Dokument ta' sessjoni
21.3.2013
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011
(C7‑0277/2012 – 2012/2215(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy
PR_DEC_Agencies
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................7
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................13
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011
(C7‑0277/2012 – 2012/2215(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2013 (05755/13 – C7-0040/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0077/2013 ),
1. Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011
(C7‑0277/2012 – 2012/2215(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[6],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2013 (05755/13 – C7-0040/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0077/2013 ),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011
(C7‑0277/2012 – 2012/2215(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[11],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2013 (05755/13 – C7-0040/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0077/2013 ),
A. billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet f’Marzu 2007 għal perjodu ta’ 35 sena,
B. billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu f’Marzu 2008,
C. billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,
D. billi, fid-9 ta’ Ottubru 2008, il-Qorti tal-Awdituri ressqet l-Opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta,
E. billi, meta nħolqot l-Impriża Konġunta, it-total indikattiv tar-riżorsi meqjusa meħtieġa għall-perjodu mill-2007 sal-2014 kien ta' EUR 9 653 000 000;
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.
2. Jirrikonoxxi l-fatt li l-operazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari;
3. Jinnota li r-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas disponibbli kienu 99,7 % u 85,7 % rispettivament; jirrimarka li mill-EUR 611 000 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-attivitajiet operazzjonali, 42 % ġew implimentati permezz ta’ impenji diretti individwali filwaqt li t-58 % li kien għad fadal ġew implimentati permezz ta’ impenji globali.
4. Jilqa' l-ħatra tal-Kap tad-Dipartiment tal-ITER, il-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Kap tal-Unità tal-Baġit u tal-Finanzi fl-2011 b'segwitu għall-adattament tal-pjan ta' titjib tal-ġestjoni għal funzjonijiet finanzjarji u operazzjonali separati fl-2010;
5. Jiddispjaċih li l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta qajjem tħassib dwar iċ-ċirkwiti finanzjarji u, barra minn hekk, dwar is-separazzjoni tad-dmirijiet; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tistabbilixxi mingħajr dewmien sistematizzazzjoni xierqa taċ-ċirkwiti finanzjarji u tissepara d-dmirijiet kollha li huma inkompatibbli;
6. Jistenna lill-Impriża Konġunta:
- timplimenta u tagħmel użu b'mod sħiħ minn għodda integrata għall-amministrazzjoni tal-informazzjoni baġitarja, finanzjarja u operazzjonali;
- timplimenta b'mod sħiħ il-pjanijiet ta’ azzjoni adottati mill-Impriża Konġunta bi tweġiba għall-awditjar intern dwar iċ-ċirkwiti finanzjarji, il-ġestjoni tal-għotjiet u l-kuntratti tal-esperti;
- tikkompleta l-validazzjoni tas-sistemi sottostanti mill-uffiċjal tal-kontabilità;
- tadotta strateġija komprensiva ta' awditjar ex post għall-għotjiet u l-kuntratti operazzjonali;
- twettaq eżerċizzju ta' ġestjoni tar-riskju f'livell korporattiv;
Akkwist u għotjiet
7. Jenfasizza l-fatt li, kif diġà ġie indikat fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2010, l-Impriża Konġunta għandha bżonn issaħħaħ l-isforzi tagħha biex iżżid il-kompetizzjoni peress li n-numru ta' offerti li tressqu għall-proċeduri ta' akkwist operazzjonali li ġew iffirmati fl-2011 kien għadu baxx u ammonta għal medja ta' żewġ offerti filwaqt li fil-każ tal-għotjiet in-numru medju ta' proposti li ntbagħtu kien ta' offerta waħda għal kull sejħa; jirrikonoxxi li n-natura tax-xogħol tal-Impriża Konġunta hi kkaratterizzata mill-akkwist ta' komponenti teknoloġiċi avvanzati, li qatt ma nbnew qabel u li ma għandhom l-ebda valur kummerċjali, iddisinjati għall-bini ta' reattur ta' fużjoni sperimentali f'suq estremament kumpless fejn hemm predominanza ta' sitwazzjonijiet ta' monopolju u oligopolija; itenni li l-Impriża Konġunta trid issib vantaġġ ekonomiku fl-akkwisti kollha possibbli;
8. Jiddispjaċih li f'każ partikolari, id-deċiżjoni li tiġi kkanċellata proċedura miftuħa u li tintuża proċedura nnegozjata ma kinetx debitament ġustifikata filwaqt li f'każ ieħor, l-Impriża Konġunta ddeċidiet tinnegozja ma' żewġ kumpaniji li ressqu offerti skont il-proċedura miftuħa (għalkemm waħda minnhom ma kinetx teknikament konformi); jiddispjaċih ukoll li f'sitwazzjoni oħra kemm l-għażla tal-proċedura nnegozjata, kif ukoll il-kwantitajiet u l-prezz kkuntrattat ma kinux debitament ġustifikati;
9. Jinsab imħasseb għall-fatt li l-eżerċizzju ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri kkonferma r-riżultati ta' eżerċizzju ta' awditjar intern imwettaq fl-2011 fil-qasam tal-akkwist, speċifikament li:
- in-notifika ta’ preinformazzjoni mhijiex użata bħala strument biex tiżdied il-pubbliċità ex ante ta’ sejħiet għall-offerti futuri
- ma hemmx sistema li tittraċċa u tiġġestixxi l-bidliet fir-rekwiżiti tal-kuntratt u b'hekk tidentifika u tirrimedja devjazzjonijiet fl-ispejjeż;
- it-tul ta’ żmien tal-proċess ta’ akkwist ta' spiss huwa eċċessiv u hemm ineffiċjenzi fil-preparazzjoni tad-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti
- l-istimi tal-ispejjeż mhumiex dokumentati tajjeb
10. Jitlob f'dan ir-rigward rapport ta' progress dettaljat li joffri proposti speċifiċi għar-rettifika gradwali ta' dawn in-nuqqasijiet;
