Dokument ta' sessjoni
24.4.2013
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
( COM(2012)0021 – C7‑0042/2012 – 2012/0013(COD) )
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Diane Dodds
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 13
PROĊEDURA 16
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
( COM(2012)0021 – C7‑0042/2012 – 2012/0013(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0021 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0042/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd ( A7–0141/2013 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 jagħti s-setgħa lill-Kunsill jissorvelja u jirrevedi r-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu]. | (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 jagħti s-setgħa lill-Kunsill jissorvelja u jirrevedi r-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu] speċifikati fih. |
Ġustifikazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jagħti s-setgħa lill-Kunsill jissorvelja r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu] speċifikati biss f'dak ir-Regolament.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti ddelegati. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa hija żejda.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat, biex jiġu implimentati atti legalment vinkolanti b'kundizzjonijiet uniformi, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa hija żejda.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 30 għandha tiġi ċċarata wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa ma tidhirx neċessarja u għandha ssir biss kjarifika peress li tinftiehem waħedha.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 8 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "6. Fejn l-istokk tal-merluzz imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie sfruttat f'rata ta' mortalità mis-sajd qrib 0,4 matul tliet snin suċċessivi, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan għal perjodu fit-tul, sabiex jiġi żgurat sfruttament fir-rendiment sostenibbli massimu." |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li kwalunkwe emenda għall-pjan pluriennali, minbarra l-eċċezzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament, ikollha tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-atti ddelegati huma limitati fir-rigward tal-ambitu tagħhom għall-immodifikar tar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu u jistgħu jiġu adottati biss jekk il-kundizzjonijiet speċifikati f'Artikolu rilevanti ta' dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfatti.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a dwar il-bidliet fil-valuri tal-livelli stabbiliti fl-Artikoli 5(2), 6 u 7(2), meta tkun intlaħqet ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira mogħtija fl-Artikolu 5(2), jew jekk id-dejta xjentifika tindika li dik il-mira, jew il-livelli minimi u ta' prekawzjoni ta' bijomassa riproduttiva stabbiliti fl-Artikolu 6, jew il-livelli tar-rati ta’ mortalità mis-sajd mogħtija fl-Artikolu 7(2), m’għadhomx xierqa biex jinżamm f’livell baxx ir-riskju li l-istokkijiet jiġu eżawriti u biex jibqa' jkun hemm rendiment massimu sostenibbli." | 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 31a, filwaqt li tiffissa valuri ġodda stabbiliti fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(2), meta tkun intlaħqet ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stipulata fl-Artikolu 5(2), jew jekk il-Kummissjoni, abbażi ta' parir mill-STECF jew, fejn xieraq, dejta xjentifika oħra u wara konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, issib li dik il-mira, jew il-livelli minimi u ta' prekawzjoni ta' bijomassa riproduttiva stabbiliti fl-Artikolu 6, jew il-livelli tar-rati ta’ mortalità mis-sajd mogħtija fl-Artikolu 7(2), m’għadhomx xierqa biex jinżamm f’livell baxx ir-riskju li l-istokkijiet jiġu eżawriti u biex jibqa' jkun hemm rendiment massimu sostenibbli. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun obbligata tuża dejta xjentifika mill-STECF u tikkonsulta l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti qabel ma tieħu xi deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ atti ddelegati li jiffissaw valuri ġodda għar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 13 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "7. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF sabiex kull sena jqabbel it-tnaqqis fil-mortalità tal-merluzz li tkun tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 mat-tnaqqis li jkun mistenni li jseħħ bħala riżultat tal-aġġustament tal-isforz imsemmi fl-Artikolu 12(4). Fid-dawl ta' dan il-parir, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-aġġustament għall-isforz tas-sajd li jista' jiġi applikat għall-gruppi rilevanti ta' rkaptu s-sena ta' wara." |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li emendi għall-isforz tas-sajd ikollhom jiġu adottati skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 31a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10(1), 11(4), 14(a)(1), 16(5), 17(7) u 31 għandha tingħata għal perjodu taż-żmien indeterminat. | 2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1), fl-Artikolu 11(4), fl-Artikolu 14(a)(1), fl-Artikolu 16(5), fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
| _______________ |
| * ĠU: Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Jidher li hu aktar xieraq li d-delega tiġi limitata fiż-żmien u li l-Kummissjoni tiġi obbligata tirrapporta dwar l-eżerċizzju tagħha biex isiru evalwazzjoni u mistoqsijiet regolarment dwar l-użu tad-delega.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 31a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 10(1), 11(4), 14(a)(1), 16(5), 17(7) u 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar 'il quddiem speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. | 3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 10(1), 11(4), 14(a)(1), 16(5), 17(7) u 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar 'il quddiem speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 31a – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 10(1), 11(4), 14(a)(1), 16(5), 17(7) u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk. qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 14(a)(1), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 17(7) u l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 11 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1342/2008
Artikolu 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11) L-Artikolu 34 hu sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' parir mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-miżuri ta' ġestjoni fuq l-istokkijiet ta' merluzz ikkonċernati u fuq is-sajd għal dawk l-istokkijiet, mhux aktar tard mit-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mbagħad kull tielet sena suċċessiva ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan fit-tul. |
| 2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-delega tas-setgħat previsti f'dan ir-Regolament." |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li kwalunkwe emenda għall-pjan pluriennali, minbarra l-eċċezzjoni speċifikata f'dan ir-Regolament, ikollha tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-atti ddelegati huma limitati fir-rigward tal-ambitu tagħhom għall-immodifikar tar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu u jistgħu jiġu adottati biss jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10 jkunu ġew issodisfatti.
