Dokument ta' sessjoni

 

A7-0448/2013

6.12.2013

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

( COM(2011)0844 – C7‑0496/2011 – 2011/0412(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff

 

PR_COD_1consamCom

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

COMMISSION DECLARATION ON THE STRATEGIC DIALOGUE WITH THE EUROPEAN PARLIAMENT  33

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp  35

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi  48

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits  60

PROĊEDURA  69

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija

u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

( COM(2011)0844 – C7‑0496/2011 – 2011/0412(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0844 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli  209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0496/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Novembru 2012[1],

-  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Diċembru 2012[2],

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi ( A7-0448/2013 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni,

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda 1 (1)

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

[REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għad-▌ demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Wara li kkunsidraw il-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea ‘Id-Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv’ ta' Diċembru 2011,

Wara li kkunsidraw l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija mill-Kunsill fil-xx 2012, kif ukoll id-deċiżjoni li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem[5]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti li jipprovdu appoġġ dirett għall-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Dan jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].

(2)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-promozzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja li jippermetti għall-assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet ta' pajjiżi terzi u awtoritajiet pubbliċi oħra.

(3)  L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

(3a)  F'konformità mal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 TFUE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri u l-objettivi fundamentali tal-UE u l-UE għandha tippromwovi u tintegra l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet kollha tagħha.

(4)  L-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iggwidata mill-istess prinċipji li spiraw il-ħolqien tagħha stess: jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.

(5)  Dan l-istrument ta' finanzjament jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp, b'mod partikolari il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u Aġenda għall-Bidla, u l-Politika Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012.

(5a)  Fi ħdan il-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba u ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli huma żewġ pilastri bażiċi tal-politika ta' żvilupp tal-UE. L-impenn li jiġu rrispettati, promossi u mħarsa d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi huwa element essenzjali tar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-UE ma’ pajjiżi terzi.

(5b)  L-UE għandha tapplika approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, sew jekk huma ċivili u politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(6)  Il-kontribut tal-Unjoni għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huwa msejjes fuq ▌il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u ▌strumenti oħra tad-drittijiet tal-bniedem adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' strumenti tad-drittijiet tal-bniedem reġjonali rilevanti.

(7)  L-ugwaljanza bejn is-sessi▌, id-drittijiet tan-nisa, inkluż l-għoti tas-setgħa lin-nisa, u n-nondiskriminazzjoni huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u essenzjali għall-ġustizzja soċjali kif ukoll għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi. Il-promozzjoni tagħhom hija prijorità trasversali ta' dan ir-Regolament.

(8)  Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma inseparabbli u jsaħħu lil xulxin, kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009, dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-libertajiet fundamentali tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon jew tat-twemmin, l-espressjoni, l-għaqda u l-assoċjazzjoni, huma l-prekondizzjoni għall-pluraliżmu politiku▌, il-proċess demokratiku u soċjetà miftuħa, filwaqt li l-kontroll demokratiku, ir-responsabbiltà nazzjonali u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali sabiex tinżamm ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt li min-naħa tagħhom huma meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.

(9)  Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ għall-ħolqien ta' soċjetà ċivili indipendenti, inkluż it-tisħiħ tar-rwol tagħha fil-pajjiż u li d-demokrazija ssir taħdem għal kulħadd, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-komunità internazzjonali. Jeħtieġ▌ firxa ta’ istituzzjonijiet, inklużi parlamenti nazzjonali demokratiċi u assemblej eletti fil-livell lokali li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentanza, il-kapaċità ta' rispons u r-responsabbiltà. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-pajjiżi fi transizzjoni kif ukoll is-sitwazzjonijiet fraġli jew wara kunflitt. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu l-esperjenzi ta' transizzjoni u t-tagħlimiet meħuda tal-politiki tat-tkabbir u tal-viċinat tal-UE.

(10)  Sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod effettiv, trasparenti, f'waqtu u b'mod flessibbli wara l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006, hemm ħtieġa kontinwa għal riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament separat li jista' jkompli jaħdem b'mod indipendenti.

(11)  L-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandha titfassal b'mod li biex tikkomplementa ▌diversi għodod oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Dawn l-għodod ivarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Ser tikkomplementa wkoll l-azzjonijiet aktar relatati mal-kriżi taħt l-Istrument għall-Istabbiltà, inklużi azzjonijiet urġenti meħtieġa matul l-ewwel fażijiet tal-proċess ta' transizzjoni.

