbli għandhom ikunu l-bażi tal-appoġġ ipprovdut f’dawn l-oqsma.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.6.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dejta spazjali. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar u d-disseminazzjoni tad-dejta jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (Global Earth Observation System of Systems) , il-porgamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima.

Jista’ jkun hemm żieda konsiderevoli fl-isfruttar ta’ dejta mis-satelliti Ewropej jekk isir sforz konġunt biex jiġu kkoordinati u organizzati l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dejta spazjali. L-innovazzjonijiet fl-immaniġġjar, id-disseminazzjoni u l-interoperabbiltà tad-dejta, b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ aċċess liberu għad-dejta u l-metadejta tax-Xjenza tad-Dinja u l-iskambju tagħhom jistgħu wkoll jiżguraw dħul ogħla fl-investiment tal-infrastruttura spazjali, u jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, b’mod partikolari jekk ikunu kkoordinati fi sforz globali, bħal pereżempju permezz tas-Sistema tas-Sistemi tal-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (Global Earth Observation System of Systems) , il-porgamm ta' navigazzjoni bis-satellità Ewropew Galileo jew l-IPCC għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u tal-monitoraġġ tal-oċeani.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.6.3 – punt c – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jiġi pprovdut appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ osservazzjoni u informazzjoni ambjentali globali u komprensiva, anke permezz tat-trawwim tal-kooperazzjoni bejn komunitajiet tal-mudellar tal-klima u komunitajiet tal-ġestjoni tad-dejta u l-osservazzjoni ambjentali. L-inklużjoni tal-Istati Membri f’din il-kooperazzjoni hija essenzjali ladarba l-awtoritajiet nazzjonali ħahna drabi jkunu s-sidien ta’ rekords tad-dejta.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1.6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.6a. L-innovazzjoni ekoloġika

Objettiv speċifiku għall-innovazzjoni ekoloġika

L-objettiv speċifiku tal-innovazzjoni ekoloġika huwa li titrawwem komunità innovattiva tal-innovazzjoni u l-industrija Ewropea li toħloq b’mod immirat prodotti, proċessi u servizzi ġodda li jirriżultaw fi tkabbir ekoloġolu u benefiċċji ambjentali, u li hija rikonoxxuta bħala mexxejja dinjija. L-għan huwa li tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, jitnaqqsu l-impatti ambjentali, jiġi evitat it-tniġġis (tal-ilma) u / jew jinkiseb użu aktar effiċjenti, effettiv u responsabbli tar-riżorsi naturali.

Raġunament u valur miżjud tal-Unjoni

It-tmexxija industrijali fl-innovazzjoni ekoloġika se twassal għal prestazzjoni u reżistenza ambjentali mtejba madwar l-ekonomija minħabba li fl-istess ħin hija kosteffiċjenti u tajba għan-negozju u s-soċjetà, minn ċittadini rurali sa urbani, fl-intier tagħha. Is-suq globali (2020) għal industriji ekoloġiċi qed jespandi b’mod mgħaġġel u dan is-settur tan-negozju tal-UE diġà qed jikber b’mod rapidu: l-industriji ekoloġiċi tal-UE huma ħafna drabi mexxejja dinjija. Jeħtieġ li Orizzont 2020 jibni fuq dan. L-ekoinnovazzjoni jeħtieġ li tidħol fis-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà, u b’hekk tipprovdi l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti sabiex l-Ewropa tiffaċċja l-isfida tas-sostenibbiltà. Għalhekk, l-ekoinnovazzjoni hija teknoloġija ewlenija abilitanti.

L-ekoindustriji huma kkaratterizzati mill-preżenza ta’ għadd kbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Dawn il-kumpaniji huma responsabbli għal madwar nofs l-impjiegi totali. Għaldaqstant, l-SMEs bi sħubiija ma’ msieħba akbar fl-industrija jrid ikollhom rwol dejjem ikbar fl-innovazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda u fl-implimentazzjoni tagħhom.

Sorsi ewlenin ta’ innovazzjonijiet jinsabu fl-interfaċċja bejn l-ekoinnovazzjoni u teknoloġiji abilitanti oħra, l-ewwel u qabel kollox, l-ICT (monitoraġġ u sensoraġġ) u nanoteknoloġiji.

Linji wiesgħa tal-attivitajiet

L-ekoinnovazzjoni hija kwalunkwe forma ta’ innovazzjoni li tirriżulta jew timmira lejn il-progress sinifikanti u li jista’ jintwera lejn l-għan tal-iżvilupp sostenibbli, permezz tat-tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent, it-titjib fir-reżistenza għal pressjonijiet ambjentali, jew il-kisba ta’ użu aktar effiċjenti u responsabbli ta’ riżorsi naturali.

Attivitajiet ta’ ekoinnovazzjoni jiffokaw fuq l-innovazzjonijiet sostenibbli fi u bejn dawn l-oqsma li ġejjin:

a) Il-provvista tal-enerġija ekoloġika

b) L-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

c) L-Effiċjenza fl-Użu tal-Materjali

d) Il-mobilità ekoloġika

e) L-ilma

f) L-iskart

Emenda    99

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 2.3 – punt a – paragrafu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Immirati, billi jiffoka fuq politiki u setturi ewlenin kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, titjieb il-kompetittività, jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli u inklużiv b’livell baxx ta’ karbonju, u jiġu pprovduti prodotti ambjentali u prodotti pubbliċi oħrajn. Dan il-komponent għandu jgħin lill-Unjoni tindirizza l-aspetti tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-objettivi tal-politika settorjali.

(2) Immirati, billi jiffoka fuq politiki u setturi ewlenin kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, titjieb il-kompetittività, jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli u inklużiv b’livell baxx ta’ karbonju, jiġu promossi l-enerġiji rinnovabbli u jiġu pprovduti prodotti ambjentali u prodotti pubbliċi oħrajn. Dan il-komponent għandu jgħin lill-Unjoni tindirizza l-aspetti tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-objettivi tal-politika settorjali.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 3.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-SMEs - minkejja s-sehem importanti tagħhom fl-ekonomija u fl-impjiegi u l-potenzjal sinifikanti ta’ innovazzjoni – għandhom problemi biex isiru aktar innovattivi u aktar kompetittivi, liema problemi huma marbuta mad-daqs tagħhom. Għalkemm l-Ewropa tipproduċi għadd simili ta’ kumpaniji ġodda bħall-Istati Uniti tal-Amerika, l-SMEs Ewropej qed isibuha ħafna aktar diffiċli mill-kontropartijiet tagħhom tal-USA biex jikbru u jsiru kumpaniji kbar. L-ambjent tan-negozju internazzjonalizzat bi ktajjen ta’ valuri dejjem aktar interkonnessi jpoġġi pressjoni akbar fuqhom. L-SMEs jeħtieġ li jtejbu l-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom. Jeħtieġ li jiġġeneraw, jadottaw u jikkummerċjalizzaw għarfien u ideat ta’ negozju ġodda b’mod aktar rapidu u aktar mifrux sabiex jirnexxilhom jikkompetu fis-swieq globali li qed jevolvu b’rata mgħaġġla. L-isfida hija li tiġi stimulata aktar innovazzjoni fl-SMEs, biex b’hekk jiżdiedu l-kompetittività u t-tkabbir tagħhom.

Madankollu, l-SMEs - minkejja s-sehem importanti tagħhom fl-ekonomija u fl-impjiegi u l-potenzjal sinifikanti ta’ innovazzjoni – għandhom problemi biex isiru aktar innovattivi u aktar kompetittivi, liema problemi huma marbuta mad-daqs tagħhom. Għalkemm l-Ewropa tipproduċi għadd simili ta’ kumpaniji ġodda bħall-Istati Uniti tal-Amerika, l-SMEs Ewropej qed isibuha ħafna aktar diffiċli mill-kontropartijiet tagħhom tal-USA biex jikbru u jsiru kumpaniji kbar. L-ambjent tan-negozju internazzjonalizzat bi ktajjen ta’ valuri dejjem aktar interkonnessi jpoġġi pressjoni akbar fuqhom. L-SMEs jeħtieġ li jtejbu l-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom u jkollhom aċċess faċilitat għall-forom differenti ta’ appoġġ finanzjarju (self, garanzija, kapital ta’ riskju). Jeħtieġ li jiġġeneraw, jadottaw u jikkummerċjalizzaw għarfien u ideat ta’ negozju ġodda b’mod aktar rapidu u aktar mifrux sabiex jirnexxilhom jikkompetu fis-swieq globali li qed jevolvu b’rata mgħaġġla. L-isfida hija li tiġi stimulata aktar innovazzjoni fl-SMEs, biex b’hekk jiżdiedu l-kompetittività u t-tkabbir tagħhom.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-saħħa u benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd, sistemi tas-saħħa u tal-kura ta’ kwalità għolja u ekonomikament sostenibbli, u opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u tkabbir huma l-miri ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għal din l-isfida, u li se jagħmlu kontribuzzjoni kbira għall-Ewropa 2020.

Is-saħħa matul il-ħajja kollha, il-benesseri mentali u fiżika għal kulħadd, sistemi tas-saħħa u tal-kura inklużivi, ta’ kwalità għolja u ekonomikament sostenibbli, sistemi biex jittrattaw l-ekonomija ta' popolazzjoni li qed tixjieħ u opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda u tkabbir huma l-miri ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni b’rispons għal din l-isfida, u li se jagħmlu kontribuzzjoni kbira għall-Ewropa 2020.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jenħtieġ li tissaħħaħ ir-riċerka dwar mard li jirriżulta miż-żieda fit-temperatura u t-tibdil fil-klima li jaffettwaw b’mod partikolari lill-pajjiżi tal-Mediterran, iżda mhux lilhom biss.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka għandha tippermetti t-titjib f’terapiji avvanzati u terapiji ċellulari u se tiġi ffokata fuq il-kura ta’ mard kroniku u deġenerattiv.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispiża tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali tal-Unjoni qed tiżdied bil-miżuri tal-kura u l-prevenzjoni fl-etajiet kollha li dejjem qed jiswew aktar flus, l-għadd ta’ Ewropej li għandhom aktar minn 65 sena huwa mistenni li kważi jirdoppja minn 85 miljun fl-2008 għal 151 miljun sal-2060 u dawk li għandhom aktar minn 80 huma mistennija jiżdiedu minn 22 sa 61 miljun fl-istess perjodu. It-tnaqqis jew ir-restrizzjoni ta’ dawn l-ispejjeż b’tali mod li ma jsirux insostenibbli jiddependi parzjalment fuq l-iżgurar tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd u għalhekk fuq il-prevenzjoni, it-trattament u l-ġestjoni effettivi tal-mard u d-diżabbiltà.

L-ispiża tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali tal-Unjoni qed tiżdied bil-miżuri tal-kura u l-prevenzjoni fl-etajiet kollha li dejjem qed jiswew aktar flus, l-għadd ta’ Ewropej li għandhom aktar minn 65 sena huwa mistenni li kważi jirdoppja minn 85 miljun fl-2008 għal 151 miljun sal-2060 u dawk li għandhom aktar minn 80 huma mistennija jiżdiedu minn 22 sa 61 miljun fl-istess perjodu. Il-prevenzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ dawn l-ispejjeż b’tali mod li ma jsirux insostenibbli tiddependi parzjalment fuq il-fatt li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni aħjar u aktar responsabbiltà rigward id-determinanti tas-saħħa sabiex jiġu żgurati s-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja kollha għal kulħadd u għalhekk fuq l-għodda ta' prevenzjoni effikaċi ffinnanzjata f'livell xieraq, fuq l-aċċess għal trattament xieraq u speċjalizzat u fuq il-ġestjoni tal-mard u d-diżabbiltà filwaqt li titqies id-dimensjoni tas-sessi.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-mard pulmonari, il-kanċer, id-dijabete, il-mard rewmatiku u muskoloskeletriku, l-allerġiji, id-disturbi respiratorji, newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità, problemi ta' infertilità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta’ diżabbiltà, nuqqas ta’ saħħa, morbożità u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. Mard kroniku li ma jitteħidx jammonta għal 86 % tal-mard fir-Reġjun Ewropew tad-WHO.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun filwaqt li l-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete, filwaqt li l-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn.

Fl-Unjoni, il-CVD annwalment jammonta għal aktar minn 2 miljun mwiet u jiswa lill-ekonomija aktar minn EUR 192 biljun. Il-kanċer jammonta għal kwart tal-imwiet kollha u huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nies li għandhom bejn 45-64 sena. Aktar minn 120 miljun ċittadin ibatu minn mard rewmatiku u muskoloskeletriku, filwaqt li aktar minn 27 miljun ruħ fl-Unjoni jbatu mid-dijabete u aktar minn 120 miljun minn kundizzjonijiet rewmatiċi u muskoloskeletali, filwaqt li l-ispiża totali tad-disturbi fil-moħħ (inklużi, iżda mhux limitati għal dawk li jaffettwaw is-saħħa mentali) ġiet stmata għal EUR 800 biljun. Din iċ-ċifra se tkompli tiżdied b'mod drammatiku, l-aktar minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa u ż-żieda assoċjata fil-piż tal-mard newrodeġenerattiv bħall-Parkinson's u l-Alzheimer's. Fatturi ambjentali, tal-istil tal-ħajja u soċjoekonomiċi huma rilevanti f’ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet fejn aktar minn terz tal-piż tal-mard globali huwa stmat li jkun relatat ma’ dawn. Erba’ fatturi ta’ riskju flimkien jammontaw għall-maġġoranza tal-mard kroniku li ma jitteħidx: il-konsum tat-tabakk, dieti mhux ibbilanċjati, il-konsum tal-alkoħol u n-nuqqas ta’ attività fiżika. Madankollu, għal kundizzjonijiet oħra, b’mod partikolari mard newrodeġenerattiv, strateġiji effettivi ta’ prevenzjoni se jeħtieġu spinta konsiderevoli fir-riċerka dwar il-kawżi tagħhom u l-iżvilupp ta’ dijanjożi bikrija u għażliet ta’ trattament aħjar.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Problemi ta’ saħħa mentali jammontaw għal kważi 20 % tal-piż tal-mard fir-Reġjun Ewropew tad-WHO, b’wieħed minn kull erba’ persuni affettwati minn problemi ta’ saħħa mentali f’xi ħin jew ieħor matul ħajjithom.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mard fit-tfal, inkluż tfal li jitwieldu prematurament.

Is-saħħa tat-tfal hija prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea. L-istess bħal fil-każ ta’ mard rari, ir-riċerka u t-trattament effettivi jistgħu jiġu żviluppati biss permezz ta’ sforz Ewropew komuni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1. – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja), huwa ta’ tħassib globali, u jammonta għal 41 % tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8 % minnhom fl-Ewropa. Għandha ssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi.

Il-mard infettiv (eż. l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja u l-mard ittraskurat), huwa ta’ tħassib globali, u jammonta għal 41 % tal-1.5 biljun sena ta’ ħajja aġġustati wara diżabbiltà madwar id-dinja, bi 8 % minnhom fl-Ewropa. L-iżvilupp mill-ġdid ta' mard li jittieħed antik inkluża t-tuberkulożi fir-reġjun Ewropew u l-prevalenza akbar ta' mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jissottolinjaw il-ħtieġa għal approċċ komprensiv u għal aktar appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp. Għandha ssir tħejjija wkoll għall-epidemiji emerġenti u t-theddida ta’ żieda fir-reżistenza kontra l-mikrobi.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.1. – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Il-mard rari għadu sfida ewlenija għall-UE u l-Istati Membri. Hemm bejn 6 000 u 8 000 marda rari li jaffettwaw madwar 30 miljun ruħ fl-UE kollha. Għad hemm nuqqas ta' għarfien u kompetenza xjentifiċi rilevanti li jistgħu jservu bħala bażi għall-iżvilupp ta' terapiji innovattivi u aktar effiċjenti għall-pazjenti b'mard rari. Għalhekk, attwalment hemm ftit għażliet terapewtiċi jew l-ebda għażla terapewtika għall-biċċa l-kbira ta' dawn il-pazjenti. L-appoġġ Ewropew għall-kooperazzjoni għandu jiżgura li l-għarfien jista’ jkun kondiviż u r-riżorsi jingħaqdu bl-aktar mod effiċjenti possibbli, sabiex il-mard rari jiġi ttrattat b’mod effettiv fl-UE kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni stabbiliet il-mira li jiġu żviluppati 200 terapija ġdida fil-kuntest tal-konsorzju internazzjonali dwar il-mard rari. Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta' pazjenti għal kull marda, l-attrattività ekonomika tar-riċerka u l-iżvilupp ta' mediċini orfni hija wkoll aktar baxxa. Għalhekk, il-finanzjament pubbliku jgħin biex dan jonqos u jaġixxi bħala katalist għall-investiment privat. Ir-riċerka kollaborattiva hija essenzjali fl-iżgurar li l-għarfien skars jista’ jkun kondiviż u r-riżorsi jingħaqdu bl-aktar mod effiċjenti possibbli, sabiex il-mard rari jiġi ttrattat b’mod effettiv fl-UE kollha.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati, u għandu jiġi żgurat aċċess għas-sistemi tas-saħħa effettivi u kompetenti għall-Ewropej kollha.

Sadanittant, il-proċessi tal-iżvilupp tad-drogi u l-vaċċini qed isiru aktar għoljin u anqas effettivi, filwaqt illi l-interventi tas-saħħa pubblika, il-promozzjoni tas-saħħa, it-tnaqqis fil-fatturi ta’ riskju u l-istrateġiji ta’ prevenzjoni wrew li huma kosteffiċjenti fuq perjodu ta’ żmien twil. Il-validità tat-testijiet fuq l-annimali sottostanti għall-bnedmin qed tiġi sfidata dejjem aktar. Jeħtieġ li x-xjenza regolatorja tagħhom tiġi mtejba. L-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa għandhom jiġu indirizzati, u għandu jiġi żgurat aċċess għas-sistemi tas-saħħa effettivi, vijabbli u kompetenti għall-Ewropej kollha.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka tal-UE għandha dejjem tappoġġja l-bidla paradigmatika fir-riċerka bijomedika lil hinn minn testijiet fuq l-annimali għall-ittestjar modern tat-tossiċità tas-seklu 21. Avvanzi fil-bijoloġija molekulari, il-bijoteknoloġija, u oqsma oħra qed iwittu t-triq għal titjib ewlieni fil-mod kif ix-xjentisti jistgħu jevalwaw il-mediċini u t-tilqim. Dawn l-avvanzi jistgħu jgħaġġlu u jraħħsu l-ittestjar tat-tossiċità, u jagħmluh rilevanti għall-bniedem.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.1 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, għadd dejjem jikber ta’ studji juru li ċerti sustanzi kimiċi jaffettwaw is-sistema endokrinali u s-saħħa tagħna b’mod perikoluż. Hu maħsub li dawn is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali - speċjalment meta jkunu mħallta flimkien, jaffettwaw fost ħafna affarijiet oħra, l-organi riproduttivi fit-trabi subien, iwasslu għal pubertà bikrija fit-tfajliet, infertilità, obeżità u dijabete. Għalhekk, dan il-qasam għandu jiġi investigat b’iżjed reqqa.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2. – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Il-mard u d-diżabbiltà ma jitwaqqfux bil-konfini nazzjonali. Stati Membri individwali spiss ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa sabiex jipprovdu r-risponsi l-aktar effiċjenti. Rispons xieraq f’termini ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell Ewropew appoġġat minn impenn finanzjarju xieraq jista’ u għandu jagħti kontribuzzjoni kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, iwassal għal saħħa u benesseri aħjar għal kulħadd, u permezz tiegħu l-Ewropa jkollha t-tmexxija fl-innovazzjonijiet relatati mas-saħħa u l-benesseri fis-swieq globali li qed jespandu rapidament.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli u effettivi. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali.

It-tweġiba tiddependi fuq l-eċċellenza fir-riċerka sabiex intejbu l-fehim fundamentali tagħna tas-saħħa, il-mard, id-diżabbiltà, l-iżvilupp u x-xjuħija (inkluż l-istennija tal-għomor), u dwar it-traduzzjoni bla xkiel u mifruxa tal-għarfien riżultanti u eżistenti dwar prevenzjoni, prodotti, strateġiji, intervenzjonijiet u servizzi innovattivi, skalabbli u effettivi. B’mod partikolari, jenħtieġ sforz ta’ riċerka bbażat fuq il-bijoloġija umana fuq skala kbira sabiex jiġu skoperti l-avvenimenti ewlenin fil-mogħdija bijoloġika bejn tfixkil bikri fil-proċessi ġenetiċi u ċellulari u l-manifestazzjoni ta’ riżultati ħżiena fis-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, il-pertinenza ta’ dawn l-isfidi fl-Ewropa u f’ħafna każijiet, globalment, teħtieġ tweġiba kkaratterizzata minn żmien twil u appoġġ koordinat għal kooperazzjoni bejn timijiet eċċellenti, multidixxiplinari u multisettorjali, mhux biss fuq il-livell tal-Unjoni iżda anke fuq livell globali, pereżempju permezz ta’ appoġġ lill-kapaċità ta’ riċerka u żvilupp f’żoni u mard endemiċi, b’mod partikolari l-malarja, id-deni tad-dengue u t-tuberkulożi.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ “-omiċi” jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, fit-trattament ta’ mard rari, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għixien assistit u indipendenti.

Bl-istess mod, il-kumplessità tal-isfida u l-interdipendenza tal-komponenti tagħha jeħtieġu tweġiba fil-livell Ewropew. Ħafna approċċi, għodod u teknoloġiji japplikaw għal ħafna mill-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ din l-isfida u huma appoġġati aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dawn jinkludu l-appoġġ għall-promozzjoni tas-saħħa u r-riċerka tal-għarfien dwar is-saħħa, l-iżvilupp ta’ koorti fit-tul u t-twettiq ta’ provi kliniċi, l-użu kliniku ta’ ‘-omiċi’ jew l-iżvilupp ta’ ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom fil-prattika tas-saħħa, speċjalment is-saħħa elettronika. Ir-rekwiżiti ta’ popolazzjonijiet speċifiċi huma wkoll indirizzati l-aħjar b’mod integrat, pereżempju bl-iżvilupp ta’ mediċina stratifikata u/jew personalizzata, il-kura pprovduta f’ċentri multidixxiplinarji esperti, fit-trattament ta’ mard rari, u fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għal għixien assistit u indipendenti.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.2. – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi mmasimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimostrazzjonim, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li huma meta neċessarji, interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti, ġodda. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jinterfaċċa wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu.

Sabiex jiġi mmasimizzat l-impatt ta’ azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ appoġġ għall-ispettru kollu ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Mir-riċerka bażika għat-traduzzjoni tal-għarfien għall-provi kbar u azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni, bl-immobilizzar ta’ investiment privat; għal akkwist pubbliku u prekummerċjali għal prodotti, servizzi, soluzzjonijiet skalabbli, li huma meta neċessarju, interoperabbli u appoġġati minn standards u/jew linji gwida definiti, ġodda. Dan l-isforz Ewropew ikkoordinat se jikkontribwixxi għall-iżvilupp kontinwu taż-ŻER. Se jinterfaċċa wkoll, meta u fejn xieraq, ma’ attivitajiet żviluppati fil-kuntest tal-Programm tas-Saħħa għat-Tkabbir, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu u azzjonijiet futuri fir-rigward ta’ kondizzjonijiet kroniċi.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġjata minn bażi soda ta' evidenza, tevita l-mard, ittejjeb il-benessri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard ukoll jiddependu fuq fehim ta’ determinanti tas-saħħa, fuq għodod effettivi ta’ prevenzjoni, bħal vaċċini, fuq sorveljanza tas-saħħa u tal-mard u prontezza effettiva, kif ukoll fuq programmi effettivi ta’ skrinjar.

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġjata minn bażi soda ta’ evidenza, tipprevjeni l-mard, ittejjeb il-benesseri mentali u fiżiku u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard ukoll jiddependu fuq fehim ta’ determinanti ta', u r-rabtiet bejn, is-saħħa mentali u fiżika, fuq dejta Ewropea bbażata fuq indikaturi komuni, fuq għodod effettivi ta’ prevenzjoni, bħal vaċċini, u interventi rigward l-imġiba li jindirizzaw il-fatturi ta' riskju, inkluża l-obeżità, fuq sorveljanza tas-saħħa u tal-mard u prontezza effettiva, kif ukoll fuq programmi effettivi ta’ skrinjar u d-dijanjożi bikrija.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.3. – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-isforzi ta’ suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll fatturi sottostanti ta’ saħħa tajba u benesseri. Il-kondiviżjoni effettiva tad-dejta u l-irbit ta’ din id-dejta ma’ studji ta’ koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif tas-sejbiet tar-riċerka f’kuntest kliniku, b’mod partikolari permezz tat-twettiq ta’ provi kliniċi.

L-isforzi ta’ suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq għarfien molekolari aħjar tal-mard permezz tar-riċerka bijomedika, il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll ta' fatturi sottostanti ta’ saħħa tajba u benesseri. L-użu tar-riżultati tar-riċerka bijomedika fl-iżvilupp tat-trattament u, b'mod partikolari, mediċina stratifikata u personalizzata, huwa għodda b'saħħitha biex jingħata trattament għall-mard li jkun imfassal għall-karatteristiċi ġenetiċi tal-pazjent u għat-tip speċifiku tal-marda, biex b'hekk tiżdied l-effiċjenza tal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti. Il-ġbir u l-kondiviżjoni effettivi tad-dejta, l-ipproċessar standardizzat tad-dejta u l-irbit ta’ din id-dejta ma’ studji ta’ koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif f'waqtu tas-sejbiet tar-riċerka f’kuntest kliniku, b’mod partikolari permezz tat-twettiq ta’ provi kliniċi f'diversi ċentri.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, biex jiġi identifikat u appoġġat id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, u biex jiġu appoġġati l-kura integrata u l-adozzjoni mifruxa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b’mod partikolari lil persuni anzjani kif ukoll persuni b’diżabbiltà sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali jiġi miżjud u mtawwal.

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-individwi kollha, irrispettivament mill-età jew is-sess u l-mezzi ekonomiċi tagħhom, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, u d-dijanjożi, biex jiġi identifikat u appoġġat id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, biex tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u lill-pazjenti permezz tal-għarfien dwar is-saħħa, u u biex jiġu appoġġati l-kura integrata (mogħtija f’ċentri tal-esperti, fejn ikun xieraq), u l-adozzjoni mifruxa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b’mod partikolari lil persuni anzjani, persuni b'mard kroniku kif ukoll persuni b’diżabbiltà u pazjenti sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali u l-kwalità tal-ħajja jiġi miżjud u mtawwal.

Ġustifikazzjoni

Il-mard kroniku huwa l-akbar sfida għall-mira tal-UE li żżid sentejn ħajja b’saħħithom liċ-ċittadini tal-Ewropa sal-2020. Għandha ssir referenza speċifika biex jiġi żgurat li l-persuni kollha b’mard kroniku jibbenefikaw minn proċess imtejjeb ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-għoti tal-kura, id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u l-użu ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi u soċjali.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.3. – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ tul iċ-ċiklu ta’ riċerka u innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda fis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ tul iċ-ċiklu ta’ riċerka u innovazzjoni, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-riċerka, jissaħħu l-iżvilupp ta’ opportunitajiet tas-suq ġodda u l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u jappoġġjaw lill-SMEs. Se jiġi enfasizzat ukoll l-involviment tal-partijiet interessati kollha – inklużi l-pazjenti u l-organizzazzjoniiet tal-pazjenti – sabiex tiġi żviluppata aġenda ta’ riċerka u innovazzjoni li tinvolvi liċ-ċittadini b’mod attiv u tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom. Għal dan il-għan, huwa importanti ħafna li jkun hemm bażi wiesgħa ta’ riċerka għal livell għoli ta’ kompetittività u innovazzjoni futura fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka dwar is-saħħa ffinanzjata mill-UE, għandha tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini li għandha tassisti, jiġifieri l-pazjenti nnifishom. Bil-kompetenza,l-għarfien u l-ideat tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jgħinu sabiex tiġi stabbilita l-aġenda ta’ riċerka, jinħolqu relazzjonijiet importanti mal-partijiet interessati ewlenin kollha u tiġi espressa vuċi unifikata tal-pazjenti.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 1.3. – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta' vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta' data dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għajxien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi psikosoċjali, komportamentali, ambjentali, klimatiċi u dawk relatati mal-faqar u mas-sessi), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-modi ta' trażmissjoni tal-mard, it-tossiċità, il-bijomarkaturi u l-modi ta' azzjoni u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta' għodod preventivi aħjar, inklużi l-vaċċini; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-titjib tat-trattament tal-mard b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' mediċina stratifikata/personalizzata u ta' prodotti mediċinali orfni; trasferiment tal-għarfien li joriġina mir-riċerka bażika għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli b'mod aktar effiċjenti u f'waqtu, billi titħeġġeġ ir-riċerka traslazzjonali ta' kwalità għolja; użu aħjar ta' data dwar is-saħħa; il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv, indipendenti u tal-għixien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, anke bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni usa' ta' soluzzjonijiet ta' servizzi tas-saħħa onlajn, u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1.3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jintlaħqu l-isfidi tal-futur għall-bżonn ta’ azzjonijiet Ewropej relatati mal-provvista tal-ilma, għandu jiġi allokat finanzjament xieraq mill-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni fl-ilma. Għalhekk, parti mill-baġit totali tal-Orizzont 2020 (matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2020) għandha tiġi allokata għal din l-isfida tas-soċjetà.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

2. Sikurezza u sigurtà tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-emenda 31 li tirrifletti b’mod parzjali l-kummenti tal-Kummissjoni dwar l-ambitu tar-riċerka dwar ir-riċerka relatata mal-baħar u r-riċerka marittima.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.1 – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, li jiġi evitat l-isfruttament żejjed attwali tal-ekosistemi, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u ta' pproċessar tal-ikel effiċjenti fir-riżorsi li jirrispettaw il-bijodiversità, li jgħaqqdu flimkien approċċi kwantitattivi u kwalitattivi, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70% fil-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma’ l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60% sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40% minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30% tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma irrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenzjali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikjedi pluralità ta’ approċċi.

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi ffaċċjata bi sfidi minħabba iż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u l-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70% fil-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma’ l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. Din il-ħtieġa urġenti għall-ikel la tiġġustifika l-iżbilanċ attwali bejn il-produzzjonijiet nazzjonali li ħafna drabi jkollhom ammonti żejda u ż-żieda regolari fl-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ikel, u lanqas ma tagħti raġuni valida għall-kumplessità li dejjem qed tikber tan-netwerk tal-ikel dinji. Minn dan tirriżulta l-importanza għall-Unjoni Ewropea li tirregola aħjar il-kanali tal-provvista filwaqt li tikkunsidra bħala prijorità ċ-ċiklu tal-istaġuni, l-oriġini tal-prodotti u l-kapaċità tar-rintraċċar tal-ikel. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60% sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40% minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30% tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma irrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-art, ta’ kura territorjali u ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikjedi pluralità ta’ approċċi.

Ġustifikazzjoni

Iż-żamma tat-traċċi aħjar tal-ikel hija objettiv essenzjali tal-Unjoni Ewropea biex tiġi identifikata aħjar l-oriġini ta’ ikel tossiku u biex jiġi evitat dewmien fl-identifikazzjoni tas-sors tal-kontaminazzjoni. L-eżempju tal-kriżi tas-saħħa "Escherichia coli" li seħħet f’Ġunju 2011 fil-Ġermanja huwa partikolarment relevanti.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi u tar-reżiljenza tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħolqien ta’ katina bi produzzjoni baxxa ta’ skart, li tista’ tiżgura l-provvista tal-ikel fil-kuntest tat-tibdil fil-klima u taż-żieda fil-popolazzjoni tista’ tvarja minn sistemi ta’ ġestjoni mtejba li jnaqqsu l-inputs fil-livell tal-art/baħar u fil-katina tal-provvista. L-għarfien kollettiv tal-bdiewa dwar ir-riżorsi naturali, il-proċessi ekoloġiċi u l-kwalità tal-prodotti, jista’ jintuża bħala bażi biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-inputs esterni. Katini agroalimentari iqsar li huma bbażati fuq il-fiduċja tal-konsumaturi u prossimità akbar mal-produtturi huma wkoll bażi ta’ katina bi produzzjoni baxxa ta’ skart, filwaqt li tindirizza d-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta’ kwalità għolja, u jiġi meqjus ukoll il-benesseri tal-annimali.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-foresti u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-agrikoltura, il-foresti u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-agrikoltura fiha nnifsha għandha potenzjal kbir għall-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijomassa, permezz ta’ għelejjel iddedikati, l-iżvilupp ta’ pjanti b’karatteristiċi inkorporati u l-użu tat-tip “kaskata” ta’ għelejjel.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, għalf, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. B’mod parallel mal-funzjonijiet orjentati lejn is-suq, il-bijoekonomija tappoġġja wkoll firxa wiesgħa ta’ funzjonijiet ta’ oġġetti pubbliċi li għandhom jiġu ppreżervati: il-pajsaġġ agrikolu u forestali, l-art agrikola u l-bijodiversità tal-foresti, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, il-funzjonalità tal-ħamrija, l-istabbiltà tal-klima, il-kwalità tal-arja, ir-reżistenza għall-għargħar u għan-nirien. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ trasparenti b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti, il-konsumaturi u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari, li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ prattiċi, prodotti u proċessi ġodda. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi.

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija, l-atturi parteċipanti għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari, li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ prattiċi ġodda, prodotti u proċessi sostenibbli. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi. Il-potenzjal tal-bdiewa u l-SMEs li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni fil-qasam irid jiġi rikonoxxut b’mod sħiħ. L-approċċ għall-ekonomija bbażata fuq bijoloġija għandu jqis l-importanza tal-kapaċitajiet lokali li jsaħħu l-għarfien lokali, filwaqt li jakkomoda d-diversità u l-kumplessità.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigar tal-kundizzjonijiet tal-klima. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki għal għixien rurali b’saħħtu.

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali fuq livell globali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inkluża l-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ħabitats naturali, u l-protezzjoni tal-ħamrija u r-riżorsi tal-ilma, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima. L-attivitajiet għandhom jiffavorixxu approċċi sistematiċi u jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi, inkluża l-agrikoltura organika, fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx u input baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki mmirati lejn l-iżgurar ta’ diversità ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-ikel u għal għajxien rurali b’saħħtu.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.3 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf ikun aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittivi. . L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ikel tajjeb u sikur għal kulħadd, għażliet informati tal-konsumatur, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jintużaw anqas riżorsi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel ta' kwalità, sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni kif ukoll il-konsum tal-ikel u l-għalf ikun aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittiv, filwaqt li tiġi kkonservata l-bijodiversità Ewropea.L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kwalità tajba, firxa estensiva ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, awtentiku, ta’ kwalità għolja u sikur għal kulħadd, informazzjoni aħjar dwar l-ikel lill-konsumaturi, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jużaw anqas riżorsi u addittivi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jiġu sfruttati b’mod sostenibbli sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali u ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni imtejjba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea kompetittiva fil-kuntest tal-ekonomija globali u sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni tal-baħar permezz tal-bijoteknoloġija sabiex ittejjeb it-tkabbir marittimu intelliġenti.

L-għan huwa li jinżammu livelli ta’ konsum sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, filwaqt li jiġu mmassimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali u ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa filwaqt li jiġu mħarsa l-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni mtejba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea fil-kuntest tal-ekonomija globali. Għandu jiġi kkunsidrat b’attenzjoni t-tħassib ambjentali dwar l-użu tal-bijoteknoloġija f’ekosistemi tal-baħar miftuħin. Għandu jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ prekawzjoni kif ukoll it-tħassib tas-soċjetà ċivili dwar l-użu u t-tixrid tal-bijoteknoloġija fl-ekosistemi tal-baħar miftuħa.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) Objettiv ieħor huwa l-ġlieda kontra l-omoġenizzazzjoni tal-ispeċijiet li jinsabu fl-ibħra interni u fix-xmajjar li għandhom impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tal-ekosistemi, l-aktar minħabba reżistenza akbar għal xkiel.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi indirizzat il-fenomenu tal-proċess fejn l-ilmijiet u x-xmajjar qed isiru uniformi. Fl-UE biss, aktar minn 400 speċi ta’ ħut ġew introdotti fix-xmajjar f’dawn l-aħħar deċennji, fejn qabel dawn ma kinux preżenti.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2.3 – punt d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art.

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika, ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli, effiċjenti fl-enerġija, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, il-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ, fejn meħtieġ, tal-istandardizzazzjoni, iżda anki permezz ta’ attivitajiet regolatorji u ta’ dimostrazzjoni u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjoni ambjentali u soċjoekonomika tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art kif ukoll perspettivi u tħassib tas-soċjetà ċivili.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati ma għandux ikun limitat biss għall-użu.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 3.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unjoni beħsiebha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 % taħt il-livelli tal-1990 sas-sena 2020, bi tnaqqis ulterjuri għal 80-95 % sal-2050. Barra minn hekk, sorsi rinnovabbli għandhom ikopru 20 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-2020, flimkien ma’ mira fl-effiċjenza tal-eneraġija ta’ 20 %. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi se jirrikjedi tibdil radikali tas-sistema tal-enerġija, li tikkombina profil ta’ livell baxx ta’ karbonju, sigurtà u affordabbiltà tal-enerġija, filwaqt li fl-isess ħin tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika tal-Ewropa. L-Ewropa bħalissa tinsab ’il bogħod minn din il-mira globali. 80 % tas-sistema Ewropea tal-enerġija għadha tiddependi fuq il-fjuwils fossili, u s-settur jipproduċi 80 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Ewropa kollha. Kull sena 2.5 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Unjoni jintefaq fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u dan x’aktarx li se jiżdied. Din it-tendenza twassal għal dipendenza totali fuq iż-żejt u l-importazzjonijiet tal-gass sal-2050. Affaċċati bil-prezzijiet volatili tal-enerġija fis-suq globali, flimkien ma’ tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, l-industriji u l-konsumaturi Ewropej qed jonfqu sehem dejjem jikber tad-dħul tagħhom fuq l-enerġija.

L-Unjoni beħsiebha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 % taħt il-livelli tal-1990 sas-sena 2020, bi tnaqqis ulterjuri għal 80-95 % sal-2050. Barra minn hekk, sorsi rinnovabbli għandhom ikopru 20 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-2020, flimkien ma’ mira fl-effiċjenza tal-eneraġija ta’ 20 %. Sal-2050, għandu jintlaħaq tnaqqis ta’ 80-95% fil-livell tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Ix-xenarji kollha ta’ dekarbonizzazzjoni fil-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 juru li sa nofs dan is-seklu, it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli se jkollhom l-akbar sehem mit-teknoloġiji tal-provvista tal-enerġija u li l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija se jkollha rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet. Għaldaqstant huwa xieraq li 80 % tal-baġit taħt din l-Isfida jiġi allokat għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi se jirrikjedi tibdil radikali tas-sistema tal-enerġija, li tikkombina profil ta’ livell baxx ta’ karbonju, sigurtà u affordabbiltà tal-enerġija, filwaqt li fl-isess ħin tissaħħaħ il-kompetittività ekonomika tal-Ewropa. L-Ewropa bħalissa tinsab ’il bogħod minn din il-mira globali. 80 % tas-sistema Ewropea tal-enerġija għadha tiddependi fuq il-fjuwils fossili, u s-settur jipproduċi 80 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Ewropa kollha. Kull sena 2.5 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Unjoni jintefaq fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u dan x’aktarx li se jiżdied. Din it-tendenza twassal għal dipendenza totali fuq iż-żejt u l-importazzjonijiet tal-gass sal-2050. Affaċċati bil-prezzijiet volatili tal-enerġija fis-suq globali, flimkien ma’ tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, l-industriji u l-konsumaturi Ewropej qed jonfqu sehem dejjem jikber tad-dħul tagħhom fuq l-enerġija.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 3.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan direzzjonali lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050 juri li t-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jkollu jiġi sodisfatt l-aktar fit-territorju tal-Unjoni. Dan ikun jinvolvi tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 ta’ aktar minn 90 % sal-2050 għas-settur tal-enerġija, ta’ aktar minn 80 % fl-industrija, ta’ mill-inqas 60 % fit-trasport u ta’ madwar 90 % fis-settur residenzjali u s-servizzi.

