Dokument ta' sessjoni

 

A7-0367/2013

6.11.2013

RAPPORT

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013/ tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(14180/2013 – C7‑0350/2013 – 2013/2160(BUD) )

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Giovanni La Via

PR_BUD_DABapp

WERREJ

Paġna

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................3

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................5

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(14180/2013 – C7‑0350/2013 – 2013/2160(BUD) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1],

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[3],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[4],

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 7/2013 adottat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013 ( COM(2013)0557 ),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013 adottata mill-Kunsill fis-7 ta' Ottubru u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ottubru 2013 (14180/2013 – C7‑0350/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits ( A7-0367/2013 ),

A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għas-sena 2013 (ABE 7/2013) jirrigwarda żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 150 miljun fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), bl-għan li jindirizza "ċertu kwistjonijiet" li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati rigward il-QFP għas-snin 2014-2020, li jolqtu lil Franza, l-Italja u Spanja,

B.  billi dawn l-allokazzjonijiet addizzjonali għandhom jikkontribwixxu biex jiġu affrontati sitwazzjonijiet speċifiċi ta' qgħad, b'mod partikolari, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, u ta' faqar u esklużjoni soċjali f'dawn l-Istati Membri

C. billi l-Kummissjoni tikkunsidra li l-aktar mod xieraq biex tgħin lil dawn l-Istati Membri hu billi żżid il-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

D. billi t-tisħiħ ta' EUR 150 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn se jiġi kopert mill-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-Intestatura 1b (EUR 16-il miljun), u mill-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (EUR 134 miljun) immirata lejn din l-azzjoni speċifika,

1.  Jieħu nota tal-ABE 7/2013, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Lulju 2013, li jkopri żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 150 biljun fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), bl-għan li jindirizza "ċertu kwistjonijiet" li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati fi ħdan il-Kunsill Ewropew rigward il-QFP 2014-2020, li jolqtu lil Franza, l-Italja u Spanja;

2.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni li tiddedika din l-allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tal-FSE eżistenti fl-Istati Membri milqutin, b'mod li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika ta' qgħad, b'mod partikolari, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-esklużjoni soċjali; jistenna li l-Kummissjoni se tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew fiż-żmien dovut rigward il-miżuri u l-azzjonijiet konkreti ffinanzjati b'din l-allokazzjoni;

3.  Jinnota, barra minn hekk, li l-EUR 150 miljun addizzjonali fil-biċċa l-kbira se jiġu ffinanzjati permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità;

4.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2013;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2013 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Jan Mulder, Andrej Plenković, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis, Catherine Trautmann

 

 

[1] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
[2] ĠU L 66, 8.3.2013.
[3] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
[4] ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.