11. Jiddeplora l-fatt li l-eżerċizzju ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri żvela wkoll li l-proċeduri tal-kontroll ex ante applikati għal pagamenti magħmula skont kuntratti u ftehimiet ta’ għotjiet mhumiex iddokumentati biżżejjed;
L-awditjar tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontrolli ex post fuq l-akkwist u l-għotjiet
12. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li filwaqt li l-Impriża Konġunta għandha sistema biex twettaq eżerċizzji ta' awditjar fil-livell ta' kuntratturi bl-iskop li tiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-eżerċizzji ta' awditjar ma jkoprix l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-kuntratti; jistieden lill-Impriża Konġunta tiżgura li l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' awditjar ikopri l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Impriża Konġunta li tkopri l-aspetti finanzjarji u kuntrattwali;
13. Jieħu nota tal-fatt li għalkemm il-kontrolli ex post għall-evalwazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-implimentazzjoni tal-għotjiet mogħtija bdew fl-2011, l-Impriża Konġunta għadha nieqsa minn strateġija ta' kontroll ex post ġenerali biex tkopri l-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' għotjiet u kuntratti ta' akkwist; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tiddefinixxi u timplimenta strateġija ta' kontroll ex post ġenerali li tkopri b'mod sħiħ ir-riżorsi baġitarji eżawriti tagħha;
Drittijiet tal-proprjetà intellettwali u Politika Industrijali
14. Jirrikonoxxi l-fatt li fit-28 ta’ Marzu 2012, il-Bord tat-Tmexxija adotta l-politika tal-Impriża Konġunta dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tixrid ta’ informazzjoni. jinnota, madankollu, li l-Bord tat-Tmexxija s’issa għadu ma adottax il-politika industrijali li hija meħtieġa skont l-Istatuti.
Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija
15. Jiddeplora l-fatt li l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-2011 minn 12 il-membru kien soġġett għal dewmien
16. Iqis li huwa essenzjali li l-Membri kollha tal-Impriża Konġunta jirrispettaw l-iskadenza għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija; jappoġġa l-fatt li ġew approvati miżuri mill-Bord tat-Tmexxija biex, f'każ ta' ħlas tardiv tal-Kontribuzzjoni Annwali ta’ Sħubija, ikun impost l-imgħax;
Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni
17. Jinnota li l-karta dwar il-missjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta' Novembru 2011 flimkien ma' pjan ta' awditjar strateġiku kkoordinat għall-2012-2014 u r-Regolament Finanzjarju tiegħu ġie emendat kif xieraq biex jintroduċi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Strutturali li jirreferu għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni; ifakkar li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f’Marzu 2008;
Regolament Finanzjarju u Regoli ta’ Implimentazzjoni
18. Jilqa' l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2011, il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ddeċieda li, b'mod ġenerali, jaċċetta l-osservazzjonijet (37 rakkomandazzjoni ġew aċċettati kompletament, 11 ġew aċċettati bil-kummenti u tnejn biss ġew irrifjutati) tal-Opinjoni Nru 4/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Enerġija mill-Fużjoni;
19. Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li ċerti dispożizzjonijiet fir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta jiddevjaw mir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti; jilqa' l-kjarifika tal-Impriża Konġunta li r-regoli ta' implimentazzjoni emendati jipprovdu gwida suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta f'dak li jirrigwarda, pereżempju, il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom jinkiseb jew jingħata self jew ir-regoli għall-ivvalutar ta' kontribuzzjonijiet in natura;
Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-ITER
20. Ifakkar li, f'Lulju 2010, il-Kunsill irreveda l-istima tal-baġit tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta’ kostruzzjoni li saret tammonta għal EUR 6 600 000 000 (valur tal-2008), biex b’hekk irdoppja l-istima inizjali; jinsab imħasseb li l-Impriża Konġunta qed twettaq eżerċizzju biex tallinja l-ispejjeż kollha mġarrba s'issa mal-valuri tal-2008 sabiex tkun tista' tistabbilixxi devjazzjonijiet potenzjali minn dik l-istima tal-baġit; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta implimentat għodda biex timmonitorja b'mod regolari l-validità tal-istimi u tirrapporta dwar devjazzjonijiet potenzjali; jistenna li l-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dik l-analiżi;
Ftehim mal-Istat Ospitanti
21. Jagħraf li, minkejja li ġie ffirmat Ftehim mal-Istat Ospitanti dwar is-sit u l-appoġġ, il-privileġġi u l-immunitajiet bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Impriża Konġunta, il-bini permanenti għadu ma tqegħidx għad-dispożizzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota madankollu li l-Impriża Konġunta għadha tokkupa bini temporanju sponsorizzat mir-Renju ta’ Spanja;
Kwistjonijiet oħra
22. Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar il-kwistjonijiet komuni li jseħħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien ma' sħabhom, sabiex ikun żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li l-istess rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 19.3.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 23 3 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Inés Ayala Sender, Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Bogusław Liberadzki, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Monika Panayotova, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bogusław Sonik, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Chris Davies, Derk Jan Eppink, Edit Herczog, Monika Hohlmeier, Ivailo Kalfin, Agnès Le Brun, Véronique Mathieu Houillon, Derek Vaughan | |||