Il-pjan direzzjonali lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050, kif abbozzat mill-Kummissjoni Ewropea, jassumi li t-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jkollu jiġi sodisfatt l-aktar fit-territorju tal-Unjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ ftehim madwar id-dinja rigward din il-kwistjoni. Dan ikun jinvolvi tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 saħansitra ta’ aktar minn 90 % sal-2050 għas-settur tal-enerġija, ta’ aktar minn 80 % fl-industrija, ta’ 60 % fit-trasport u ta’ 90 % fis-settur residenzjali u s-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-għan finali tat-tnaqqis fil-gassijiet serra sal-2050. Il-miri mixtieqa huma ta’ 80-95%, iżda dawn mhumiex neċessarjament fattibbli.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 3.3 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa - ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli innovattivi u teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju li joffru teknoloġiji fuq skala akbar, bi prezzijiet aktar baxxi, ambjentalment sikuri b’effiċjenzi tal-konverżjoni akbar u disponibbiltà akbar għal ambjenti ta’ swieq u ambjenti operattivi differenti.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fuq skala sħiħa - ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli innovattivi u teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju li joffru teknoloġiji fuq skala akbar, bi prezzijiet aktar baxxi, ambjentalment sikuri b’effiċjenzi tal-konverżjoni akbar u disponibbiltà akbar għal ambjenti ta’ swieq u ambjenti operattivi differenti. L-attivitajiet għandhom jiffukaw ukoll fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 3.3 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Grilja tal-elettriku Ewropea unika u intelliġenti

(d) Grilja tal-elettriku Ewropea unika u intelliġenti li tippermetti li s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jiġu integrati bis-sħiħ fit-taħlita tal-enerġija

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 3.3 – punt e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka multidixxiplinari dwar teknoloġiji (inklużi azzjonijiet viżjonarji) tal-enerġija u l-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka pan-Ewropej u faċilitajiet mill-aqwa.

L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ir-riċerka multidixxiplinari dwar teknoloġiji (inklużi azzjonijiet viżjonarji) tal-enerġija u l-impatt ta’ mezzi, faċilitajiet u żviluppi teknoloġiċi ġodda fuq l-ambjent tal-baħar u l-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka pan-Ewropej u faċilitajiet mill-aqwa.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 4.3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi u l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u li titjieb l-effiċjenza tal-vetturi, sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ vetturi elettriċi u vetturi oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet, inklużi permezz ta’ skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura; li jiġi esplorat u sfruttat il-potenzjal tal-fjuwils alternattivi u s-sistemi ta’ propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, inkluża l-infrastruttura tal-fjuwil; li jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastrutturi, permezz ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti; u li jiżdied l-użu tal-ġestjoni tad-domanda u t-trasport pubbliku u mhux motorizzat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi u l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u li titjieb l-effiċjenza tal-vetturi, sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet bi prezzijiet tas-suq aċċessibbli, inklużi permezz ta’ skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura; li jiġi esplorat u sfruttat il-potenzjal tal-fjuwils alternattivi u s-sistemi ta’ propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, inkluża l-infrastruttura tal-fjuwil; li jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastrutturi, permezz ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti; u li jiżdied l-użu tal-ġestjoni tad-domanda u t-trasport pubbliku u mhux motorizzat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 4.3 – punt c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mezzi innovattivi tat-trasport u li titħejja t-triq għal dik li jmiss, billi jsir xogħol fuq kunċetti u disinji ġodda, sistemi intelliġenti ta’ kontroll u standards interoperabbli, proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti, ħinijiet iqsar ta’ żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mezzi innovattivi tat-trasport u li titħejja t-triq għal dik li jmiss, billi jsir xogħol fuq kunċetti u disinji ġodda u mudelli bi prezzijiet tas-suq kompetittivi, sistemi intelliġenti ta’ kontroll u standards interoperabbli, proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti, ħinijiet iqsar ta’ żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Azzjoni klimatika, użu effiċjenti ta' riżorsi u materja prima

5. Azzjoni klimatika u dwar l-ilma, użu effiċjenti ta' riżorsi u użu sostenibbli tal-materja prima

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.1 – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżistenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber fi ħdan il-limiti sostenibbli ta’ pjaneta b’riżorsi naturali li mhumiex infiniti. L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex iżidu l-kompetittività Ewropea u jtejbu l-benesseri, filwaqt li jiżguraw l-integrità ambjentali u s-sostenibbiltà, iżommu l-medja tat-tisħin globali taħt iż-2 C u jippermettu lill-ekosistemi u s-soċjetà jadattaw għat-tibdil fil-klima.

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżistenti għat-tibdil fil-klima, il-ħarsien u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi, provvista u użu sostenibbli ta’ materja prima u tal-ilma, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni globali li qed tikber fi ħdan il-limiti sostenibbli ta’ pjaneta b’riżorsi naturali tal-art u tal-baħar li mhumiex infiniti. L-attivitajiet se jikkontribwixxu biex iżidu l-kompetittività Ewropea u jtejbu l-benesseri, filwaqt li jiżguraw l-integrità ambjentali u s-sostenibbiltà, iżommu l-medja tat-tisħin globali taħt iż-2 C, jippermettu lill-ekosistemi u s-soċjetà jadattaw għat-tibdil fil-klima u jitħares il-wirt kulturali.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Fid-dawl tal-bidliet serji u ġeneralment irriversibbli fil-komponenti l-kbar tas-sistema tal-klima tad-dinja, hemm bżonn li jiġu kkunsidrati s-sorsi kollha ta’ tisħin globali u l-għażliet kollha ta’ mitigazzjoni. Minbarra li jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet tas-CO2, strateġiji ta’ azzjoni rapida (eż. tnaqqis tal-idroflworokarburi, tal-karbonju iswed, tal-ożonu troposferiku; il-bijosekwestru) jistgħu jipproduċu r-rispons l-aktar rapidu għat-tibdil fil-klima fi żmien deċennji jew qabel.

Ġustifikazzjoni

Emenda li tissostitwixxi l-emenda 29 fl-abbozz ta’ opinjoni.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq. Minbarra dan, l-Unjoni għad għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġiji adattati u mfixkla miż-żieda fil-kompetizzjoni globali. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni.

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni, speċjalment minħabba l-ġestjoni ħażina taċ-ċiklu tal-iskart. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq. Minbarra dan, l-Unjoni għad għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġiji adattati u mfixkla miż-żieda fil-kompetizzjoni globali. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tibdil fil-klima joħloq ukoll theddida għall-wirt kulturali Ewropew: il-fehim tal-isfidi u l-għoti ta’ tweġibiet xierqa se jkun essenzjali sabiex tinżamm l-identità, il-koeżjoni soċjali u biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-turiżmu.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ilħuq tal-miri tal-Unjoni u internazzjonali relatati mal-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-iffaċċjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima jeħtieġ l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji kosteffettiva, u miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament. L-oqfsa tal-politika tal-Unjoni u globali għandhom jiżguraw li l-ekosistemi u l-bijodiversità jiġu protetti, vvalutati u rrestawrati kif xieraq sabiex tiġi ppreservata l-abbiltà tagħhom li jipprovdu riżorsi u servizzi fil-futur. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess affidabbli u sostenibbli għall-materja prima u jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fl-użu u l-ħela tar-riżorsi.

L-ilħuq tal-miri tal-Unjoni u internazzjonali relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-iffaċċjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima jeħtieġ l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u mhux teknoloġiċi sostenibbli u effettivi, u miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament. L-oqfsa tal-politika tal-Unjoni u globali għandhom jiżguraw li l-ekosistemi u l-bijodiversità jiġu protetti, vvalutati u rrestawrati kif xieraq sabiex tiġi ppreservata l-abbiltà tagħhom li jipprovdu riżorsi u servizzi fil-futur. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess affidabbli u sostenibbli għall-materja prima u jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fl-użu u l-ħela tar-riżorsi.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-azzjonijiet tal-Unjoni għalhekk għandu jkun l-appoġġ ta’ objettivi u politiki ewlenin tal-Unjoni li jinkludu: l-istrateġija Ewropa 2020; l-Unjoni tal-Innovazzjoni; Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti; il-Pjan Direzzjonali għal mixja lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' karbonju fl-2050; Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni; l-Inizjattiva dwar il-Materja Prima; l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; Politika Marittima Integrata għall-Unjoni; id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima; il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ekoninnovazzjoni u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet għandhom jirrinfurzaw l-abbiltà tas-soċjetà biex issir iżjed reżistenti għat-tibdil ambjentali u klimatiku u jiżguraw id-disponibbiltà tal-materja prima.

Il-punt fokali tal-azzjonijiet tal-Unjoni għalhekk għandu jkun l-appoġġ ta’ objettivi u politiki ewlenin tal-Unjoni li jinkludu: l-istrateġija Ewropa 2020; l-Unjoni tal-Innovazzjoni; Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti; il-Pjan Direzzjonali għal mixja lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' karbonju fl-2050; Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni; l-Inizjattiva dwar il-Materja Prima; l-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; Politika Marittima Integrata għall-Unjoni; id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima; il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Ekoninnovazzjoni u s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jirrinfurzaw l-abbiltà tas-soċjetà biex issir iżjed reżistenti għat-tibdil ambjentali u klimatiku u jiżguraw id-disponibbiltà tal-materja prima.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom, u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina tal-provvistà tal-materja prima, l-attivitajiet twettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn. Il-karattru multidixxiplinarju tar-riċerka neċessarja tirrikjedi l-ġabra kumplimentari tal-għarfien u r-riżorsi sabiex din l-isfida tiġi indirizzata b’mod effettiv. Jonqsu l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali, filwaqt li tiżdied il-kompetittività, se tkun meħtieġa tranżizzjoni deċiżiva fis-soċjetà u fis-settur teknoloġiku għal ekonomija bbażata fuq ir-relazzjoni sostenibbli bejn in-natura u l-benesseri tal-bniedem. L-attivitajiet koordinati tar-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-fehim tal-Unjoni u t-tbassir tal-klima u t-tibdil ambjentali f’perspettiva sistemika u transsettorjali, inaqqsu l-inċertezzi, jidentifikaw u jivvalutaw il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji, l-ispejjeż u l-opportunitajiet, kif ukoll jespandu l-firxa u jtejbu l-effikaċja tar-rispons u tas-soluzzjonijiet tas-soċjetà u tal-politiki. L-azzjonijiet se jippruvaw ukoll jagħtu s-setgħa lill-atturi fil-livelli kollha tas-soċjetà biex jipparteċipaw b’mod attiv f’dan il-proċess.

Minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom, u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina tal-provvistà tal-materja prima, l-attivitajiet twettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn. Il-karattru multidixxiplinarju tar-riċerka neċessarja tirrikjedi l-ġabra kumplimentari tal-għarfien u r-riżorsi sabiex din l-isfida tiġi indirizzata b’mod effettiv. Jonqsu l-użu tar-riżorsi u l-impatti ambjentali, filwaqt li tiżdied il-kompetittività, se tkun meħtieġa tranżizzjoni deċiżiva fis-soċjetà u fis-settur teknoloġiku għal ekonomija sostenibbli bbażata fuq ir-relazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku bejn il-bijodiversità u l-popolazzjoni umana. L-attivitajiet koordinati tar-riċerka u l-innovazzjoni se jtejbu l-fehim tal-Unjoni u t-tbassir tal-klima u t-tibdil ambjentali f’perspettiva sistemika u transsettorjali, inaqqsu l-inċertezzi, jidentifikaw u jivvalutaw il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji, l-ispejjeż u l-opportunitajiet, kif ukoll jespandu l-firxa u jtejbu l-effikaċja tar-rispons u tas-soluzzjonijiet tas-soċjetà u tal-politiki. L-azzjonijiet se jippruvaw ukoll jagħtu s-setgħa lill-atturi fil-livelli kollha tas-soċjetà biex jipparteċipaw b’mod attiv f’dan il-proċess.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

L-indirizzar tad-disponibbiltà u l-użu sostenibbli tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, iddisinjar, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 5.3. – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u adattament għalih

(a) Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u adattament għalih

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni.

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri u strateġiji innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet u l-partikoli b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u r-riskji assoċjati ma' avvenimenti estremi u bidliet li jseħħu f'daqqa permezz tal-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; il-fehim tal-interazzjonijiet bejn l-ożonu u l-klima u taċ-ċiklu tal-ilma fl-atmosfera; valutazzjoni tal-impatti f'livell globali, reġjonali u lokali, il-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji, inkluż theddid għall-wirt kulturali; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni u definizzjoni ta' strateġiji ta' azzjoni rapida għal risponsi klimatiċi fi żmien ftit deċennji.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.3 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi pprovdut għarfien għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-ekonomija. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tkabbir tal-fehim tagħna dwar il-funzjonament tal-ekosistemi, l-interazzjonijiet tagħhom ma’ sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn tal-ekonomija u l-benesseri tal-bniedem; u l-provvista ta’ għarfien u għodod għal teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku.

Il-mira hija li jiġi pprovdut għarfien għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali li jikseb bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi limitati u l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-ekonomija. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: l-iżgurar ta' azzjoni biex jiġu salvagwardjati t-tranżizzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u s-servizzi tal-ilma, it-tkabbir tal-fehim tagħna dwar il-funzjonament tal-ekosistemi, inkluż ir-rwol regolatorju tal-oċeani u l-foresti fil-prevenzjoni tat-tisħin globali, l-interazzjonijiet tagħhom ma’ sistemi soċjali u r-rwol tagħhom fis-sostenn tal-ekonomija u l-benesseri tal-bniedem; u l-provvista ta’ għarfien u għodod għal teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u involviment pubbliku.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.3 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Żgurar tal-provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

(c) Żgurar tal-użu, il-ġestjoni u l-provvista sostenibbli ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

Emenda    156

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ u l-rkupru kosteffettiv u favur l-ambjent ta’ materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ alternattivi ekonomikament attraenti b’impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta' għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu ta' materja prima; is-sejba ta’ alternattivi għal materja prima kritika; u t-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima.

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-użu, ir-riċiklaġġ u l-irkupru kosteffettivi, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u favur l-ambjent ta’ materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ alternattivi ekonomikament attraenti b’impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta' għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu ta' materja prima; il-promozzjoni tal-ekodisinn, is-sejba ta’ alternattivi għal materja prima kritika; l-iżvilupp ta’ proċessi u sistemi b’ċiklu magħluq, l-appoġġ ta’ strateġiji u teknoloġija ta’ riċiklaġġ u ta’ użu mill-ġdid; miżura min-naħa tad-domanda li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-konsumaturi għat-tnaqqis tal-konsum u tal-ħela tal-materja prima, it-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5.3 – punt d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġu mrawma l-forom kollha ta' ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tisħiħ ta' teknoloġiji, proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi u li tingħata spinta lill-adozzjoni mis-suq u r-replikazzjoni tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-SMEs; l-appoġġ tal-politiki innovattivi u tibdil fis-soċjetà; il-kejl u l-valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ekoloġika; u t-trawwim ta' effiċjenza fir-riżorsi permezz ta' sistemi diġitali.

Il-mira hija li jiġu mrawma l-forom kollha ta' ekoinnovazzjoni li jippermettu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-tisħiħ ta’ teknoloġiji (inklużi tekonoloġiji u materjali ġodda għall-ħarsien u r-restawr tal-wirt kulturali), proċessi, servizzi u prodotti ekoinnovattivi u li tingħata spinta lill-adozzjoni mis-suq u r-replikazzjoni tagħhom, b’attenzjoni speċjali għall-SMEs; l-appoġġ tal-politiki innovattivi u tibdil fis-soċjetà; il-kejl u l-valutazzjoni tal-progress lejn ekonomija ekoloġika; u t-trawwim ta' effiċjenza fir-riżorsi permezz ta' sistemi diġitali.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 5.3. – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Żvilupp ta’ sistemi ta’ osservazzjoni u informazzjoni globali ekoloġiċi komprensivi u miżmuma

(e) Żvilupp ta’ sistemi ta’ osservazzjoni u informazzjoni globali ekoloġiċi komprensivi u miżmuma

Il-mira hija li tiġi żgurata l-provvista ta’ dejta u informazzjoni fit-tul meħtieġa biex tiġi indirizzata din l-isfida. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq il-kapaċitajiet, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja li jistgħu kontinwament jipprovdu informazzjoni, previżjonijiet u projezzjonijiet f’waqthom u preċiżi. Aċċess ħieles, miftuħ u mhux ristrett għad-dejta u l-informazzjoni interoperabbli se jkun inkoraġġut.

Il-mira hija li tiġi żgurata l-provvista ta’ dejta u informazzjoni fit-tul meħtieġa biex tiġi indirizzata din l-isfida. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq il-kapaċitajiet, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi tad-dejta għall-osservazzjoni u l-monitoraġġ tad-dinja kemm mit-telerilevament kif ukoll minn kejl in situ li jistgħu kontinwament jipprovdu informazzjoni f’waqtha u preċiża u jippermettu previżjonijiet u projezzjonijiet. Aċċess ħieles, miftuħ u mhux ristrett għad-data u l-informazzjoni interoperabbli se jkun inkoraġġut.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 6.3.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, inklużi l-persuni b'diżabbiltajiet, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta' politiki koordinati ta' riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 6.3.1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà, anki permezz tal-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabbilità, fir-riċerka u l-innovazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi prodotta riċerka li hija utli u sinifikanti għas-soċjetà, huwa vitali li l-persuni b’diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu inklużi b’mod sħiħ fi proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Orizzont 2020. Dan huwa essenzjali jekk irridu niżguraw li r-riċerka Ewropea tagħti r-riżultati skont il-ħtiġijiet tas-soċjetà u ċ-ċittadini, speċjalment il-persuni b’diżabbiltà. F’dan l-istadju, bħalissa ma jissemmiex l-involviment tal-persuni b’diżabbiltà fir-riċerka tal-Orizzont 2020 u l-proposta trid tiġi emendata kif xieraq.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 6.3.1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni; jiżdied l-apprezzament tax-xjenza min-naħa tas-soċjetà

Ġustifikazzjoni

Il-perċezzjoni tal-importanza li x-xjenza hija fattur importanti għas-soċjetà.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 6.3.3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tiżdied r-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet ud-diżastri;

(d) jiżdiedu l-prevenzjoni, ir-rispons u r-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri, inklużi d-diżastri naturali u dawk ikkaġunati mill-bniedem;

Emenda    163

Proposta għal regolament

Anness I – parti V – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa biex jattira u jżomm it-talenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; il-livelli baxxi ta' attività imprenditorjali; skala ta' riżorsi f'ċentri ta' eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta’ ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa li tattira u żżomm it-talenti; it-tnaqqis tal-karatteristiċi tekniċi u xjentifiċi li huma storikament partikolari għat-territorji differenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; il-livelli baxxi ta' attività imprenditorjali; skala ta' riżorsi f'ċentri ta' eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta' ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Anness I – parti V – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b’hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni intraprenditorjali. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b’mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b’hekk ixerred iċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KICs madwar ir-reġjuni Ewropej biex b’hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, kif ukoll billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni intraprenditorjali. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b’mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Anness I – parti V – punt 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT, permezz tal-KICs tiegħu, jopera f’konformità ma’ loġika tan-negozju. Tmexxija soda hija prerekwiżit: kull KIC hija xprunata minn CEO. L-imsieħba tal-KIC huma rappreżentati minn entitajiet legali uniċi biex jippermettu teħid ta’ deċiżjonijiet aktar simplifikat. Il-KICs għandhom jippreżentaw pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozji, b’miri u riżultati ċari, li jfittxu li jiksbu impatt kemm fuq is-suq kif ukoll fuq is-soċjetà. Ir-regoli attwali dwar il-parteċipazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-KICs jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet b’mod rapidu u prattiku.

L-EIT, permezz tal-KICs tiegħu, jopera f’konformità ma’ loġika tan-negozju. Tmexxija soda hija prerekwiżit: kull KIC hija xprunata minn CEO. L-imsieħba tal-KIC huma rappreżentati minn entitajiet legali uniċi biex jippermettu teħid ta’ deċiżjonijiet aktar simplifikat. Il-KICs għandhom jippreżentaw pjanijiet ta’ negozju annwali, inkluż portafoll ambizzjuż ta’ attivitajiet mill-edukazzjoni sal-ħolqien ta’ negozji, b’miri u riżultati ċari, li jfittxu li jiksbu impatt kemm fuq is-suq kif ukoll fuq is-soċjetà, u valur miżjud ċar determinat minn approċċ ibbażat fuq ir-riżultati. Ir-regoli attwali dwar il-parteċipazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-KICs jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet b’mod rapidu u prattiku.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferiment għall-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati,inkluż it-titolu, mhuwiex rifless fit-test tal-paragrafu, filwaqt li l-valur miżjud stabbilit minn dan l-approċċ irid jiġi spjegat b'mod ċar.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Anness I – parti V – punt 3 – punt f – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT se jagħti kontribuzzjoni kbira għall-objettivi stabbiliti fl-Orizzont 2020, b’mod partikolari billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod li jikkumplimenta inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. Huwa se jittestja approċċi ġodda u simplifikati lejn l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni, u b’hekk ikollu rwol ta’ pijunier fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. L-approċċ tiegħu lejn l-iffinanzjar se jkun ibbażat b’fermezza fuq effett qawwi ta’ ingranaġġ, filwaqt li jiġu mmobilizzati fondi pubbliċi kif ukoll privati. Barra minn hekk, huwa se juża strumenti kompletament ġodda għal appoġġ immirat lejn attivitajiet individwali permezz tal-Fondazzjoni EIT.

L-EIT se jagħti kontribuzzjoni kbira għall-objettivi stabbiliti fl-Orizzont 2020, b’mod partikolari billi jindirizza l-isfidi tas-soċjetà b’mod li jikkumplimenta inizjattivi oħra f’dawn l-oqsma. Huwa se jittestja approċċi ġodda u simplifikati lejn l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni, u b’hekk ikollu rwol ta’ pijunier fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. L-approċċ tiegħu lejn l-iffinanzjar se jkun ibbażat b’fermezza fuq effett qawwi ta’ ingranaġġ, filwaqt li jiġu mmobilizzati fondi pubbliċi kif ukoll privati. Barra minn hekk, huwa se juża strumenti kompletament ġodda għal appoġġ immirat lejn attivitajiet individwali.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Anness I – parti V – punt 3 – punt g – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz tal-KICs u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tagħhom - li jikkostitwixxu nodi ta’ eċċellenza li jlaqqgħu flimkien imsieħba fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju f’post ġeografiku partikolari - l-EIT se jkun marbut ukoll mal-politika reġjonali. B’mod partikolari huwa għandu jiżgura rabta aħjar bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u l-innovazzjoni u t-tkabbir reġjonali, fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali u nazzjonali. Billi jagħmel dan, se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni.

Permezz tal-KICs u ċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tagħhom - li jikkostitwixxu nodi ta’ eċċellenza li jlaqqgħu flimkien imsieħba fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju f’post ġeografiku partikolari - l-EIT se jkun marbut ukoll mal-politika reġjonali. B’mod partikolari huwa għandu jiżgura rabta aħjar bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, is-suq tax-xogħol u l-innovazzjoni u t-tkabbir reġjonali u lokali, fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti lokali, reġjonali u nazzjonali. Billi jagħmel dan, se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-edukazzjoni għolja ma tiġix marbuta wkoll mas-suq tax-xogħol, partikolarment fil-livell reġjonali u lokali, l-Ewropa ma tistax telimina wieħed min-nuqqasijiet ewlenin tagħha f'termini ta' tkabbir ekonomiku.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness II – Tabella

Test propost mill-Kummissjoni

I  Xjenza eċċellenti, li minnha:

27818

  1.  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

15008

  2.  It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3505

  3.  Azzjonijiet Marie Curie ta' ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

6503

  4.  Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi Infrastutturi elettroniċi)

2802

II  Tmexxija industrijali, li minnha:

20280

  1.  Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

15580 li 500 minnhom huma għall-EIT

  2.  Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

4000

  3.  Innovazzjoni fl-SMEs

700

III  Sfidi tas-soċjetà, li minnha

35888

  1.  Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

9077 li 292 minnhom huma għall-EIT

2.  Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

4694 li 150 minnhom huma għall-EIT

  3.  Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

6537 li 210 minnhom huma għall-EIT

  4.  Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

7690 li 247 minnhom huma għall-EIT

  5.  Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta' riżorsi u materja prima

3573 li 115 minnhom huma għall-EIT

  6.  Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

4317 li 138 minnhom huma għall-EIT

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

1542 + 1652***

Attivitajiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2212

It-TOTAL

87740

* Inkluż EUR 8975 miljun għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li EUR 1795 miljun għal fotonika u l-mikro u n-nanotelettroniċi, EUR 4293 miljun għal nanoteknoloġiji, materjali avvanzati u manitfattura u pproċessar avvanzati, EUR 575 miljun għall-bijoteknoloġija u EUR 1737 miljun għall-ispazju. B’riżultat, EUR 6663 miljun se jkunu disponibbli biex jappoġġaw Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti.

** Madwar EUR 1131 miljun ta’ dan l-ammont jistgħu jmorru għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). Madwar terz minnhom jistgħu jmorru għall-SMEs.

*** L-ammont totali se jkun disponibbli permezz ta’ allokazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 6(3). It-tieni allokazzjoni ta’ EUR 1652 miljun għandha tkun disponibbli pro-rata mill-baġits tal-Isfidi tas-Soċjetà u t-Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali, fuq bażi indikattiva u soġġett għal reviżjoni kif stipulat fl-Artikolu 26(1).

Emenda

I  Xjenza eċċellenti, li minnha:

29,00%

  1.  Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

14,2%

  2.  It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti

3,9%

  3.  Azzjonijiet Marie Curie ta' ħiliet, taħriġ u żvilupp tal-karriera

7,4%

  4.  Infrastrutturi tar-riċerka Ewropea (inklużi l-Infrastutturi elettroniċi)

3,5%

II  Tmexxija industrijali, li minnha:

25,2%

  1.  Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali*

17,7%

  2.  Aċċess għall-iffinanzjar ta’ riskju**

4,5%

  3.  Innovazzjoni fl-SMEs

3%

III  Sfidi tas-soċjetà, li minnha:

40,3%

  1.  Saħħa, tibdil demografiku u benesseri;

12%

2.  Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

5,3%

  3.  Enerġija sikura, nadifa u effiċjenti

7,5%

  4.  Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

8,7%

  5.  Azzjoni klimatika, użu effiċjenti ta' riżorsi u materja prima

4,3%

  6.  Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri

2,5%

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

3%

Attivitajiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

2,5%

It-TOTAL

100%

* Inkluż 57.6 % għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li minnhom 11.5 % għal fotonika u l-mikro u n-nanotelettroniċi, 27.6 % għal nanoteknoloġiji, materjali avvanzati u manitfattura u pproċessar avvanzati, 3.7 % għall-bijoteknoloġija u 11.1 % għall-ispazju. B’riżultat, 42.9 % se jkunu disponibbli biex jappoġġaw Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti.

** Madwar 28.3 % ta’ dan l-ammont jistgħu jmorru għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET). Madwar terz minnhom jistgħu jmorru għall-SMEs.

imħassar

PROĊEDURA

Taqsima

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Cristian Silviu Buşoi app

20.1.2012

Eżami fil-kumitat

20.6.2012

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Jo Leinen, Peter Liese, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frieda Brepoels, Cristian Silviu Buşoi, Nikos Chrysogelos, Christofer Fjellner, Gaston Franco, Romana Jordan, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Justas Vincas Paleckis, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Christel Schaldemose, Alda Sousa, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra app

20.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Relatur: Nathalie Griesbeck app

exPA/905191+AM/910541

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-ġabra ta' proposti għall-programm qafas "Orizzont 2020", li tfassal f'konformità totali mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni 'Baġit għall-istrateġija Ewropa 2020', jappoġġa kompletament l-istrateġija msemmija, li identifikat ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala ċentrali għall-ilħuq tal-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-ġabra tikkonsisti fil-proposti għal:

(1) Programm Qafas għall-Orizzont 2020 (Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – TFUE);

(2) ġabra unika ta' Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni (TFUE);

(3) programm speċifiku uniku li jimplimenta l-Orizzont 2020 (TFUE); kif ukoll

(4) proposta unika għall-partijiet tal-programm Orizzont 2020 li jikkorrispondu għat-Trattat Euratom.

L-integralità tal-istorja politika u l-kuntest ta' dawn il-proposti leġiżlattivi jinsabu fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni adottata fl-istess ħin u li tindirizza għadd ta' elementi trasversali kbar bħas-semplifikazzjoni u bħall-mod kif ġie msaħħaħ l-approċċ tal-innovazzjoni.

Il-Programm Qafas "Orizzont 2020" jikkontribwixxi direttament għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà ewlenin identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 u fl-inizjattivi emblematiċi tagħha. Bl-istess mod dan se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' tmexxija industrijali fl-Unjoni. Se jżid ukoll l-eċċellenza fil-bażi xjentifika, li hija essenzjali għas-sostenibilità u l-prosperità u l-benesseri fit-tul tal-Ewropa. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-proposti jinkludu firxa sħiħa ta' miżuri ta' appoġġ integrati fiċ-ċiklu kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni. Għalhekk, Orizzont 2020 jgħaqqad u jsaħħaħ l-attivitajiet attwalment iffinanzjati fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka, l-oqsma relatati mal-innovazzjoni tal-Programm ta' Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). B'dan il-mod, il-proposti huma ddisinjati wkoll biex joffru struttura sostanzjalment semplifikata għall-parteċipanti.

Programm qafas u programm speċifiku

Il-Kumitat TRAN intbagħtulu żewġ dokumenti: l-abbozz ta' regolament COM(2011)0809  soġġett għall-proċedura ta' kodeċiżjoni u d-dokument COM(2011)0811 , soġġett għal proċedura ta' konsultazzjoni. Billi l-proċedura ta' konsultazzjoni toffri biss rwol limitat lill-Parlament Ewropew - mingħajr il-possibilità li jinnegozja realment mal-Kunsill dwar il-kontenut - ir-rapporteur għażlet għalhekk li tikkonċentra l-azzjoni tal-Kumitat TRAN fuq il-programm qafas u eventwalment l-introduzzjoni tal-elementi importanti tal-programm speċifiku fil-programm qafas. Il-Kumitat ITRE indika li seta' jsegwi l-istess strateġija.

Ir-rapporteur ta' din l-opinjoni tixtieq tikkonċentra l-ħidma tagħha unikament fuq il-parti b'rabta mat-trasport, billi din l-opinjoni se tkun dik tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Fil-programm Orizzont 2020, id-dimensjoni tat-trasport tiġi ttrattata mill-prospettiva tat-trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, intelliġenti u integrat. Ir-rapporteur xtaqet issegwi dan l-approċċ, iżda billi ġġibha f'konformità mal-pożizzjoni espressa mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew fir-rapporti adottati preċedentement.

Minbarra dan, ir-rapporteur tixtieq tinsisti fuq aspetti essenzjali tal-politika tat-trasport bħall-forniment tal-enerġija tal-UE, id-diversifikazzjoni tas-sorsi enerġetiċi għat-trasport kif ukoll l-impatt ta' dawn tal-aħħar fuq l-ambjent.

Minbarra dan, f'kuntest ta' kompetizzjoni ekonomika qawwija fuq skala dinjija fis-settur tat-trasport, ir-rapporteur tixtieq tfakkar l-importanza li jinżammu u jiżdiedu l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'dan is-settur sabiex jerġa' jkun hemm tkabbir u biex jinħolqu l-impjiegi.

Barra minn hekk, filwaqt li d-demografija tal-Ewropa qed tevolvi, il-modi tal-għajxien tal-Ewropej qed jinbidlu u bix-xewqa għal suq intern effikaċi u kompetittiv, ir-rapport jenfasizza l-kwalità tas-sistemi tat-trasport li għandhom ikunu multimodali, u jfakkar li l-mobilità fiż-żoni urbani tirrappreżenta sfida kbira. Sabiex dan iseħħ, il-ħolqien ta' komunità tal-għarfien u tal-innovazzjoni (KIC) dwar il-mobilità urbana għandu jiġi mħeġġeġ.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tixtieq tafferma mill-ġdid ir-rwol essenzjali tat-trasport, partikolarment għall-iktar persuni vulnerabbli, u li l-ippjanar tajjeb f'dan is-settur jippermetti l-iżgurar ta' koeżjoni territorjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi.

"Orizzont 2020" u l-Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa (CEF)

Il-programm "Orizzont 2020" u l-Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa (CEF) - l-intervent importanti l-ieħor fl-ambitu tal-baġit tal-UE għas-settur tat-trasport - għandhom ikunu kkoordinati b'tali mod li jiggarantixxu l-kumplimentaritajiet filwaqt li jiġi evitat irduppjar eventwali. Huwa wkoll importanti illi l-koordinament bejn is-CEF u "Orizzont 2020" tiżgura illi l-katina ta' riċerka u innovazzjoni li twassal għall-utilizzazzjoni fl-infrastruttura ma tinkisirx. Dan hu partikolarment essenzjali fi żmien meta avvanzi teknoloġiċi sinifikanti fit-trasport, l-enerġija u l-ICT ser ikunu meħtieġa sabiex jgħinu lill-UE tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li kwalunkwe appoġġ lill-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li jingħata permezz ta' strumenti finanzjarji ser jiġi implimentat permezz ta' strumenti finanzjarji marbuta mal-programm "Orizzont 2020".

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta' Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta' Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza. Għandhom jitqiesu l-livelli differenti ta' żvilupp fir-reġjuni u l-investiment li jsir fir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li r-reġjuni li huma l-aktar bogħod mill-miri stabbiliti mill-istrateġija UE 2020 jiġu appoġġati permezz ta' azzjonijiet u/jew programmi speċifiċi;

Ġustifikazzjoni

Il-livelli differenti ta' żvilupp fir-reġjuni Ewropej, partikolarment fir-rigward tal-innovazzjoni u r-riċerka jfissru li ċerti reġjuni għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-miri stabbiliti mill-istrateġija tal-UE 2020. Konsegwentement, ċerti reġjuni għandhom jiġu appoġġati permezz ta' azzjonijiet speċifiċi biex iqarrbuhom aktar lejn il-miri tal-UE 2020, skont il-livelli tal-investiment tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Fil-White Paper intitolata 'Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn Sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti'1, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-politika ta' riċerka u innovazzjoni fil-qasam tat-trasport għandha tagħti appoġġ dejjem akbar u konsistenti għall-iżvilupp tat-teknoloġiji prinċipali bil-għan li s-sistema Ewropea ta' transport tkun trasformata f'servizz modern, effiċjenti, sostenibbli u aċċessibbli. Il-White Paper tistabbilixxi l-objettiv li sal-2050, jintlaħaq tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, biex jilħqu b'hekk il-livell tal-1990.

__________________

1 COM(2011)0144

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta' strateġiji intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, it-trasport, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta' strateġiji intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi stabbilita konnessjoni bejn il-programm qafas Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa minħabba li, jekk għandhom jintlaħqu l-objettivi tal-White Paper dwar it-Trasport, huwa essenzjali li wieħed jikkonċentra fuq it-trasport ekoloġiku intelliġenti, ħaġa li se tkun possibbli biss permezz tal-finanzjament fl-innovazzjoni u r-riċerka fil-qasam tat-trasport.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-fondi tal-Orizzont 2020 u tas-settur privat fi ħdan is-sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-miri tal-kompetittività usa' tal-Ewropa u jgħinu jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-isħubiji pubbliċi-privati fil-forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti varati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) jistgħu jitkomplew bl-użu ta' strutturi li huma iktar imfassla apposta.

(29) Għandu jinkiseb ukoll impatt ikbar bil-kombinament tal-fondi tal-Orizzont 2020 u tas-settur privat fi ħdan is-sħubiji pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-miri tal-kompetittività usa' tal-Ewropa u jgħinu jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-isħubiji pubbliċi-privati fil-forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti varati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) jistgħu jitkomplew bl-użu ta' strutturi li huma iktar imfassla apposta u jistgħu jiġu mnedija strutturi ġodda.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b'hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b'hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa, billi jnaqqas id-distakk fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-inqas reġjuni żviluppati tal-UE permezz ta' azzjonijiet u programmi speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza diġà tinsab inkluża fil-premessi iżda għandha tiġi inserita fir-regolament effettiv, fl-Artikolu intitolat 'Valur miżjud tal-Unjoni'. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil-livelli differenti ta' żvilupp fir-rigward tal-investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni;

(iii) għandhom rabtiet ekonomiċi u ġeografiċi qrib tal-Unjoni jew iżommu rabtiet storiċi u kulturali speċjali mal-Istati Membri tal-Unjoni;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali. In-newtralità teknoloġika hija prekundizzjoni assolutament essenzjali għal politika ta' innovazzjoni effikaċi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta' finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programmi u l-miżuri speċifiċi għall-għoti ta' appoġġ u kumpens fl-ambitu tal-politika reġjonali u ta' koeżjoni.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan tal-konsistenza u l-effiċjenza, għandha tiġi assigurata l-komplimentarjetà bejn il-programm Orizzont 2020 u l-programmi ta' finanzjament tal-UE, partikolarment il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fondi Strutturali, li għandhom jikkunsidraw ukoll il-programmi u l-miżuri speċifiċi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Is-sħubijiet pubbliċi-privati jsegwu proċeduri trasparenti għall-użu tal-fondi u, biex jippermettu aktar flessibilità, il-fondi jistgħu jintefqu permezz ta' sejħiet kompetittivi għal proposti jew jiġu allokati direttament meta dan ikun ġustifikat.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) il-miżuri konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-UE;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 14 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, turiżmu sostenibbli u l-bijoekonomija;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri" jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

L-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri" jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni, partikolarment ir-reġjuni ultraperiferiċi, skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 174, 349 u 355 tat-TFUE.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Anness I – Parti II – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.3 – punt e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni ta' disinni, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni ta' materjali b'valur storiku jew kulturali.

