Dokument ta' sessjoni

 

A7-0433/2012

8.1.2013

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond tal-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom

( COM(2012)0527 – C7‑0301/2012 – 2012/0253(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Nils Torvalds

 

PR_COD_1app

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  6

PROĊEDURA  8

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond tal-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom

( COM(2012)0527 – C7‑0301/2012 – 2012/0253(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0527 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0301/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0433/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

F'ċerti Stati Membri l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja kellhom riperkussjonijiet ħorox fuq il-finanzi pubbliċi. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kellhom jirrikorru għal miżuri estensivi biex ibaxxu l-livelli ta' dejn u jnaqqsu d-defiċits tal-baġit, sabiex il-finanzi pubbliċi jitreġġgħu lura għal triq sostenibbli, xi pajjiżi tant intlaqtu ħażin li kellhom jirrikorru għall-mekkaniżmi ta' appoġġ finanzjarju tal-UE. B'konsegwenza ta' diffikultajiet ekonomiċi kbar, dawn l-Istati Membri ffaċċjaw problemi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kofinanzjament assoċjati mal-finanzjament tal-UE. Dawn id-diffikultajiet ħarġu biċ-ċar ukoll fir-rigward tal-fondi relatati mal-qafas tal-Programm Ġenerali "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni".

 

Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet il-possibilità li żżid ir-rati ta' kofinanzjament għall-Istati Membri li jibbenefikaw minn mekkaniżmu ta' appoġġ finanzjarju. L-għan tal-proposta hu li tippermetti ż-żieda tar-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni b'għoxrin punt perċentwali biex b'hekk jitnaqqsu l-ħtiġijiet ta' kofinanzjament fl-Istati Membri kkonċernati. Dan għandu jwassal għal rata ta' kofinanzjament ta' 70 %. Din ir-rata tista' tiżdied sa mhux iktar minn 95 % għal dawk il-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi u għal dawk l-Istati Membri li huma koperti mill-Fond ta' Koeżjoni.

 

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-bidliet fir-rati ta' kofinanzjament għall-Istati Membri li jinsabu f'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom ma jirrikjedux żidiet fl-ammonti totali għall-Fondi kkonċernati. L-allokazzjoni nazzjonali annwali tal-Fondi skont l-atti bażiċi se tibqa’ l-istess filwaqt li l-kofinanzjament nazzjonali se jitnaqqas skont il-bżonn. Barra minn hekk ir-rapporteur jenfasizza li diġà ġew approvati tibdiliet simili fir-rekwiżiti ta' kofinanzjament fir-rigward tal-Fondi Strutturali, tal-Fond ta' Koeżjoni, tal-Fond għas-Sajd u tal-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali. Għalhekk, jagħmel sens li jiġu permessi tibdiliet simili fil-Fondi relatati mal-flussi ta' migrazzjoni. Ta' min jinnota wkoll li l-proposta għal żieda fir-rati ta' kofinanzjament qed issir fuq bażi temporanja u mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta' programmar 2014-2020.

 

Ir-rapporteur jappoġġja b'mod ġenerali l-proposti li jippermettu żieda fir-rata ta' kofinanzjament għall-Istati Membri li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju. Ir-raġunament sottostanti għal dawn il-Fondi partikolari hu li jinħoloq mekkaniżmu ta' solidarjetà fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tal-flussi ta' migrazzjoni. Dan il-kompitu mhuwiex maqsum b'mod ekwu bejn l-Istati Membri; għalhekk jagħmel sens li fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi attwali, issir valutazzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti ta' kofinanzjament .

 

Il-ġestjoni effikaċi tal-flussi ta' migrazzjoni hi importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. L-inabilità ta' Stat Membru partikolari li jiżgura l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni ma taffettwax biss lil dak il-pajjiż partikolari, iżda tħalli effett wkoll fuq bosta Stati Membri oħrajn.

 

Għalhekk hu fl-interess tal-Istati Membri kollha li jaraw li l-impenji meħuda fir-rigward tal-migrazzjoni ma jkunux affettwati mid-diffikultajiet ekonomiċi ta' ċerti Stati Membri. Bosta proġetti li jinsabu fi stadju ta' tfassil jirrikjedu rati ta' kofinanzjament ogħla sabiex jiġu implimentati, kif xehdu l-parteċipanti fil-missjoni reċenti tal-Kumitat LIBE fil-Greċja. Dan japplika pereżempju għat-tiġdid taċ-ċentri ta' detenzjoni li jinsabu f'kondizzjonijiet ħżiena u t-titjib f'tagħmir tekniku li hu meħtieġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-fruntiera. Hu essenzjali li l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi sinifikanti xorta jkunu jistgħu jittrattaw il-kompiti relatati mal-ġestjoni tal-flussi ta' migrazzjoni.

 

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza kbira ta' sistemi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni effiċjenti dwar kif qed jintużaw dawn ir-riżorsi. Jiddispjaċih li f'ċerti Stati Membri, l-użu ħażin tal-finanzjament joħloq problemi għall-assorbiment tal-fondi tal-UE. Għaldaqstant ma għandhiex tkun issottovalutata l-importanza ta' sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll rigorużi segwiti minn kontrolli u monitoraġġ adegwat. Hemm bżonn ukoll ta' kontrolli tal-evalwazzjonijiet intermedji, u ukoll ta' monitoraġġ effiċjenti u kontinwu.

 

B'segwitu għall-ħolqien tal-finanzjament, hemm bżonn li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet rapidi dwar dawn il-proposti. B'kunsiderazzjoni ta' dan kollu, ir-rapporteur jirrakkomanda lill-Kumitat li jadotta dawn il-proposti mingħajr l-ebda emenda. Dan hu meħtieġ biex ikun żgurat li l-bidliet jista' jkollhom l-effett mixtieq fuq il-proġetti li jirrikjedu ko-finanzjament fl-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom. Madankollu din ir-rakkomandazzjoni ma tfissirx li l-Parlament Ewropew għandu japprova dawn il-proposti mingħajr kontroll xieraq. Il-valutazzjoni tar-rapporteur hi li, minkejja dawn iċ-ċirkostanzi, il-bidliet proposti huma ġustifikati u huwa essenzjali li jiġu adottati fil-limitu ta' żmien propost; għaldaqstant jirrakkomanda lill-Kumitat jappoġġja dawn il-proposti.

PROĊEDURA

Titolu

Iż-żieda tar-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond tal-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom

Referenzi

COM(2012)0527 – C7-0301/2012 – 2012/0253(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.9.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

22.10.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

22.10.2012

DEVE

22.10.2012

BUDG

22.10.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

10.10.2012

DEVE

8.10.2012

BUDG

3.10.2012

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Nils Torvalds

5.11.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Nils Torvalds, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Marian-Jean Marinescu, Jan Mulder, Andres Perello Rodriguez, Hubert Pirker, Salvador Sedó i Alabart, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Constance Le Grip, Iosif Matula, Phil Prendergast, Csaba Sándor Tabajdi, Marita Ulvskog, Derek Vaughan

Data tat-tressiq

8.1.2013