(11a)  L-Unjoni għandha tfittex li tikseb l-aktar użu effiċjenti mir-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan għandu jinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-Istrumenti għall-azzjoni esterna, kif ukoll il-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-Istrument attwali, Strumenti oħra għal azzjoni esterna u politiki oħra tal-Unjoni. Dan għandu jinvolvi wkoll it-tisħiħ reċiproku tal-programmi ppjanati taħt dawn l-Istrumenti.

(12)  Taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni ser tipprovdi assistenza biex tindirizza d-drittijiet tal-bniedem globali, reġjonali, nazzjonali u lokali u kwistjonijiet ta’ demokratizzazzjoni fi sħubija mas-soċjetà ċivili, li hija mifhuma li tinkludi t-tipi kollha ta’ azzjonijiet soċjali minn individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-istat u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ▌, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif iddefinit mid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabbiltà ta' Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jħarsu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (Dikjarazzjoni dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem). Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont debitu tal-istrateġiji lokali tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem speċifiċi għall-pajjiż.

(13)  Barra minn hekk, filwaqt li l-objettivi tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-assistenza esterna kollha, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ser ikollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura globali tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni u s-sħubija mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija ▌, inklużi t-tgawdija mill-migranti tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ta' persuni li jfittxu l-asil u persuni spustati internament, billi jipprovdi l-flessibbiltà u reattività meħtieġa biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qegħdin jinbidl, u/jew il-ħtiġijiet tal-benefiċjarji jew il-perijodi ta' kriżi. Dan jista' jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġa għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu approċċ transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, ser jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

(13a)  L-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija skont dan ir-Regolament jistgħu jinkludu l-appoġġ strateġiku għall-Assemblej Kostitwenti Nazzjonali u l-parlamenti demokratiċi b'mod partikolari biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jappoġġaw u jħallu l-proċessi ta' riforma demokratika javvanzaw.

(14)  L-Unjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lil pajjiżi u sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn id-diżrispett għal dawn id-drittijiet u libertajiet huwa partikolarment qawwi u sistematiku. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-prijoritajiet politiċi ser ikunu li jiġi promoss ir-rispett għal-liġijiet internazzjonali rilevanti, u li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta’ azzjoni għas-soċjetà ċivili lokali u biex isir kontribut għall-ħidma tagħha, imwettqa f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. F’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, l-Unjoni ser tippromwovi l-konformità tal-partijiet kollha fil-kunflitt mal-obbligi legali tagħhom skont il-liġi umanitarja internazzjonali, b'konformità mal-linji gwida rilevanti tal-Unjoni. Speċjalment f'pajjiżi fi transizzjoni dan l-istrument għandu jappoġġa ambjent li jippermetti l-itfaċċar ta' atturi politiċi impenjati lejn sistema demokratika pluralistika multipartitika. Huwa jikkonsisti wkoll mill-promozzjoni ta' strutturi demokratiċi, id-diviżjoni tal-poter u istituzzjonijiet statali responsabbli.

(15)  F'dawk il-pajjiżi jew sitwazzjonijiet l-aktar diffiċli u sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-attivisti għad-demokrazija, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tirrispondi b'mod flessibbli u f'waqtu, permezz tal-użu ta' proċeduri amministrattivi aktar rapidi u aktar flessibbli u permezz ta' firxa ta' mekkaniżmi ta' finanzjament. Dan ser ikun partikolarment il-każ meta l-għażla ta' modalitajiet proċedurali jista' jkollha impatt dirett fuq l-effikaċja tal-miżuri jew tista’ tirriżulta li l-benefiċjarji jkunu esposti għal intimidazzjoni, ritaljazzjoni jew tipi oħra ta’ riskji serji.

(16)  Il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u b'suċċess għall-proċessi demokratiċi f'pajjiżi terzi. Madankollu, il-promozzjoni u l-appoġġ għad-demokrazija jestendu ferm lil hinn mill-proċess elettorali waħdu u għaldaqstant għandu jitqies iċ-ċiklu elettorali kollu kemm hu. In-nefqa għal missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali għalhekk ma għandhiex tieħu ammont sproporzjonat tal-fondi totali disponibbli skont dan ir-Regolament.

(16a)  L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu skambji regolari ta' informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fi stadju bikri tal-proċess tal-ipprogrammar sabiex jippromwovu l-komplementarjetà fost l-attivitajiet rispettivi tagħhom. L-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll donaturi u atturi rilevanti.