Applikazzjoni ta' disinni, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni ta' materjali b'valur storiku jew kulturali, kif ukoll it-titjib tal-ekoturiżmu u n-netwerks tad-destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli fil-qasam tal-patrimonju storiku, kulturali, industrijali u naturali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, turiżmu sostenibbli u l-bijoekonomija;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) L-objettiv huwa li jitjiebu n-networking u l-informazzjoni fi ħdan il-potenzjal ekoloġiku u sostenibbli tat-turiżmu, filwaqt li jitħares aħjar il-patrimonju kulturali, storiku, industrijali u naturali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aċċellerazzjoni ta' dan l-iżvilupp se tkun teħtieġ approċċ strateġiku fil-livell tal-Unjoni, li tkopri l-provvista, id-domanda u l-użu tal-enerġija fil-bini, servizzi, trasport u ktajjen tal-valur industrijali. Dan se jinkludi allinjament tar-riżorsi madwar l-Unjoni, inklużi l-fondi tal-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari permezz tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (ETS), l-akkwist pubbliku u mekkaniżmi oħra ta' ffinanzjar. Din se teħtieġ ukoll politiki regolatorji u ta' skjerament tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija, assistenza teknika mfassla skont il-bżonn u bini ta' kapaċitajiet sabiex jitneħħew ostakli mhux teknoloġiċi.

L-aċċelerazzjoni ta' dan l-iżvilupp se tkun teħtieġ approċċ strateġiku fil-livell tal-Unjoni, li tkopri l-provvista, id-domanda u l-użu tal-enerġija fil-bini, servizzi, trasport u ktajjen tal-valur industrijali. Dan se jinkludi allinjament tar-riżorsi madwar l-Unjoni, inklużi l-fondi tal-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari permezz tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, l-iskemi għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (ETS), l-akkwist pubbliku u mekkaniżmi oħra ta' ffinanzjar. Din se teħtieġ ukoll politiki regolatorji u ta' skjerament tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija, assistenza teknika mfassla skont il-bżonn u bini ta' kapaċitajiet sabiex jitneħħew ostakli mhux teknoloġiċi. Rigward ir-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' inċentivi biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw riżorsi tal-enerġija rinnovabbli u għalhekk jużaw il-potenzjal tagħhom ta' enerġija alternattiva, filwaqt li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat

4. Trasport u mobbiltà intelliġenti, ekoloġiċi u integrati

Emenda    18

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb sistema tat-trasport Ewropea li tkun effiċjenti fir-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla xkiel għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa li tinkiseb sistema tat-trasport Ewropea li tkun effiċjenti fir-riżorsi, favur l-ambjent u l-klima, sikura u interoperabbli għall-benefiċċju taċ-ċittadini, l-utenti, il-ħaddiema u l-impjegati u l-ekonomija, kif ukoll is-soċjetà.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ewropa għandha tirrikonċilja l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem tikber taċ-ċittadini tagħha mal-imperattivi tal-prestazzjoni ekonomika u l-ħtiġijiet ta' soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima. Minkejja t-tkabbir tiegħu, is-settur tat-trasport għandu jikseb tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet b'effett ta' serra u impatti negattivi ekoloġiċi oħra, u għandu jwaqqaf id-dipendenza tiegħu fuq iż-żejt, filwaqt li jżomm livelli għoljin ta' effiċjenza u mobbiltà.

L-Ewropa trid tirrikonċilja l-ħtiġijiet f'evoluzzjoni f'termini ta' mobbiltà taċ-ċittadini tagħha; imsawra minn sfidi demografiċi u tas-soċjetà ġodda, u l-koeżjoni territorjali mal-imperattivi tal-prestazzjoni ekonomika u l-ħtiġijiet ta' soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima. Minkejja t-tkabbir tiegħu, is-settur tat-trasport għandu jikseb tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet b'effett ta' serra u impatti negattivi ekoloġiċi oħra, u għandu jwaqqaf id-dipendenza tiegħu fuq iż-żejt u fjuwils fossili oħra li huma fornuta l-aktar minn pajjiżi terzi u b'fornituri limitati, filwaqt li jżomm livelli għoljin ta' effiċjenza u mobbiltà, mingħajr ma jżid il-pożizzjoni mbiegħda ta' reġjuni li huma diġà iżolati, partikolarment tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mobbiltà sostenibbli tista' tinkiseb biss permezz ta' bidla radikali fis-sistema tat-trasport, ispirata minn skoperti fir-riċerka tat-trasport, innovazzjoni wiesa', u implimentazzjoni koerenti madwar l-Ewropa kollha ta' soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi, sikuri u intelliġenti ta' trasport.

Il-mobbiltà sostenibbli tista' tinkiseb biss permezz ta' bidla radikali fis-sistema tat-trasport, ispirata minn skoperti fir-riċerka tat-trasport, innovazzjoni wiesa', u implimentazzjoni koerenti madwar l-Ewropa kollha ta' soluzzjonijiet aktar ekoloġiċi, sikuri u intelliġenti ta' trasport, inkluż investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-mezzi kollha tat-trasport.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka u l-innovazzjoni fit-trasport iridu jikkontribwixxu biex jistabbilixxu żona unika Ewropea tat-Trasport permezz tal-iżvilupp tat-teknoloġiji u s-sistemi, bħall-ECTS u l-ERTMS, bil-għan li jitneħħew l-ostakli transkonfinali. It-teknoloġiji u s-sistemi li jiffaċilitaw il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal skeda tal-ivvjaġġar multimodali Ewropea, iridu jkunu appoġġati u implimentati wkoll mal-Ewropa kollha.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom iwasslu għal avvanzi ffukati u f'waqthom li se jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni, filwaqt li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima u b'akrbonju baxx, u jżommu t-tmexxija globali tas-suq.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom iwasslu għal avvanzi ffukati u f'waqthom li se jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ewlenin tal-politika tal-Unjoni, filwaqt li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima u b'karbonju baxx, iżidu l-mobbiltà fl-Ewropa kollha u jżommu t-tmexxija globali tas-suq.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasport huwa katalizzatur ewlieni tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. Dan jiżgura l-mobbiltà tal-persuni u oġġetti meħtieġa għal suq integrat uniku Ewropew u soċjetà miftuħa u inklużiva. Jirrappreżenta wieħed mill-akbar assi tal-Ewropa f'termini ta' kapaċità industrijali u kwalità tas-servizz, u għandu rwol ewlieni f'ħafna mis-swieq dinjiji. L-industrija tat-trasport u l-manifattura tat-tagħmir tat-trasport flimkien jirrappreżentaw 6.3 % tal-PDG tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-industrija Ewropea tat-trasport tiffaċċja kompetizzjoni li ssir dejjem aktar ħarxa minn partijiet oħra tad-dinja. Se jkunu meħtieġa teknoloġiji radikali biex jiżguraw il-vantaġġ kompetittiv fil-futur tal-Ewropa u biex itaffu l-iżvantaġġi tas-sistema tat-trasport attwali tagħna.

It-trasport huwa katalizzatur ewlieni tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. Dan jiżgura l-koeżjoni territorjali u l-mobbiltà tal-persuni u oġġetti meħtieġa għall-integrazzjoni tas-suq uniku Ewropew u soċjetà miftuħa u inklużiva, filwaqt li jnaqqas l-iżolament tar-reġjuni Ewropej fil-livelli kollha. Jirrappreżenta wieħed mill-akbar assi tal-Ewropa f'termini ta' kapaċità industrijali u kwalità tas-servizz, u għandu rwol ewlieni f'ħafna mis-swieq dinjiji. L-industrija tat-trasport u l-manifattura tat-tagħmir tat-trasport flimkien jirrappreżentaw 6.3 % tal-PDG tal-Unjoni u madwar 13-il miljun impjieg. Fl-istess ħin, l-industrija Ewropea tat-trasport tiffaċċja kompetizzjoni li ssir dejjem aktar ħarxa minn partijiet oħra tad-dinja. Għall-finijiet tal-istrateġija għall-irkupru ekonomiku u l-promozzjoni tal-kompetenzi industrijali, jeħtieġ li jiżdiedu l-impenji Ewropej li jappoġġaw is-setturi kollha tat-trasport, minħabba l-importanza ekonomika u teknoloġika tiegħu.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-settur tat-trasport huwa kontributur ewlieni għall-gassijiet b'effett ta' serra u jiġġenera sa kwart mill-emissjonijiet kollha. It-trasport huwa 96 % dipendenti fuq il-fjuwils fossili. Sadanittant, il-konġestjoni hija problema li qed tikber; is-sistemi għadhom mhumiex intelliġenti biżżejjed; l-alternattivi għat-tibdil bejn il-modi differenti tat-trasport mhux dejjem huma attraenti; l-imwiet fit-toroq jibqgħu għoljin b'mod drammatiku b'34 000 fis-sena fl-Unjoni; iċ-ċittadini u n-negozji jistennew sistema tat-trasport li hija bla periklu u sikura. Il-kuntest urban joħloq sfidi speċifiċi għas-sostenibbiltà tat-trasport.

Is-settur tat-trasport huwa kontributur ewlieni għall-gassijiet b'effett ta' serra u jiġġenera sa kwart mill-emissjonijiet kollha. It-trasport huwa 96 % dipendenti fuq il-fjuwils fossili. Sadanittant, il-konġestjoni hija problema li qed tikber; is-sistemi għadhom mhumiex intelliġenti biżżejjed; l-alternattivi għat-tibdil lejn modi aktar sostenibbli tat-trasport mhux dejjem huma attraenti; l-imwiet fit-toroq jibqgħu għoljin b'mod drammatiku b'34 000 fis-sena fl-Unjoni; iċ-ċittadini u n-negozji jistennew sistema tat-trasport li hija aċċessibbli għal kulħadd, bla periklu u sikura. Il-kuntest urban joħloq sfidi speċifiċi għal bilanċ aħjar fil-kwalità tal-ħajja u għas-sostenibbiltà tat-trasport u l-mobbiltà.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi ftit għexieren ta' snin ir-rati ta' tkabbir tat-trasport mistennija se jwasslu għal paraliżi fit-traffiku Ewropew u jagħmlu l-ispejjeż ekonomiċi u l-impatt fis-soċjetà tiegħu insopportabbli. Il-kilometri tal-passiġġieri huma mbassra li jirdoppjaw tul l-40 sena li ġejjin u jżidu darbtejn aktar malajr għall-ivvjaġġar bl-ajru. L-emissjonijiet tad-CO2 se jiżdiedu b'35 % sal-2050. L-ispejjeż tal-konġestjoni se jżidu b'madwar 50 %, għal kważi EUR 200 biljun kull sena. L-ispejjeż esterni tal-inċidenti se jiżdiedu b'madwar EUR 60 biljun meta mqabbla mal-2005.

Fi ftit għexieren ta' snin ir-rati ta' tkabbir tat-trasport jistgħu jwasslu għal konġestjoni qawwija fit-traffiku Ewropew b'konsegwenzi ekonomiċi u fis-soċjetà diżastrużi. Il-kilometri tal-passiġġieri huma mbassra li jirdoppjaw tul l-40 sena li ġejjin u jżidu darbtejn aktar malajr għall-ivvjaġġar bl-ajru. L-emissjonijiet tad-CO2 se jiżdiedu b'35 % sal-2050. L-ispejjeż tal-konġestjoni se jżidu b'madwar 50 %, għal kważi EUR 200 biljun kull sena. L-ispejjeż esterni tal-inċidenti se jiżdiedu b'madwar EUR 60 biljun meta mqabbla mal-2005.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se jkun kruċjali li jiġu appoġġati u żviluppati kunċetti innovattivi fil-provvista tas-servizzi tat-trasport u tal-mobbiltà, permezz ta' titjib sostanzjali fil-loġistika ekoloġika u l-ġestjoni tal-mobbiltà. Approċċi ġodda fil-produzzjoni, il-ħażna u l-provvista tal-oġġetti, kif ukoll tweġibiet aktar effiċjenti u razzjonali għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà u l-użu tal-istrumenti ta' komunikazzjoni, għandhom iwasslu għal soċjetà b'inqas skart fis-servizzi relatati mat-trasport u l-mobbiltà. Għandha ssir konnessjoni bejn il-politiki tal-evitar tat-trasport u l-impjiegi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żamma tal-istatus quo għalhekk mhijiex waħda mill-possibbiltajiet. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, xprunati minn objettivi ta' politika u ffokati fuq l-isfidi ewlenin, għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni li tiġi llimitata ż-żieda fit-temperatura globali għal 2ºC, li jitnaqqsu 60 % tal-emissjonijiet tad-CO2 mit-trasport, li jitnaqqsu b'mod drastiku l-ispejjeż tal-konġestjoni u l-aċċidenti, u li prattikament jiġu eradikati l-imwiet fit-toroq sal-2050.

Iż-żamma tal-istatus quo għalhekk mhijiex waħda mill-possibbiltajiet. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, xprunati minn objettivi ta' politika u ffokati fuq l-isfidi ewlenin, għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni li tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura globali għal 2ºC, li jitnaqqsu 60 % tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport. Sabiex jintlaħqu l-objettivi sal-2050, jeħtieġ li jiġu definiti dispożizzjonijiet iktar preċiżi u konkreti għall-perjodu sal-2020. L-ewwel u qabel kollox, dan jeħtieġ tnaqqis ambizzjuż ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħra ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport (meta mqabbel mal-livelli tal-2009). Dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet se jiġi determinat skont kull mezz ta' trasport bil-għan li jintlaħqu l-miri 20-20-20. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jridu jikkontribwixxu wkoll għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni sal-2020, jitnaqqsu b'mod drastiku l-ispejjeż tal-konġestjoni u l-inċidenti, ifittxu b'determinazzjoni li jsolvu l-problemi tas-sikurezza tat-toroq bil-għan li jiġu eradikati l-imwiet fit-toroq sal-2050 u, konformement ma' dan l-objettiv, jitnaqqsu bin-nofs il-korrimenti fit-toroq sal-2020. Fil-White Paper tagħha intitolata 'Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn Sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti', il-Kummissjoni titlob li dawn il-miri jintlaħqu permezz ta' politika innovattiva, sostenibbli u effiċjenti.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-problemi tat-tniġġis, il-konġestjoni, is-sikurezza u s-sigurtà huma problemi komuni għall-Unjoni kollha, u jitolbu risposti kollaborattivi mill-Ewropa kollha. L-aċċellerazzjoni fl-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-vetturi, l-infrastrutturi u t-trasport se tkun ċentrali biex tinkiseb sistema tat-trasport fl-Unjoni li tkun aktar nadifa u aktar effiċjenti; biex jinkisbu r-riżultati meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; biex tinżamm it-tmexxija Ewropew fis-swieq dinjija ta' prodotti u servizzi relatati mat-trasport. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' sforzi nazzjonali frammentati waħedhom.

Il-problemi tat-tniġġis, il-konġestjoni, is-sikurezza u s-sigurtà huma problemi komuni għall-Unjoni kollha, u jitolbu risposti kollaborattivi mill-Ewropa kollha. L-aċċelerazzjoni fl-iżvilupp u l-użu armonizzat ta' teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi tal-vetturi u li jiżguraw l-iżvilupp koerenti tal-infrastruttura u l-ġestjoni tat-trasport se tkun ċentrali biex tinkiseb sistema tat-trasport fl-Unjoni li tkun aktar nadifa, aktar sikura u aktar effiċjenti; biex jinkisbu r-riżultati meħtieġa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; biex tinżamm it-tmexxija Ewropew fis-swieq dinjija ta' prodotti u servizzi relatati mat-trasport. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' sforzi nazzjonali frammentati waħedhom. Huwa wkoll essenzjali li jiġu appoġġati soluzzjonijiet diġà eżistenti billi jinħolqu sistemi effikaċi, intelliġenti, interoperabbli u interkonnessi għall-appoġġ tas-sistemi SESAR, Galileo, EGNOS, GMES, ERTMS, SIF, SafeSeaNet, LRIT u STI. L-inizjattivi bħall-E-safety u l-E-call għandhom ukoll jitkomplew.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – Punt 4 – Punt 4.2 – Paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-finanzjament fil-livell tal-Unjoni għar-riċerka u innovazzjoni tat-trasport se jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b'valur miżjud ċar Ewropew. Dan ifisser li se jkun hemm enfasi fuq oqsma ta' prijorità li jaqblu mal-objettivi Ewropej tal-politika; fejn hija meħtieġa massa kritika tal-isforz; fejn jeħtieġ li jitwettqu soluzzjonijiet interoperabbli għall-Ewropa kollha dwar it-trasport; Jew fejn il-ġabra transnazzjonali tal-isforzi tista' tnaqqas ir-riskji tal-investiment fir-riċerka, standards komuni pijunieri u tnaqqas il-ħin sakemm jaslu fis-suq ir-riżultati tar-riċerka.

Il-finanzjament fil-livell tal-Unjoni għar-riċerka u innovazzjoni tat-trasport se jikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi jiffoka fuq attivitajiet b'valur miżjud ċar Ewropew. Dan ifisser li se jkun hemm enfasi fuq oqsma ta' prijorità li jaqblu mal-objettivi Ewropej tal-politika fejn hija meħtieġa massa kritika tal-isforz; fejn jeħtieġ li jitwettqu sistemi tat-trasport, sorsi aġġornati ta' propulsjoni u ta' potenza, soluzzjonijiet interoperabbli jew infrastrutturi multimodali għall-Ewropa kollha dwar it-trasport jew fejn il-ġabra transnazzjonali tal-isforzi tista' tneħħi l-konġestjonijiet fis-sistema tat-trasport (eż. il-livell baxx ta' innovazzjoni fir-rigward tal-infrastruttura fl-UE-12) u tnaqqas ir-riskji tal-investiment fir-riċerka, standards komuni pijunieri u standardizzazzjoni u tnaqqas il-ħin sakemm jaslu fis-suq ir-riżultati tar-riċerka.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għandhom jinkludu firxa wiesgħa ta' inizjattivi li jkopru l-katina sħiħa tal-innovazzjoni. Diversi attivitajiet huma speċifikament maħsuba biex iwasslu r-riżultati fis-suq: approċċ programmatiku lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-proġetti ta' dimostrazzjoni, azzjonijiet ta' użu mis-suq u appoġġ għal standardizzazzjoni, regolamentazzjoni u strateġiji innovattivi fil-qasam tal-appalti lkoll jaqdu din il-mira. Barra minn hekk, l-użu tal-involviment u kompetenza tal-partijiet interessati se jgħin jingħalaq id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-iskjerament tagħhom fis-settur tat-trasport.

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għandhom jinkludu firxa wiesgħa ta' inizjattivi li jkopru l-katina sħiħa tal-innovazzjoni u jsegwu approċċ integrat għas-soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport mill-innovazzjoni rigward vetturi, sal-infrastrutturi kif ukoll sas-sistemi tat-transport. Diversi attivitajiet huma speċifikament maħsuba biex iwasslu r-riżultati fis-suq: l-approċċ programmatiku lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-proġetti ta' dimostrazzjoni, l-azzjonijiet ta' użu mis-suq u l-appoġġ għal standardizzazzjoni, regolamentazzjoni u strateġiji innovattivi fil-qasam tal-appalti lkoll jaqdu din il-mira. Barra minn hekk, l-użu tal-involviment u kompetenza tal-partijiet interessati se jgħin jingħalaq id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-iskjerament tagħhom fis-settur tat-trasport.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 3 – punt 4.2 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għal sistema ta' trasport aktar favur l-ambjent, intelliġenti u integrata se jagħti kontribuzzjoni importanti lill-għanijiet tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni. L-attivitajiet se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport bil-għan ta' Żona Unika tat-Trasport Ewropew. Dawn se jikkontribwixxu wkoll għall-għanijiet tal-politika deskritti fl-inizjattivi ewlenin 'Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi', 'Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni' u 'Aġenda Diġitali għall-Ewropa'.

L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għal sistema affidabbli ta' trasport aktar favur l-ambjent, intelliġenti u integrata se jagħti kontribuzzjoni importanti lill-għanijiet tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-objettivi tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni. L-attivitajiet se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport bil-għan ta' Żona Unika tat-Trasport Ewropew. Dawn se jipparteċipaw ukoll fl-għanijiet tal-politika deskritti fl-inizjattivi ewlenin 'Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi', 'Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni' u 'Aġenda Diġitali għall-Ewropa'. Se jittieħdu wkoll miżuri li jiżguraw il-koeżjoni ma' partijiet oħra ta' dawn il-programmi, partikolarment permezz tal-ħolqien ta' Komunità tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-mobbiltà urbana u bliet intelliġenti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Trasport effiċjenti fir-riżorsi li jirrispetta l-ambjent

(a) Trasport effiċjenti fir-riżorsi li jirrispetta l-ambjent u s-saħħa pubblika

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi mminimizzat l-impatt tat-trasport fuq il-klima u l-ambjent billi tittejjeb l-effiċjenza tiegħu fl-użu ta' riżorsi naturali, u billi titnaqqas d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili.

Il-mira hija li jiġi mminimizzat l-impatt tat-trasport fuq il-klima u l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa pubblika billi jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-effikaċja tiegħu fl-użu ta' riżorsi naturali, u billi titnaqqas d-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili u billi jkun jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista tal-fjuwil.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u li titjieb l-effiċjenza tal-vetturi, sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp u l-iskjerament ta' ġenerazzjoni ġdida ta' vetturi elettriċi u vetturi oħrajn b'livell baxx ta' emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet, inklużi permezz ta' skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura; li jiġi eżaminat u sfruttat il-potenzjal tal-fjuwils alternattivi u s-sistemi ta' propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, inkluża l-infrastruttura tal-fjuwil; li jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastrutturi, permezz ta' sistemi ta' trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti; u li jiżdied l-użu tal-ġestjoni tad-domanda u t-trasport pubbliku u mhux motorizzat, b'mod partikolari fiż-żoni urbani.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu, bħala l-ewwel pass, ikun li jitnaqqsu l-konsum tar-riżorsi u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u li titjieb l-effiċjenza enerġetika ta' kull tip ta' vettura, sabiex jiġi aċċelerat l-iżvilupp u l-iskjerament ta' ġenerazzjoni ġdida ta' vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet (eż. vetturi elettriċi, ibridi u li jaħdmu bl-idroġenu, li jfisser mhux biss karozzi, iżda wkoll roti elettriċi, trammijiet u ferroviji) u l-infrastruttura ta' akkumpanjament, inklużi permezz ta' skoperti fil-magni, il-batteriji u l-infrastruttura u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli fit-trasport bil-ferrovija, bl-ilma u bl-ajru; Huwa wkoll essenzjali li jkun hemm politika ta' ġestjoni tal-iskart marbuta ma' dawn l-innovazzjonijiet.

Minbarra dan, l-innovazzjoni kollha bil-għan li tilħaq emissjonijiet baxxi jew emissjonijiet żero fil-mezzi kollha tat-trasport għandha tiġi inkoraġġita, inkluż l-iżvilupp u l-isfruttament tal-potenzjal kbir tal-fjuwils alternattivi u sostenibbli, kif ukoll l-iżvilupp ta' sistemi ta' propulsjoni innovattivi u aktar effiċjenti, il-ħidma fuq l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tal-fjuwil, il-piżijiet tal-vetturi u l-ajrudinamika, u l-iżvilupp u l-infrastruttura, u t-titjib fl-użu ta' sistemi ta' trasport intelliġenti u tagħmir intelliġenti. Huwa importanti li jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku u mhux motorizzat u l-ktajjen intermodali tal-mobbiltà (mixi-użu tar-rota, car sharing, car pooling, mobbiltà pubblika u kollettiva) b'mod partikolari fiż-żoni urbani.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Finalment, ilu ppruvat fuq bosta snin li l-emissjonijiet tal-vetturi għandhom impatt fuq is-saħħa pubblika. Konsegwentement, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' partikoli jrid jibqa' jkun wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-trasport. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li tkun segwita din il-politika, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp tal-fjuwils alternattivi. Huwa wkoll essenzjali li jsir investiment f'soluzzjonijiet innovattivi biex jitnaqqas it-tniġġis akustiku u l-vibrazzjonijiet. L-iżvilupp ta' fjuwils alternattivi u soluzzjonijiet innovattivi għat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u l-vibrazzjonijiet se jgħin jillimita l-emissjonijiet dannużi u jtejjeb il-benesseri tal-komunità.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jinħolqu approċċ u soluzzjonijiet għall-organizzazjoni innovattiva, trasparenti u moderna tal-mobbiltà urbana, li jqisu tibdiliet soċjali demografiċi, flimkien ma' proposti għall-koeżistenza tad-diversi mezzi ta' trasport f'żoni urbani, inkluż trasport mhux motorizzat, u konnessjonijiet man-netwerk.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tiġi inkluża fil-paragrafu l-ġdid propost mir-rapporteur fl-emenda 18 tagħha li tintroduċi KKI (Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni) ġdida għall-mobbiltà urbana u l-bliet intelliġenti.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konsegwentement, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-partikoli u tal-istorbju jrid jibqa' jkun wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-trasport. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li din il-politika tiġi segwita, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' fjuwils alternattivi, infrastruttura u Sistemi ta' Trasport Intelliġenti.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġu rrikonċiljati l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem jiżdiedu bi fluwidità mtejba tat-trasport, permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sistemi ta' trasport bla xkiel, inklużivi, bla periklu, sikuri u robusti.

Il-mira hija li jiġu rrikonċiljati l-ħtiġijiet tal-mobbiltà li dejjem jiżdiedu bi fluwidità mtejba tat-trasport, permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sistemi ta' trasport bla xkiel, intermodali, inklużivi, aċċessibbli, bla periklu, sikuri u robusti, mingħajr ma wieħed jinsa l-importanza ta' infrastruttura ta' kwalità, innovattiva u intermodali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta' trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta' soluzzjonijiet ta' ppjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta' trasport, infrastruttura u loġistika integrati u kompletament intermodali minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta' soluzzjonijiet ta' ppjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-inċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta' trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta' soluzzjonijiet ta' ppjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u l-interoperabbiltà u li jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet tal-utenti prinċipalment billi jitneħħew l-ostakli (jiġifieri l-livell baxx ta' innovazzjoni fl-infrastruttura f'żoni kbar fl-Ewropa u l-mewt ta' avjazzjoni reġjonali u fuq skala żgħira) u permezz tal-promozzjoni tat-trasport tal-utenti billi jiġu promossi trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex jiġu żviluppati applikazzjonijiet u sistemi intelliġenti tat-trasport għall-ġestjoni tat-traffiku, biljetti integrati, informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-ħlas u biex jiġi aċċelerat l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet intermodali għall-passiġġieri; tiġi adattata l-infrastruttura tat-toroq għal utenti tat-toroq bla protezzjoni u għall-ħtiġijiet ta' soċjetà li qed tixjieħ; jiġu identifikati l-benefiċċji li jistgħu jagħtu l-ITS u s-sistemi kooperattivi għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-inċidenti (jiġifieri billi titjieb il-komunikazzjoni bejn l-infrastruttura, il-maniġers tat-toroq u l-vetturi permezz ta' sistemi intelliġenti kif ukoll fehim aħjar tal-imġiba tal-parteċipanti tat-traffiku sabiex jitjiebu s-soluzzjoni teknoloġiċi tal-vettura u għall-prevenzjoni tas-sigurtà primarja u sekondarja fit-toroq, l-iżvilupp tal-ITS għall-utenti tat-toroq, l-attenzjoni lil gruppi b'riskju kbir bħal persuni fuq muturi, ċiklisti, pedoni) u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà (jiġifieri l-iżvilupp ta' sistemi disponibbli għad-detezzjoni tat-theddid fl-avjazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni għas-sigurtà marittima).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) Għandhom ikunu indirizzati l-ħtiġijiet tas-sikurezza sabiex jinżamm bilanċ bejn soluzzjonijiet b'teknoloġija avvanzata u soluzzjonijiet oħra, inkluż disinn innovattiv tat-toroq u tekniċi u teknoloġiji ġodda għall-infurzar.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jissorveljaw it-traffiku normali permezz ta' ġabra ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE diġà qed tiġbor data dwar l-eżiti u ċ-ċirkostanzi tal-inċidenti. Iżda l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-pajjiżi unikament fuq il-bażi tar-riżultati tal-ħbit mhuwiex biżżejjed u għandu jiġi estiż.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) Il-mixi u l-użu tar-roti b'sikurezza għandu jkun wieħed mill-objettivi tal-ġestjoni tas-sikurezza, li jkun appoġġat mir-riċerka u l-iżvilupp ta' approċċi innovattivi ġodda.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li tiġi msaħħa l-kompetittività u t-twettiq ta' industriji tal-manifattura tat-trasport Ewropew u servizzi relatati.

Il-mira hija li tiġi msaħħa l-kompetittività u t-twettiq ta' industriji tal-manifattura tat-trasport Ewropew u servizzi relatati, fil-kuntest tal-ħtieġa dejjem tikber għal soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport, speċjalment fil-pajjiżi emerġenti. Billi jkunu fuq quddiem fit-teknoloġiji ġodda u fit-tnaqqis tal-ispejjeż ta' proċessi ta' manifattura eżistenti, ir-riċerka u l-innovazzjoni se jikkontribwixxu għat-tkabbir u impjiegi ta' ħiliet għolja fl-industrija Ewropea tat-trasport, fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem akbar.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta' mezzi innovattivi tat-trasport u li titħejja t-triq għal dik li jmiss, billi jsir xogħol fuq kunċetti u disinji ġodda, sistemi intelliġenti ta' kontroll u standards interoperabbli, proċessi ta' produzzjoni effiċjenti, ħinijiet iqsar ta' żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni l-ġdida ta' mezzi tat-trasport u sistemi tat-trasport innovattivi u jsir xogħol fuq kunċetti u disinji ġodda bil-għan li jiġi żviluppat dak li jmiss. Se jkun meħtieġ ukoll li jiġu żviluppati sistemi intelliġenti ta' kontroll, standards interoperabbli, servizzi intelliġenti tat-trasport, infrastrutturi intermodali intelliġenti u proċessi ta' produzzjoni u ta' riċiklaġġ effiċjenti u jiġu milħuqa ħinijiet iqsar ta' żvilupp u spejjeż imnaqqsa taċ-ċiklu tal-ħajja.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) Loġistika intelliġenti

L-għan huwa li jkunu rrikonċiljati x-xejriet tal-konsumaturi ġodda li qed jikbru b'katina tal-forniment tar-riżorsi effiċjenti u d-distribuzzjoni tal-merkanzija tal-aħħar mil ottimali.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun biex ikun mifhum aħjar l-impatt tax-xejriet tal-konsumaturi ġodda u futuri u l-impatt tagħhom fuq il-loġistika tal-merkanzija urbana, it-traffiku u l-konġestjoni; jiġu żviluppati strumenti ġodda tal-IT u tal-ġestjoni tal-loġistika, billi jitjiebu s-sistemi tal-informazzjoni f'ħin reali; jiġu ġestiti, intraċċati u lokalizzati l-flussi tal-merkanzija, l-integrazzjoni u l-komunikazzjoni dwar il-vetturi u mal-infrastruttura; jiġu żviluppati sistemi mhux konvenzjonali għat-tqassim tal-oġġetti; jiġu żviluppati soluzzjonijiet intermodali kompetittivi għall-katina tal-provvista u l-pjattaformi loġistiċi li jtejbu l-flussi tal-merkanzija.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jiżdied il-fehim ta' tendenzi u prospetti soċjoekonomiċi relatati mat-trasport, u li dawk li jfasslu l-politika tingħatalhom dejta u analiżi bbażati fuq l-evidenza.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li jiżdied il-fehim ta' tendenzi u prospetti soċjoekonomiċi relatati mat-trasport, u li dawk li jfasslu l-politika tingħatalhom dejta u analiżi bbażati fuq l-evidenza. Dan jinkludi wkoll l-impatt tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport u l-mobbiltà, bħall-ħtieġa li jkun mifhum aħjar l-effett tal-liberalizzazzjoni tal-ferroviji fuq il-kwalità tas-servizzi, l-ambjent u l-interessi soċjali tal-impjegati. Ikun jaqbel li wieħed jipprova jirrikonċilja l-objettivi tas-sostenibilità u l-bżonnijiet soċjali meta jkunu qed jiġu ppjanati l-politiki tat-trasport, biex jiġu evitati b'mod partikolari l-inugwaljanzi soċjali fir-rigward tal-mobbiltà u biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-utenti vulnerabbli.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt da (ġdid) – introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni għall-mobbiltà urbana u l-bliet intelliġenti

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt da (ġdid) – paragrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'soċjetà Ewropea dejjem iktar urbanizzata, il-mobbiltà urbana tikkostitwixxi sfida maġġuri għad-deċennji li ġejjin. Din hija sfida f'termini ekonomiċi, ta' impjieg iżda wkoll tal-kwalità tal-għajxien tal-abitanti urbani.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt da (ġdid) – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dan il-kuntest, il-ħolqien ta' KIC dwar il-mobbiltà urbana huwa għalkollox rilevanti u għandu jitħeġġeġ. L-istituzzjonijiet ta' tagħlim, iċ-ċentri ta' riċerka u l-impriżi magħquda fi ħdan din il-KIC iridu jaħdmu biex isawru mobbiltà sostenibbli bbażata fuq ktajjen loġistiċi effikaċi għat-trasport tal-persuni u tal-merkanzija fiż-żoni urbani u fis-sobborgi. Dan kollu se jkollu l-għan li jnaqqas it-traffiku, l-inċidenti, it-tniġġis atmosferiku u akustiku, iżda wkoll li jsaħħaħ is-suq intern.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 4 – punt 4.3 – punt da (ġdid) – paragrafu 3 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evoluzzjoni tal-mobbiltà urbana u l-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport intelliġenti għandhom jippermettu t-tibdil fl-imġiba tal-utenti tat-trasport billi jiffavorixxu mobbiltà u mezzi tat-trasport sostenibbli. Għalhekk, huwa importanti li jiġu żviluppati infrastrutturi sikuri għall-pedoni u ċ-ċiklisti, b'mod partikolari fil-bliet u bejn il-bliet, kif ukoll li tissaħħaħ l-interoperabbiltà bejn is-servizzi tat-trasport.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Nathalie Griesbeck app

19.12.2011

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Anna Rosbach, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Lövin app

4.10.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Oldřich Vlasák app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għall-Regolament dwar Orizzont 2020 hija bażi ta’ kwalità tajba li tikkunsidra l-ħtiġijiet xjentifiċi u ta’ riċerka tal-Unjoni Ewropea, li fl-istess ħin tiżgura ċertu grad ta’ sinerġija mal-politika ta’ koeżjoni.

L-emendi jikkonċentraw prinċipalment fuq attivitajiet immirati sabiex tingħata spinta qawwija lill-iżvilupp u l-involviment tar-reġjuni, l-ibliet u l-kommuntajiet lokali, li mhumiex suffiċjentement riflessi fil-proposta, anki jekk il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jinkludu dawn l-attivitajiet fil-programm operazzjonali tagħhom għar-riċerka fil-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss.

Orizzont 2020 għandu jieħu kont akbar tad-diversità ġeografika tal-UE u jappoġġja inizjattivi ta' riċerka fl-Istati Membri kollha, li jsaħħu d-dimensjoni reġjonali tal-politika tax-xjenza u tar-riċerka. F’dan ir-rigward, id-dimensjoni territorjali u tranżnazzjonali għandha tissaħħaħ.

Hemm ukoll kwistjoni speċifika rigward l-ispejjeż personali tar-riċerkaturi u l-involviment tagħhom fi gruppi ta’ riċerka internazzjonali; teżisti varjazzjoni reġjonali sinjifikattiva fir-rigward ta’ dawn l-aspetti u dan joħloq ostakli għal ċerti reġjuni, partikolarment dawk li huma inqas avvanzati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lir-reġjuni individwali tal-Unjoni u lill-Unjoni kollha kemm hi biex isiru aktar kompetittivi, inkluż fl-industrija tagħhom. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija, l-aġenziji tas-settur pubbliku għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

F'ċerti Stati Membri, l-attivitajiet ta' riċerka u l-innovazzjoni jitwettqu fi sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi, iżda mingħajr l-involviment ta' università jew istituzzjoni akkademika. L-emenda tikkjarifika li r-regolament ikopri wkoll tali attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. It-tieni nett, huwa importanti li jiġi permess l-involviment tas-sħab tal-ekonomija soċjali, speċjalment fil-qasam tal-innovazzjoni soċjali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) L-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Ewropa għandhom rwol importanti fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-iżgurar tal-koordinazzjoni effikaċi tad-diversi strumenti finanzjarji tal-Unjoni. B'mod partikolari, huma għandhom jinkoraġġixxu r-rabta bejn il-programm tal-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali mal-istrateġiji tal-innovazzjoni reġjonali bbażati fuq speċjalizzazzjoni intelliġenti. Ir-reġjuni għandhom ukoll rwol kruċjali fid-disseminazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati tal-programm tal-Orizzont 2020 billi jipprovdu possibilitajiet ta' finanzjament kumplamentari, inkluż fil-kuntratti tas-settur pubbliku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jkun mirfud minn kampanja qawwija ta’ informazzjoni taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jippromwovi l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'universitajiet iżgħar u ċentri ta' riċerka wkoll, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

Ġustifikazzjoni

Permezz tal-użu tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, illum ħafna universitajiet Ewropej iżgħar huma ċentri ta' eċċellenza. Dawn m'għandhom ikunu żvantaġġati bl-ebda mod mill-Orizzont 2020.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni u jwassal għal ħolqien ta' impjiegi ġodda f'dan il-qasam. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. Attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet legali u d-drawwiet tal-Istati Membri. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kuf ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman ma għandu jkun ffinanzjat, jekk ma jkollux l-approvazzjonijiet neċessarji mill-Istati Membri. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata li hija miċħuda fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata minn Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

(25) Għandha tingħata attenzjoni għad-differenzi konsiderevoli bejn leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta’ Stati Membri fir-rigward tar-riċerka li tuża embrijuni umani u ċelloli staminali tal-embrijun uman. Il-politika dwar ir-riċerka tal-Unjoni ma għandhiex twassal għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tfakkar fid-dikjarazzjoni tagħha, fir-rigward tas-Seba' Programm Qafas, li se tissokta l-prattika attwali u ma tissottomettix lill-Kumitat Regolatorju proposti għal proġetti li jeqirdu l-embrijuni umani, inkluż għall-akkwist ta' ċelloli staminali1. Dan l-impenn għandu jkun inkluż f'dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità.