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest ġenerali
It-Trattat ta’ Lisbona daħħal ġerarkija ġdida ta’ normi li tikkonsisti fi tliet livelli:
·Fl-ewwel livell jinsabu l-atti leġiżlattivi li huma adottati mil-leġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu bħala koleġiżlaturi indaqs (ara l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), jew skont proċeduri leġiżlattivi speċjali;
·Barra minn hekk, il-leġiżlaturi jistgħu jiddelegaw lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv (l-hekk imsejħa atti ddelegati, definiti fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE), li jiffurmaw ċertu livell ta' normi;
·Atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti jistgħu jagħtu wkoll setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawn l-atti tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tadotta l-hekk imsejħa atti ta' implimentazzjoni (ara l-Artikolu 291 tat-TFUE), li jikkostitwixxu t-tielet livell.
L-għażla ta' liema tip ta' att għandu jintuża mhijiex dejjem kwistjoni ċara. L-atti ddelegati u l-atti ta' implimentazzjoni, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi, għandhom il-vantaġġ li jipprovdu l-possibilità li tingħata reazzjoni malajr għal sitwazzjoni ġdida. Huma l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-atti ddelegati li jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq bażi indaqs mal-Kunsill.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (il-Pjan), peress li ġie adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE, fih xi dispożizzjonijiet, jiġifieri l-Artikoli 10 u 11, li jagħtu setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet lill-Kunsill filwaqt li din il-ħaġa mhijiex possibbli aktar skont it-TFUE.
Il-Kummissjoni għaldaqstant issuġġeriet li r-Regolament jiġi allinjat mal-qafas il-ġdid tat-Trattat billi jiġu sostitwiti d-deċiżjonijiet attwali tal-Kunsill:
1) permezz ta' atti ddelegati
·biex ir-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet li jbidu jiġu adattati għas-sejbiet xjentifiċi,
·biex jiġi aġġustat l-isforz tas-sajd meta grupp ta' bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa' jiddaħħal fih,
·biex jiġu speċifikati r-regoli dwar il-metodu tal-ikkalkular tal-kapaċità tas-sajd u l-aġġustar tal-livelli massimi tal-kapaċità, u
·biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-metodu ta' kkalkular li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permessibbli b'rabta mal-immaniġġjar tal-kwota u wara t-trasferiment ta' sforz fost il-gruppi tal-isforz.
2) permezz ta' atti leġiżlattivi adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja sabiex isiru bidliet oħra għall-pjan.
L-opinjoni tar-rapporteur
Peress li dan ir-Regolament huwa wieħed mill-ewwel atti fil-qasam tas-sajd allinjati mat-TFUE, huwa ta' importanza partikolari li tinstab soluzzjoni b'bażi legali soda li tissalvagwardja d-drittijiet tal-Parlament maħluqa mit-Trattat ta' Lisbona. Barra minn hekk, is-soluzzjonijiet adottati għal dan ir-Regolament jista' jkollhom influwenza fuq il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet li se tkun applikabbli għal pjanijiet pluriennali oħra.
Ir-rapporteur taqbel b'mod globali mal-proposta tal-Kummissjoni safejn hija tissuġġerixxi l-użu ta':
1) atti ddelegati biex ir-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet li jbidu jiġu adattati għas-sejbiet xjentifiċi,
·biex jiġi aġġustat l-isforz tas-sajd meta grupp ta' bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa' jiddaħħal fih,
·biex jiġu speċifikati r-regoli dwar il-metodu tal-ikkalkular tal-kapaċità tas-sajd u l-aġġustar tal-livelli massimi tal-kapaċità, u
·biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-metodu ta' kkalkular li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permessibbli b'rabta mal-immaniġġjar tal-kwota u wara t-trasferiment ta' sforz fost il-gruppi tal-isforz
2) il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex isiru bidliet oħra għall-Pjan.
Għalhekk ir-rapporteur tissuġġerixxi xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni:
1) Atti ddelegati
Definizzjoni aktar stretta taċ-ċirkustanzi li taħthom il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, kif ukoll biex issir distinzjoni bejn dan il-każ u tibdiliet oħra li jistgħu jsiru għall-Pjan.
2) Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja
Huwa importanti li tiddaħħal referenza espliċita għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-fatt li jiġi ddikjarat li għandha tintuża din il-proċedura sabiex tinbidel kwalunkwe parti tal-Pjan minbarra l-każijiet previsti speċifikament toħloq ċertezza tad-dritt.
3) Ir-rwol tal-STEFC u l-RACs.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet | |||
Referenzi | COM(2012)0021 – C7-0042/2012 – 2012/0013(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 31.1.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | PECH 13.3.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 13.3.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ENVI 1.3.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Diane Dodds 29.2.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 31.5.2012 | 11.7.2012 | 19.9.2012 | 19.2.2013 |
Data tal-adozzjoni | 23.4.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 23 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | John Stuart Agnew, Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Jean-Marie Le Pen, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Ole Christensen, Jean Louis Cottigny, Diane Dodds, Barbara Matera, Gesine Meissner, Mario Pirillo, Nikolaos Salavrakos | |||
Data tat-tressiq | 24.4.2013 | |||