(16b)  Għandha tiġi ssottolinjata l-importanza tal-istabbiliment tal-kariga tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (RSUE). Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni u l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u jgħin jiżgura li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet tal-Istati Membri huma involuti b'mod konsistenti, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni.

(16c)  Il-Kummissjoni u s-SEAE, kif xieraq, għandu jkollhom skambji regolari u frekwenti ta' fehmiet u informazzjoni mal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jingħataw aċċess għal dokumenti sabiex id-dritt ta' skrutinju skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] jiġi eżerċitat b'mod infurmat. Il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament għandhom iqisu, kif dovut, il-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(16d)  L-Unjoni, inkluż fejn ikun xieraq permezz tad-Delegazzjonijiet tagħha, għandha tagħmel skambji regolari ta' informazzjoni u tikkonsulta mas-soċjetà ċivili, fil-livelli kollha, inkluż f'pajjiżi terzi, kmieni kemm jista' jkun fil-proċess ta' programmazzjoni, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħha, biex tiżgura li huma jkollhom rwol sinifikanti f'dawk il-proċeduri.

(16e)  Sabiex il-kamp ta' appikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi adattat għar-realtà li qed tevolvi malajr fil-pajjiżi terzi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni rigward l-oqsma speċifikati ta’ kooperazzjoni definiti fl-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qed tipprepara u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni għall-ipprogrammar u l-finanzjament tal-azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. B'kont tan-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, partikolarment in-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’eżami għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira.

(18)  Regoli Komuni u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-azzjoni esterna huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru° …/…, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...[8], minn issa 'l quddiem imsejjaħ "Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni".

(19)  L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE[9]▌.

(19a)  Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem mad-dinja kollha, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(20)  Huwa adatt li t-tul ta' dan ir-Regolament jiġi allinjat ma' dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/… [10]. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

 

 

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem skont liema l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha.

B’mod partikolari, assistenza bħal din għandu jkollha l-għan li:

(a)  jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-repressjoni u l-abbuż;

(b)  l-appoġġ, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija f'pajjiżi terzi, billi tissaħħaħ id-demokrazija parteċipatorja u rappreżentattiva, jissaħħaħ iċ-ċiklu demokratiku ġenerali, b'mod partikolari billi jissaħħaħ rwol attiv għas-soċjetà ċivili fi ħdan dan iċ-ċiklu, l-istat tad-dritt u t-titjib tal-affidabbiltà tal-proċessi elettorali, b'mod partikolari permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Assistenza tal-Unjoni għandha tirrelata mal-oqsma li ġejjin:

(a)  l-appoġġ għal u t-titjib tad-demokrazija parteċipatorja u rappreżentattiva, f'konformità mal-approċċ taċ-ċiklu demokratiku ġenerali, inkluża d-demokrazija parlamentari, u l-proċessi ta' demokratizzazzjoni, l-aktar permezz ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, nazzjonali u internazzjonali, inter alia, billi:

(i)  il-promozzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, taċ-ċaqliq mhux imxekkel tal-persuni, tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni politika, artistika u kulturali, ta' aċċess mhux imxekkel għall-informazzjoni, ta' stampa ħielsa u ta' midja pluralistika indipendenti, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik ibbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni, libertà fuq l-internet u miżuri biex jiġu miġġielda l-ostakli amministrattivi għall-eżerċitar ta' dawn il-libertajiet, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċensura, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti;

(ii)  fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura u l-leġislatura, l-appoġġ u l-evalwazzjoni tar-riformi legali u dawk istituzzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja; l-appoġġ għall-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

(iii)  il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, tat-tribunali kriminali internazzjonali ad hoc u tal-proċessi tal-ġustizzja transitorja u tal-mekkaniżmi ta’ verità u ta' rikonċiljazzjoni;

(iv)  l-appoġġ ta’ transizzjoni demokratika u riformi biex jinkisbu l-obbligi ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi u domestiċi effettivi u trasparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u fit-tisħiħ tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

(v)  il-promozzjoni ta' pluraliżmu politiku u ta' rappreżentanza politika demokratika, u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni politika mill-irġiel u n-nisa, b'mod partikolari gruppi marġinalizzati u dawk vulnerabbli, fil-proċessi ta' riforma demokratika fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kemm bħala votanti kif ukoll bħala kandidati;