__________________

1 Il-Punt 12 tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 6, anness mad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (ĠU L 412, 30.12.2006, p.1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-Fond ta’ Koeżjoni, mal-Politika tal-Iżvilupp Rurali, dik Marittima u dik tas-Sajd, koperti mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, prmezz tas-sħubijiet reġjonali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni. Is-sinerġija m'għandhiex tkun limitata biss għal finanzjament ta' proġetti supplimentari, minħabba li l-kultivazzjoni tar-relazzjonijiet professjonali, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u b'mod partikolari t-trasferiment tal-għarfien jistgħu jirappreżentaw forma sinifikanti ta' sinerġija. Artikulazzjoni xierqa mal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, u azzjoni koordinata, se jgħinu jnaqqsu n-nuqqas fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea, billi jitqiesu l-karatteristiċi tar-reġjuni msemmija fl-Artikoli 174, 349 u 355(1) tat-TFUE.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali, reġjonali u lokali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

F'ċerti Stati Membri, l-attivitajiet ta' riċerka u l-innovazzjoni jitwettqu fi sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi, iżda mingħajr l-involviment ta' università jew istituzzjoni akkademika. L-emenda tikkjarifika li r-regolament ikopri wkoll tali attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a) Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lil persuni interessati reġjonali biex jifformulaw strateġiji reġjonali li jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-territorji, b’tali mod li jikkombinaw forom eżistenti ta’ finanzjament pubbliku jew privat fil-llivell tal-Unjoni. L-attivitajiet taħt Orizzont 2020 għandhom jiġu adattati għal dawn -istrateġiji, peress li involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-fondi u l-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni huwa ta’ importanza kruċjali meta jitqies li huwa impossibbli li tiġi applikata l-istess strateġija ta’ żvilupp fir-reġjuni kollha.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28b) Orizzont 2020 għadu jkollu dimensjoni teritorjali u transnazzjonali qawwija. Il-programm għandu jiżgura skambju bejn il-politika Ewropea ta’ riċerka u innovazzjoni u l-atturi reġjonali u lokali li jimplimentaw il-politika fil-post.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b’hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, il-promozzjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ EUR 3194 miljun kif stipulat fl-Anness II. L-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 1542 miljun għandha tkun ipprovduta mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għal attivitajiet taħt it-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. It-tieni allokazzjoni ta' massimu ta' EUR 1652 miljun għandha tkun ipprovduta, suġġett għar-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 26 (1). Dan l-ammont addizzjonali għandu jkun ipprovdut fuq bażi pro-rata, kif indikat fl-Anness II, mill-ammont tal-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” fi ħdan il-prijorità dwar it-tmexxija industrijali stipulata fil-paragrafu 2(b) u mill-ammont għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà stipulati fi 2(c).

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni minima mill-Orizzont 2020 ta’ 3.64% tal-baġit totali kif stipulat fl-Anness II.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni.

2. Għandhom jitqiesu wkoll kompletament l-aspetti rilevanti tal-aġendi ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti permezz tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti tal-Programmar u l-Isħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni, sakemm dawn l-aġendi jkunu abbozzati f'konsultazzjoni ma' firxa wiesgħa ta' esperti u partijiet interessati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-ksib tal-ERA, l-iżvilupp tar-riċerka dwar is-sistemi legali tal-Istati Membri, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni etikament responsabbli inkluża l-kwistjoni tal-ġeneru, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka, ir-riċerka abilitanti u attivitajiet ta’ innovazzjoni li għandhom isiru wkoll f’ċentri lokali u reġjonali iżgħar, u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi kif ukoll it-tnaqqis tad-dipendenza teknoloġika fuq pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Permezz tal-użu tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, illum ħafna universitajiet Ewropej iżgħar huma ċentri ta' eċċellenza. Dawn m'għandhom ikunu żvantaġġati bl-ebda mod mill-Orizzont 2020.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Karrieri tar-riċerkaturi

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru xx/2013 [Regoli għall-Parteċipazzjoni], li għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' suq uniku għar-riċerkaturi u l-attrattività tal-karrieri tar-riċerkaturi mal-Unjoni kollha fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, billi jittieħed kont tal-karattru tranżnazzjonali tal-maġġoranza tal-azzjonijiet appoġġjati fil-qafas tiegħu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b’tali mod li jkun jikkumplementa programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali u l-programmi u l-miżuri speċifiċi ta' appoġġ u kumpens taħt il-politika reġjonali u ta' koeżjoni. Sinerġiji u komplimentarjetà bejn il-Fondi Strutturali u Orizzont 2020 għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet interessati reġjonali fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp biex jipparteċipaw fil-programmi ta’ Orizzont 2020 u sussegwentement biex ixerrdu r-riżultati tiegħu fis-swieq reġjonali u suprareġjonali. Element importanti ta’ dawn is-sinerġiji huwa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta riċerka u innovazzjoni ta’ atturi nazzjonali u reġjonali fil-kuntest ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-għan li jinbena “taraġ tal-eċċellenza”, li għandu jkun l-element ċentrali tagħhom. Is-sinerġiji inkwistjoni għandhom iċiċsu ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' operazzjonijiet barra ż-żona tal-programm, speċjalment f'dak li jirigwarda l-ammont ta' appoġġ għal din il-koooper’zzjoni kif definit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi tal-konsistenza u l-effiċjenza, għandu jkun hemm kumplimentarjetà bejn il-programm tal-Orizzont 2020 u l-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni taħt il-Fondi Strutturali, inklużi programmi u miżuri speċifiċi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tagħhom, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fl-Orizzont 2020. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

1. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur privat, b'mod partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) biex jiġi żgurat li jipparteċipaw aktar, u l-impatti tal-innovazzjoni fuqhom, fl-Orizzont 2020.

Dan ikopri:

a) assistenza fl-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ riċerka, mill-prototip sal-implimentazzjoni sħiħa, sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-potenzjali ta’ riċerka tagħhom.

b) il-forniment ta’ appoġġ speċjali għal negozjati dwar drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fi proġetti ta’ innovazzjoni miftuħa,

c) il-forniment ta’ miżuri ta’ appoġġ biex jiqsar iż-żmien għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja, peress li l-liwidità tibqa’ problema ewlenija għall-SMEs,

d) il-forniment ta’ miżuri ta’ appoġġ għal attivitajiet li jqajmu kuxjenza fost l-SMEs.

Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tas-settur privat, b'mod partikolari tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jitwettqu azzjonijiet speċifiċi fi ħdan l-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" stipulati fil-Punt 1 tal-Parti II tal-Anness I u kull wieħed mill-objettivi speċifi taħt il-prijorità “Sfidi tas-soċjetà” stipulati fil-Punti 1 sa 6 tal-Parti III tal-Anness I. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu fil-forma ta’ strument tal-SME dedikat li huwa mmirat lejn it-tipi kollha ta' SME li għandhom potenzjal innovattiv u għandhom ikunu impimentati f’manjiera konsisteni u mfassla skont il-ħtiġijiet tal-SMEs kif hemm stipulat taħt l-objettiv speċifiku "Innovazzjoni fl-SMEs" fil-Punt 3.3.(a) tal-Parti II tal-Anness I.

2. Għandhom jitwettqu azzjonijiet speċifiċi għall-SMEs fi ħdan l-objettiv speċifiku "Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" stipulati fil-Punt 1 tal-Parti II tal-Anness I u kull wieħed mill-objettivi speċifi taħt il-prijorità “Sfidi tas-soċjetà” stipulati fil-Punti 1 sa 6 tal-Parti III tal-Anness I. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu fil-forma, inter alia, ta’ strument tal-SME dedikat li huwa mmirat lejn it-tipi kollha ta' SME li għandhom potenzjal innovattiv u għandhom ikunu impimentati f’manjiera konsisteni u mfassla skont il-ħtiġijiet tal-SMEs kif hemm stipulat taħt l-objettiv speċifiku "Innovazzjoni fl-SMEs" fil-Punt 3.3.(a) tal-Parti II tal-Anness I.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 huwa mistenni li jwassal għal madwar 15 % tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs.

3. L-approċċ integrat stipulat fil-paragrafi 1 u 2 għandu jwassal għal allokazzjoni konsiderevoli tal-baġit kombinat totali għall-objettiv speċifiku dwar “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali" u l-prijorità "Sfidi tas-soċjetà" li se jmur għand l-SMEs. Il-benefiċjarji tas-settur privat huma mistennija li jirċievu parti sostanzjali tal-baġit totali għall-Orizzont 2020.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi.

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. Dan għandu jinkiseb minn netwerks ta' appoġġ, kooperazzjoni u skambji ta' esperjenza bejn reġjuni, bliet żgħar u partijiet interessati oħra, inklużi istituzzjonijiet kulturali, xjentifiċi u ta' riċerka.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inizjattivi tal-programmar konġunt bejn l-Istati Membri, fejn jistgħu jipparteċipaw reġjuni u bliet żgħar tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun f’loku.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE.

(b) parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu minn diversi Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 185 tat-TFUE, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima, l-SMEs u l-parteċipazzjoni tas-settur privat.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ teknoloġiji radikali ġodda permezz tal-esplorazzjoni ta’ ideat novelli oħrajn u ta’ riskju għoli li jibnu fuq il-pedamenti xjentifiċi. Billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà.

L-objettiv speċifiku huwa t-trawwim ta’ teknoloġiji radikali ġodda permezz tal-esplorazzjoni ta’ ideat novelli oħrajn u ta’ riskju għoli li jibnu fuq il-pedamenti xjentifiċi. Billi jipprovdu appoġġ flessibbli għar-riċerka mmirata, kollaborattiva u interdixxiplinarja fuq skali varji u billi jadottataw prattiki innovattivi tar-riċerka, li l-għan tagħhom huwa li jiġu identifikati u ssir ħidma fuq opportunitajiet ta’ benefiċċju fit-tul għaċ-ċittadini, l-ekonomija u s-soċjetà. Il-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom rwol ewlieni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ netwerks, l-iskambju tal-informazzjoni, skemi ta' ġemellaġġ u appoġġ għall-politiki ta' riċerka u innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom rwol ewlieni f'termini ta' skambju tal-informazzjoni, kollaborazzjoni interdixxiplinarja u li r-riċerka tkun immirata biex tikseb għanijiet fuq diversi livelli permezz tal-użu ta' prattiki innovattivi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness 1– taqsima 2 – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.3 – punt e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni ta’ disinni, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, u dan jinkludi l-preservazzjoni ta’ materjali b’valur storiku jew kulturali.

Applikazzjoni ta’ disinni, u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jikkonverġu biex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda. Il-valutazzjoni u l-fehim tal-mekkaniżmi li jikkawżaw dannu lil wirt kulturali. L-iżvilupp tal-metodi avvanzati u t-teknoloġiji għall-għan tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali. L-iżgurar tal-inklużjoni u l-ġestjoni razzjonali tal-wirt kulturali f'siti storiċi u fi bliet żgħar.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness 1– taqsima 3 – punt 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

2. Sigurtà tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-ilma, tal-baħar u marittima, l-akkwakultura, il-bijoekonomija, u l-protezzjoni tal-bijodiversità;

Ġustifikazzjoni

L-ilma, li huwa riżorsa naturali, l-akkwakultura, u l-protezzjoni tal-bijodiversità huma oqsma relatati li għandhom jiġu miżjuda mal-lista tal prijoritajiet.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness 1– taqsima 3 – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq. Minbarra dan, l-Unjoni għad għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġiji adattati u mfixkla miż-żieda fil-kompetizzjoni globali. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni.

Il-forniment sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-materja prima, inkluż l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom, huma essenzjali għall-funzjonament tas-soċjetajiet moderni u l-ekonomiji tagħhom. Setturi tal-Unjoni, bħal dawk tal-kostruzzjoni, il-kimika, il-vetturi, l-ispazju tal-ajru, il-makkinarju u t-tagħmir, li jipprovdu valur miżjud totali ta’ madwar EUR 1.3 triljun kif ukoll impjiegi għal madwar 30 miljun persuna, jiddependu ħafna fuq l-aċċess għall-materja prima. Madankollu, qiegħda dejjem issir aktar pressjoni fuq il-provvista ta’ materja prima lill-Unjoni. L-Unjoni għandha depożiti minerali prezzjużi, li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tagħhom huma limitati minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġiji adattati u ta’ infrastruttura tat-trasport. Minħabba l-importanza tal-materja prima għall-kompetittività Ewropea, l-ekonomija u l-applikazzjoni tal-istess materja prima fi prodotti innovattivi, il-provvista sostenibbli ta’ materja prima hija prijorità vitali għall-Unjoni. Aċċess għal sorsi Ewropej ta' materja prima, li ħafna drabi tinsab f'żoni ġeografikament remoti, għadha sfida għall-industriji li huma dipendenti fuq provvista ta' tali materja prima. Barra minn hekk, l-Unjoni tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ importanza strateġika, li qed jintlaqtu minn rata allarmanti ta’ tagħwiġ tas-suq.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness 1– taqsima 3 – punt 5 – punt 5.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ u l-rkupru kosteffettiva u favur l-ambjent ta’ materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ alternattivi ekonomikament attraenti b’impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu ta’ materja prima; is-sejba ta’ alternattivi għal materja prima kritika; u t-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima.

Il-mira hija li tittejjeb il-bażi ta’ għarfien dwar il-materja prima u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ u l-rkupru kosteffettiva u favur l-ambjent ta’ materja prima u għas-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ alternattivi ekonomikament attraenti b’impatt ekoloġiku aktar baxx. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: it-titjib tal-bażi ta’ għarfien dwar id-disponibbiltà tal-materja prima; il-promozzjoni tal-provvista sostenibbli u l-użu ta’ materja prima; is-sejba ta’ alternattivi għal materja prima kritika; it-titjib fl-għarfien u l-ħiliet tas-soċjetà b’rabta mal-materja prima; l-istabbiliment u l-istimulu ta' gruppi ta' materja prima reġjonali u nazzjonali; l-indirizzar ta' sfidi loġistiċi fil-konnessjoni ta' industriji b'sorsi ta' materja prima.

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Oldřich Vlasák app

26.1.2012

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Ryszard Czarnecki, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Derek Vaughan

12.7.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Sandra Kalniete app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-ħolqien tal- Programm Orizzont 2020 mill-Kummissjoni peress li temmen li dan għandu jgħin lill-Unjoni Ewropea (UE) tegħleb il-kriżi tad-dejn u treġġa' lura t-tkabbir, billi tissaħħaħ il-kompetittività tagħha.

Il-Programm Orizzont 2020 għall-ewwel darba ser jiġbor flimkien il-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE fi programm wieħed. Orizzont 2020 hu indirizzat għall-użu ta' skoperti xjentifiċi fi prodotti u servizzi innovattivi, li għandhom joħolqu opportunitajiet ta' negozju u jtejbu l-ħajja tan-nies. Għandu l-għan li jnaqqas il-burokrazija bis-semplifikazzjoni tar-regoli u bl-applikazzjoni ta' proċeduri sabiex jiġu attirati aktar xjenzati u negozji innovattivi.

Orizzont 2020 għandu jidħol fis-seħħ f'Jannar 2014 b'baġit ta' EUR 87.74 biljun għall-perjodu sal-2020. Il-programm hu maqsum fi tliet taqsimiet prinċipali: 1. xjenza eċċellenti, 2. tmexxija industrijali, 3. sfidi tas-soċjetà. Ir-rapporteur taħseb li l-Kumitat AGRI għandu jiffoka ħafna mill-isforzi tiegħu fuq it-tielet parti, li tindirizza b'mod speċifiku kwistjonijiet marbutin mal-agrikoltura. It-tielet parti hi maqsuma f'sitt partijiet:

(a) Saħħa, tibdil demografiku u benesseri (EUR 9.07 biljun);

(b) Sigurtà tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija (EUR 4.69 biljun);

(c) Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti (EUR 6.53 biljun);

(d) Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat (EUR 7.69 biljun);

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima (EUR 4.31 biljun);

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri (EUR 4.31 biljun).

Fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u tal-agrikoltura sostenibbli, ir-rapporteur tenfasizza l-ħtieġa għax-xjenzati biex jikkooperaw b'mod attiv mal-bdiewa, b'mod partikolari fid-diskussjonijiet għall-prijoritajiet ta' riċerka, sabiex l-iskoperti l-ġodda jintużaw fil-ħajja reali. Il-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet non-governattivi f'dawn id-diskussjonijiet hi importanti ukoll.

Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li meta mqabbel mas-Seba' Programm Qafas (FP7), il-baġit allokat għar-riċerka relatata mal-agrikoltura żdied b'mod sostanzjali.

Ir-rapporteur tixtieq tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiġi promossa r-riċerka fuq it-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, f'kuntest ta' talba dejjem akbar għall-ikel fl-Ewropa u fid-dinja. Hu importanti li r-riżorsi naturali jintużaw b'effiċjenza akbar.

Matul l-iskambju ta' fehmiet tal-Kumitat AGRI dwar l-Orizzont 2020, kien dikjarat li kienet tenħtieġ li titnaqqas il-burokrazija ta;-proċeduri tiegħu. Ir-rapporteur tqis li f'din il-proposta, il-Kummissjoni naqqset il-burokrazija żejda b'mod konsiderevoli u għamlet il-proċess ta' applikazzjoni aktar faċli.

Ġeneralment, ir-rapporteur tikkunsidra l-proposta bħala ibbilanċjata u mfassla tajjeb ħafna. Ir-rapporteur qed tistieden lill-kollegi biex jersqu għar-rieżami ta' din il-proposta b'mod intelliġenti u tittama li l-programm għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, sabiex, meta tasal is-sena l-ġdida, din tgħin lix-xjenzati biex jagħmlu skoperti ġodda li għandhom ikabbru l-kompetittività globali tal-Ewropa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħhom bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn ’il quddiem “Orizzont 2020”), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza u fil-biedja, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta’ sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom ikunu wkoll appoġġati permezz ta’ programm taħt it-Trattat Euratom dwar ir-riċerka u t-taħriġ nukleari.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-parti l-kbira tal-impriżi agrikoli fl-Unjoni, huma ukoll SMEs u jenfasizza li jenfasizza wkoll li attwalment hemm nuqqas ta' koerenza bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkopri l-prodotti agrikoli li tagħmilha aktar diffiċli biex l-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod attiv mill-SMEs Ewropej. Sabiex jinkiseb il-kapital sħiħ tar-riċerka agrikola fl-Unjoni, il-leġiżlazzjoni għandha tiġi adattata biex jitħalla dħul aktar veloċi u użu aktar effettiv tat-teknoloġija l-ġdida minn irziezet Ewropej.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs, kif ukoll is-soċjetà ċivili, u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet ta’ riċerka ma jikkonċernawx biss lir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji, imma wkoll lis-soċjetà ċivili.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE.

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista’ tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta’ impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE, għalkemm għandu jkun hemm parteċipazzjoni miftuħa mill-Istati Membri l-oħra u li għandha tinkludi proċeduri li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni minn pajjiżi ġodda.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u għall-istabbiliment mill-ġdid u l-approfondiment tal-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi r-riċerka parteċipattiva, l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħhom li tindirizza t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali, li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

(26) Sabiex jikseb l-impatt massimu, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' programmi oħrajn tal-Unjoni f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-ispazju, l-ambjent, il-kompetittività u l-SMEs, is-sigurtà interna, il-kultura u l-midja u mal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Politika dwar l-Iżvilupp Rurali u l-Politika Agrikola Komuni (b'mod partikolari l-Politiku għall-Iżvilupp Rurali), li jistgħu jgħinu speċifikament biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest ta’ strateġiji intelliġenti ta’ speċjalizzazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-Politiku Ewropea għall-Viċinat, bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-ġestjoni tal-kontroll u r-riskju fil-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011, fejn saret talba għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tal-parteċipanti. Ir-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira f’termini ta’ simplifikazzjoni, u li għandu jiġi rimedjat il-bilanċ bejn ir-riskju u l-fiduċja.

(32) Il-ħtieġa għal approċċ ġdid għall-iżvilupp tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju bbażat fuq l-evidenza bħala parti mill-istrateġija ta' finanzjament ġiet rikonoxxuta fil-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011. F'dan il-mument il-Kunsill talab għal bilanċ ġdid bejn il-fiduċja u l-kontroll u bejn it-teħid tar-riskju u l-evitar tar-riskju. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, talab bidla pragmatika għal simplifikazzjoni amministrattiva u finanzjarja u jiddikjara li l-ġestjoni tal-fondi Ewropej għar-riċerka għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u turi tolleranza tar-riskju fil-konfront tar-riċerkaturi. Ir-rapport ta’ evalwazzjon interim tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (2007-2013) ikkonkluda li huwa meħtieġ approċċ aktar radikali biex issir qabża kbira lejn proċeduri simplifikati li juru l-fiduċja tal-Unjoni fir-riċerkaturi u jħeġġiġhom biex jieħdu r-riskji meħtieġa għal progress mħaffef fix-xjenza u t-teknoloġija.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (“Orizzont 2020”) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) (“Orizzont 2020”) u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħhom u trawwim ta’ sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali ta’ politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tmexxija industrijali;

(b) tmexxija fl-industrija u l-biedja;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi, inkluż ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u gruppi oħra tas-soċjetà ċivili, mmirati inklużi l-NGOs u l-gruppi l-oħrajn tas-soċjetà ċivili

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet ta’ riċerka ma jikkonċernawx biss lir-riċerkaturi, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji, imma wkoll lis-soċjetà ċivili.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 14 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli u forestrija, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programm FET għandu jindirizza l-ispettru sħiħ ta’ innovazzjoni xprunata mix-xjenza: minn isfel għal fuq, esplorazzjonijiet bikrija fuq skala żgħira ta' ideat fi stat embrijoniku u fraġli għal bini ta’ komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ġodda madwar oqsma tar-riċerka emerġenti transformattivi u inizjattivi tar-riċerka kbar u federati mibnija madwar aġenda tar-riċerka li timmira lejn il-kisba ta' miri ambizzjużi u viżjonarji. Dawn it-tliet livelli ta’ involviment lkoll għandhom il-valur speċifiku tagħhom, filwaqt li huma kumplimentari u sinerġistiċi. Pereżempju, l-esplorazzjonijiet fuq skala żgħira jistgħu jiżvelaw il-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta’ temi ġodda li jistgħu jwasslu għal azzjoni fuq skala kbira bbażata fuq pjanijiet direzzjonali. Dawn jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi involuti fir-riċerka, inkluż riċerkaturi żgħażagħ u SMEs iffukati fuq ir-riċerka, u komunitajiet ta’ partijiet interessati (is-soċjetà ċivika, persuni responsabbli mit-tfassil tal-politika, l-industrija u riċerkaturi pubbliċi), ikkonċentrati madwar aġendi tar-riċerka hekk kif ikunu qed jitfasslu, jimmaturaw u jiddiversifikaw.

Il-programm FET għandu jindirizza l-ispettru sħiħ ta’ innovazzjoni xprunata mix-xjenza: minn isfel għal fuq, esplorazzjonijiet bikrija fuq skala żgħira ta' ideat fi stat embrijoniku u fraġli għal bini ta’ komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ġodda madwar oqsma tar-riċerka emerġenti transformattivi u inizjattivi tar-riċerka kbar u federati mibnija madwar aġenda tar-riċerka li timmira lejn il-kisba ta' miri ambizzjużi u viżjonarji. Dawn it-tliet livelli ta’ involviment lkoll għandhom il-valur speċifiku tagħhom, filwaqt li huma kumplimentari u sinerġistiċi. Pereżempju, l-esplorazzjonijiet fuq skala żgħira jistgħu jiżvelaw il-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta’ temi ġodda li jistgħu jwasslu għal azzjoni fuq skala kbira bbażata fuq pjanijiet direzzjonali. Dawn jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi involuti fir-riċerka, inkluż riċerkaturi żgħażagħ, riċerkaturi nisa u SMEs iffukati fuq ir-riċerka, u komunitajiet ta’ partijiet interessati (is-soċjetà ċivika, persuni responsabbli mit-tfassil tal-politika, l-industrija u riċerkaturi pubbliċi), ikkonċentrati madwar aġendi tar-riċerka hekk kif ikunu qed jitfasslu, jimmaturaw u jiddiversifikaw.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Anness I – Parti I – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għalkemm l-Ewropa tospita grupp kbir u diversifikat ta’ riżorsi umani b’ħiliet għar-riċerka u l-innovazzjoni, dan jeħtieġ li jissaħħaħ, jittejjeb u jiġi adattatat kontinwament skont il-ħtiġijiet li jevolvu rapidament fis-suq tax-xogħol. Illum hemm biss 46 % ta’ dan il-grupp li jaħdmu fis-settur tan-negozju, li huwa ħafna anqas meta mqabbel mal-kompetituri ekonomiċi ewlenin tal-Ewropa, pereżempju 69 % fiċ-Ċina, 73 % fil-Ġappun u 80 % fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, fatturi demografiċi jfissru li għadd sproporzjonat ta’ riċerkaturi se jilħqu l-età tal-irtirar fil-ftit snin li ġejjin. Dan, flimkien mal-ħtieġa ta’ ħafna aktar impjiegi ta’ kwalità għolja fir-riċerka peress li l-intensità tar-riċerka tal-ekonomija tal-Ewropa qed tiżdied, se jkun wieħed mill-isfidi ewlenin li se jaffrontaw is-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-snin li ġejjin.

Għalkemm l-Ewropa tospita grupp kbir u diversifikat ta’ riżorsi umani b’ħiliet għar-riċerka u l-innovazzjoni, dan jeħtieġ li jissaħħaħ, jittejjeb u jiġi adattatat kontinwament skont il-ħtiġijiet li jevolvu rapidament fis-suq tax-xogħol. Illum hemm biss 46 % ta’ dan il-grupp li jaħdmu fis-settur tan-negozju, li huwa ħafna anqas meta mqabbel mal-kompetituri ekonomiċi ewlenin tal-Ewropa, pereżempju 69 % fiċ-Ċina, 73 % fil-Ġappun u 80 % fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, fatturi demografiċi jfissru li għadd sproporzjonat ta’ riċerkaturi se jilħqu l-età tal-irtirar fil-ftit snin li ġejjin. Dan, flimkien mal-ħtieġa ta’ ħafna aktar impjiegi ta’ kwalità għolja fir-riċerka peress li l-intensità tar-riċerka tal-ekonomija tal-Ewropa qed tiżdied, se jkun wieħed mill-isfidi ewlenin li se jaffrontaw is-sistemi Ewropej tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, meta jitqies li wieħed mill-obbjettivi tal-programm qafas hu li jiggarantixxi l-promozzjoni effikaċi tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-ġeneru fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, jenħtieġ li jitħeġġeġ aktar nisa biex jipparteċipaw u jwettqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fis-settur tar-riċerka.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati u s-sistemi ta’ manifattura avvanzata. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinari, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda u applikazzjonijiet ġodda (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, eċċ.). Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Komponent ewlieni tat-“Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huwa t-Teknoloġiji Abilitanti Ewlenin (KETs), iddefiniti bħala l-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija, il-materjali avvanzati u s-sistemi ta’ manifattura avvanzata. Dawn it-teknoloġiji multidixxiplinari, ta’ għarfien u intensivi fil-kapital huma rilevanti għal ħafna setturi varji u jipprovdu l-bażi għal vantaġġ kompetittiv sinifikanti għall-industrija Ewropea. Approċċ integrat, li jippromwovi l-kombinazzjoni, il-konverġenza u l-effett ta’ transfertilizzazzjoni tal-KETs f’ċikli differenti tal-innovazzjoni u ktajjen tal-valur jista’ jwassal għal riżultati promettenti tar-riċerka u jwitti t-triq għal teknoloġiji, prodotti, servizzi industrijali ġodda u applikazzjonijiet ġodda (eż. fl-ispazju, it-trasport, l-ambjent, is-saħħa, agrikoltura, eċċ.). Għaldaqstant, l-interazzjonijiet numerużi tal-KETs u t-teknoloġiji abilitanti se jiġu sfruttati b’mod flessibbli, bħala sors importanti tal-innovazzjoni. Dan se jikkumplementa l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-KETs li jista’ jiġi pprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali taħt il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-qafas tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2.3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iffukar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà.

Iffukar fuq il-governanza tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju tas-soċjetà b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni. Il-valutazzjoni tal-aċċettabilità soċjali tal-applikazzjoni speċifiċi differenti tan-nanoteknoloġija flimkien mal-valutazzjoni tar-riskju.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.4.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bażi xjentifika, teknoloġika u innovattiva soda fil-bijoteknoloġija, se tappoġġa l-industriji Ewropej biex jiżguraw it-tmexxija f’din it-teknoloġija abilitanti ewlenija. Din il-pożizzjoni tissaħħaħ aktar bl-integrazzjoni tal-aspetti relatati mal-valutazzjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tar-riskji ġenerali fl-użu tal-bijoteknoloġija.

Bażi xjentifika, teknoloġika u innovattiva soda fil-bijoteknoloġija, se tappoġġa l-industriji Ewropej biex jiżguraw it-tmexxija f’din it-teknoloġija abilitanti ewlenija. Din il-pożizzjoni tissaħħaħ aktar bl-integrazzjoni tal-aspetti relatati mal-valutazzjoni tas-sikurezza u l-ġestjoni tar-riskji ġenerali fl-użu tal-bijoteknoloġija, biex ikun żgurat pjan direzzjonali ta' applikazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.4.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali inklużi l-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Bis-saħħa tal-espansjoni tal-għarfien tas-sistemi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija għandha l-kapaċità li twassal fluss ta’ applikazzjonijiet ġodda u ssaħħaħ il-bażi industrijali tal-Unjoni u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha. Eżempji tal-importanza dejjem tikber tal-bijoteknoloġija jinsabu fl-applikazzjonijiet industrijali, fl-applikazzjoni agrikola, inklużi t-tkabbir ta' xtieli, il-punt tat-tluq tal-katina ta' valur tal-produzzjoni tal-ikel, u l-bijoekonomija globali,u l-applikazzjonijiet relatatu mal-bijokimiki, li s-sehem tas-suq tagħhom huwa stmat li se jiżdied sa 12 %-20 % tal-produzzjoni kimika sal-2015. Il-bijoteknoloġija tindirizza wkoll għadd ta’ regoli minn fost l-hekk imsejħa tnax-il regola tal-Kimika Ekoloġika, minħabba s-selettività u l-effiċjenza tal-bijosistemi. Il-piżijiet ekonomiċi li possibbilment ikollhom l-impriżi tal-Unjoni jistgħu jitnaqqsu billi jiġi sfruttat il-potenzjal tal-proċessi tal-bijoteknoloġija u l-prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2, li huma stmati li se jvarjaw bejn 1 u 2.5 biljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 kull sena sal-2030. Fis-settur tal-bijofarmaċewtika tal-Ewropa, madwar 20 % tal-mediċini attwali diġà huma dderivati mill-bijoteknoloġija, u jitilgħu sa 50 % għall-mediċini l-ġodda. Il-bijoteknoloġija tiftaħ ukoll toroq ġodda għall-isfruttar tal-potenzjal enormi tar-riżorsi tal-baħar għall-produzzjoni ta’ applikazzjonijiet innovattivi industrijali, tas-saħħa u tal-ambjent. It-tkabbir tas-settur emerġenti tal-bijoteknoloġija marina ġie mbassar għal 10 % fis-sena.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.4.3 – punt b– parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Proċessi industrijali bbażati fuq il-bijoteknoloġija

(b) Proċessi u prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.4.3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija industrijali għal prodotti u proċessi industrijali kompetittivi (pereżempju fil-kimika, is-saħħa, it-taħfir fil-minjieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, t-tessuti, il-lamtu, l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha.

Dan jinkludi l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija għal prodotti u proċessi kompetittivi (pereżempju fil-kimika, il-kostruzzjoni, is-saħħa, it-taħfir fil-minjieri, l-enerġija, il-polpa u l-karta, it-tessuti, il-lamtu, il-produzzjoni agrikola u l-ipproċessar tal-ikel) u d-dimensjoni ambjentali tagħha.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.3 – punt b– parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Appoġġ lil SMEs ta’ riċerka intensiva

(b) Appoġġ lil SMEs ta’ riċerka intensiva, fl-oqsma kollha inkluża l-agrikoltura.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.3 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Titjib tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs

(c) Titjib tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs, fl-oqsma kollha inkluża l-agrikoltura.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas għall-innovazzjoni u jiġu indirizzati l-barrieri speċifiki li mhux qed jippermettu, b’mod partikolari, it-tkabbir ta’ SMEs innovattivi.

L-appoġġ għall-innovazzjoni xprunata mis-suq biex jitjiebu l-kundizzjonijiet qafas għall-innovazzjoni u jiġu indirizzati l-barrieri speċifiki li mhux qed jippermettu, b’mod partikolari, it-tkabbir ta’ SMEs innovattivi, inkluż in-nuqqas ta' koerenza bejn l-innovazzjoni teknoloġika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-agrikoltura.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-mard, ittejjeb il-benesseri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jiddependu wkoll fuq għarfien dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, fuq għodod preventivi effettivi, bħal vaċċini, fuq sorveljanza u tħejjija effettivi tas-saħħa u l-mard, u fuq programmi effettivi ta’ skrinjar.

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, sostnuta minn bażi ta’ evidenza robusta, tipprevjeni l-mard, ittejjeb il-benesseri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jiddependu wkoll fuq għarfien dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, inkluż ir-rabta bejn is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, fuq għodod preventivi effettivi, bħal vaċċini, fuq sorveljanza u tħejjija effettivi tas-saħħa u l-mard, u fuq programmi effettivi ta’ skrinjar, li jkopru ukoll l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli u l-forestrija, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli kompetittiva.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji, mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Pereżempju, madwar 30 % tal-ikel kollu prodott fil-pajjiżi żviluppati jintrema. Jeħtieġ li jsiru bidliet kbar ħafna sabiex dan l-ammont jitnaqqas b’50 % fl-Unjoni sal-2030. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi pluralità ta’ approċċi.

Matul id-deċennji li ġejjin, l-Ewropa se tiġi sfidata miż-żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali limitati u temporanji (b'mod partikolari l-ilma, l-art u sorsi tal-karbonju fossili), mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari fuq is-sistemi ta’ produzzjoni primarja (agrikoltura, forestrija, sajd u akkwakultura) u mill-ħtieġa li tiġi pprovduta provvista alimentari sostenibbli, bla periklu u sikura u ilma għax-xorb għall-popolazzjoni Ewropea u popolazzjoni globali li dejjem tiżdied. Żieda ta’ 70 % tal-provvista tal-ikel fid-dinja hija stmata li tkun meħtieġa biex titma l-popolazzjoni globali ta’ 9 biljuni sal-2050. L-agrikoltura tammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tal-Unjoni, u filwaqt li qed jonqsu fl-Ewropa, l-iktar minħabba t-titjib fl-effikaċja tal-produzzjoni u numri mnaqqsa ta' annimali għat-trobbija f'xi oqsma, l-emissjonijiet globali huma mistennija li jiżdiedu sa 20 % sal-2030. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Ewropa tiżgura provvisti suffiċjenti ta’ materja prima, enerġija u prodotti industrijali, taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riżorsi tal-fossili tal-karbonju (il-produzzjoni taż-żejt u l-gass likwidu hija mistennija li tonqos b’madwar 60 % sal-2050), filwaqt li tinżamm il-kompetittività tagħha. Il-bijoskart (stmat għal massimu ta’ 138 miljun tunnellata kull sena fl-Unjoni, li 40 % minnu huwa mormi fil-miżbla) jirrappreżenta problema u spiża enormi, minkejja l-potenzjal għoli tiegħu ta’ valur miżjud. Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, il-kwantità tal-ikel li jintrema fl-Unjoni Ewropea fiha nnifisha tlaħħaq id-89 miljun tunnellata fis-sena, li hu ekwivalenti għal 180kg għal kull persuna. Għalhekk għandhom jittieħdu miżuri biex dan l-ammont jitnaqqas (b’mill-inqas 50 % fl-Unjoni sal-2030), ikun evitat il-ħela tal-ikel, l-użu mill-ġdid tal-ikel li inkella jintrema', u inizjattivi oħra huma meħtieġa biex il-bijoskart agrikolu jsir vantaġġ. Għandhom jiġu eżaminati ukoll mogħdijiet ta' riċerka bil-għan li jiġi analizzat u kkwantifikat il-ħela ta' ikel, bl-applikazzjoni ta' metodoloġiji adegwati. Barra minn hekk, il-konfini nazzjonali huma rrelevanti fil-firxa tal-organiżmi ta’ ħsara (pests) għall-annimali u l-pjanti u l-mard, inkluż mard żonotiku, u patoġeni li jinġarru mill-ikel. Filwaqt li huma meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni effettivi, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenziali għall-kontroll aħħari u t-tmexxija effettiva tas-suq uniku. L-isfida hija kumplessa, teffettwa firxa wiesgħa ta’ setturi interkonnessi u tirrikejdi sinerġiji inter-settorjali ulterjuri u pluralità ta’ approċċi.

Ġustifikazzjoni

Il-ħela tal-ikel għandha konsekwenzi ambjentali, soċjo-ekonomiċi, nutirzzjonali u etiċi serji; il-ħela sseħħ f'kull stadju tal-katina tal-ikel kemm f'pajjiżi żviluppati u kemm f'dawk li qegħdin jiżviluppaw. Għaldaqstant hu essenzjali li titnaqqas il-ħela, kemm permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u kemm bl-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, pereżempju bil-metodi ta' ppakkjar jew ta' preservazzjoni tal-ikel.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-foresti u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Il-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi jista’ jintuża b’mod ħafna aktar sostenibbli, effiċjenti u integrat. Pereżempju, il-potenzjal għal bijomassa mill-foresti, il-biedja u l-flussi tal-iskart minn oriġini agrikola, akkwatika, industrijali u wkoll muniċipali jistgħu jiġu sfruttati aħjar.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – taqsima 2.2 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel u għalf, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti u l-utenti aħħarin. L-isforzi speċjali għandhom isiru ħalli jkun żgurat li l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jieħdu parti fl-attivitajiet ta' skambju ta' għarfien u jkollhom rwol fil-għemil tal-prijoritajiet tar-riċerka. Ir-riċerkaturi għandhom jirċievu inċentivi ħalli jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' skambju ta' għarfien, ukoll jekk dawn ikunu dwar riċerka ġà eżistenti. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet ta’ skambju ta’ għafrien iridu jkunu mfasslin appositament għall-bdiewa jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom u li jkunu f’qagħda anqas favorevoli min-negozji li jipparteċipaw f’tali attivitajiet. Il-fehmiet tal-bdiewa dwar il-prijoritajiet tar-riċerka għandhom jinstemgħu. Ix-xjenzati l-aktar li jirċievu l-inċentivi għall-għemil tar-riċerka l-ġdida mhux għat-tifsir u d-diskussjoni tar-riċerka eżistenti ma’ non-speċjalisti interessati fl-applikazzjoni tagħha.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Agrikoltura u forestrija sostenibbli

(a) Agrikoltura u forestrija sostenibbli u kompetittiva

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigar tal-kundizzjonijiet tal-klima. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma effiċjenti fir-riżorsi (inkluż karbonju baxx) u reżiljenti, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki għal għixien rurali b’saħħtu.