(va)  it-tisħiħ tad-demokrazija lokali permezz tal-iżgurar ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, u b'hekk tissaħħaħ ir-rappreżentanza politika li hija l-eqreb taċ-ċittadini;

(vi)  il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, u l-appoġġ tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-parteċipazzjoni tan-nisa fi proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u r-rappreżentanza politika tan-nisa b'mod partikolari l-proċessi ta' transizzjoni politika, id-demokratizzazzjoni u l-bini ta' stat;

(via)  il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabbiltà fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, inklużi miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertajiet relatati, u l-appoġġ għall-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u r-rappreżentanza politika;

(vii)   l-appoġġ ta' miżuri li jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni paċifika bejn sezzjonijiet ta' soċjetajiet, inkluż l-appoġġ għall-miżuri li jibnu l-kunfidenza f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokratizzazzjoni.

(b)  il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali oħrajn li jikkonċernaw id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, prinċipalment permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li inter alia huma relatati ma':

(i)  l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u l-istabbiliment ta' moratorji bil-ħsieb tal-abolizzjoni u, fejn għadha teżisti l-piena tal-mewt, il-promozzjoni għall-abolizzjoni tagħha u l-ħarsien ta' standards minimi internazzjonali;

(ia)  il-prevenzjoni tat-tortura, tat-trattament ħażin u ta' trattamenti jew kastigi krudili, diżumani u degradanti oħrajn, flimkien mal-għajbien sfurzat u r-riabilitazzjoni tal-vittmi ta' tortura;

(ii)   l-appoġġ għal, il-ħarsien ta', u l-assistenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti tagħhom għall-protezzjoni, f'konformità mal-Artikolu 1 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; dawn l-objettivi jistgħu jitkoprew minn Mekkaniżmu tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluża l-assistenza fit-tul u l-aċċess għal rifuġju;

(iii)   il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, il-kasta, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età ▌,l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru;

(iv)  ▌il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jew twemmin, inkluż permezz ta' miżuri biex jeliminaw il-forom kollha ta’ mibegħda, intolleranza u diskriminazzjoni bbażata fuq reliġjon jew twemmin u billi titrawwem it-tolleranza u r-rispett tad-diversità kulturali u reliġjuża fi ħdan u fost is-soċjetajiet;

(v)  id-drittijiet tal-popli indiġeni kif jinsabu fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, li jenfasizzaw l-importanza tal-involviment tagħhom fl-iżvilupp ta' proġetti li jikkonċernawhom u jinkludu l-appoġġ għall-iffaċilitar tal-interazzjoni tal-popli indiġeni ma' mekkaniżmi internazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-istess mekkaniżmi;

(va) id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi u lingwistiċi kif jinsabu fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jappartjenu għal Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi;

(vb)  id-drittijiet tal-persuni lesbiċi, gay, bisesswali, trans u intersess (LGBTI), inklużi miżuri għad-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, għall-ġlieda kontra l-vjolenza u l-persekuzzjoni omofobiċi u transfobiċi, u l-promozzjoni tal-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni għal persuni LGBTI;

(vi)   id-drittijiet tan-nisa kif ipproklamati fil-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli Fakultattivi tagħha, inklużi miżuri biex jiġġieldu kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; b'mod partikolari l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati u rranġati, id-delitti tal-"unur", il-vjolenza domestika u sesswali, l-ittraffikar tan-nisa u l-bniet;

(vii)   id-drittijiet tat-tfal, kif ipproklamati fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli Fakultattivi tagħha, inklużi l-ġlieda ▌ kontra t-tħaddim tat-tfal, l-ittraffikar tat-tfal u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal, u l-ħarsien mid-diskriminazzjoni indipendentement mir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, il-politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali, etnika jew soċjali, il-proprjetà, id-diżabbiltà, it-twelid jew status ieħor;

(viii)   id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà kif minqux fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;

(ix)   id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali▌ , inklużi id-dritt għal livell ta' għejxien adegwat u għall-istandards fundamentali tax-xogħol▌;

(ixa)  ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-libertà li jitwettaq in-negozju kif ipproklamat fil-Karta Soċjali Ewropea;

(x)   l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija▌;

(xi)   l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali involuti fil-ħarsien, il-promozzjoni jew id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u ▌l-libertajiet fundamentali;

(xia)  il-promozzjoni tat-titjib tal-kondizzjonijiet u l-ħarsien tal-istandards fil-ħabsijiet, b'mod konsistenti mad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali.