L-għan huwa li jiġu pprovduti biżżejjed ikel, għalf, bijomassa u materja prima oħra, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali u t-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi, inklużi l-iffaċċjar u l-mitigar tal-kundizzjonijiet tal-klima. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq sistemi ta’ agrikoltura u foresterija aktar sostenibbli u produttivi fejn it-tnejn huma iktar effiċjenti fir-riżorsi (inkluż il-miri nutrizzjonali u ta' effiċjenza fl-enerġija u ta' karbonju baxx) u reżiljenti, li jżidu l-kwalità u l-valur tal-prodotti agrikoli, filwaqt li fl-istess ħin fuq l-iżvilupp ta’ servizzi, kunċetti u politiki għal għixien rurali b’saħħtu u SMEs rurali innovattivi. Il-kapaċità ta' żvilupp tal-għarfien u t-trasferimenti ta' innovazzjoni fl-agrikoltura għandu jkollhom l-għan li jreġġgħu lura t-tnaqqis kontinwu fil-potenzjal tat-tkabbir tal-produzzjoni fl-Ewropa, u b'hekk jinħoloq ċiklu virtwuż biex tinkised l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni agrikolu tal-Unjoni. Bl-għan li tiċkien l-impronta tal-karbonju agrikola, għandha tiġi enfasizzata l-importanza ta' ktajjen tal-provvista qosra.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel u l-għalf ikun aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq ikel tajjeb u sikur għal kulħadd, għażliet informati tal-konsumatur, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jintużaw anqas riżorsi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

L-għan huwa li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz raġonevoli, u li l-ipproċessar u d-distribuzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-ikel u l-għalf ikun aktar sostenibbli u s-settur alimentari aktar kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq diversità wiesa' ta' ikel tajjeb, awtentiku, ta' kwalità għolja u sikur għal kulħadd, għażliet informati tal-konsumatur, u metodi ta’ pproċessar tal-ikel kompetittivi li jintużaw anqas riżorsi u addittivi u jipproduċu inqas prodotti sekondarji, skart u emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Il-konsumaturi jeħtieġu jagħmlu għażliet mwieżna u m'għandhomx jiġu nformati biss dwar ikel sikur, iżda għandhom ikunu konxji ukoll mill-konsegwenzi ambjentali, soċjo-ekonomiċi u nutrizzjonali tal-għażliet tagħhom u l-ħela tal-ikel. Dawn l-innovazzjonijiet għandhom l-għan ukoll li jnaqqsu l-ħela tal-ikel fil-produzzjoni, fil-katina ta' distribuzzjoni u mill-konsumaturi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art.

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, iktar effiċjenti fir-riżorsi (inkluż l-użu effikaċi ta' nutrijenti, enerġija, karbonju, ilma u ħamrija), sostenibbli u kompetittivi, filwaqt li bijoskart isir valur pożittiv li għandu jintuża bis-sħiħ. Hu essenzjali li jingħalaq iċ-ċirku bejn iż-żoni urbani u rurali. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa u ta' residwi mill-produzzjoni agrikolu u ta' forestrija primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u permezz tat-trasformazzjoni tal-bijoskart fi dħul agrikolu f'żoni urbani. Dan għandu jippromwovi swieq ġodda u l-ħolqien ta' flussi ta' introjtu ġodda potenzjali għall-produtturi primarji permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, skemi ta' 1ertifikazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness I – parti III – punt 5 – punt 5.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). Sforzi partikolari fuq l-innovazzjoni għandhom jiġu ffokati fuq l-użu għall-agrikoltura tar-riżorsi tal-ilma, b'kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet ta' ilma dejjem akbar tas-settur u l-fatt li l-perjodi ta' nixfa qalila qed isiru aktar spissi u qegħdin jinfirxu fuq partijiet dejjem akbar tad-dinja, inkluż pereżempju fl-Ewropa tal-Mediterran. L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness I – parti IV – punt 3 – punt 3.3 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – parti IV – punt 3 – punt 3.3 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u materja prima

(e) Azzjoni Klimatika, użu effiċjenti ta’ riżorsi u l-konservazzjoni, u l-użu sostenibbli ta' materja prima

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI 297

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sandra Kalniete app

20.12.2011

Eżami fil-kumitat

24.4.2012

31.5.2012

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Eric Andrieu, Liam Aylward, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Mariya Gabriel, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Caronna, Marian Harkin, Sandra Kalniete, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Maria do Céu Patrão Neves

20.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Ioannis A. Tsoukalas

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'68,000km ta' kosta, 22 Stat Membru bi fruntieri marittimi, kważi 50% tar-residenti tal-UE li jgħixu inqas minn 50km mill-kosta, 5 miljun Ewropew li għandu impjieg relatat mal-baħar, u kontribut ta' aktar minn 5% tal-PDG tal-UE, huwa ċar li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet relatati għandhom rwol ewlieni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku Ewropew. Ir-rwol tal-ambjent tal-baħar isir ferm aktar importanti, meta nqisu l-kontribut tiegħu għall-isforzi tal-UE biex tissodisfa l-isfidi moderni multipli li qed taffaċċja, bħal ma huma l-effiċjenza tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, it-trasport, it-turiżmu, is-saħħa, it-tkabbir fil-popolazzjoni, li jwasslu għal żieda korrispondenti fid-domanda għall-ikel, eċċ...

F'dan il-kuntest, is-sajd jikkostitwixxi riżorsa soċjoekonomika vitali u fl-istess ħin estremament sensittiva għaċ-ċittadini tal-UE. B'konsum totali ta' madwar 12-il miljun tunnellata ta' prodotti tas-sajd annwalment (€55 biljun), l-UE hija waħda mill-aktar swieq globali importanti, imma madankollu mhijiex kapaċi tlaħħaq b'mod adegwat mal-konsum intern.

L-interdipendenza bejn l-UE u l-ambjent tal-baħar teħtieġ livell għoli ta' riċerka marittima u tal-baħar, għax l-ewwel waħda tikkontribwixxi għal fehim aħjar u protezzjoni aħjar tal-ekosistemi tal-baħar u tfittex li tiżviluppa s-sajd sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet soċjoekonomiċi tal-komunitajiet kostali u tal-gżejjer.

Għalissa, 'il fuq minn 90% tal-bijodiversità tal-baħar għadha ma ġietx eżaminata. In-nuqqas ta' data xjentifika affidabbli jagħmilha ferm aktar diffiċli biex l-isforzi jissarrfu f'ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet Ewropej. Il-bżonn ta' data affidabbli suffiċjenti għall-ambjenti tal-baħar qed isir urġenti u l-ġbir ta' tali data għandu jiżdied kemm jista' jkun permezz ta' proġetti ta' riċerka u kollaborazzjonijiet relevanti.

Fl-aħħar snin l-UE investiet b'mod sistematiku fir-riċerka marittima u tal-baħar, bil-għan li tiżviluppa metodi teknoloġiċi innovattivi biex jiġi sfruttat il-potenzjal vast tal-ambjent tal-baħar u jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi permezz ta' sfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali, tal-ikel, tal-enerġija u dik bijoloġika. Fis-Seba' Programm Qafas attwali ġie allokat ammont sinifikanti - għalkemm insuffiċjenti - għas-sajd, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija tal-baħar. Minħabba ż-żieda fil-baġit tar-riċerka f'Orizzont 2020, l-ammont allokat għar-riċerka marittima u tal-baħar għandha tiżdied ukoll.

Ir-riċerka trasversali u interdixxiplinarja hija fundamentali għal fehim aħjar tal-ekosistemi tal-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut. Sħubijiet industrijali, akkademiċi u pubbliċi li jinvolvu r-riċerka marittima u tal-baħar għandhom jissaħħu, li jinvolvu b'mod attiv is-settur privat, speċjalment l-SMEs, biex jiżviluppaw it-teknoloġiji u l-metodi innovattivi u jħeġġu r-riċerka applikata. L-appoġġ tas-sħubijiet interdixxiplinarji, multidixxiplinarji u intersettorjali fil-programmi ta' riċerka marittimi u tal-baħar jikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-ambjent akkwatiku, u inevitabilment, għal sajd u akkwakultura sostenibbli. F'dan il-qafas, nistgħu neżaminaw jekk il-ħolqien ta' Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) relevanti, taħt l-awspiċi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, ikunx ta' benefiċċju għall-promozzjoni tar-riċerka tal-baħar.

Għandha titqies kooperazzjoni eqreb tal-programmi ta' riċerka mal-politika ta' koeżjoni, il-politika reġjonali u l-Fondi Strutturali għax jeżisti l-bżonn għal żvilupp ta' approċċi komprensivi, dinamiċi u territorjali għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-kompetittività fis-settur tas-sajd. Tali sinerġiji jiffaċilitaw l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-kapaċità tar-reġjuni tal-UE li jlaħħqu mal-isfidi moderni. Il-koordinazzjoni effettiva u l-kumplimentarjetajiet tal-azzjonijiet f'Orizzont 2020 mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd huma wkoll neċessarji.

Għandha tinħoloq klima ta' kunfidenza u fiduċja reċiproka bejn ir-riċerkaturi u l-partijiet interessati. L-involviment tagħhom itejjeb il-kwalità tad-data xjentifika u l-għarfien meħtieġ biex jiġu mmaniġġjati b'mod sostenibbli r-riżorsi tal-baħar. L-industrija tas-sajd ta' spiss tqis ir-riċerka bħala ostaklu għall-attivitajiet tas-sajd u dan għandu jinbidel. L-opportunitajiet għall-mobilità tar-riċerkaturi, il-kooperazzjoni internazzjonali, it-taħriġ u l-edukazzjoni ta' livell għoli, it-teknoloġiji avvanzati u l-inċentivi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajd jistgħu jagħmlu s-sajd Ewropew kompetittiv ħafna fil-livell internazzjonali. L-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-użu effettiv tar-riżultati minn programmi ta' riċerka eżistenti permezz tal-aċċess miftuħ jaf jgħin ukoll biex inaqqas id-differenza bejn ir-riċerka u l-partijiet interessati.

Finalment, aħna nqisu li huwa pass pożittiv li r-riċerka marittima u tal-baħar tkun inkluża b'mod espliċitu f'Orizzont 2020. L-għan ta' din ir-riċerka għandu jkun ibħra u oċeani produttivi permezz ta' sajd u akkwakultura sostenibbli. Mingħajr fondi adegwati, il-potenzjal kbir tax-xjenza tal-baħar u s-settur tat-teknoloġija se jibqgħu mhux sfruttati u l-ġid tal-baħar se jkun sfruttat iżżejjed li jwassal għall-estinzjoni. L-UE qed tintalab biex twaqqaf linja baġitarja speċifika għal azzjonijiet trasversali sabiex jiġu żviluppati sinerġiji possibbli bejn l-isfidi ta' bejn is-soċjetajiet marittimi u dawk tal-baħar.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà mmirati u ta' kwalità għolja.

Ġustifikazzjoni

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu mmirati, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ‘attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni’ tfisser l-ispettru totali ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-Unjoni;

(a) ‘attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni’ tfisser l-ispettru totali ta’ attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni u innovazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, disseminazzjoni u ottimizzazzjoni tar-riżultati u stimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobbiltà mmirati u ta' kwalità għolja tar-riċerkaturi fl-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu mmirati, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-tibdil fil-klima, l-ibħra u l-oċeani produttivi u l-iżvilupp sostenibbli, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluża l-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

Azzjonijiet immirati bl-objettiv li jippromwovu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew gruppi speċifiċi ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari ma’ sħab strateġiċi tal-UE, għandhom ikunu implimentati abbażi ta’ interess komuni u benefiċċju reċiproku, filwaqt li jqisu l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq, u l-impatt mistenni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Anness 1 – paragrafu 14 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija;

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, ibħra u oċeani produttivi u sostenibbli, u l-bijoekonomija;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Anness 1 – Sezzjoni 3 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

2. Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, ibħra u oċeani produttivi u sostenibbli, u l-bijoekonomija;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Anness 1 – Sezzjoni 3 – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

L-objettiv speċifiku huwa li jiġu żgurati provvisti suffiċjenti ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħrajn b’bażi bijoloġika, billi jiġu żviluppati sistemi ta’ produzzjoni primarja u ta' pproċessar tal-ikel produttivi u effiċjenti fir-riżorsi, li jrawmu servizzi tal-ekosistemi relatati, flimkien ma’ katini tal-provvistà kompetittivi b’livell baxx ta’ karbonju. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Aktar u aktar riżorsi bijoloġiċi huma meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq għal provvista alimentari sikura u bnina, bijomaterjali, bijofjuwils u prodotti b’bażi bijoloġika, li jvarjaw minn prodotti għall-konsumaturi sa kimiki fi kwantitajiet kbar. Madankollu, il-kapaċitajiet tal-ekosistemi terrestri u akkwatiċi meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom huma limitati, filwaqt li hemm talbiet f’kompetizzjoni għall-utilizzazzjoni tagħhom, u spiss mhux ġestiti bl-aħjar mod, kif jidher pereżempju bit-tnaqqis sever fil-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija u l-fertilità. Hemm ambitu sottoutilizzat għat-trawwim tas-servizzi tal-ekosistemi mill-art agrikola, il-foresti, l-ilmijiet tal-baħar u ħelwin u l-farms tal-akkwakultura billi jiġu integrati miri agronomiċi u ambjentali fil-produzzjoni sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-farms tal-akkwakultura għandhom ikunu inklużi minħabba r-reazzjoni tagħhom għall-ambjent tal-baħar u l-kontribut tagħhom għall-produzzjoni sostenibbli.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd flimkien mal-industriji bbażati fuq il-bijoteknoloġija huma s-setturi ewlenin li fuqhom hija bbażata l-bijoekonomija. Din tal-aħħar tirrappreżenta suq kbir u li qed jikber stmat fuq valur ta’ aktar minn EUR 2 triljun, li jipprovdi 20 miljun impjieg u jammonta għal 9 % tal-impjiegi totali fl-Unjoni fl-2009. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni taħt din l-isfida tas-soċjetà se jippermettu lill-Ewropa takkwista t-tmexxija fis-swieq ikkonċernati u se jkollhom rwol fl-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni u Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza.

L-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli flimkien mal-industriji bbażati fuq il-bijoteknoloġija huma s-setturi ewlenin li fuqhom hija bbażata l-bijoekonomija. Din tal-aħħar tirrappreżenta suq kbir u li qed jikber stmat fuq valur ta’ aktar minn EUR 2 triljun, li jipprovdi 20 miljun impjieg u jammonta għal 9 % tal-impjiegi totali fl-Unjoni fl-2009. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni taħt din l-isfida tas-soċjetà se jippermettu lill-Ewropa takkwista t-tmexxija fis-swieq ikkonċernati u se jkollhom rwol fl-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni u Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribut tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli għall-bijoekonomija m'għandhomx ikunu sottovalutati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid l-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali u kostali. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, il-konsulenti u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Bijoekonomija tal-Unjoni kompletament funzjonali - li tinkludi l-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli minn ambjenti tal-art u akkwatiċi u l-konverżjoni tagħhom f’ikel, prodotti b’bażi bijoloġika u bijoenerġija kif ukoll prodotti pubbliċi relatati - se tiġġenera valur miżjud Ewropew għoli. Jekk tiġi ġestita b’mod sostenibbli, tista’ tnaqqas l-impronta ambjentali tal-produzzjoni primarja u l-katina tal-provvista inġenerali. Tista’ żżid il-kompetittività tagħhom u tipprovdi impjiegi u opportunitajiet kummerċjali għall-iżvilupp rurali, kostali u tal-baħar. L-isfida tas-sigurtà fl-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, u l-isfidi ġenerali relatati mal-bijoekonomija huma ta’ natura reġjonali, nazzjonali, Ewropea u globali. L-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u l-koordinament effikaċi tagħhom huma essenzjali għat-tlaqqigħ flimkien ta’ raggruppamenti sabiex tinkiseb il-firxa u l-massa kritika meħtieġa biex jiġu kkumplimentati l-isforzi magħmula minn Stat Membru wieħed jew gruppi ta’ Stati Membri. Approċċ b’diversi atturi se jiżgura l-interazzjonijiet ta’ transfertilizzazzjoni meħtieġa bejn ir-riċerkatur, ix-xjentisti, in-negozji, il-bdiewa/produtturi, is-sajjieda/produtturi tal-akkwakultura, il-konsulenti, min ifassal il-politika u l-utenti aħħarin. Il-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza fl-indirizzar ta’ din l-isfida madwar is-setturi u b’rabtiet b’saħħithom ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE se tistimola u tgħin biex taċċellera l-bidliet meħtieġa fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Dawk li jfasslu l-politika jista' jkollhom rwol importanti. Għandhom jeżaminaw u jqisu l-bżonnijiet reali kemm tal-ekosistemi tal-baħar kif ukoll il-partijiet interessati relevanti qabel ma jieħdu deċiżjoni. Il-kontribut tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli għall-bijoekonomija m'għandux ikun sottovalutat.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jinterfaċċaw ma’ spettru wiesgħa ta’ politiki tal-Unjoni u miri relatati, inklużi l-Politika Agrikola Komuni (b’mod partikolari l-Politika ta’ Żvilupp Rurali) u l-Isħubija Ewropea tal-Innovazzjoni ‘Produttività u Sostenibbiltà Agrikola’, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Forestrija, l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Unjoni 2020, il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika, il-politiki tal-innovazzjoni u industrijali tal-Unjoni, il-politiki esterni u ta’ għajnuna għall-iżvilupp, l-istrateġiji dwar is-saħħa tal-pjanti, l-istrateġiji dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-oqfsa regolatorji għall-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza, li jippromwovu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-azzjoni klimatika, u li jnaqqsu l-iskart. Integrazzjoni aħjar taċ-ċiklu sħiħ mir-riċerka fundamentali għall-innovazzjoni fil-politiki relatati tal-Unjoni se ttejjeb b’mod sinifikanti l-valur Ewropew miżjud tagħhom, tipprovdi effetti ta’ ingranaġġ, iżżid ir-rilevanza tas-soċjetà, tipprovdi prodotti tal-ikel tajbin għas-saħħa u tgħin biex tiġi żviluppata aktar amministrazzjoni sostenibbli tal-art, l-ibħra, l-ilmijiet interni u l-oċean u s-swieq tal-bijoekonomija.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari, li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ prattiċi, prodotti u proċessi ġodda. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi.

Azzjonijiet xprunati mill-isfidi li jiffukaw fuq il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi u l-modernizzazzjoni tas-setturi u s-swieq assoċjati tal-bijoekonomija għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ riċerka multidixxiplinari u approċċ transsettorjali bejn temi varji, kooperazzjoni aħjar bejn ir-riċerkaturi u l-partijiet interessati relevanti kollha, li jmexxu l-innovazzjoni u jwasslu għall-iżvilupp ta’ prattiċi, prodotti u proċessi ġodda. Dan għandu jwassal ukoll għall-insegwiment ta’ approċċ mifrux lejn l-innovazzjoni li jvarja mill-innovazzjoni teknoloġika, mhux teknoloġika, organizzattiva, ekonomika u soċjali għal pereżempju mudelli kummerċjali oriġinali, markar u servizzi.

Ġustifikazzjoni

Riċerka effettiva u kkoordinata, permezz ta' approċċ transsettorjali, hija bżonnjuża minħabba l-isfidi varji li trid tlaħħaq magħhom l-UE. Għal dan l-isforz, huma essenzjali l-għarfien u l-kompetenza tal-partijiet interessati kollha.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Sfruttar tal-potenzjal tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin

(c) Sfruttar tal-potenzjal tas-sajd, l-akkwakultura, il-bijoteknoloġiji tal-baħar u tar-riżorsi akkwatiċi permezz ta' ġestjoni tas-sajd sostenibbli

Ġustifikazzjoni

L-ambjent akkwatiku jinkludi kemm ir-riżorsi ħajjin kif ukoll dawk mhux ħajjin. Hija neċessarja l-ġestjoni tas-sajd sostenibbli, li tqis il-bżonnijiet tal-ekosistemi kif ukoll dawk tas-sajjieda.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jiġu sfruttati b’mod sostenibbli sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali u ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni mtejba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea kompetittiva fil-kuntest tal-ekonomija globali u sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni tal-baħar permezz tal-bijoteknoloġija sabiex ittejjeb it-tkabbir marittimu intelliġenti.

L-għan huwa li r-riżorsi akkwatiċi jiġu sfruttati b’mod sostenibbli sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji/qligħ soċjali, ekonomiċi mill-oċeani u l-ibħra u l-ilmijiet interni (ilma ħelu, ilma baħar u ilma salmastru) tal-Ewropa. Ibħra u oċeani produttivi jistgħu jiggarantixxu l-prosperità tas-setturi marittimi kif ukoll il-ħarsien tal-bijodiversità tal-baħar u jistgħu jinkisbu permezz tal-iżvilupp ta' sajd u akkwakultura sostenibbli. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq kontribuzzjoni mtejba għall-provvisti ta’ ikel sikur permezz tal-iżvilupp ta’ sajd sostenibbli u favur l-ambjent u akkwakultura Ewropea kompetittiva li tiġbor fiha l-ispeċji akkwatiċi relevanti kollha u s-sistemi ta' produzzjoni fil-kuntest tal-ekonomija globali u sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni tal-baħar permezz tal-bijoteknoloġija sabiex ittejjeb it-tkabbir marittimu intelliġenti, li joffri soluzzjonijiet sostenibbli u innovattivi biex jiġi sfruttat il-potenzjal kbir tal-ibħra. Minħabba l-interazzjoni kbira bejn ir-riżorsi ta' għajxien akkwatiku sfruttati u l-ambjent, l-objettiv huwa li jkun żviluppat għarfien trasversali tal-baħar u marittimu xjentifiku u teknoloġiku bil-ħsieb li jkun hemm użu aħjar tal-potenzjal tal-baħar fl-industriji tal-baħar u marittimi, filwaqt li jipproteġi l-ambjent tal-baħar u jadatta għat-tibdil fil-klima. Dan l-approċċ strateġiku koordinat għar-riċerka tal-baħar u marittima tul l-isfidi u l-pilastri kollha tal-Orizzont 2020 se jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti tal-Unjoni biex jgħin iwassal l-objettivi ewlenin tat-tkabbir blu kif ukoll jiżgura l-prosperità ekonomika u soċjali tas-settur tal-ikel tal-baħar Ewropew (li jiġbor fih il-katina kollha tal-ikel tal-baħar mill-produzzjoni għall-konsumatur). Linja baġitarja speċifika għandha tkun dedikata għall-azzjonijiet trasversali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huwa importanti li jkun hemm riċerka mmirata sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet reali kemm tal-ekosistemi kif ukoll tal-qasam tas-sajd u l-akkwakultura. Għal dan il-għan hija essenzjali l-kooperazzjoni bejn ir-riċerkaturi u l-livelli kollha tal-partijiet interessati (sajjieda, intrapriżi, konsumaturi, min ifassal il-politika, eċċ.) u l-koordinament effikaċi tal-istituzzjonijiet tar-riċerka relevanti eżistenti. Dan għandu jgħin biex jinbnew fiduċja u kunfidenza reċiproċi bejn il-partijiet interessati u x-xjentisti li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tal-baħar. Barra dan, jista' jkollhom rwol vitali l-iskambju tal-aħjar prattiki kif ukoll l-użu effikaċi tar-riżultati meħuda mill-programm ta' riċerka eżistenti permezz ta' aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka. Minħabba n-nuqqas sinifikanti ta' dejta xjentifika kredibbli, għandhom jissaħħu l-mekkaniżmi relevanti diġà eżistenti (pereżempju l-EMODnet). Għandhom jitressqu proġetti ta' riċerka Ewropej ġodda dwar il-ġbir ta' data kif ukoll dwar l-għoti ta' aċċess faċli u b'xejn għal dawn il-proġetti.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' klima ta' kunfidenza u fiduċja reċiproċi bejn ir-riċerkaturi u r-rappreżentanti tas-settur tas-sajd (industriji, SMEs, konsumaturi, leġiżlaturi eċċ.) biex jitjiebu d-data u l-għarfien xjentifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri. Ir-riċerka mmirata u d-data xjentifika affidabbli se jikkontribwixxu biex jissodisfaw il-bżonnijiet tekniċi, soċjali u ekonomiċi tas-settur u r-rekwiżiti ambjentali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jitressqu wkoll il-kooperazzjoni u l-konnessjonijiet aktar b'saħħithom bejn in-nies li jaħdmu fir-riċerka tal-baħar u marittima u r-riċerkaturi f'oqsma oħrajn (ambjent, enerġija, trasport eċċ.). Dawn l-oqsma huma kumplimentari, b'hekk, għandhom jiġu stabbiliti relazzjonijiet aktar b'saħħithom bejniethom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dan il-qafas huwa neċessarju li tipprova tingħeleb id-differenza bejn ir-riċerka fundamentali u dik applikata u li jiġi enfasizzat li l-eċċellenza fir-riċerka tinkludi riċerka bażika u applikata wkoll.

Ġustifikazzjoni

It-triq lejn l-eċċellenza tinsab fil-qalba ta' Orizzont 2020, imma għandu jitqies il-fatt li l-eċċellenza tinkludi wkoll ir-riċerka. Orizzont 2020 joqgħod attent għall-innovazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-għarfien u r-riċerka.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sinerġiji u l-kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-fondi strutturali se jikkontribwixxu għall-ispinta fir-riċerka tal-baħar u dik marittima u se jkollhom riżultati pożittivi fil-livelli ambjentali, soċjali u ekonomiċi. L-iffinanzjar ta' proġett minn sorsi differenti se jikkontribwixxi wkoll għal żieda fil-parteċipazzjoni tar-reġjuni fl-isforzi tar-riċerka Ewropej.

Ġustifikazzjoni

L-ambjenti tal-baħar u l-attivitajiet relatati għandhom rwol ewlieni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku Ewropew u b'mod aktar preċiż għall-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej. Il-kooperazzjoni mal-fondi strutturali se jkollha impatt pożittiv fuq is-settur tas-sajd permezz ta' azzjonijiet immirati fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hemm bżonn ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib u koordinazzjoni tajba mal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni u tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni attiva tas-settur tas-sajd fil-proġetti Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni effettiva u l-kumplementarjetajiet tal-azzjonijiet fl-"Orizzont 2020" mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd huma neċessarji sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni ta' bejniethom.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt c – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex ikunu f'konformità tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-attivitajiet għandhom iqisu wkoll approċċ minn isfel għal fuq u joqogħdu aktar attenti għall-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ minn fuq għal isfel tal-UE fis-settur tas-sajd falla u issa jidher ċar li hemm bżonn ġenerali għal komunikazzjoni aħjar mal-partijiet interessati. Ir-reġjuni għandhom rwol importanti x'jaqdu fir-riċerka tal-baħar u dik marittima. Il-komunitajiet kostali u tal-gżejjer jistgħu jippreżentaw ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-kompetenza u l-għarfien prattiku tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 2 – punt 2.3 – punt d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u t-tibdil fl-użu tal-art.

L-għan huwa l-promozzjoni ta’ industriji Ewropej b’bażi bijoloġika b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittivi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tat-trasformazzjoni tal-proċessi u l-prodotti industrijali konvenzjonali f’dawk ta’ riżorsi b’bażi bijoloġika u effiċjenti fl-enerġija, l-iżvilupp ta’ bijoraffineriji integrati, l-użu tal-bijomassa mill-produzzjoni primarja, prodotti sekondarji tal-industrija tal-bijoskart u b’bażi bijoloġika, u l-ftuħ ta’ swieq ġodda permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni, regolatorji u ta’ dimostrazzjoni/prova fuq il-post u attivitajiet oħrajn, filwaqt li jitqisu l-implikazzjoni tal-bijoekonomija fl-użu tal-art u l-baħar kif ukoll t-tibdil fl-użu tal-art u l-baħar.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impatti li dejjem iżidu minħabba t-tibdil fil-klima u l-problemi ambjentali, bħall-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tidwib tas-silġ fl-Artiku, id-degradazzjoni u l-użu tal-art, in-nuqqas ta’ ilma, it-tniġġis kimiku u t-telf tal-bijodiversità, jindikaw li l-pjaneta qed toqrob lejn il-konfini tas-sostenibbiltà tagħha. Pereżempju, mingħajr titjib fl-effiċjenza, id-domanda għall-ilma hija pproġettata li taqbeż il-provvista b’40 % fi żmien 20 sena. Il-foresti qed jisparixxu b’rata allarmanti ta’ 5 miljun ettaru kull sena. L-interazzjonijiet bejn ir-riżorsi jistgħu jikkawżaw riskji sistemiċi – fejn it-tnaqqis ta’ riżors wieħed jiġġenera punt irriversibbli ta’ żbilanċ għal riżorsi u ekosistemi oħra. Fuq il-bażi tat-tendenzi attwali, l-ekwivalenti ta’ aktar minn żewġ dinjiet se jkunu meħtieġa sa-2050 biex jappoġġaw il-popolazzjoni globali li dejjem tikber.

L-impatti li dejjem iżidu minħabba t-tibdil fil-klima u l-problemi ambjentali, bħall-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tibdil fiċ-ċirkolazzjoni tal-oċeani, iż-żieda fit-temperatura tal-ilma baħar, it-tidwib tas-silġ fl-Artiku, id-degradazzjoni u l-użu tal-art, in-nuqqas ta’ ilma, it-tniġġis kimiku u t-telf tal-bijodiversità, jindikaw li l-pjaneta qed toqrob lejn il-konfini tas-sostenibbiltà tagħha. Pereżempju, mingħajr titjib fl-effiċjenza, id-domanda għall-ilma hija pproġettata li taqbeż il-provvista b’40 % fi żmien 20 sena. Il-foresti qed jisparixxu b’rata allarmanti ta’ 5 miljun ettaru kull sena. L-interazzjonijiet bejn ir-riżorsi jistgħu jikkawżaw riskji sistemiċi – fejn it-tnaqqis ta’ riżors wieħed jiġġenera punt irriversibbli ta’ żbilanċ għal riżorsi u ekosistemi oħra. Fuq il-bażi tat-tendenzi attwali, l-ekwivalenti ta’ aktar minn żewġ dinjiet se jkunu meħtieġa sa-2050 biex jappoġġaw il-popolazzjoni globali li dejjem tikber.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti III – punt 5 – punt 5.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed tiġi ppreparata Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima.

L-indirizzar tad-disponibbiltà tal-materja prima jitlob għal riċerka u sforzi tal-innovazzjoni koordinati f’diversi dixxiplini u setturi sabiex jgħinu l-forniment ta’ soluzzjonijiet sikuri, ekonomikament fattibbli, abjentalment sodi u soċjalment aċċetabbli matul il-katina tal-valur kollha (esplorazzjoni, estrazzjoni, proċessar, użu mill-ġdid, riċiklaġġ u sostituzzjoni). L-isfidi tal-ilma jinkludu l-użu fl-ambjenti rurali, urbani u industrijali u l-protezzjoni ta’ ekosistemi akkwatiċi u marittimi. L-innovazzjoni f’dawn l-oqsma se tipprovdi opportuniajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għażliet innovattivi li jinvolvu xjenza, teknoloġija, l-ekonomija, il-politika u l-amministrazzjoni. Għal din ir-raġuni, qed jiġu ppreparati Sħubiji tal-Innovazzjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza tal-Ilma u l-Materja Prima.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – Parti III – punt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) sforzi biex jiġu indirizzati mudelli Ewropej għall-koeżjoni soċjali u l-benesseri bħala punti ta’ referenza internazzjonali; bħar-rispett tar-rakkomandazzjonijiet tal-ILO dwar iż-żieda fir-riċerka u t-taħriġ għas-saħħa, l-iġjene u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti IV – punt 3 – punt 3.3 – punt b– parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima u l-bijoekonomija

(b) Sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, ibħra u oċeani produttivi, u l-bijoekonomija.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti IV – punt 3 – punt 3.3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki Ewropej tal-agrikoltura u tas-sajd, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp ta’ bijoekonomija, pereżempju permezz ta’ tbassir dwar il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-analiżi teknika u dik soċjoekonomika u l-immudellar.

Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki Ewropej tal-agrikoltura, tal-akkwakultura u tas-sajd, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp ta’ bijoekonomija, pereżempju permezz ta’ tbassir dwar il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-analiżi teknika u dik soċjoekonomika, l-immudellar u l-bażi xjentifika u dik teknika tal-ġestjoni tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Il-bażi xjentifika u dik teknika jikkontribwixxu għal ġestjoni tas-sajd sostenibbli permezz ta', per eżempju, l-użu ta' apparat aktar selettiv u strumenti oħra li jkunu aktar favur l-ambjent.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti V – punt 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa biex jattira u jżomm it-talenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; il-livelli baxxi ta’ attività intraprenditorjali; skala ta’ riżorsi f’ċentri ta’ eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta’ ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

L-Ewropa qed tiffaċċja għadd ta’ dgħufiji strutturali f’dak li jirrigwarda l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-ħila tagħha li toħloq servizzi, prodotti u proċessi ġodda. Fost il-kwistjonijiet ewlenin attwali hemm ir-rekord relattivament fqir tal-Ewropa biex jattira u jżomm it-talenti; l-użu insuffiċjenti tal-punti tajbin eżistenti tar-riċerka biex jinħoloq valur ekonomiku u soċjali; in-nuqqas ta’ riżultati tar-riċerka miġjuba fis-suq; il-livelli baxxi ta’ attività u l-mentalità intraprenditorjali; ingranaġġ baxx ta’ investiment privat fir-R&Ż, skala ta’ riżorsi, inklużi r-riżorsi umani, f’ċentri ta’ eċċellenza li mhix suffiċjenti biex tikkompeti globalment; u għadd eċċessiv ta’ ostakli għal kollaborazzjoni fi ħdan it-trijangolu tal-għarfien ta' edukazzjoni, riċerka u kummerċ ogħla fil-livell Ewropew.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness 1 – Parti V – punt 3 – punt c – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' livell għoli u mmirati.

Ġustifikazzjoni

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu mmirati, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini Ewropej.

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ioannis A. Tsoukalas

20.12.2011

Eżami fil-kumitat

24.1.2012

31.5.2012

11.7.2012

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Luis Manuel Capoulas Santos, Diane Dodds, Julie Girling, Ana Miranda, Jens Nilsson, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo, Ioannis A. Tsoukalas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nuno Teixeira app

26.7.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Relatur: Emma McClarkin app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Orizzont 2020 għandha l-għan li tiġbor flimkien il-fondi kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE fi programm wieħed. Għandha l-għan li tistabbilixxi u tikkonċentra fuq tliet oqsma prijoritarji, l-Eċċellenza fix-Xjenza, it-Tmexxija Industrijali u l-Isfidi tas-Soċjetà.

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta u tappoġġa bis-saħħa l-impenn għall-eċċellenza fix-xjenza bħala l-kriterju bażiku tal-finanzjament. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li r-riċerka dwar il-Patrimonju Kulturali tal-Ewropa, li kienet inkluża fi programmi ta' finanzjament għar-riċerka preċedenti, ma tidhirx b'mod speċifiku f'Orizzont 2020. Ir-Rapporteur għalhekk tixtieq tinkludi referenza speċifika għall-patrimonju kulturali f'dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, peress li t-Trattat ta' Lisbona jagħti lill-Unjoni Ewropea kompetenzi ġodda fil-qasam tal-isport, ir-Rapporteur tixtieq tagħmel użu mill-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli f'Orizzont 2020 biex tenfasizza b'mod speċifiku l-potenzjal tar-riċerka fl-isport bħala mezz biex tittejjeb is-saħħa ġenerali tal-persuni fl-Ewropa u bħala mezz biex titrawwem il-koeżjoni soċjali u l-inklużività.

Ir-Rapporteur temmen ukoll li r-rwol tan-nisa fix-xjenza u t-teknoloġija għandu jissaħħaħ iktar u li r-rwol tar-riċerka akkademika u l-edukazzjoni fl-iżvilupp ta' prodotti innovattivi u mudelli ġodda tan-negozju fi ħdan l-SMEs, jeħtieġ li jissaħħaħ sabiex jinkiseb l-impenn tal-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni u biex l-SMEs isiru iktar dinamiċi u innovattivi.

Għandha titqiegħed enfasi fuq l-attivitajiet kollha ta' Orizzont 2020 biex isiru iktar aċċessibbli u biex tingħata l-attenzjoni xierqa lill-iżvilupp ta' mudelli ta' prezzijiet sostenibbli għall-pubblikazzjoni xjentifika.

Ir-Rapporteur temmen li jeħtieġ li jiġi valutat iktar il-valur miżjud Ewropew tal-EIT minħabba li mhijiex ċara jekk il-flus li qed jintefqu fuq din l-inizjattiva joffrux valur ikbar milli l-flus speċifikati għal prijoritajiet oħra fi ħdan Orizzont 2020. Ir-Rapporteur għalhekk, tipproponi li jitnaqqas il-baġit tal-EIT għal €1 biljun, u l-bqija, EUR 2 biljun, jintbagħtu fil-baġit ta' Orizzont 2020 biex tiġi ffinanzjata ż-żieda fl-ambitu ta' din il-prijorità bħala riżultat tal-objettivi addizzjonali proposti fl-isport u l-patrimonju kulturali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda:    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka ("ERA") li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b'mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka ("ŻER") li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b'mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati, tistinka għall-innovazzjoni u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

Emenda:    2

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta' Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta' Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u l-iżvilupp ta' strumenti ġodda li joħolqu triq li twassal għall-eċċellenza.

Emenda:    3

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal simplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010, enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta' wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b'segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 u appoġġa l-kunċett ta' qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011.

(5) Il-Parlament Ewropew appella għal semplifikazzjoni radikali tal-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010, enfasizza l-importanza tal-Unjoni tal-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni tal-Ewropa għal dinja ta' wara l-kriżi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011, ġibed l-attenzjoni għal tagħlim importanti li għandhom jittieħdu b'segwitu tal-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 u appoġġa l-kunċett ta' qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 talab li jkun irduppjat il-baġit meta mqabbel mas-Seba' Programm Kwadru.

Emenda:    4

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn 'il quddiem "Orizzont 2020"), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b'mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta' politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom għandhom ikunu wkoll appoġġjati b'programm skont it-Trattat tal-Euratom dwar ir-riċerka nukleari u t-taħriġ.

(11) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Orizzont 2020 (minn hawn 'il quddiem "Orizzont 2020"), jiffoka fuq tliet prijoritajiet, b'mod partikolari l-ġenerazzjoni tax-xjenza eċċellenti sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza mill-aqwa tal-Unjoni fix-xjenza, it-trawwim tat-tmexxija industrijali biex jiġu appoġġati n-negozji, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs) u l-innovazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi tas-soċjetà, biex jingħata rispons dirett għall-isfidi identifikati fl-istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu appoġġati attivitajiet li jkopru l-ispettru kollu mir-riċerka bażika u applikata sas-suq u s-soċjetà. Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-istadji kollha fil-katina tar-riċerka u tal-innovazzjoni, speċjalment attivitajiet eqreb għas-soċjetà u għas-suq inklużi strumenti finanzjarji innovattivi, kif ukoll innovazzjoni mhux tekonoloġika u soċjali, kif ukoll attivitajiet li jistgħu jippromwovu l-inklużjoni soċjali fil-komunitajiet kollha u jimmira li jissodisfa l-ħtiġijiet tar-riċerka għal spettru wiesgħa ta' politiki tal-Unjoni billi jagħmel enfasi fuq l-aktar użu u disseminazzjoni mifruxin tal-għarfien iġġenerat mill-attivitajiet appoġġati sal-isfruttar soċjali u/jew kummerċjali tiegħu. Il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020 għandhom għandhom ikunu wkoll appoġġjati b'programm skont it-Trattat tal-Euratom dwar ir-riċerka nukleari u t-taħriġ.

Emenda:    5

Proposta għal Regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(12a) Huwa importanti jkun enfasizzat li l-attivitajiet ta' Orizzont 2020 għandhom ikunu miftuħa għal parteċipanti ġodda bl-għan li tkun żgurata l-kooperazzjoni estensiva mas-sħab fl-Ewropa kollha u tinħoloq Żona ta’ Riċerka Ewropea integrata.

Emenda:    6

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f'qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta' forom ta' appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta' ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-semplifikazzjoni u ċ-ċarezza li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu.. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f'qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issemplifikat ta' forom ta' appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta' ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji u fid-diskrepanzi finanzjarji.

Emenda:    7

Proposta għal Regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(15a) L-universitajiet jiżvolġu rwol fundamentali fil-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni bħala istituzzjonijiet bażiċi ta' eċċellenza, kemm fit-taħriġ kif ukoll fir-riċerka.

Emenda:    8

Proposta għal Regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(15b) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għar-rikonoxximent tal-Patrimonju Kulturali tal-Ewropa u għandu jikkonċentra fuq ir-rwol tiegħu fl-iżvilupp ta'’ soċjetajiet inklużivi, kemm permezz tal-JRC kif ukoll tal-prijorità tal-isfidi tas-soċjetà.

Emenda:    9

Proposta għal Regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(17a) Biex il-Parlament Ewropew ikun kapaċi jeżerċita il-funzjoni tiegħu ta' kontroll politiku u sabiex jiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà, kif preskritt fit-TFUE, il-Kummissjoni għandha debitament u regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew bl-aspetti rilevanti kollha tal-implimentazzjoni tal-programm, inkluża l-preparazzjoni u t-tfassil tal-programmi ta' ħidma, l-eżekuzzjoni u l-ħtieġa possibbli ta' aġġustament tat-tqassim baġitarju, u l-iżvilupp tal-indikaturi tar-riżultati f'termini tal-objettivi mixtieqa u r-riżultati mistennija.

Emenda:    10

Proposta għal Regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista' tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta' impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE.

(19) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 tista' tagħti lok – b'kundizzjonijiet speċifiċi – għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mnedija minn diversi Stati Membri, jew it-twaqqif ta' impriżi konġunti jew arranġamenti oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 184, 185 u 187 tat-TFUE. Dawn il-programmi jew arranġamenti supplimentari għandu jkollhom valur miżjud ċar tal-Unjoni, ibbażat fuq sħubiji ġenwini, jikkumplimentaw attivitajiet oħra ta' Orizzont 2020, u jkunu kemm jista' jkun inklużivi f'termini ta' parteċipazzjoni mill-Istati Membri jew mill-industrija tal-Unjoni.

Emenda:    11

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(20) Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f'kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, billi jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

(20) BBil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fix-xjenza, Orizzont 2020 għandu jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni fix-xjenza, l-edukazzjoni f'sens ġenerali kif ukoll il-komunikazzjoni billi jagħmel l-għarfien xjentifiku u d-data tar-riċerka aktar aċċessibbli, billi jiżviluppa aġendi responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili u billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Orizzont 2020.

Emenda:    12

Proposta għal Regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(20a) Il-pubblikazzjoni xjentifika, fiha nnifisha, iżżid il-valur u hija ta' importanza vitali fid-dissseminazzjoni tal-għarfien, għaldaqstant hija prijorità li jinstab bilanċ bejn il-bżonn ta' żvilupp ta' mudelli ta' ħlas sostenibbli li jkopru l-kost tal-produzzjoni u l-bżonn ta' riċerkaturi, istituti ta' riċerka, impriżi u ċittadini biex jaċċedu, jikkondividu u jużaw b'mod liberu l-informazzjoni xjentifika. Biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni u l-isfruttament tal-għarfien u tingħata l-aktar aċċess wiesa' għal tali pubblikazzjonijiet, l-aċċess liberu u miftuħ online għal pubblikazzjonijiet akkademiċi, li diġà huwa mħaddan fis-Seba' Programm Kwadru, għandu jsir il-prinċipju ġenerali għall-pubblikazzjonijiet kollha li jirċievu t-totalità jew il-maġġoranza kbira tal-finanzjament tagħhom minn Orizzont 2020. Barra minn hekk, Orizzont 2020 għandu jesperimenta mal-aċċess miftuħ online għad-data prodotta jew miġbura mir-riċerka li ġejja minn finanzjamenti pubbliċi.

Emenda:    13

Proposta għal Regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(20b) Għandu jingħata appoġġ permezz ta' Orizzont 2020 għal riċerka f'livell għoli dwar id-diversità kulturali u l-għarfien tradizzjonali, anke bħala parti mill-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, filwaqt li jsir użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali ġodda għall-konservazzjoni u t-tixrid ta' dan it-tip ta' għarfien. Huwa importanti b'mod partikolari li jiġu studjati s-sinerġiji possibbli bejn ix-xjenza u l-għarfien lokali.

Emenda:    14

Proposta għal Regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(20c) Il-programm ta' qafas Orizzont 2020 għandu jassisti lill-Istati Membri u l-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex jegħlbu l-kriżi ekonomika attwali, jiżguraw rati sostenibbli ta' tkabbir ekonomiku u jsiru aktar kompetittivi.

Emenda:    15

Proposta għal Regolament

Premessa 20d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(20d) Il-programm Orizzont 2020 għandu jintuża biex jippromwovi, flimkien mad-diversità fir-riċerka, id-diversità lingwistika tal-pubblikazzjonijiet akkademiċi u xjentifikċi, anke bħala parti mill-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, kif ukoll biex ikun żgurat rispett lejn il-prinċipji tar-riċerka indipendenti u l-konvalida tal-pubblikazzjonijiet inter pares.

Emenda:    16

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta' strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki, is-soċjetà u l-kultura. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta' strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

Emenda:    17

Proposta għal Regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(21a) Sabiex tkun tista' tikkompeti globalment, tindirizza b'mod effikaċi l-isfidi l-kbar tas-soċjetà, u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni għandha tagħmel użu sħiħ mir-riżorsi umani tagħha. Orizzont 2020 għandu jservi ta' katalizzatur u ta' stimolu qawwi għat-tlestija taż-Żona Ewropea tar-Riċerka billi jappoġġa l-attivitajiet li jattiraw, iżommu, iħarrġu u jiżviluppaw it-talent fir-riċerka u l-innovazzjoni. Biex jintlaħaq dan il-għan u biex jitjieb it-trasferiment tal-għarfien u l-kwantità u l-kwalità tar-riċerka, l-attivitajiet li jikkonċentraw fuq il-bini tal-kapital uman, inklużi dawk ifokalizzati speċifikament fuq iż-żgħażagħ u n-nisa, għandhom ikunu element standard fl-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni.

Emenda:    18

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni u l-isforzi biex din tiġi organizzata fuq linji kompetittivi. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma' oqfsa ta' referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

Emenda:    19

Proposta għal Regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(22a) Orizzont 2020 għandu jappoġġa r-riċerka fil-qasam tal-Istudji Umanistiċi, speċjalment dawk li jipproduċu l-għarfien, permezz ta' riċerka bażika u applikata, u jikkontribwixxi bi provi materjali ġodda, jew metodi ta' approċċ ġodda, għall-iżvilupp ta' oqsma ġodda ta' riċerka interdixxiplinari, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u s-sostenibbiltà tal-Ewropa bħala l-benniena tat-tradizzjoni umanistika u l-mexxej fit-turiżmu dinji, billi huwa essenzjali li jingħata rikonoxximent debitu lir-rwol li jiżvolġu x-xjenzi soċjali u umanistiċi f'dawn l-oqsma, b'konformità mal-għan li jinħolqu ‘soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri'.

Emenda:    20

Proposta għal Regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(24a) Orizzont 2020 għandu juża l-kompetenzi li ngħataw lill-Unjoni permezz tat-TFUE fil-qasam tal-isport billi jiffaċilita l-aċċess għar-riċerka f’dan il-qasam, partikolarment fir-rigward tas-saħħa u l-aspetti tal-koeżjoni soċjali tal-attività fiżika u l-potenzjal tiegħu biex jgħin lill-Unjoni tikseb l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

Emenda:    21

Proposta għal Regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(26a) L-attivitajiet li jitwettqu fl-ambitu ta' Orizzont 2020 għandhom jiżguraw kompatibilità sħiħa mal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tal-futur u għandhom iħeġġu s-sinerġiji, l-interkonnettività u l-integrazzjoni mal-programmi u mal-politiki Ewropej l-oħrajn. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-mobilità tal-istudenti tad-dottorati tiżvolġi rwol fundamentali fil-kuntest ta' Orizzont 2020, li, billi kumplimentari għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u sorsi ta' finanzjamenti oħrajn ta' edukazzjoni, għandha ssostni l-Proċess ta' Bolonja u l-politiki ta' Viċinat bil-għan li titjieb il-komplemetarjetà ma' kwalunkwe programm li l-UE tagħmel fil-qasam tal-edukazzjoni.

Emenda:    22

Proposta għal Regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(27a) Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta' Orizzont 2020, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-approċċi multidixxipplinari u interdixxipplinari bħala elementi neċessarji għall-progress xjentifiku ewlieni. L-iskoperti fix-xjenza sikwit isiru mal-konfini tad-dixxiplini, jew fil-punt fejn id-dixxiplini jiltaqgħu. Barra minn hekk, il-kumplessità tal-problemi u l-isfidi li l-Ewropa qed taffaċċja tirrikjedi soluzzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta' ħidma flimkien bejn diversi dixxiplini.

Emenda:    23

Proposta għal Regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, Orizzont 2020 għandu jiżviluppa sinerġiji aktar mill-qrib, li jistgħu wkoll ikunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, mal-programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(28) Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-programm Orizzont 2020 jiżviluppa kollaborazzjoni aktar mill-qrib, li jistgħu jkunu fil-forma ta' sħubiji pubbliċi-pubbliċi, iżda għandu jkollhom l-għan li jagħtu prijorità lill-interess pubbliku, flimkien mal-programmi reġjonali, nazzjonali u sovranazzjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda:    24

Proposta għal Regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(30a) Teżisti ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni fi ħdan Orizzont 2020 b'kundizzjonijiet speċifiċi mal-pajjiżi ġirien, fir-rigward speċifiku tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Emenda:    25

Proposta għal Regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(32a) Ir-regoli ta' parteċipazzjoni fi kwalunkwe attività ta' Orizzont 2020 għandhom ikunu sempliċi, ċari u faċilment aċċessibbli. Għandu jittieħed kont xieraq tal-fatt li tipi differenti ta' riċerka xjentifika jista' jkollhom aċċess iktar faċli għall-fondi privati.

Emenda:    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) ("Orizzont 2020") u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni u trawwim ta' sfruttar aħjar tal-potenzjal industrijali ta' politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020) ("Orizzont 2020") u jiddetermina l-qafas li jamministra l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan tat-tisħiħ tal-bażi xjentifika u teknoloġika Ewropea, l-iżgurar tal-iżvilupp tal-kapital intellettwali tiegħu u t-trawwim ta' benefiċċji għas-soċjetà inkluż sfruttar aħjar tal-potenzjal soċjali u industrijali ta' politiki tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp.

Emenda:    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b'hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment privat, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa.

Orizzont 2020 għandu jkollu rwol ċentrali fit-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jipprovdi qafas strateġiku komuni għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, biex b'hekk jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg, il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-iżgurar tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-Ewropa fuq medda ta' żmien twila.

Emenda:    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta' ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B'hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta' ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B'hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) permezz ta' azzjonijiet speċifiċi u eżemplari li jrawmu bidliet strutturali fis-sistemi Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Emenda:    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(a) xjenza eċċellenti;

(a) xjenza eċċellenti fosthom riċerka bażika u applikata fl-istudji umanistiċi;

Emenda:    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(c) sfidi tas-soċjetà.

(c) sfidi tas-soċjetà fosthom riċerka bażika u applikata fix-xjenzi soċjali.

Emenda:    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

5a. Il-programm Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi biex jagħmel il-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa aktar attraenti u jtaffi l-effetti tal-fenomenu tal-eżodu tal-imħuħ. Għaldaqstant, għandu jkun implimentat b'mod li jippromwovi l-ħolqien ta' suq uniku għar-riċerkaturi, b'mod partikolari billi jagħti lok għal mekkaniżmi xierqa li jnaqqsu d-differenzi fir-remunerazzjoni tar-riċerkaturi fl-ambitu ta' dan il-programm.

Emenda:    32

Proposta għal Regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq u s-soċjetà, fejn l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti tan-negozju, organizzattivi u soċjali.

Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat b'mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-azzjonijiet appoġġati jkunu allinjati mat-tagħlim u r-riċerka attwali u jistgħu wkoll jiġu aġġustati skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, is-swieq tax-xogħol u s-soċjetà, fejn ix-xjenza tinkludi kwalunkwe qasam tar-riċerka akkademika u l-innovazzjoni tinkludi l-aspetti soċjoekonomiċi, kulturali u organizzattivi.

Emenda:    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva ta' bilanċ bejn is-sessi fil-programmi kollha, fil-kumitati ta' evalwazzjoni, fil-gruppi ta' esperti, fil-gruppi konsultattivi u fi kwalunkwe korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet eżistenti jew li għad irid jinħoloq għall-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, se jiġu żviluppati miri, u se jiġu implimentati azzjonijiet adegwati mfassla sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Emenda:    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(b) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-patrimonju ġenetiku tal-umani fejn dawn il-bidliet jistgħu jintirtu;

(b) attività tar-riċerka intenzjonata li timmodifika l-patrimonju ġenetiku tal-bnedmin;

Emenda:    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(ea) riċerka bbażata fuq l-imsieħba u l-ħolqien ta' netwerks biex ikun żgurat ppjanar ta' kwalità aħjar.

Emenda:    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 21, paragrafu 1, punt (ċ)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp skont l-interessi tal-partijiet kkonċernati kollha.

Emenda:    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(ea) inizjattivi biex jitħeġġeġ interess fix-xjenzi minn età żgħira, pereżempju permezz tal-organizzazzjoni ta' "jiem għall-pubbliku" fiċ-ċentri tar-riċerki;

Emenda:    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(eb) azzjoni biex jogħla l-profil tal-premji Ewropej fl-oqsma tax-xjenza u r-riċerka.

Emenda:    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati biex tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti permezz ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu b'mod skorrett u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati biex tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti permezz tal-ġestjoni effiċjenti taċ-ċentri ta' riċerka, l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu b'mod skorrett u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

Emenda:    40

Proposta għal Regolament

Anness I – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(a) Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) għandu jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b'talent kif ukoll it-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdiji l-aktar promettenti fil-fruntieri tal-għarfien tax-xjenza, abbażi ta' kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.

(a) Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER) għandu jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b'talent kif ukoll it-timijiet tagħhom li jaħdmu fi kwalunkwe qasam ta' għarfien ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdiji l-aktar promettenti fil-fruntieri tal-għarfien tax-xjenza, abbażi ta' kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.

Emenda:    41

Proposta għal Regolament

Anness I – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(b) It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhoma jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta’ riskju għoli u taċċellera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

(b) It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhoma jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva jew transdixxiplinari sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta' riskju għoli u taċċelera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

Emenda:    42

Proposta għal Regolament

Anness I – paragrafu 7 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(d) Infrastruttura tar-Riċerka għandha tiżviluppa infrastruttura Ewropea tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, trawwem il-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kapital uman, u tikkumplimenta dan bil-politika relatata tal-Unjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali.

(d) Infrastruttura tar-Riċerka għandha tiżviluppa infrastruttura Ewropea tar-riċerka għall-2020 u lil hinn, trawwem il-potenzjal tagħhom fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kapital uman, u tikkumplimenta dan bil-politika relatata tal-Unjoni u b'kooperazzjoni internazzjonali biex iżżomm u tattira lil persuni b'ħafna talenti biex jgħixu u jaħdmu fl-Unjoni.

Emenda:    43

Proposta għal Regolament

Anness I – paragrafu 14 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(a) Saħħa, bidla demografika u benesseri

(a) Saħħa, bidla demografika u benesseri, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet sportivi;

Emenda:    44

Proposta għal Regolament

Anness I – punt 14 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri.

(f) Soċjetajiet inklużivi, edukati, innovattivi u siguri.

Emenda:    45

Proposta għal Regolament

Anness I − paragrafu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta' dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri". L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta' bażi soda ta' evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta' ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma' pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta' kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri".

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta' dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, edukati, innovattivi u siguri". L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta' bażi soda ta' evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta' ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma' pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta' kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, edukati, innovattivi u siguri".

Emenda:    46

Proposta għal Regolament

Anness I − paragrafu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri" jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

L-objettiv speċifiku "Soċjetajiet inklużivi, edukati, innovattivi u siguri" jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni. Jinkludi wkoll l-attivitajiet, l-istrateġiji, il-metodoloġiji u l-għodda meħtieġa biex jiffaċilitaw patromonju kulturali dinamiku u sostenibbli għall-Ewropa.

Emenda:    47

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta' attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta' eluf mill-Unjoni.

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta' attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur, infrastrutturi tar-riċerka aqwa u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta' eluf mill-Unjoni.

Emenda:    48

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-attività fundamentali tal-ERC għandha tkun li jipprovdi finanzjament attraenti fit-tul biex jappoġġa investigaturi eċċellenti u t-timijiet ta' riċerka tagħhom biex iwettqu riċerka li twassal għal skoperti ġodda, u li tkun ta' gwadann kbir u riskju kbir.

L-attività fundamentali tal-KER għandha tkun li jipprovdi finanzjament attraenti fit-tul biex jappoġġa investigaturi eċċellenti u t-timijiet ta' riċerka tagħhom biex iwettqu riċerka li twassal għal skoperti ġodda, u li tkun ta' gwadann kbir u riskju kbir. Minn dan il-lat, ir-riċerka bħala proċedura xjentifika għandha tkun rikonoxxuta mingħajr eċċezzjoni fl-oqsma kollha tal-għarfien uman.

Emenda:    49

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-ERC għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta' riċerkaturi ta' kull età u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. U l-ERC għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b'saħħitha madwar l-Ewropa.

Il-finanzjament tal-KER għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika fi kwalunkwe qasam tal-għarfien għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-KER jagħti l-għotjiet tiegħu. Il-KER għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-KER għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta' riċerkaturi ta' kull età u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. U l-KER għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b'saħħitha madwar l-Ewropa.

Emenda:    50

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Ir-riforma meħtieġa għandha tibda fl-ewwel stadji tal-karrieri tar-riċerkaturi, fl-istudji tagħhom għad-dottorat jew taħriġ postuniversitarju paragunabbli. L-Ewropa għandha tiżviluppa skemi ta' taħriġ innovattivi u tal-ogħla kwalità, li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti kompetittivi ħafna u dejjem aktar interdixxiplinari tar-riċerka u l-innovazzjoni. Se jkun meħtieġ l-involviment qawwi tan-negozji, inklużi SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn, biex ir-riċerkaturi jingħatawlhom il-ħiliet tal-innovazzjoni mitluba mill-impjiegi tal-ġejjieni. Se jkun ukoll importanti li tittejjeb l-mobbiltà ta' dawn ir-riċerkaturi, billi bħalissa din għadha f'livell modest wisq: fl-2008, kienu biss 7 % tal-kandidati Ewropej għad-dottorat li tħarrġu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li l-mira hija li dawn jitilgħu għal 20 % sal-2030.

Ir-riforma meħtieġa għandha tibda fl-ewwel stadji tal-karrieri tar-riċerkaturi, fl-istudji tagħhom għad-dottorat jew taħriġ postuniversitarju paragunabbli. L-Ewropa għandha tiżviluppa skemi ta' taħriġ innovattivi u tal-ogħla kwalità, li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti kompetittivi ħafna u dejjem aktar interdixxiplinari tar-riċerka u l-innovazzjoni. Se jkun meħtieġ l-involviment qawwi tan-negozji, inklużi SMEs u atturi soċjoekonomiċi oħrajn, biex ir-riċerkaturi jingħatawlhom il-ħiliet tal-innovazzjoni mitluba mill-impjiegi tal-ġejjieni. Se jkun ukoll importanti li tittejjeb l-mobbiltà ta' dawn ir-riċerkaturi, billi bħalissa din għadha f'livell modest wisq: fl-2008, kienu biss 7 % tal-kandidati Ewropej għad-dottorat li tħarrġu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li l-mira hija li dawn jitilgħu għal 20 % sal-2030. Għaldaqstant, il-kandidati għad-dottorat fl-oqsma kollha jridu jkunu identifikati b'mod ċar bħala wieħed mill-gruppi fil-mira ewlenin tal-programm il-ġdid għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, u għandha tingħata attenzjoni biex tkun żgurata l-kumplementarjetà neċessarja mal-programm Orizzont 2020.

Emenda:    51

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta' wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta' proġetti interdixxiplinari jew programmi ta' dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta' wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta' wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta' proġetti interdixxiplinari jew programmi ta' dottorat li jippermetti li r-riċerkaturi jiżviluppaw il-curriculum tar-riċerka u li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jiżviluppa u jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta' wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

Emenda:    52

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.3 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b'esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta' karrieri attraenti f'universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn. L-opportunitajiet li terġa' tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa għandhom jiġu appoġġati wkoll.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu biex iħeġġu lir-riċerkaturi b'esperjenza jwessgħu jew japprofondixxu l-ħiliet tagħhom permezz tal-mobbiltà billi jinħolqu opportunitajiet ta' karrieri attraenti f'universitajiet, istituti tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn fl-Ewropa kollha u lil hinn, filwaqt li jitqies ir-rwol taż-żgħażagħ fis-settur xjentifiku u lir-riċerkaturi tiġi offruta l-opportunità li jitħarrġu u li jiksbu għarfien ġdid f'organizzazzjoni tar-riċerka ta' livell għoli f'pajjiż terz, u jirritornaw sussegwentament. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tan-nisa fix-xjenza, u l-ostakli potenzjali tad-dħul tagħhom f'dan il-qasam. L-opportunitajiet li terġa' tinbeda karriera fir-riċerka wara waqfa u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għandhom jiġu appoġġati wkoll.

Emenda:    53

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.3 – punt c – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal terminu ta' żmien qasir ta' persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta' universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu l-appoġġ għal skambji għal terminu ta' żmien qasir ta' persunal tar-riċerka u l-innovazzjoni fost sħubija ta' universitajiet, istituti tar-riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn, fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Dan se jinkludi t-trawwim ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u, b'mod partikolari, it-tisħiħ tas-sħubiji xjentifiċi bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran, biex jagħmlu l-programmi Ewro-Mediterranji ta' riċerka, innovazzjoni u żvilupp teknoloġiku aktar effikaċi.

Emenda:    54

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-infrastrutturi tar-riċerka huma fatturi determinanti ewlenin tal-kompetittività tal-Ewropa fil-firxa sħiħa tad-dominji xjentifiċi u huma essenzjali għall-innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza. F'ħafna oqsma r-riċerka hija impossibbli mingħajr aċċess għal superkompjuters, sorsi ta' radjazzjoni għal materjali ġodda, kmamar nodfa għan-nanoteknoloġiji, bażijiet tad-dejta għall-ġenomika u x-xjenzi soċjali, osservatorji għax-xjenzi terrestri, netwerks tal-broadband għat-trasferiment tad-dejta, eċċ. L-infrastrutturi tar-riċerka huma neċessarji biex issir ir-riċerka meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà l-kbar – l-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-bijoekonomija u s-saħħa matul il-ħajja kollha u l-benesseri għal kulħadd. Dawn jixprunaw il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri u d-dixxiplini kollha u joħolqu spazju Ewropew bla xkiel u miftuħ għar-riċerka onlajn. Jippromwovu l-mobbiltà tal-persuni u l-ideat, jiġbru flimkien l-aqwa xjenzati mill-Ewropa u d-dinja kollha, u jtejbu l-edukazzjoni xjentifika. Imexxu l-eċċellenza fil-komunitajiet Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jistgħu iservu ta' mudell eċċellenti tax-xjenza għas-soċjetà inġenerali.

L-infrastrutturi tar-riċerka huma fatturi determinanti ewlenin tal-kompetittività tal-Ewropa fil-firxa sħiħa tad-dominji xjentifiċi u huma essenzjali għall-innovazzjoni bbażata fuq ix-xjenza. F'ħafna oqsma r-riċerka hija impossibbli mingħajr aċċess għal superkompjuters, sorsi ta' radjazzjoni għal materjali ġodda, kmamar nodfa għan-nanoteknoloġiji, bażijiet tad-data għall-ġenomika u x-xjenzi soċjali, osservatorji għax-xjenzi terrestri, netwerks tal-broadband għat-trasferiment tad-dejta, eċċ. L-infrastrutturi tar-riċerka huma neċessarji biex issir ir-riċerka meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà l-kbar – l-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-bijoekonomija u s-saħħa matul il-ħajja kollha u l-benesseri għal kulħadd. Dawn jixprunaw il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri u d-dixxiplini kollha u joħolqu spazju Ewropew bla xkiel u miftuħ għar-riċerka onlajn. Jippromwovu l-mobbiltà tal-persuni u l-ideat, jiġbru flimkien l-aqwa xjenzati mill-Ewropa u d-dinja kollha, u jtejbu l-edukazzjoni xjentifika. Imexxu l-eċċellenza fil-komunitajiet Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni u jistgħu iservu ta' mudell eċċellenti tax-xjenza għas-soċjetà inġenerali. Jistgħu, ukoll, iwasslu għal innovazzjoni fis-settur privat u jkunu sors ta' innovazzjoni dinamika għall-SMEs.

Emenda:    55

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-pubblikazzjoni xjentifika tikkostitwixxi elementi fundamentali tal-infrastrutturi tar-riċerka u tiżvolġi rwol essenzjali fil-ġenerazzjoni ta' għarfien ġdid u innovazzjoni. Il-pagament sostenibbli u l-mudelli tat-tixrid li jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni huma għalhekk ta' importanza kruċjali. Il-pubblikazzjonijiet prodotti u konvalidati bħala r-riżultat ta' ħidma mwettqa mir-riċerkaturi li jirċievu l-maġġoranza wiesgħa tal-finanzjamenti tagħhom, jew il-finanzjamenti kollha, minn Orizzont 2020 għandhom jagħmlu dawn ir-riżultati għad-dispożizzjoni tal-komunità xjentifika kollha kemm hi.

Emenda    56

Proposta għal Regolament

Anness I – parti I – punt 4 – punt 4.3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(ca) Tisħiħ tar-rwol tal-infrastruttura tar-riċerka akkademika u r-rabtiet tagħha mal-innovazzjoni fi ħdan l-SMEs

L-għan se jkun li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn l-SMEs u l-istituti akkademiċi u l-infrastruttura tagħhom sabiex tiġi xprunata l-innovazzjoni fin-negozju.

Emenda:    57

Proposta għal Regolament

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Dan jinkludi l-avvanz fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tan-nanoteknoloġiji u n-nanosistemi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, u l-provvista ta' għodda għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu.

Dan jinkludi l-avvanz fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatt potenzjali tan-nanoteknoloġiji u n-nanosistemi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, u l-provvista ta' għodda għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, u biex jippermetti lil persuni b'diżabbiltà jkunu integrati b'mod aktar sħiħ fis-soċjetà.

Emenda:    58

Proposta għal Regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-azzjonijiet proposti jimmiraw li jikkumplimentaw il-politiki u l-programmi nazzjonali u reġjonali ta' innovazzjoni kummerċjali, li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs u atturi oħrajn rilevnati għall-innovazzjoni, li jnaqqsu d-distakk bejn ir-riċerka/l-iżvilupp u t-tqegħid b'suċċess fis-suq, u li jipprovdu ambjent aktar favur l-innovazzjoni kummerċjali, inklużi miżuri min-naħa tad-domanda, kif ukoll appoġġ filwaqt li jqisu n-natura dejjem tinbidel tal-proċessi ta' innovazzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda, is-swieq u l-mudelli kummerċjali.

L-azzjonijiet proposti jimmiraw li jikkumplimentaw il-politiki u l-programmi nazzjonali u reġjonali ta' innovazzjoni kummerċjali, li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs, l-istituti akkademiċi, inklużi dawk fl-industriji kreattivi, li qegħdin f'pożizzjoni tajba biex jisiltu vantaġġ mill-ambjent tan-negozju internazzjonalizzati u atturi oħrajn rilevnati għall-innovazzjoni, li jnaqqsu d-distakk bejn ir-riċerka/l-iżvilupp u t-tqegħid b'suċċess fis-suq, u li jipprovdu ambjent aktar favur l-innovazzjoni kummerċjali, inklużi miżuri min-naħa tad-domanda, kif ukoll appoġġ filwaqt li jqisu n-natura dejjem tinbidel tal-proċessi ta' innovazzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda, is-swieq u l-mudelli kummerċjali.

Emenda:    59

Proposta għal Regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-SMEs insibuhom fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn jiffurmaw parti aktar importanti tal-ekonomija Ewropea minn tar-reġjuni l-oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerika. It-tipi kollha tal-SMEs jistgħu jagħmlu innovazzjonijiet. Jeħtieġ li dawn jiġu mħeġġa u appoġġati biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom ikunu jistgħu igawdu l-potenzjal innovattiv kollu tas-suq intern u taż-ŻER sabiex joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda fl-Ewropa u lil hinn, u sabiex jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà.

L-SMEs insibuhom fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dawn jiffurmaw parti aktar importanti tal-ekonomija Ewropea minn tar-reġjuni l-oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerika. It-tipi kollha tal-SMEs jistgħu jagħmlu innovazzjonijiet. Jeħtieġ li dawn jiġu mħeġġa u appoġġati biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni u biex iżidu r-rabtiet u s-sħubiji mal-universitajiet u ma' istituti oħra tar-riċerka. Meta jagħmlu dan, huma għandhom ikunu jistgħu igawdu l-potenzjal innovattiv kollu tas-suq intern u taż-ŻER sabiex joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda fl-Ewropa u lil hinn, u sabiex jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin tas-soċjetà.

Emenda:    60

Proposta għal Regolament

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-kollaborazzjonijiet transkonfinali huma element importanti fl-istrateġija ta' innovazzjoni tal-SMEs sabiex jegħlbu xi wħud mill-problemi tagħhom marbuta mad-daqs, bħall-aċċess għall-kompetenzi teknoloġiċi u xjentifiċi u swieq ġodda. Dawn jikkontribwixxu sabiex isarrfu l-ideat fi profitt u tkabbir tal-kumpanija, u b'riżultat ta' dan jiżdied l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-kollaborazzjonijiet transkonfinali huma element importanti fl-istrateġija ta' innovazzjoni tal-SMEs sabiex jegħlbu xi wħud mill-problemi tagħhom marbuta mad-daqs, bħall-aċċess għall-kompetenzi teknoloġiċi u xjentifiċi u swieq ġodda. Dawn jikkontribwixxu sabiex isarrfu l-ideat fi profitt u tkabbir tal-kumpanija, u b'riżultat ta' dan jiżdied l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni. Żieda fl-attenzjoni edukattiva fuq l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp fin-negozju jista' jkollu rwol fil-provvista ta' persunal innovattiv u dinamiku għall-SMEs tal-Ewropa.

Emenda:    61

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta' diżabbiltà, nuqqas ta' saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli.

Kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari (CVD), il-kanċer, id-dijabete, id-disturbi newroloġiċi u fis-saħħa mentali, il-piż żejjed u l-obeżità u diversi limitazzjonijiet funzjonali huwa kawżi ewlenin ta' diżabbiltà, nuqqas ta' saħħa u mwiet prematuri, u jippreżentaw spejjeż soċjali u ekonomiċi konsiderevoli. L-edukazzjoni fiżika u l-parteċipazzjoni fl-isport organizzat jista' jkollhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni ta' kundizzjonijiet bħal dawn.

Emenda:    62

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġjata minn bażi soda ta' evidenza, tevita l-mard, ittejjeb il-benessri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jiddependu wkoll fuq għarfien dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, fuq għodod preventivi effettivi, bħal vaċċini, fuq sorveljanza u tħejjija effettivi tas-saħħa u l-mard, u fuq programmi effettivi ta' skrinjar.

Il-promozzjoni effettiva tas-saħħa, appoġġjata minn bażi soda ta' evidenza, tevita l-mard, ittejjeb il-benessri u hija kosteffettiva. Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard jiddependu wkoll fuq għarfien dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, bħall-eżerċizzju fiżiku, fuq għodod preventivi effettivi, bħal vaċċini, fuq sorveljanza u tħejjija effettivi tas-saħħa u l-mard, u fuq programmi effettivi ta' skrinjar.

Emenda:    63

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-isforzi ta' suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll fatturi sottostanti ta' saħħa tajba u benesseri. Il-kondiviżjoni effettiva tad-dejta u l-irbit ta' din id-dejta ma' studji ta' koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif tas-sejbiet tar-riċerka f'kuntest kliniku, b'mod partikolari permezz tat-twettiq ta' provi kliniċi.

L-isforzi ta' suċċess biex jipprevjenu, jimmaniġġjaw, jittrattaw u jikkuraw il-mard, id-diżabbiltà u l-funzjonalità mnaqqsa huma msejsa fuq il-fehim fundamentali tal-fatturi determinanti u l-kawżi, il-proċessi u l-impatti tagħhom, kif ukoll fatturi sottostanti ta' saħħa tajba u benesseri, inkluż l-impatt ta' fatturi soċjali u kulturali u ta' attivitajiet kreattivi fuq il-ħajja ta' kuljum tal-individwi. Il-kondiviżjoni effettiva tad-dejta u l-irbit ta' din id-dejta ma' studji ta' koorti fuq skala kbira huma essenzjali wkoll, bħalma huwa t-tisrif tas-sejbiet tar-riċerka f'kuntest kliniku, b'mod partikolari permezz tat-twettiq ta' provi kliniċi.

Emenda:    64

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, biex jiġi identifikat u appoġġat id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, u biex jiġu appoġġati l-kura integrata u l-adozzjoni mifruxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b'mod partikolari lil persuni anzjani kif ukoll persuni b'diżabbiltà sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali jiġi miżjud u mtawwal.

Il-piż li qed jikber tal-mard u d-diżabbiltà fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ joħloq domandi ulterjuri fis-setturi tas-saħħa u l-kura. Biex tiġi mħarsa l-effikaċja fl-ambitu tas-saħħa u l-kura għall-etajiet kollha, huma meħtieġa sforzi biex jittejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-prevenzjoni u l-provvista tal-kura, inkluż permezz ta' fehim aħjar tar-rwol tal-eżerċizzju fiżiku fil-prevenzjoni tal-mard u biex jiġi identifikat u appoġġat id-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki fis-setturi tas-saħħa u l-kura, u biex jiġu appoġġati l-kura integrata u l-adozzjoni mifruxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzazzjonali u soċjali li jagħtu s-setgħa b'mod partikolari lil persuni anzjani kif ukoll persuni b'diżabbiltà sabiex jibqgħu attivi u indipendenti. Dan se jikkontribwixxi sabiex iż-żmien li matulu huma jgawdu benesseri fiżiku, soċjali, u mentali jiġi miżjud u mtawwal.

Emenda:    65

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta' programmi ta' skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta' vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta' mediċina in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta' data dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għajxien assistit; l-għoti ta' setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta' kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

Attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi tal-istil tal-ħajja u l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta' programmi ta' skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta' vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta' mediċina in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta' data dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għajxien assistit; l-għoti ta' setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta' kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

Emenda:    66

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis, jeħtieġ li jsiru investimenti sinifikanti fir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni fis-suq ta' teknoloġiji u servizzi tal-enerġija effiċjenti, sikuri u affidabbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Dawn għandhom jimxu id f'id ma' soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi kemm fir-rigward tal-provvista u kemm tad-domanda. Dan kollu għandu jkun parti minn politika integrata ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, inkluża l-kontroll ta' teknoloġiji abilitanti ewlenin, b'mod partikolari, soluzzjonijiet tal-ICT u manifattura, ipproċessar u materjali avvanzati. L-għan huwa li jiġu prodotti teknoloġiji u servizzi effiċjenti fl-enerġija li jistgħu jiġu adottati b'mod wiesa' inklużi fis-swieq Ewropej u internazzjonali u li tiġi stabbilita ġestjoni intelliġenti tad-domanda bbażata fuq suq tal-kummerċ tal-enerġija miftuħ u trasparenti u sistemi ta' ġestjoni intelliġenti tal-effiċjenza fl-enerġija.

Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis, jeħtieġ li jsiru investimenti sinifikanti fir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni fis-suq ta' teknoloġiji u servizzi tal-enerġija effiċjenti, sikuri u affidabbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Dawn għandhom jimxu id f'id ma' soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi kemm fir-rigward tal-provvista u kemm tad-domanda. Barra minn hekk, dawn l-investimenti jridu jkunu akkumpanjati minn kampanja ta' sensibilizzazzjoni pubblika ta' profil għoli bil-għan li jiġi garantit li ċ-ċittadini Ewropej ikunu fuq quddiem nett fl-introduzzjoni tat-tibdil soċjali u kulturali neċessarju. Dan kollu għandu jkun parti minn politika integrata ta' livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, inkluża l-kontroll ta' teknoloġiji abilitanti ewlenin, b'mod partikolari, soluzzjonijiet tal-ICT u manifattura, ipproċessar u materjali avvanzati. L-għan huwa li jiġu prodotti teknoloġiji u servizzi effiċjenti fl-enerġija li jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà u li jistgħu jiġu adottati b'mod wiesa' inklużi fis-swieq Ewropej u internazzjonali u li tiġi stabbilita ġestjoni intelliġenti tad-domanda bbażata fuq suq tal-kummerċ tal-enerġija miftuħ u trasparenti u sistemi intelliġenti ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ tal-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda:    67

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 5 – punt 5.3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(ea) Faċilitazzjoni tal-patrimonju kulturali sostenibbli bħala reazzjoni għat-tibdil fil-klima

L-għan hu li ssir riċerka dwar l-istrateġiji, il-metodoloġiji u l-istrumenti meħtieġa biex jiffaċilitaw patrimonju kulturali dinamiku u sostenibbli għall-Ewropa bħala reazzjoni għat-tibdil fil-klima. L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw ukoll fuq it-tkattir ta' komprensjoni aħjar dwar il-mod ta' kif il-komunitajiet iqisu, jadattaw u jirreaġixxu għall-ambjent li qed jinbidel u għal avvenimenti estremi iktar frekwenti.

Ġustifikazzjoni

Il-bini storiku (u l-kollezzjonijiet storiċi) huma kwistjoni fundamentali, fi ħdan il-kuntest tal-patrimonju kulturali kif ukoll dak tat-tibdil fil-klima. Il-programmi ta' riċerka b'finanzjament Ewropew għandhom ikunu jistgħu jwettqu riċerka dwar kif il-beni u l-bini storiċi jistgħu jiġu adattati sabiex isiru iktar reżistenti għall-effetti tat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, ir-restawr ta' bini li jkun preċedentement abbandunat u dwar kif il-komunitajiet jiddeċiedu x'se jipproteġu huma importanti f'dan il-kuntest.

Emenda:    68

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-Ewropa hija konfrontata bi sfidi soċjoekonomiċi kbar li jaffettwaw il-ġejjieni tagħha b'mod sinifikanti - bħall-interdipendenzi ekonomiċi u kulturali li dejjem jikbru, it-tixjiħ, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-inugwaljanzi u l-flussi migratorji, l-egħluq tad-diviżjoni fis-settur diġitali, it-trawwim ta' kultura ta' innovazzjoni u kreattività fis-soċjetà u l-impriżi, kif ukoll l-iżgurar ta' sigurtà u libertà, fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u bejn iċ-ċittadini fi ħdan u transkonfinali. Dawn l-isfidi huma enormi u jsejħu għal approċċ Ewropew komuni.

L-Ewropa hija konfrontata bi sfidi soċjoekonomiċi kbar li jaffettwaw il-ġejjieni tagħha b'mod sinifikanti - bħall-interdipendenzi ekonomiċi u kulturali li dejjem jikbru, it-tixjiħ, il-bidla demografika, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-inugwaljanzi u l-flussi migratorji, l-egħluq tad-diviżjoni fis-settur diġitali, it-trawwim ta' kultura ta' innovazzjoni u kreattività fis-soċjetà u l-impriżi, kif ukoll l-iżgurar ta' żvilupp sostenibbli mil-lat kulturali, il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u bejn iċ-ċittadini fi ħdan u transkonfinali. Barra minn hekk, ir-rwol tal-politiki soċjali pubbliċi fl-Ewropa qiegħed jitqies dejjem aktar bħala element kritiku għas-sostenibbilità tal-mudell soċjali Ewropew innifsu. Dawn l-isfidi huma enormi u jsejħu għal taħlita dejjem aktar kumplessa ta' approċċi Ewropej differenti kif ukoll komuni, ibbażati fuq għarfien xjentifiku komuni li jistgħu jipprovduh biss ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi.

Emenda    69

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-kumplessità integrata ta' dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali li tiġi żviluppata riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta' innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li se jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f'dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta' forom ta' suċċess ta' solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta' soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri meta mqabbla ma' reġjuni oħra fid-dinja. Dan jirrikjedi approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma' politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta' din l-isfida.

Il-kumplessità integrata ta' dawn l-isfidi u l-evoluzzjonijiet tat-talbiet għalhekk jagħmlu essenzjali li tiġi żviluppata riċerka innovattiva u teknoloġiji, proċessi u metodi intelliġenti ġodda, mekkaniżmi ta' innovazzjoni soċjali, azzjonijiet koordinati u politiki li se jantiċipaw jew jinfluwenzaw evoluzzjonijiet prinċipali għall-Ewropa. Dan jeħtieġ il-fehim tat-tendenzi u l-impatti bażiċi involuti f'dawn l-isfidi u l-iskoperta mill-ġdid jew l-invenzjoni mill-ġdid ta' forom ta' suċċess ta' solidarjetà, koordinazzjoni u kreattività li jagħmlu lill-Ewropa mudell distintiv ta' soċjetajiet inklużivi, innovattivi u sikuri meta mqabbla ma' reġjuni oħra fid-dinja. Dan jeħtieġ attenzjoni speċifika fuq il-patrimonju kulturali tal-Ewropa, u approċċ li jidentifika l-attivitajiet li jerġgħu jagħtu l-ħajja u jiġbru lin-nies flimkien fil-komunitajiet kollha. Dan jirrikjedi wkoll approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Finalment, peress li l-politiki tas-sigurtà għandhom jinteraġixxu ma' politiki soċjali differenti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tas-soċjetà tar-riċerka tas-sigurtà se jkun aspett importanti ta' din l-isfida.

Emenda:    70

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 6 – punt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

Il-mira hija li jiżdiedu s-solidarjetà kif ukoll l-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika u d-dinamiżmu pożittiv interkulturali fl-Ewropa u ma' imsieħba internazzjonali, permezz ta' xjenza mill-aktar avvanzata u interdixxiplinarjetà, avvanzi teknoloġiċi u innovazzjonijiet organizzazzjonali. Hawnhekk ir-riċerka fl-istudji umanistiċi jista' jkollha rwol importanti. Ir-riċerka għandha tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fit-tfassil ta' politiki li jiġġieldu l-faqar u ma jippermettux l-iżvilupp ta' diversi forom ta' diviżjonijiet, diskriminazzjonijiet u inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej, bħall-inugwaljanzi bejn is-sessi jew il-diviżżjonijiet tas-settur diġitali jew tal-innovazzjoni, u ma' reġjuni oħra fid-dinja. B'mod partikolari, dan għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-adattament tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza fir-reġjuni anqas żviluppati, biex b'hekk tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020.

Il-mira hija li jiżdiedu l-interkomunikazzjoni kif ukoll l-inklużjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali u d-dinamiżmu pożittiv interkulturali fl-Ewropa kif anki li jinkiseb fehim akbar tal-bidliet għas-soċjetà fl-Ewropa u ma' msieħba internazzjonali, permezz ta' xjenza mill-aktar avvanzata u interdixxiplinarjetà, avvanzi teknoloġiċi u innovazzjonijiet organizzattivi. Hawnhekk ir-riċerka fl-istudji umanistiċi għandha jkollha rwol kruċjali, inkluż permezz tar-riċerka dwar il-konsegwenzi tal-bidla għas-soċjetà għall-benessri u l-kwalità tal-ħajjiet ta' individwi, familji u soċjetajiet, u trid għalhekk tkun finanzjata adegwatament. Ir-riċerka umanistika għandha tiżvela, tiżviluppa, tippreserva u tidentifika l-patrimonju kulturali multidimensjonali Ewropew billi toħloq dixxiplini xjentifiċi ġodda, oqsma ta' innovazzjoni ġodda u impjiegi ġodda. Jeżisti bżonn għal bażi ta' għarfien akbar fl-oqsma tal-esklużjoni soċjali, is-saħħa, il-bidla demografika u t-tixjiħ tas-soċjetà, il-kors tal-ħajja, it-tradizzjonijiet tal-familja, l-istorja komuni u l-patrimonju kulturali, l-eżerċizzju fiżiku, il-migrazzjoni u l-mobbiltà, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, il-multilingwiżmu u d-dinamiżmu tal-governanza. Hawnhekk ir-riċerka fil-qasam tax-xjenzi umani u soċjali jista' jkollha rwol importanti. Ir-riċerka għandha tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fit-tfassil ta' politiki u fl-identifikazzjoni tal-attivitajiet li jiġġieldu l-faqar u ma jippermettux l-iżvilupp ta' diversi forom ta' diviżjonijiet, diskriminazzjonijiet u inugwaljanzi fis-soċjetajiet Ewropej, bħall-inugwaljanzi bejn is-sessi jew id-diviżjonijiet tas-settur diġitali jew tal-innovazzjoni, u ma' reġjuni oħra fid-dinja, pereżempju abbażi ta' studji komparattivi tad-diversità kulturali u lingwistika u tal-interazzjoni interkulturali. B'mod partikolari, dan għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u l-adattament tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza fir-reġjuni anqas żviluppati, biex b'hekk tiżdied il-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020.

Emenda:    71

Proposta għal Regolament

Anness I – parti III – punt 6 – punt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

(ba) jiżviluppaw l-għarfien u l-komprensjoni reċiproċi permezz tad-djalogu interkulturali;

Emenda:    72

Proposta għal Regolament

Anness I – parti IV – punt 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-oqsma ewlenin ta' kompetenza tal-JRC se jkunu l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-agrikoltura u s-sikurezza fl-ikel, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, materjal ta' referenza u s-saħħa u s-sigurtà (inklużi dawk nukleari fil-programm Euratom).

L-oqsma ewlenin ta' kompetenza tal-JRC se jkunu l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-agrikoltura u s-sikurezza fl-ikel, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħarsien tal-patrimonju storiku, artistiku u kulturali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, materjal ta' referenza u s-saħħa u s-sigurtà (inklużi dawk nukleari fil-programm Euratom).

Emenda:    73

Proposta għal Regolament

Anness I – parti V – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda:

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b'hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta' persuni intraprenditorjali. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b'mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

L-EIT se jindirizza dawn il-kwistjonijiet billi jippromwovi bidliet strutturali fix-xenarju Ewropew tal-innovazzjoni li jħeġġu l-Unjoni ssir aktar kompetittiva. Dan se jagħmlu billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b'hekk jinħolqu ambjenti ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi jiġu promossi u appoġġati ġenerazzjoni ġdida ta' persuni intraprenditorjali. Billi jagħmel dan, l-EIT se jagħti l-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u b'mod partikolari dawk tal-inizjattivi ewlenin Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi; għalhekk hija kruċjali l-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Anness II.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Emma McClarkin app

31.1.2012

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

29.5.2012

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Nessa Childers, Seán Kelly, Iosif Matula, Mitro Repo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Evžen Tošenovský app

18.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Piotr Borys app

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Dan ir-Regolament huwa parti mill-pakkett Orizzont 2020 ippreżentat mill-Kummissjoni f'Novembru 2011. L-għan tal-pakkett hu l-ħolqien ta' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020.

Il-politika tal-Unjoni Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni għandha importanza partikolari għall-kompetittività tal-Unjoni. L-għan hu li l-UE tadatta ruħha għal dinja li qed tinbidel billi tippromwovi politika ta' riċerka li tagħti prominenza lit-teknoloġija, biex b'hekk jinħolqu l-impjiegi u tissaħħaħ l-ekonomija.

Dan ir-regolament hu l-istrument ewlieni tal-pakkett Orizzont 2020. Hu jistabbilixxi l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Bħala r-regolament ewlieni, dan l-istrument hu soġġett għal Proċedura ta' Kodeċiżjoni.

L-interess tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali f'din id-deċiżjoni jikkonċerna l-iktar kwistjonijiet ta' natura etika, peress li r-responsabilità tiegħu tinkludi kwistjonijiet ta' natura etika b'rabta ma' teknoloġiji ġodda. Għalhekk il-Kumitat irrestrinġa l-emendi tiegħu għal kwistjonijiet ta' natura etika li ħarġu mill-abbozz ta' regolament.

Il-kwistjoni etika ewlenija titratta r-riċerka bl-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijun uman. Is-Seba' Programm Qafas (2007-2013) kien approvat wara li ntlaħaq kompromess delikat dwar din il-kwistjoni etika. Dan l-abbozz ta' opinjoni għandu l-għan li jindirizza l-problema filwaqt li jipprova jikseb ċertezza legali akbar.

Għalhekk, il-Kumitat jipproponi li r-riċerka li jew tinvolvi l-qerda ta' embrijuni umani jew li tuża ċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman għandha tiġi eskluża bis-sħiħ mill-finanzjament tal-UE. Għaldaqstant jitħalla f'idejn l-Istati Membri individwali li jiddeċiedu, b'konformità mar-regoli dwar l-etika tagħhom, jekk jiffinanzjawx din ir-riċerka mill-baġits tagħhom stess.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Ir-riċerka u l-innovazzjoni spiss jinbnew fuq il-kapaċità tax-xjenzati, tal-istituzzjonijiet tar-riċerka, tan-negozji u taċ-ċittadini sabiex jaċċedu għal, jaqsmu u jużaw l-informazzjoni xjentifika. Sabiex jiżdiedu ċ-ċirkolazzjoni u l-isfruttar tal-għarfien, l-aċċess sostenibbli għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, li huwa diġà mħaddan fis-Seba’ Programm Kwadru, għandu jkun il-prinċipju ġenerali għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirċievu ffinanzjar pubbliku minn Orizzont 2020. Barra minn hekk, Orizzont 2020 għandu jesperimenta bl-aċċess miftuħ online għad-dejta xjentifika prodotta jew miġbura minn riċerka ffinanzjata mill-pubbliku, bil-għan li l-aċċess miftuħ għal dejta bħal din isir ir-regola ġenerali sal-2020. Fejn ikun xieraq, l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni jistgħu ikunu koperti mill-baġit tal-Orizzont 2020.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqisu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqisu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom jirrispettaw ukoll id-dispożizzjonijiet u t-tradizzjonijiet legali jew amministrattivi tal-Istati Membri. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE u mal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea biex jitħaffef it-twettiq tad-dritt li kulħadd ikollu aċċess għal kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li jibbenefika minn trattament mediku skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u l-prattiki nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tenfasizza li r-riċerka għandha tibqa' soġġetta għal-liġijiet nazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni Ewropea ma tissoliċitax b’mod espliċitu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. L-użu taċ-ċelloli staminali umani, sew jekk huma adulti kif ukoll tal-embrijun, jekk jeżistu, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati skont l-objettivi li huma jridu jilħqu u huwa suġġett għal Reviżjoni Etika stretta. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijun uman ma għandu jkun ffinanzjat, jekk ma jkollux l-approvazzjonijiet neċessarji mill-Istati Membri. L-ebda attività ma għandha tkun iffinanzjata li hija miċħuda fl-Istati Membri kollha. M'għandha tiġi ffinanzjata l-ebda attività fi Stat Membru fejn tali attività hija pprojbita.

(25) Jeżistu differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet nazzjonali dwar ir-riċerka bl-użu ta' embrijuni umani u taċ-ċelloli staminali tal-embrijun uman. Il-politika tal-Unjoni ma għandhiex tipprova tarmonizza l-leġiżlazzjoni nazzjonali. B'konnessjoni mas-Seba' Programm Qafas, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet ser tkompli bil-prattika attwali u mhijiex se tressaq proposti lill-Kumitat Regolatorju għal proġetti li jinkludu attivitajiet ta' riċerka li jeqirdu l-embrijuni umani, inkluż il-proċess ta' kisba ta' ċelloli staminali. Dan l-impenn għandu jiddaħħal f'dan ir-Regolament biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa b'mod attiv ir-riċerka iffokata fuq l-iżvilupp ta' alternattivi għaċ-ċelloli staminali embrijoniċi.

__________________

1 Il-Punt 12 tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 6, anness mad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412/1 30.12.2006, p.1).

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tingħata setgħa legali lill-impenn tal-Kummissjoni dwar ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, u l-iżvilupp tar-riċerka fis-sistemi legali tal-Istati Membri, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-problemi legali u etiċi ta' ċerti tipi ta' riċerka, ir-riċerka legali wkoll għandha tiġi ffinanzjata mill-proposta.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fi proġetti ta' riċerka fejn il-bnedmin jintużaw bħala soġġetti jew utenti aħħarija, l-Orizzont 2020 għandu jiżgura li l-parteċipanti u l-gruppi kollha tas-soċjetà jiġu trattati l-istess.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

L-aċċess miftuħ

Bil-għan li jissaħħu l-isfruttament u d-distribuzzjoni tar-riżultati biex b'hekk tingħata spinta lill-innovazzjoni Ewropea, għandu jiġi mħeġġeġ l-aċċess miftuħ u sostenibbli għall-pubblikazzjonijiet kollha li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata mill-Orizzont 2020, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni li jkun żgurat li x-xjenzati Ewropej jitħallew jippubblikaw fl-aktar ġurnali prestiġġjużi u f'fora oħrajn. Jista' jiġi promoss aċċess miftuħ għad-data xjentifika prodotta jew miġbura mir-riċerka ffinanzjata mill-Orizzont 2020.

Meta pubblikazzjonijiet li jirriżultaw minn Orizzont 2020 jiġu ppubblikati f'forma ta' aċċess miftuħ u f'format li ħielsa biex tinqara, l-ispiża tal-pubblikazzjoni għandha tkun koperta mill-baġit Orizzont 2020.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

L-attivitajiet kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplimentari tagħha, id-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija, dwar il-Prinċipji Etiċi għal Riċerka Medika li tinvolvi Soġġetti Umani, il-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta' April 1997 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dinjità tal-Bniedem fir-rigward tal-Applikazzjoni tal-Bijoloġija u tal-Mediċina u l-Protokoll supplimentari tagħha, u r-Riżoluzzjoni Nru 59/280 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Klonazzjoni tal-Bniedem tat-8 ta' Marzu 2005.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) attivitajiet tar-riċerka intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

(c) attivitajiet intenzjonati li joħolqu embrijuni umani biss għall-iskop ta’ riċerka jew għall-iskop ta’ akkwist taċ-ċelloli staminali, inkluż b’mezzi ta’ trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) riċerka li tinvolvi l-qerda tal-embrijuni umani;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprekludi finanzjament għar-riċerka li jinvolvi l-qerda tal-embrijuni umani.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) riċerka bl-użu ta' ċelloli staminali minn embrijuni umani.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprekludi l-finanzjament ta' riċerka li tuża ċelloli staminali minn embrijuni umani.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali umani, kemm adulti kif ukoll tal-embrijuni, tista’ tiġi ffinanzjata, u din tiddependeni fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. Ma għandux jingħata finanzjament għal attivitajiet tar-riċerka li huma projbiti fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

4. Ir-riċerka fuq tipi ta’ ċelloli staminali umani oħra, tista’ tiġi ffinanzjata, u dan jiddependi fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. Ma għandux jingħata finanzjament għal attivitajiet tar-riċerka li huma projbiti fl-Istati Membri kollha. L-ebda attività ma għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija miċħuda.

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda konsegwenzjali wara l-projbizzjoni ta' finanzjament għar-riċerka bl-użu ta' ċelloli staminali minn embrijuni umani.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) azzjonijiet li jiġbru flmkien riżultati minn firxa ta’ proġetti, inkluż dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-data faċli għall-utent u rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali;

(c) azzjonijiet li jiġbru flmkien riżultati minn firxa ta’ proġetti, inkluż dawk li jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħrajn, biex jipprovdu bażijiet tad-dejta faċli għall-utent u rapporti li jagħtu sommarju tas-sejbiet prinċipali, u, fejn rilevanti, il-komunikazzjoni u t-tixrid tagħhom lill-komunità xjentifika u l-pubbliku ġenerali;

PROĊEDURA

Taqsima

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Piotr Borys app

19.12.2011

Eżami fil-kumitat

26.4.2012

19.6.2012

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jacek Włosowicz app

24.9.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

( COM(2011)0809 – C7‑0466/2011 – 2011/0401(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Antigoni Papadopoulou app

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina u tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà.

(1) L-Unjoni għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb Żona Ewropea tar-Riċerka (“ERA”) li fiha r-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, abbażi ta' trattament indaqs skont il-liġi u bħala professjonisti, u li tinkoraġġixxi lill-Unjoni ssir aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha. Sabiex twettaq dawn l-objettivi l-Unjoni għandha twettaq attivitajiet biex timplimenta r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, tiddissemina, tottimizza r-riżultati u tistimula t-taħriġ u l-mobbiltà essenzjali għall-iżvilupp tal-professjoni tar-riċerkatur Ewropew u tieħu miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għad-dimensjoni tal-ġeneru fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u bħala t-triq li twassal għall-eċċellenza.

(3) L-Unjoni hija impenjata li tikseb l-istrateġija Ewropa 2020, li stipulat l-objettivi tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, fejn aċċennat ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala katalizzaturi ewlenin tal-prosperità soċjali u ekonomika u tas-sostenibbiltà ambjentali u li tiffissa l-mira għaliha nfisha biex iżżid l-ispiża fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp biex tilħaq 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2020 filwaqt li tiżviluppa indikatur tal-intesità tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, l-inizjattiva ewlenija Unjoni tal-Innovazzjoni tistabbilixxi approċċ strateġiku u integrat lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li jiffissa l-qafas u l-objettivi li l-iffinanzjar futur tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jikkontribwixxi għalihom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma wkoll fatturi ewlenin għal inizjattivi ewlenin oħrajn tal-Ewropa 2020, b’mod partikolari dwar l-Ewropa effiċjenti fir-riżorsi, politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, u aġenda diġitali għall-Ewropa. Barra minn hekk , sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fil-bini tal-kapaċità u billi tipprovdi t-triq li twassal għall-eċċellenza, kemm lix-xjenzati nisa kif ukoll irġiel, biex iwettqu riċerka u innovazzjoni avvanzati u tal-ogħla kwalità. Orizzont 2020 għandu jippromwovi korsijiet reġjonali ta' taħriġ biex jiġi faċilitat l-aċċess tan-nisa għal postijiet speċjalizzati ħafna fis-settur tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Fil-21 ta' Settembru 2010, l-Unjoni adottat l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015, li tiddikjara li "sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020, jiġifieri tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, jeħtieġ li l-potenzjal u l-firxa tat-talenti tan-nisa jintużaw b'mod aktar estensiv u effiċjenti." F'dan il-kuntest, id-dimensjoni tal-ġeneru għandha ssir prijorità ċentrali fid-disinn ġenerali tal-oqsma tematiċi, programmi, strumenti u kriterji eleġibbli għall-proġetti f'kull stadju ta' ħajjithom: mill-istadju tal-proposta sa dak ta' evalwazzjoni, implimentazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira t-talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Frar 2011, appoġġa l-kunċett tal-finanzjament tal-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni biex titjib l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u talab lill-Unjoni biex tindirizza malajr l-ostakli li fadal biex tattira n-nisa u l-irġiel b'talent u l-investiment sabiex tlesti l-ERA sal-2014 u tikseb suq uniku ġenwin għall-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

(15) Il-mira ċentrali tal-Orizzont 2020 hija s-simplifikazzjoni li għandha tiġi riflessa bis-sħiħ fit-tfassil, ir-regoli, il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tiegħu. Orizzont 2020 għandu jkollu l-għan li jattira l-parteċipazzjoni qawwija tal-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u speċifikament l-SMEs u jkun miftuħ għall-potenzjal sħiħ u l-eċċellenza xjentifika ta' parteċipanti ġodda ta’ talent, kemm nisa kif ukoll irġiel, minn madwar l-Ewropa kollha, bl-għan li jiżdied il-persentaġġ ta' nisa li jieħdu sehem fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE, billi jiġbor flimkien il-firxa sħiħa ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’qafas strateġiku komuni wieħed, inkluż sett issimplifikat ta’ forom ta’ appoġġ u juża regoli għall-parteċipazzjoni bi prinċipji applikabbli għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm. Regoli ta’ ffinanzjar aktar sempliċi għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-parteċipazzjoni u se jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-iżbalji finanzjarji.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Il-kwestjoni tas-sessi għandha tkun preżenti fit-tliet prijoritajiet ta' Orizzont 2020: Xjenza Eċċellenti, Tmexxija Industrijali u Sfidi tas-Soċjetà, kif ukoll fl-isfidi kollha tas-soċjetà identifikati bħala assi integrat mar-riċerka fundamentali u ta' azzjoni u mar-riżorsi umani. Il-kwestjoni tas-sessi għandha tkun ukoll riflessa fl-allokazzjoni tal-finanzjament, permezz tal-użu ta' indikaturi bbażati fuq is-sess għal parteċipazzjoni iktar bilanċjata tan-nisa fir-riċerka ffinanzjata mill-UE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) Programmi ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni għandhom jiġu organizzati fi skejjel bl-għan li l-bniet jitħeġġu jieħdu interess fil-professjonijiet xjentifiċi, li għadhom wisq iddominati mis-subien.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu mix-xjenza u t-teknoloġija, l-industrija, il-politiki u s-soċjetà. Fil-fatt, l-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati mis-setturi kollha konċernati, u għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni.

(21) L-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 għandha twieġeb għall-opportunitajiet u l-ħtiġijiet li qed jevolvu miċ-ċittadini, mis-soċjetà, mill-politika, mix-xjenza u t-teknoloġija u l-industrija. L-aġendi għandhom ikunu stabbiliti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, mis-setturi kollha konċernati, inkluż ir-rappreżentanti tal-komunità xjentifika, riċerkaturi rġiel u nisa, is-settur pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u l-SMEs. Għandha tkun permessa flessibbiltà suffiċjenti għal żviluppi ġodda. Il-konsultazzjoni esterna bbilanċjata għandha tkun mfittxa fuq bażi kontinwa matul l-Orizzont 2020, ukoll permezz tal-użu ta’ strutturi rilevanti bħall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-Inizjattivi Konġunti ta' Programmar u l-Isħubiji Ewropej tal-Innovazzjoni, u madankollu għandha tiżgura li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. L-impenn favur l-integrazzjoni tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-Unjoni, għandu jiġi segwit kif xieraq fl-ippjanar u fil-valutazzjoni tal-proġetti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

(22) Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni adegwata lil Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi irġiel u nisa, flimkien ma’ oqfsa ta’ referenza rilevanti oħrajn definiti fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li tkun rispettata n-natura volontarja tagħhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Għad hemm limitu diskriminatorju trasparenti (glass ceiling) għal dawk in-nisa li jixtiequ jagħżlu karriera fix-xjenza u fir-riċerka, nisa li għad għandhom rappreżentanza baxxa f'xi dixxiplini, bħall-inġinerija u t-teknoloġiji, u għad ma jidher l-ebda tnaqqis gradwali tad-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneru. Għaldaqstant il-programm Orizzont 2020 għandu jikkoreġi dawn l-iżbilanċi fil-parteċipazzjoni tax-xjenzati nisa f'kull stadju tal-karrieri fir-riċerka u f'oqsma differenti ta' riċerka.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-attivitajiet żviluppati fil-qafas tal-Orizzont 2020 għandu jkollhom l-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jindirizzaw b’mod partikolari l-kawżi sottostanti tal-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu tar-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel, u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti bil-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riċerka u tiġi stimolata l-innovazzjoni. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-TFUE.

(23) L-attivitajiet żviluppati fil-qafas tal-Orizzont 2020 għandu jkollhom l-għan li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jidentifikaw u jirrimedjaw għall-kawżi sottostanti ewlenin tal-iżbilanċ bejn is-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu tar-riċerkaturi kemm nisa kif ukoll irġiel, f'termini ta' professjonalità u ta' ħiliet, u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni, ir-reklutaġġ u l-għamla tal-gruppi ta' riċerka u l-finanzjament, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tar-riċerka u tiġi stimolata l-innovazzjoni u b'hekk l-ekonomiji Ewropej isiru iktar kompetittivi u dinamiċi. L-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-TFUE.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) L-attivitajiet ta' Orizzont 2020 għandhom jegħilbu l-ostakli kollha dovuti għall-fenomenu tas-"saqaf tal-ħġieġ" (glass ceiling), li joħolqu sottorappreżentanza tar-riċerkaturi nisa f'pożizzjonijiet prominenti fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b) Orizzont 2020 għandu jara li jilħaq bilanċ ġust bejn proġetti xjentifiċi mmexxija minn riċerkaturi nisa u dawk immexxija minn riċerkaturi rġiel.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23c) Orizzont 2020 għandu jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nisa fir-riċerka, il-proġetti u d-dixxiplini xjentifiċi Ewropej kollha, mhux biss għall-gruppi konsultattivi u fost l-evalwaturi iżda wkoll għall-istrutturi kollha li għandhom rabta ma' Orizzont 2020 (EIT, KER, JRC, Gruppi ta' Tmexxija, Gruppi ta' Livell Għoli, Gruppi ta' Esperti, eċċ.) kif ukoll fl-universitajiet u fl-istituzzjonijiet ta' riċerka.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

(24) L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Orizzont 2020 għandhom jirrispettaw id-drittijiet etiċi u fundamentali tal-bniedem. Għandhom jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda kif ukoll l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom iqisu wkoll l-Artikolu 13 tat-TFUE u jnaqqsu l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tal-annimali jiġi sostitwit. L-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu bl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 168 TFUE.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

(30) L-Orizzont 2020 għandu jippromwovi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bbażata fuq interess komuni u benefiċċju reċiproku. Il-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni għandha tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata kontribuzzjoni għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jingħata appoġġ lill-politiki esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, inkluż billi jiġu żviluppati sinerġiji mal-programmi esterni u jagħtu kontribuzzjoni għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni bħall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, u l-prijorità ġenerali tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Orizzont 2020 u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li għandu jiġi wkoll żgurat għall-parteċipanti kollha ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm. Hemm il-ħtieġa li tkun żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [regolament finanzjarju ġdid] u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.

(34) Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Orizzont 2020 u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u faċli għall-utent, filwaqt li għandu jiġi wkoll żgurat għall-parteċipanti kollha ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-perspettiva tal-ġeneru u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jiġu integrati f'attivitajiet u fil-fażijiet kollha ta' preparazzjoni, programmazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni b'metodi ta' valutazzjoni ta' ibbaġitjar skont is-sessi. Hemm il-ħtieġa li tkun żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [regolament finanzjarju ġdid] u mar-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Il-perspettiva tal-ġeneru għandha tiġi integrata bis-sħiħ fir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni ta' "Orizzont 2020 – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)".

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-bini ta’ ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, fl-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni kollha billi jaġixxi bħala mezz għall-ingranaġġ suffiċjenti ta' riċerka addizzjonali, żvilupp u finanzjament għall-innovazzjoni u bl-użu tal-potenzjal sħiħ u l-eċċellenza xjentifika tax-xjenzati kollha Ewropej, inkluż tax-xjenzati nisa. B’hekk, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA). L-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni qegħdin stipulati fl-introduzzjoni tal-Anness I.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Orizzont 2020, bħala wieħed mill-objettivi prijoritarji tiegħu, għandu jkollu ż-żieda fil-persentaġġ ta' nisa involuti fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni maħsuba biex iħeġġu lin-nisa jitħarrġu bħala xjenzati u biex juru l-opportunitajiet ta' karrieri disponibbli fis-settur tar-R&Ż.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b) Orizzont 2020 għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jappoġġa bidliet fl-organizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tar-riċerka u fil-kontenut u d-disinn tal-attivitajiet ta' riċerka. Il-kwistjoni tal-ġeneru għandha tiġi indirizzata bħala kwistjoni trasversali għar-rettifikazzjoni tal-iżbilanċi bejn in-nisa u l-irġiel, u għall-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fl-ipprogrammar u l-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Id-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn in-nisa u l-irġiel għandhom jingħataw kunsiderazzjoni suffiċjenti fid-disinn, fil-kontenut u l-eżekuzzjoni tal-programmi ta' riċerka. Għandha tingħata attenzjoni xierqa biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni tax-xjenzati nisa fir-riċerka u fil-proċess tal-politika tar-riċerka.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Orizzont 2020 għandu jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ oqsma ta’ riċerka mhux segregati skont is-sessi. Orizzont 2020, permezz tal-universitajiet, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, għandu jippromwovi kemm ix-xjenza bħala qasam ta' interess għaż-żewġ sessi sa mill-istadji bikrin tal-edukazzjoni kif ukoll l-immaġni tar-riċerkaturi nisa bħala mudelli ta' għajxien. Permezz ta' kampanji ta' għarfien, għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-rekwiżiti meħtieġa biex wieħed isir riċerkatur u l-opportunitajiet disponibbli fil-qasam tar-riċerka.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia) ir-rispett tal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni, ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw appoġġ għal riċerka u innovazzjoni responsabbli.

1. Għall-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, għandhom jitqisu l-pariri u l-inputs pprovduti minn: gruppi konsultattivi ta' esperti ta' livell għoli indipendenti minn firxa wiesgħa ta' setturi u esperjenzi (inkluż rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), stabbiliti mill-Kummissjoni; strutturi tad-djalogu li nħolqu taħt ftehimiet internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija; attivitajiet progressivi; konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati; u proċessi trasparenti u interattivi li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli. B'mod partikolari, l-inklużjoni ta' attivitajiet għall-promozzjoni ta' rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-irġiel u n-nisa fit-timijiet ta' riċerka u integrazzjoni adegwata tas-sessi u l-analiżi tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka. Il-kompożizzjoni tal-bordijiet ta' konsulenza għandha tfittex li tikseb il-bilanċ bejn is-sessi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Hu importanti li d-dimensjoni tal-ġeneru fir-riċerka u l-innovazzjoni tiġi indirizzata bħala parti integrali mill-proposti għall-iżgurar tal-ogħla livell ta' kwalità xjentifika. Orizzont 2020 għandu jiżgura li d-dimensjoni tal-ġeneru tingħata kunsiderazzjoni xierqa fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni f'kull stadju tal-proċess, mit-tfassil tal-prijorità, sad-definizzjoni tas-sejħiet u l-proposti, sal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta' programmi u proġetti, san-negozjati u l-ftehimiet.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi garantita rappreżentazzjoni bbilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-gruppi ta' esperti indipendenti u fil-gruppi konsultattivi ta' livell għoli mwaqqfa mill-Kummissjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, ix-xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u t-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi.

1. Għandhom jiġu implimentati rabtiet u interfaċċi madwar u fi ħdan il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin abilitanti u industrijali, il-passaġġ mill-iskoperta għall-applikazzjoni fis-suq, ir-riċerka transdixxiplinarja u l-innovazzjoni, kollaborazzjoni wiesgħa bejn ir-riċerka, l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u n-negozju ta' xjenzi soċjali u ekonomiċi u l-istudji umanistiċi, it-trawwim tal-funzjonament u l-kisba tal-ERA, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli inkluż il-kwistjoni tas-sessi, u l-kisba tal-bilanċ bejn is-sessi, it-titjib tal-attrattività tal-professjoni tar-riċerka, speċjalment fost in-nisa żgħażagħ u l-iffaċilitar tal-mobbiltà transkonfinali u transsettorjali tar-riċerkaturi, b'attenzjoni partikolari għal riċerkaturi nisa. Kull programm ta' ħidma għandu jinkludi sezzjoni speċifika li tiddeskrivi l-azzjoni prevista għall-indirizzar tal-iżbilanċi bejn is-sessi u għall-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru. Dan għandu jkun rifless ukoll fil-livell proġettwali skont id-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet ta' għotjiet.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Filwaqt li titqies ir-rata baxxa ta' parteċipazzjoni tar-riċerkaturi nisa fl-FP7 u fl-FP6, Orizzont 2020 għandu jsolvi din il-kwestjoni permezz ta' opportunitajiet indaqs għall-avvanz professjonali kemm għar-riċerkaturi rġiel kif ukoll għan-nisa, filwaqt li jiffoka fuq il-mobilità tagħhom u fuq modi biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

1. Orizzont 2020 għandu jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni effettiva u l-inklużjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u fil-fażijiet kollha ta' proġett: kunċett, proposta, valutazzjoni, ġestjoni tal-proġett, monitoraġġ, kif ukoll bilanċ bejn is-sessi fil-programmi kollha, kumitati ta' valutazzjoni, gruppi ta' esperti u gruppi konsultattivi u korpi għat-teħid ta' deċiżjonijiet eżistenti jew maħluqa għall-implimentazzjoni tagħhom, billi jiġi faċilitat l-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni xjentifika u għall-professjonijiet xjentifiċi, u b'hekk jinħolqu prospetti ta' karrieri aħjar għalihom fl-oqsma kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni. Għal dan il-għan, għandhom jitfasslu, jiġu żviluppati u implimentati għanijiet u pjanijiet effikaċi biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Biex jinkiseb dan, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu obbligatorji:

1. L-istabbiliment tal-bilanċ bejn is-sessi bħala kriterju għall-evalwazzjoni tal-proġett: li għandu jingħata biżżejjed kunsiderazzjoni fl-abbozz tal-proġett. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm livell minimu fl-istruttura f'termini ta' kompożizzjoni, koordinaturi u mexxejja ta' timijiet ta' gruppi ta' riċerka.

2. Il-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-taħriġ ta' evalwaturi u esperti: jekk il-bilanċ bejn is-sessi hu kriterju obbligatorju, għaldaqstant it-taħriġ dwar din il-kwistjoni speċifika għal min irid jivvaluta l-proġetti hu partikolarment importanti u għandu jkun obbligatorju.

3. Il-promozzjoni tat-tmexxija tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka permezz:

a) tal-monitoraġġ tal-preżenza femminili f'pożizzjonijiet ewlenin ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet u fiċ-ċentri ta' riċerka;

b) tat-tfassil ta' bażi ta' dejta u distribuzzjoni sistematika tal-informazzjoni dwar ir-riċerkaturi nisa ta' kwalità għolja, biex tissaħħaħ il-viżibilità tagħhom u biex jiġu stabbiliti mudelli għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ;

c) tal-iżgurar li l-kriterji ta' promozzjoni fl-istituzzjonijiet tax-xjenza u tar-riċerka jkunu trasparenti u ġusti u li dawn jikkonformaw mar-rekwiżti għall-integrazzjoni tal-ġeneru;

d) ta' promozzjoni ta' politiki ta' rikonċiljazzjoni bejn id-dinja tax-xogħol u tal-familja għax-xjenzati nisa u l-appoġġ għal skemi ta' mobilità għar-riċerkaturi nisa; għandhom jiġu analizzati kwistjonijiet relatati mal-maternità u mal-kondizzjonijiet ta' paternità biex ikun hemm bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-familja fir-riċerka, billi tinżamm l-attrattiva ta' dawn l-impjiegi għax-xjenzati nisa;

e) tal-monitoraġġ tal-progress tal-karriera u tal-paga sabiex jiġu evitati differenzi fil-pagi relatati mal-ġeneru.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fejn jkun il-każ, Orizzont 2020 għandu jiżgura li d-dimensjoni tal-ġeneru titqies kif xieraq fil-proġetti ta' riċerka u żvilupp, speċjalment fir-rigward ta' servizzi u prodotti għall-utenti aħħarija, f-il-kontenut f'kull stadju tal-proċess, inkluż fl-għoti ta' prijorità, fid-definizzjoni ta' sejħiet għall-proposti, fil-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta' programmi u proġetti, negozjati u ftehimiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Fil-kuntest ta' Orizzont 2020, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-konformità mal-prinċipji tal-ugwaljanza professjonali, paga indaqs u opportunitajiet indaqs fil-karrieri. B'dan il-għan, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriżi li jirċievu finanzjamwnt mill-UE għandhom jiġu kkonsultati kull sena dwar is-sitwazzjoni b'rabta mal-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rimedji possibbli f'każijiet fejn ikunu dehru żbilanċji. Barra minn hekk, jekk il-każijiet ta' inugwaljanzi jibqgħu jeżistu, u wara li l-impriżi tkun ġiet imfakkra dwar l-obbligi tagħha, l-għajnuna finanzjarja msemmija hawn fuq tista' titneħħielha.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Orizzont 2020 għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-bilanċ bejn is-sessi fil-programmi kollha, fil-kumitati ta’ evalwazzjoni, fil-gruppi ta’ esperti, fil-gruppi konsultattivi u fi kwalunkwe entità eżistenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet jew li ġiet maħluqa għall-implimentazzjoni tiegħu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliċi privati, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi.

1. Orizzont 2020 jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubiji pubbliku-privat, fejn l-imsieħba kollha kkonċernati huma impenjati biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu ta’ importanza strateġika għall-kompetittività u t-tmexxija industrijali tal-Unjoni jew li jittrattaw b'mod effettiv sfidi globali tas-soċjetà, b'attenzjoni partikolari għal kull inugwaljanza eżistenti bejn is-sessi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

1. Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż is-soċjetà ċivili, fejn azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jiġu implimentati b’mod konġunt fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp.

(c) jiġu appoġġati l-objettivi tal-politika esterna u tal-iżvilupp tal-Unjoni, li jikkumplementaw il-programmi esterni u tal-iżvilupp u impenji internazzjonali bħall-kisba tal-MDGs u l-prijorità ġenerali ta' ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020.

2. L-attivitajiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu kompitu integrali taħt l-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Orizzont 2020, u għandhom jinkludu dimensjoni suffiċjenti tal-ġeneru li tenfasizza r-rwol pożittiv u l-kontribut tax-xjenzati nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni. Kwalunkwe disseminazzjoni ta' informazzjoni jew attività ta' komunikazzjoni għandha tinkludi dimensjoni tal-ġeneru u għandha tkun preċeduta minn analiżi tal-ġeneru.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed;

(a) inizjattivi maħsuba biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-iffinanzjar taħt l-Orizzont 2020, b’mod partikolari għal dawk ir-reġjuni jew it-tipi ta’ parteċipant li mhumiex irrappreżentati biżżejjed; għandha tkun promossa l-importanza tal-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fix-xjenza u l-objettiv tal-bilanċ bejn is-sessi fix-xjenza u fir-riċerka għandu jitqies bħala konferma tal-prinċipju ta' ekwità soċjali u mezz essenzjali għall-użu sħiħ tal-potenzjal xjentifiku eżistenti fis-soċjetà;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) azzjonijiet ta' komunikazzjoni u ta' tkabbir tal-għarfien immirati biex jiżguraw il-viżibilità tan-nisa attivi fl-oqsma tar-riċerka xjentifika u teknoloġika (pereżempju riklami, gazzetti, radju, internet) u l-ħolqien ta' immaġni pożittiva tax-xjenzati nisa fis-soċjetà;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) kampanji biex jingħelbu l-isterjotipi tal-ġeneru fix-xjenza, b'mod ġenerali u speċjalment fl-attivitajiet ta' innovazzjoni u ta' riċerka;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ adegwat bejn il-fiduċja u l-kontroll filwaqt li jitqisu l-spejjeż amministrattivi u spejjeż oħrajn tal-kontroll fil-livelli kollha, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020 u jiġu attratti l-aktar riċerkaturi eċċellenti u l-aktar impriżi innovattivi.

2. Is-sistema ta’ kontroll għandha tiżgura bilanċ adegwat bejn il-fiduċja u l-kontroll filwaqt li jitqisu l-spejjeż amministrattivi u spejjeż oħrajn tal-kontroll fil-livelli kollha, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020 u jiġu attratti l-aktar riċerkaturi eċċellenti, irrispettivament mill-ġeneru, u l-aktar impriżi innovattivi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar suġġetti trasversali bħas-sostenibbilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għandu jinkludi informazzjoni u indikaturi dwar suġġetti trasversali bħall-ġeneru, is-sostenibilità u t-tibdil fil-klima, inkluż informazzjoni dwar l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020.

(iii) il-kontribuzzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni għall-għanijiet tal-ġeneru u għall-prijorità dwar l-isfidi tas-soċjetà u l-objettiv speċifiku dwar “it-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali” tal-programm Orizzont 2020.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015 u r-reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, dwar il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għal parteċipanti fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Dik l-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

(b) Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2017, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni ex-post tas-Seba’ Programm Kwadru li għandha titlesta sa tmiem l-2015 u r-reviżjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020, il-programm speċifiku tiegħu, inkluż il-Kunsill ewropew għar-riċerka, u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, dwar il-kisbiet (fil-livell tar-riżultati u l-progress lejn l-impatti) tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u r-rilevanza kontinwa tal-miżuri kollha, l-effiċjenza u l-użu tar-riżorsi, l-ambitu għal aktar simplifikazzjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ukoll aspetti relatati mal-aċċess għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għal parteċipanti fir-reġjuni kollha, għall-SMEs u għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka u tal-innovazzjoni. B'żieda ma' dan, l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-bilanċ bejn is-sessi fl-entitajiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kumitati u bordijiet ta' konsulenza, tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-proċessi, parteċipazzjoni u fl-allokazzjoni ta' riżorsi. Dik l-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tqis il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklusiv u r-riżultati tal-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-objettivi ġenerali u għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, kif stipulat fl-introduzzjoni tal-Anness I għal dan ir-Regolament, u għall-objettivi speċifiċi kif stabbilit fil-programm speċifiku, inkluż il-linji bażi rilevanti, għandhom jipprovdu bażi minima għall-valutazzjoni ta’ kemm intlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020.

2. L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-objettivi ġenerali u għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, kif stipulat fl-introduzzjoni tal-Anness I għal dan ir-Regolament, u għall-objettivi speċifiċi kif stabbilit fil-programm speċifiku, inkluż il-linji bażi rilevanti, għandhom jipprovdu bażi minima għall-valutazzjoni ta’ kemm intlaħqu l-objettivi tal-Orizzont 2020. L-indikaturi tal-ġeneru għandhom jiġu miżjuda bħala indikaturi ta' prestazzjoni u għandhom jagħmlu użu tal-għodod statistiċi u tal-metodoloġiji eżistenti bħax-She figures: Statistika u Indikaturi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fix-Xjenza ppubblikati mid-DĠ riċerka kull tliet snin. Ix-She Figures saru sors rilevanti u rikonoxxuta ta' indikaturi u għandhom jiġu ppubblikati kull sentejn.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) għandu jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b’talent kif ukoll it-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdiji l-aktar promettenti fil-fruntieri tal-għarfien tax-xjenza, abbażi ta’ kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.

(a) Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) għandu jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali kreattivi u b’talent kif ukoll it-timijiet tagħhom, irrispettivament mis-sess tagħhom, ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdiji l-aktar promettenti fil-fruntieri tal-għarfien tax-xjenza, abbażi ta’ kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhoma jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta’ riskju għoli u taċċellera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

(b) It-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandhom jappoġġaw ir-riċerka kollaborattiva u teknoloġija u innovazzjoni mmexxija mill-utent, sensittiva għall-ġeneru sabiex tiġi estiża l-kapaċità tal-Ewropa fir-rigward tal-innovazzjoni avvanzata u li tibdel il-paradigmi. Għandha trawwem kollaborazzjoni xjentifika madwar id-dixxiplini dwar ideat radikalment ġodda, ta’ riskju għoli u taċċellera l-iżvilupp tal-oqsma emerġenti l-aktar promettenti tax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-istrutturar mifrux madwar l-Unjoni tal-komunitajiet xjentifiċi korrispondenti.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – punt 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Azzjonijiet Marie Curie għandhom jipprovdu taħriġ eċċellenti u innovattiv fir-riċerka kif ukoll opportunitajiet ta’ karrieri u skambju ta’ għarfien attraenti permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transsettorjali ta’ riċerkaturi bl-aħjar preparazzjoni biex jaffrontaw l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.

(c) Azzjonijiet Marie Curie għandhom jipprovdu taħriġ eċċellenti u innovattiv fir-riċerka kif ukoll opportunitajiet ta’ karrieri u skambju ta’ għarfien attraenti permezz ta’ mobbiltà transkonfinali u transsettorjali ta’ riċerkaturi bl-aħjar preparazzjoni biex jaffrontaw l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà. Il-programmi ta’ mobilità għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs reali bejn in-nisa u l-irġiel u għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-mobilità tar-riċerkaturi nisa.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet minnhom infushom jħarsu ’l quddiem, jibnu l-ħiliet fuq perjodu ta’ żmien twil, jiffokaw fuq il-ġenerazzjoni li jmiss tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerkaturi u l-innovazzjonijiet u jipprovdu appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-Unjoni kollha u l-pajjiżi assoċjati, kif ukoll madwar id-dinja Minħabba n-natura tagħhom xprunata mix-xjenza li fil-parti l-kbira hija “minn isfel għal fuq”, l-arranġamenti tal-finanzjament xprunati mill-investigaturi, il-komunità xjentifika Ewropea se jkollha rwol b’saħħtu biex tiddetermina r-rotot tar-riċerka segwiti taħt il-programm.

L-attivitajiet minnhom infushom jħarsu ’l quddiem, jibnu l-ħiliet fuq perjodu ta’ żmien twil, jiffokaw fuq il-ġenerazzjoni li jmiss tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerkaturi u l-innovazzjonijiet u jipprovdu appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-Unjoni kollha u l-pajjiżi assoċjati, kif ukoll madwar id-dinja bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi nisa b'talent u użu tal-potenzjal sħiħ u tal-eċċellenza xjentifika tax-xjenzati nisa għall-benefiċċju tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropea. Minħabba n-natura tagħhom xprunata mix-xjenza li fil-parti l-kbira hija “minn isfel għal fuq”, l-arranġamenti tal-finanzjament xprunati mill-investigaturi, il-komunità xjentifika Ewropea se jkollha rwol b’saħħtu biex tiddetermina r-rotot tar-riċerka segwiti taħt il-programm.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 10 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati u l-ispazju. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha.

(a) Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li għandha tipprovdi appoġġ dedikat għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni dwar l-ICT, in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati u l-ispazju. Għandha tingħata kunsiderazzjoni adegwata lill-bżonnijiet tal-utenti u lid-dimensjoni tal-ġeneru f'dawn l-oqsma kollha. Se ssir enfasi fuq l-interazzjonijiet u l-konverġenza ma’ u bejn it-teknoloġiji differenti kollha.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 14 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Azzjoni klimatika, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima;

(e) Azzjoni klimatika, inkluż l-aspetti tal-ġeneru tat-tibdil fil-klima, l-ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u l-konservazzjoni, u l-użu sostenibbli tal-materja prima;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 14 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri.

(f) Soċjetajiet ugwali, inklużivi, innovattivi u siguri.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”.

Ix-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi għandhom ikunu parti integrali tal-attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha. Barra minn dan, l-iżvilupp bażiku ta’ dawn id-dixxiplini għandu jkun appoġġat taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet ugwali, inklużivi, innovattivi u siguri”. Bl-istess mod, l-enfasi fuq il-ġeneru u l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun integrata fl-isfidi kollha. L-appoġġ se jiffoka wkoll fuq il-provvista ta’ bażi soda ta’ evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livelli internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Minħabba n-natura globali ta’ ħafna mill-isfidi, il-kooperazzjoni strateġika ma’ pajjiżi terzi għandha tkun parti integrali ta’ kull sfida. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut appoġġ trasversali għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet ugwali, inklużivi, innovattivi u siguri”.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri” jinkludi wkoll attività biex tagħlaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f’reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

L-objettiv speċifiku “Soċjetajiet ugwali, inklużivi, innovattivi u siguri” għandu jinkludi wkoll attivitajiet immirati għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fir-riċerka u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u biex tingħalaq id-diviżjoni bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi rilaxxata l-eċċellenza f’reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parti kbira oħra tal-isfida hija li f’bosta pajjiżi Ewropej is-settur pubbliku għadu ma joffrix b’mod suffiċjenti kundizzjonijiet attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Il-proċess biex riċerkaturi żagħżagħ b’talent isiru xjenzati indipendenti bħala dritt tagħhom jista’ jieħu ħafna snin. Dan iwassal għal ħela drammatika tal-potenzjal tar-riċerka tal-Ewropa għaliex idewwem l-emerġenza tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi, li jġibu ideat u enerġija ġodda, u jinkoraġġixxi lil riċerkaturi eċċellenti li jkunu qed jibdew il-karriera tagħhom biex ifittxu avvanz xi mkien ieħor.

Parti kbira oħra tal-isfida hija li f’bosta pajjiżi Ewropej is-settur pubbliku għadu ma joffrix b’mod suffiċjenti kundizzjonijiet attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Il-proċess biex riċerkaturi żagħżagħ b’talent isiru xjenzati indipendenti bħala dritt tagħhom jista’ jieħu ħafna snin. Dan iwassal għal ħela drammatika tal-potenzjal tar-riċerka tal-Ewropa għaliex idewwem l-emerġenza tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi, li jġibu ideat u enerġija ġodda, u jinkoraġġixxi lil riċerkaturi eċċellenti li jkunu qed jibdew il-karriera tagħhom biex ifittxu avvanz xi mkien ieħor. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lix-xjenzati nisa, li jirrappreżentaw biss it-18% tar-riċerkaturi ta' grad A, meta mqabbel mas-27% fl-Istati Uniti, filwaqt li 60% tal-iggradwati universitarji Ewropej huma nisa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex il-preġudizzju bejn is-sessi jingħata kunsiderazzjoni fir-reklutaġġ għall-impjiegi xjentifiċi u fl-appoġġ għall-karriera tar-riċerkaturi nisa.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta’ attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta’ eluf mill-Unjoni.

Barra minn hekk, dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta’ attrattività relattiva Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku. L-abbiltà tas-sistema tal-USA li toffri aktar riżorsi għal kull riċerkatur u prospetti aħjar tal-karriera tispjega għaliex hija għadha tattira l-aħjar riċerkaturi irġiel u nisa mid-dinja kollha, inklużi għexieren ta’ eluf mill-Unjoni.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ERC inħoloq biex jipprovdi lill-aqwa riċerkaturi tal-Ewropa, irġiel u nisa, ir-riżorsi li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar f’livell globali, billi jiffinanzja timijiet individwali abbażi ta’ kompetizzjoni pan-Ewropea. Dan jopera b’mod awtonomu: Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u kompetenzi, jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika ġenerali u għandu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata. Dawn huma karatteristiċi essenzjali tal-ERC, li jiżgura l-effettività tal-programm xjentifiku tiegħu, il-kwalità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-proċess tal-analiżi inter pares u l-kredibbiltà tiegħu fil-komunità xjentifika.

L-ERC inħoloq biex jipprovdi lill-aqwa riċerkaturi tal-Ewropa, irġiel u nisa, ir-riżorsi li jeħtieġu biex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar f’livell globali, billi jiffinanzja timijiet individwali abbażi ta’ kompetizzjoni pan-Ewropea. Dan jopera b’mod awtonomu: Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u kompetenzi, jistabbilixxi l-istrateġija xjentifika ġenerali u għandu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tiġi ffinanzjata. Dawn huma karatteristiċi essenzjali tal-ERC, li jiżgura l-effettività tal-programm xjentifiku tiegħu, il-kwalità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-proċess tal-analiżi inter pares u l-kredibbiltà tiegħu fil-komunità xjentifika. L-ERC għandu jiżgura li l-preġudizzju bejn is-sessi jiġi trattat kif xieraq fil-proċeduri ta' evalwazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-ERC għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta’ riċerkaturi ta’ kull età u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. U l-ERC għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b’saħħitha madwar l-Ewropa.

Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel. L-għotjiet tal-ERC għandhom ikunu miftuħin għal timijiet individwali ta’ riċerkaturi ta’ kull età, ġeneru, u minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jaħdmu fl-Ewropa. U l-ERC għandu jimmira li jrawwem kompetizzjoni b’saħħitha madwar l-Ewropa.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għandu jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-operazzjonijiet tal-ERC u jikkusidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi tiegħu permezz ta’ skemi ta’ għotjiet li jenfasizzaw iċ-ċarezza, l-istabbiltà u sempliċità, kemm għall-applikanti kif ukoll fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom, u, jekk hemm bżonn, biex iwieġeb għall-bżonnijiet emerġenti. Għandu jistinka biex iżomm u jkompli jirfina s-sistema ta’ analiżi inter pares tal-ERC li hija mill-aqwa, u li hija bbażata fuq trattament trasparenti, ġust u imparzjali tal-proposti sabiex ikun jista’ jidentifika eċċellenza u talent xjentifiċi mill-aqwa irrelevanti mis-sess, in-nazzjonalità jew l-eta’ tar-riċerkatur. Fl-aħħar nett, l-ERC għandu jkompli jwettaq l-istudji strateġiċi tiegħu biex iħejji u jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, iżomm kuntatti mill-qrib mal-komunità xjentifika u partijiet interessati oħra u jara kif għandu jagħmel biex l-attivitajiet tiegħu jikkumplimentaw riċerka li ssir f’livelli oħrajn.

Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC għandu jagħmel monitoraġġ kontinwu tal-operazzjonijiet tal-ERC u jikkusidra kif l-aħjar jikseb l-objettivi tiegħu permezz ta’ skemi ta’ għotjiet li jenfasizzaw iċ-ċarezza, l-istabbiltà u sempliċità, kemm għall-applikanti kif ukoll fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom, u, jekk hemm bżonn, biex iwieġeb għall-bżonnijiet emerġenti. Għandu jistinka biex iżomm u jkompli jirfina s-sistema ta’ analiżi inter pares tal-ERC li hija mill-aqwa, u li hija bbażata fuq trattament trasparenti, ġust u imparzjali tal-proposti sabiex ikun jista’ jidentifika eċċellenza u talent xjentifiċi mill-aqwa irrelevanti mis-sess, in-nazzjonalità jew l-eta’ tar-riċerkatur. Fl-aħħar nett, l-ERC għandu jkompli jwettaq l-istudji strateġiċi tiegħu biex iħejji u jappoġġa l-attivitajiet tiegħu, iżomm kuntatti mill-qrib mal-komunità xjentifika u partijiet interessati oħra u jara kif għandu jagħmel biex l-attivitajiet tiegħu jikkumplimentaw riċerka li ssir f’livelli oħrajn. Il-Kunsill għandu jara li jikseb bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tiegħu.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 3 – punt 3.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex l-Ewropa tlaħħaq mal-kompetituri tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni, hija għandha tħajjar aktar żgħażagħ irġiel u nisa biex jaqbdu karrieri fir-riċerka u għandha tipprovdi opportunitajiet u ambjenti ferm attraenti ta’ riċerka u innovazzjoni. L-individwi bl-akbar talenti, mill-Ewropa u minn postijiet oħra, għandhom iħarsu lejn l-Ewropa bħala post prominenti fejn jaħdmu. L-ugwaljanza bejn is-sessi, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalita għolja u affidabbli kif ukoll ir-rikonoxximent huma aspetti kruċjali li għandhom jiġu żgurati b’mod konsistenti fl-Ewropa kollha.

Biex l-Ewropa tlaħħaq mal-kompetituri tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni, hija għandha tħajjar aktar żgħażagħ irġiel u nisa biex jaqbdu karrieri fir-riċerka u għandha tipprovdi opportunitajiet u ambjenti ferm attraenti ta’ riċerka u innovazzjoni. L-individwi bl-akbar talenti, mill-Ewropa u minn postijiet oħra, għandhom iħarsu lejn l-Ewropa bħala post prominenti fejn jaħdmu. L-ugwaljanza bejn is-sessi, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalita għolja u affidabbli kif ukoll ir-rikonoxximent huma aspetti kruċjali li għandhom jiġu żgurati b’mod konsistenti fl-Ewropa kollha. Il-programmi ta' mobilità għandhom jinkludu miżuri speċifiċi mmirati għat-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità tan-nisa u għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs reali għall-irġiel u n-nisa.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 3 – punt 3.3 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari jew programmi ta’ dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta’ wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu li jiġi pprovdut taħriġ eċċellenti u innovattiv lir-riċerkaturi fl-istadju bikri fil-livell ta’ wara l-lawrja (post-graduate) permezz ta’ proġetti interdixxiplinari jew programmi ta’ dottorat li jinvolvu universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, SMEs u gruppi soċjoekonomiċi oħrajn minn pajjiżi differenti. Dan se jtejjeb il-prospetti tal-karriera għar-riċerkaturi żgħażagħ ta’ wara l-lawrja kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll fis-setturi privati. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bejn is-sessi fir-rigward tal-parteċipazzjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 3 – punt 3.3 – punt d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li, permezz tal-ingranaġġ ta’ fondi addizzjonali, jitkabbar l-impatt numeriku u strutturali tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u titrawwem l-eċċellenza fil-livell nazzjonali fit-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

L-għan huwa li, permezz tal-ingranaġġ ta’ fondi addizzjonali, jitkabbar l-impatt numeriku u strutturali tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u titrawwem l-eċċellenza fil-livell nazzjonali fit-taħriġ, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bidla strutturali.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 3 – punt 3.3 – punt d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu, bl-għajnuna ta’ mekkaniżmu ta’ kofinanzjament, biex iħeġġu organizzazzjonijiet reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex jinħolqu programmi ġodda u biex dawk eżistenti jinfetħu għat-taħriġ internazzjonali u intersettorjali, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera. Dan se jżid il-kwalità tat-taħriġ tar-riċerka fl-Ewropa fl-istadji kollha tal-karriera, inkluż fil-livell tad-dottorat, se jrawwem iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien xjentifiku fl-Ewropa, se jippromwovi karrieri tar-riċerka attraenti billi joffrilhom reklutaġġ miftuħ u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u se jappoġġa kooperazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka u impriżi u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu, bl-għajnuna ta’ mekkaniżmu ta’ kofinanzjament, biex iħeġġu organizzazzjonijiet reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex jinħolqu programmi ġodda u biex dawk eżistenti jinfetħu għat-taħriġ internazzjonali u intersettorjali, il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera. Dan se jżid il-kwalità tat-taħriġ tar-riċerka fl-Ewropa fl-istadji kollha tal-karriera, inkluż fil-livell tad-dottorat, se jrawwem iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien xjentifiku fl-Ewropa, se jippromwovi karrieri tar-riċerka attraenti billi joffrilhom reklutaġġ miftuħ u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u se jappoġġa kooperazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-universitajiet, istituzzjonijiet tar-riċerka u impriżi u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bejn is-sessi fir-rigward tal-parteċipazzjoni.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 3 – punt 3.3 – punt e – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għanijiet huma li jsir monitoraġġ tal-progress, jiġu identifikati n-nuqqasijiet fl-Azzjonijet Marie Curie u jiżdied l-impatt tagħhom. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu żviluppati indikaturi u dejta relatati mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri analizzati tar-riċerkaturi, sabiex ikun hemm sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika dwar ir-riċerkaturi, minn iħaddimhom u minn jiffinanzjhom, imwettqa taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-attività għandu jkollha l-għan ulterjuri li tqajjem is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza u l-attrattività ta’ karriera fir-riċerka u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżultaw minn xogħol appoġġat mill-azzjonijiet Marie Curie.

L-għanijiet huma li jsir monitoraġġ tal-progress, jiġu identifikati n-nuqqasijiet fl-Azzjonijet Marie Curie u jiżdied l-impatt tagħhom. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu żviluppati indikaturi, skont il-ġeneru u dejta relatati mal-mobbiltà, il-ħiliet u l-karrieri analizzati tar-riċerkaturi, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex ikun hemm sinerġiji u koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-politika dwar ir-riċerkaturi, minn iħaddimhom u minn jiffinanzjhom, imwettqa taħt l-objettiv speċifiku “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”. L-attività għandu jkollha l-għan ulterjuri li tqajjem is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza u l-attrattività ta’ karriera fir-riċerka u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżultaw minn xogħol appoġġat mill-azzjonijiet Marie Curie.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 2 – punt 1 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approċċ għandu jinkludi kemm attivitajiet xprunati minn aġenda kif ukoll oqsma aktar miftuħa għall-promozzjoni ta’ proġetti innovattivi u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji. L-enfasi għandha tkun fuq ir-R&Ż, attivitajiet pilota fuq skala kbira u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, pjattaformi għall-ittestjar u laboratorji ħajjin, il-ħolqien ta’ prototipi u l-validazzjoni tal-prodott f’linji pilota. L-attivitajiet għandhom ikunu ddisinjati biex jaħtu spinta lill-kompetittività industrijali billi jistimulaw l-industrija, u b’mod partikolari l-SMEs, biex jagħmlu aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni.

L-approċċ għandu jintegra l-analiżi tas-sessi u tal-ġeneru fl-innovazzjoni fl-inġinerija. Il-kunsiderazzjoni xierqa tal-analiżi tal-ġeneru u tas-sessi tista' twassal għal prodotti, proċessi, infrastruttura jew servizzi ġodda. Għandha twassal għal pjan li jippromwovi l-benesseri tal-bniedem, inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-identifikazzjoni ta' swieq u ta' opportunitajiet kummerċjali ġodda, permezz tal-iżvilupp ta' teknoloġiji li jilħqu l-ħtiġijiet ta' gruppi kumplessi u differenti ta' utenti. In-nuqqas ta' rikonoxximent tad-differenzi potenzjali bejn is-sessi u l-ġeneru jista' jwassal għat-telf ta' opportunitajiet kummerċjali, billi ċerti gruppi ta' nies jitħallew barra jew jiġu kklassifikati b'mod ħażin; it-trattament tan-nisa u tal-irġiel bħala gruppi omoġenji jinjora d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel; l-enfasizzar żejjed tad-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel jista' jwassal lill-inġiniera biex ma jikkunsidrawx fatturi komuni sinifikanti bejn in-nisa u l-irġiel; id-disinnjar tal-isterjotipi jista' jirriżulta fi prodotti mhux popolari.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ICT hija l-bażi tal-innovazzjoni u l-kompetittività f’firxa wiesgħa ta’ swieq u setturi privati u pubbliċi, u tippermetti l-progress xjentifiku fid-dixxiplini kollha. Fl-għaxar snin li ġejjin, l-impatt trasformattiv tat-teknoloġiji diġitali, il-komponenti tal-ICT, l-infrastrutturi u s-servizzi se jkun dejjem aktar viżibbli fl-oqsma kollha tal-ħajja. Informatika bla limiti, riżorsi relatati mal-komunikazzjoni u l-ħżin tad-dejta se jkunu disponibbli għal kull ċittadin fid-dinja. Ammonti vasti ta’ informazzjoni u dejta se jiġu ġġenerati minn sondi, magni u prodotti b’titjib fl-informazzjoni li permezz tagħhom l-azzjonijiet mill-bogħod isiru xi ħaġa komuni, jippermettu l-iskjerament globali ta’ proċessi kummerċjali u siti tal-produzzjoni sostenibbli u li jattiraw firxa wiesgħa ta’ servizzi u applikazzjonijiet. Bosta servizzi kummerċjali u pubbliċi kritiċi u l-proċessi ewlenin kollha tal-produzzjoni tal-għarfien fix-xjenza, it-tagħlim, in-negozju u s-settur pubbliku se jiġu pprovduti permezz tal-ICT. L-ICT se jipprovdu l-infrastruttura kritika għall-produzzjoni u l-proċessi kummerċjali, il-komunikazzjoni u t-tranżazzjonijiet. L-ICT se jkunu indispensabbli wkoll biex jikkontribwixxu għall-isfidi tas-soċjetà ewlenin, kif ukoll fil-proċessi tas-soċjetà bħall-formazzjoni ta’ komunitajiet, l-imġiba tal-konsumaturi, u l-amministrazzjoni pubblika, pereżempju permezz tal-midja soċjali.

L-ICT hija l-bażi tal-innovazzjoni u l-kompetittività f’firxa wiesgħa ta’ swieq u setturi privati u pubbliċi, u tippermetti l-progress xjentifiku fid-dixxiplini kollha. Fl-għaxar snin li ġejjin, l-impatt trasformattiv tat-teknoloġiji diġitali, il-komponenti tal-ICT, l-infrastrutturi u s-servizzi se jkun dejjem aktar viżibbli fl-oqsma kollha tal-ħajja. Informatika bla limiti, riżorsi relatati mal-komunikazzjoni u l-ħżin tad-dejta se jkunu disponibbli għal kull ċittadin fid-dinja. Ammonti vasti ta’ informazzjoni u dejta se jiġu ġġenerati minn sondi, magni u prodotti b’titjib fl-informazzjoni li permezz tagħhom l-azzjonijiet mill-bogħod isiru xi ħaġa komuni, jippermettu l-iskjerament globali ta’ proċessi kummerċjali u siti tal-produzzjoni sostenibbli u li jattiraw firxa wiesgħa ta’ servizzi u applikazzjonijiet. Bosta servizzi kummerċjali u pubbliċi kritiċi u l-proċessi ewlenin kollha tal-produzzjoni tal-għarfien fix-xjenza, it-tagħlim, in-negozju u s-settur pubbliku se jiġu pprovduti permezz tal-ICT. L-ICT se jipprovdu l-infrastruttura kritika għall-produzzjoni u l-proċessi kummerċjali, il-komunikazzjoni u t-tranżazzjonijiet. L-ICT se jkunu indispensabbli wkoll biex jikkontribwixxu għall-isfidi tas-soċjetà ewlenin, kif ukoll fil-proċessi tas-soċjetà bħall-formazzjoni ta’ komunitajiet, l-imġiba tal-konsumaturi, u l-amministrazzjoni pubblika, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, pereżempju permezz tal-midja soċjali.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 2 – punt 3 – punt 3.3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) Hemm bżonn ta' aktar nisa fis-settur tax-xjenza, iżda jekk din ir-riċerka titwettaq f'istituzzjonijiet (bħall-universitajiet), din għandha tkun miftuħa għall-kummerċjalizzazzjoni tal-għarfien aktar milli għall-progress dirett tal-għarfien. Fi kliem ieħor, l-idea hi dik li jinħolqu opportunitajiet tas-suq u proġetti ffukati li għandhom il-vijabilità prattika li jkunu kkummerċjalizzati. Dan għandu jiġi inkoraġġit bis-sħiħ meta u fejn possibbli peress li għandu jgħin biex tingħata spinta meħtieġa lill-kompetittività ekonomika tal-Ewropa.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Għandhom jiġu indirizzati id-differenzi sinifikanti li jeżistu bejn is-sessi u l-ġeneru fis-saħħa u fil-benesseri. Il-proċessi demografiċi għandhom dimensjonijiet sinifikanti tal-ġeneru, partikolarment ix-xjuħija, bin-nisa jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-popolazzjoni anzjana u l-parti l-kbira tal-provdituri ta' servizzi ta' kura. Aspetti importanti oħrajn tat-tibdil demografiku, bħal stili ta' ħajja dejjem jinbidlu, strutturi ta' familja ġodda u rati ta' twelid baxxi, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa fl-analiżi tal-ġeneru.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ tul iċ-ċiklu ta’ riċerka u innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda fis-suq.

Dawn l-attivitajiet kollha għandhom jitwettqu b’tali mod li jipprovdu appoġġ tul iċ-ċiklu ta’ riċerka u innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività tal-industriji bbażati fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda fis-suq. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni mifruxa bejn l-awtoritajiet pubbliċi, ir-riċerka, is-soċjetà ċivili u l-intrapriżi.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta’ vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għixien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi.

L-attivitajiet speċifiċi għandhom jinkludu: il-fehim tal-fatturi determinanti tas-saħħa (inklużi l-fatturi ambjentali u dawk relatati mal-klima), it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard; l-għarfien dwar il-mard u t-titjib tad-dijanjosi; l-iżvilupp ta’ programmi ta’ skrinjar effettivi u t-titjib tal-valutazzjoni tas-suxxettibbiltà għall-mard; it-titjib tas-sorveljanza u t-tħejjija; l-iżvilupp ta’ vaċċini preventivi aħjar; l-użu ta’ mediċini in-silico għat-titjib tal-ġestjoni u l-previżjoni tal-mard; it-trattament tal-mard; trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prattika klinika u l-innovazzjoni skalabbli; użu aħjar ta’ dejta dwar is-saħħa; tixjiħ attiv, indipendenti u għixien assistit; l-għoti ta’ setgħa individwali għall-awtoġestjoni tas-saħħa; il-promozzjoni ta’ kura integrata; titjib tal-għodod u l-metodi xjentifiċi biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u l-ħtiġijiet regolatorji; u ottimizzazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi b’teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattika, u teknoloġiji u approċċi innovattivi. Id-dimensjoni tal-ġeneru għandha tkun integrata fl-attivitajiet deskritti aktar kmieni u għandha tiġi ppreċeduta minn analiżi tal-ġeneru.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 4 – punt 4.3 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta’ soluzzjonijiet ta’ ippjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà.

Il-punt fokali tal-attivitajiet għandu jkun li titnaqqas il-konġestjoni, titjieb l-aċċessibbiltà u li jiġu ssofisfati l-ħtiġijiet tal-utenti permezz tal-promozzjoni ta’ trasport u loġistika integrati minn bieb għal bieb; biex titjib l-intermodalità u l-iskjerament ta’ soluzzjonijiet ta’ ippjanar u ġestjoni intelliġenti; u biex drastikament tonqos l-okkorrenza tal-aċċidenti u l-impatt tat-theddid għas-sigurtà. Ir-riċerka għandha tqis id-differenzi soċjo-ekonomiċi u tal-ġeneru fix-xejriet tat-trasport. Id-dimensjoni tal-ġeneru għandha tkun integrata fl-attivitajiet deskritti aktar kmieni u għandha tiġi ppreċeduta minn analiżi tal-ġeneru.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) It-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu bl-ebda mod ma huma newtrali għall-ġeneru. Billi minħabba r-rwoli bbażati fuq il-ġeneru, l-impatt tan-nisa fuq l-ambjent mhuwiex l-istess bħal dak tal-irġiel, u l-aċċess tagħhom għar-riżorsi u l-mod li bih jaffaċċjaw u jadattaw huwa affettwat bil-qawwi minn diskriminazzjoni f’termini ta’ dħul, aċċess għar-riżorsi, poter politiku, edukazzjoni u responsabilità domestika; L-istili ta' għajxien tan-nisa u l-irġiel, l-imġiba u l-konsum tagħhom spiss huma differenti u jħallu traċċa ambjentali differenti. It-tibdil fil-klima jaffettwa lin-nisa u l-irġiel madwar id-dinja. L-IPCC, il-bord tan-NU għall-klima, ikkonkluda li "l-impatti għat-tibdil fil-klima, għandhom jitqassmu b'mod different fost ir-reġjuni differenti, il-ġenerazzjonijiet, klassijiet ta' età, gruppi skont id-dħul, impjiegi u ġeneru".

Emenda    73

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 5 – punt 5.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni.

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni. Ir-riċerka għandha tikkunsidra l-kwistjonijiet tal-ġeneru u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-rigward tal-politiki ta' adattament.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 5 – punt 5.3 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni.

Il-mira hija li jiġu żviluppati u evalwati miżuri innovattivi, kosteffetttivi u sostenibbli ta’ adattament u mitigazzjoni, li jkollhom fil-mira tagħhom il-gassijiet b’effett serra kemm tad-CO2 u kemm dawk mhux tad-CO2, u li jagħmlu enfasi fuq is-soluzzjonijiet ekoloġiċi kemm teknoloġiċi u kemm dawk mhux teknoloġiċi, permezz tal-ġenerazzjoni ta’ evidenza għal azzjoni infurmata, bikrija u effettiva u li jsir in-netwerking tal-kompetenzi meħtieġa. L-attivitajiet għandhom jiffokaw fuq: titjib tal-fehim dwar it-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ projezzjonijiet affidabbli tal-klima; valutazzjoni tal-impatti u l-vulnerabbiltajiet u żvilupp ta’ miżuri innovattivi kosteffettiva ta’ adattament u prevenzjoni tar-riskji; appoġġ tal-politiki ta’ mitigazzjoni. Id-dimensjoni tal-ġeneru għandha tkun integrata fl-attivitajiet deskritti aktar kmieni u għandha tiġi ppreċeduta minn analiżi tal-ġeneru.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 6 – titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. SOĊJETAJIET INKLUŻIVI, INNOVATTIVI U SIGURI

6. SOĊJETAJIET UGWALI, INKLUŻIVI, INNOVATTIVI U SIGURI

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi madwar l-Ewropa.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Il-mira hija li jiġi mrawwem l-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-politiki innovattivi fl-Ewropa permezz tal-involviment taċ-ċittadini, tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-utenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta’ politiki koordinati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Se jingħata appoġġ partikolari għall-iżvilupp taż-ŻER u l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(c) jiġi żgurat l-impenn u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 3 – punt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi madwar l-Ewropa u fl-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni kollha li huma ffinanzjati fil-qafas ta' Orizzont 2020.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 5 – punt 3 – punt b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istrateġija u l-attivitajiet tal-EIT għandhom ikunu xprunati lejn iffukar fuq l-isfidi tas-soċjetà li huma ta' rilevanza kbira għall-ġejjieni, bħat-tibdil fil-klima jew l-enerġija sostenibbli. Billi jindirizza l-isfidi ewlenin tas-soċjetà b’mod komprensiv, l-EIT se jippromwovi approċċi interdixxiplinari u multidixxiplinari u jgħin biex jiffoka l-isforzi tar-riċerka tal-imsieħba fil-KICs.

L-istrateġija u l-attivitajiet tal-EIT għandhom ikunu xprunati lejn iffukar fuq l-isfidi tas-soċjetà li huma ta’ rilevanza kbira għall-ġejjieni, bħat-tibdil fil-klima, b'kunsiderazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru, jew l-enerġija sostenibbli. Billi jindirizza l-isfidi ewlenin tas-soċjetà b’mod komprensiv, l-EIT se jippromwovi approċċi interdixxiplinari u multidixxiplinari u jgħin biex jiffoka l-isforzi tar-riċerka tal-imsieħba fil-KICs.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Anness I – parti 5 – punt 3 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(c) Żvilupp ta’ nies b’talent, b’ħiliet u intraprenditorjali, kemm nisa u rġiel, bl-għajnuna tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Emenda    82

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 5 – punt 3 – punt c – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT għandu jintegra kompletament l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-istadji kollha tal-karrieri u jiżviluppa kurrikuli ġodda u innovattivi biex jirrifletti l-ħtieġa għal profili ġodda kollha li joħolqu l-isfidi kumplessi tas-soċjetà u ekonomiċi. Għal dan il-għan, l-EIT se jkollu rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tar-rikonoxximent ta’ degrees u diplomi ġodda fl-Istati Membri.

L-EIT għandu jintegra kompletament l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-istadji kollha tal-karrieri u jiżviluppa kurrikuli ġodda u innovattivi biex jirrifletti l-ħtieġa għal profili ġodda kollha li joħolqu l-isfidi kumplessi tas-soċjetà u ekonomiċi. Id-dimensjoni tal-ġeneru għandha tkun integrata fl-analiżi tal-bżonnijiet għal profili ġodda. Din hi r-raġuni għalfejn aktar minn kwalunkwe strument ieħor ta' Orizzont 2020, l-EIT, ser ikollhom responsabilità ewlenija li jiffukaw fuq in-nisa żgħażagħ biex itemmu t-telf ta' dawn it-talenti fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Bl-istess mod, il-programm għandu jfassal taħriġ u edukazzjoni li jkunu sensittivi għal kwistjonijiet relatati mas-sessi, peress li t-tiġdid tax-xenarju xjentifiku u intraprenditorjali tal-ġejjieni jibda permezz tat-taħriġ fil-livell edukattiv. Fl-aħħar nett għandu jintegra d-dimensjoni tal-ġeneru fil-kurrikuli l-ġodda sabiex tkun żgurata l-effikaċja u l-kwalità tat-taħriġ u l-edukazzjoni kif ukoll tad-dimensjoni innovattiva. Għal dan il-għan, l-EIT se jkollu rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tar-rikonoxximent ta’ degrees u diplomi ġodda fl-Istati Membri.

PROĊEDURA

Titolu

Stabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Antigoni Papadopoulou app

20.12.2011

Eżami fil-kumitat

20.6.2012

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Barbara Matera, Krisztina Morvai, Norica Nicolai, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Silvia Costa, Mariya Gabriel, Ana Miranda, Doris Pack, Antigoni Papadopoulou, Licia Ronzulli, Angelika Werthmann

Il-PROĊEDURA

Taqsima

L-istabbiliment tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0809 – C7-0466/2011 – 2011/0401(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2011

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2012

DEVE

10.5.2012

BUDG

13.12.2011

EMPL

13.12.2011

ENVI

13.12.2011

TRAN

13.12.2011

REGI

13.12.2011

AGRI 297

13.12.2011

PECH

13.12.2011

CULT

13.12.2011

JURI

13.12.2011

FEMM

13.12.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

EMPL

19.1.2012

Rapporteur

Data tal-ħatra

Teresa Riera Madurell app

17.1.2012

Eżami fil-kumitat

23.1.2012

18.6.2012

17.9.2012

8.10.2012

Data tal-adozzjoni

28.11.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Yves Cochet, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek, Frédérique Ries, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Alexandra Thein

Data tat-tressiq

20.12.2012

[1] ĠU C 277, 13.9.2012, p. 143.
[2] ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.
[3] Testi adottati, P7_ TA(2011)0266.
[4]