(c)  it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari billi:

(i)   ikun ipprovdut appoġġ għal strumenti u korpi internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

(ii)   titrawwem il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali intergovernattivi, u jiġu appoġġati l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-NGOs, immirati lejn il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

(iii)   taħriġ fi u tixrid ta' informazzjoni dwar id-dritt umanitarju internazzjonali u appoġġ għall-infurzar tagħha;

(d)  il-bini ta' fiduċja fi u t-tisħiħ ta' affidabbiltà u trasparenza tal-proċessi u l-istituzzjonijiet elettorali demokratiċi, matul iċ-ċiklu elettorali kollu kemm hu, b'mod partikolari▌:

(i)   permezz tal-użu tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea u miżuri oħra ta' monitoraġġ tal-proċessi elettorali;

▌

(iii)   billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċità ta’ osservazzjoni elettorali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili domestika fil-livelli reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati l-inizjattivi tagħhom biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fi, u s-segwitu għal, il-proċess elettorali;

(iv)   billi jiġu appoġġati miżuri mmirati lejn l-integrazzjoni konsistenti tal-proċessi elettorali fiċ-ċiklu demokratiku, filwaqt li jixxerrdu u jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea, li b'mod partikolari jaħdmu ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet rilevanti inklużi l-Parlamenti u l-Gvernijiet, f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(iva)  billi ssir promozzjoni għall-eżitu paċifiku tal- proċessi elettorali, it-tnaqqis tal-vjolenza elettorali u l-aċċettazzjoni tar-riżultati kredibbli mis-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà.

2.  Il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, l-integrazzjoni tas-sessi, il-parteċipazzjoni, l-għoti tas-setgħa, flimkien mar-responsabbiltà, l-attitudni miftuħa u t-trasparenza, għandhom jitqiesu kull meta jkunu rilevanti għall-miżuri kollha ta' assistenza msemmija f'dan ir-Regolament.

3.  Il-miżuri ta’ assistenza għandhom jiġu implimentati fit-territorju ta' pajjiżi terzi jew għandhom ikunu relatati b'mod dirett mas-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fil-pajjiżi terzi, jew ikunu relatati b'mod dirett ma' azzjonijiet globali jew reġjonali.

4.  Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli.

 

Artikolu 2a

Koordinazzjoni, Koerenza u Komplementarjetà tal-Assistenza tal-Unjoni Ewropea

1.  L-assistenza tal-Unjoni Ewropea taħt dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-qafas ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, u komplementari għal dik mogħtija minn strumenti jew ftehimiet oħrajn għal assistenza esterna.

2.  Sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu skambji regolari ta' informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fi stadju bikri tal-proċess ta' pprogrammar sabiex tingħata promozzjoni lill-komplementarjetà u l-koerenza fost l-attivitajiet rispettivi tagħhom kemm fil-livell tat-teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Konsultazzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għall-ipprogrammar konġunt u attivitajiet konġunti bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. L-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll donaturi u atturi oħrajn.

3.  Il-Kummissjoni u s-SEAE, kif ikun xieraq, għandu jkollhom skambji regolari ta' fehmiet u ta' informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

4.  L-Unjoni għandha tfittex skambji regolari ta' informazzjoni u tikkonsulta mas-soċjetà ċivili, fil-livelli kollha, inkluż fil-pajjiżi terzi. B'mod partikolari l-Unjoni għandha tipprovdi, kull meta jkun possibbli u f'konformità mal-proċeduri, il-gwida teknika u l-appoġġ rilevanti għall-proċeduri ta' domandi.

 

Artikolu 3

Qafas ġenerali għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni

L-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata permezz tal-miżuri li ġejjin u f'konformità mar-Regolament Implimentattiv Komuni:

(a)  Id-Dokumenti ta’ Strateġija u r-reviżjonijiet tagħhom kif ikun xieraq;

(b)  Il-Programmi ta’ Azzjoni Annwali, miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ;

(c)  Miżuri Speċjali▌;

(d)  Kwalunkwe programmar jew rieżami ta' programmi li jsir wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni għandu jieħu kont tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tiegħu.

Artikolu 4

Dokumenti ta' Strateġija

1.  Id-Dokumenti ta' Strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-assistenza tagħha skont dan ir-Regolament, bażata fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Huma għandhom ikunu konsistenti mal-iskop ġenerali, l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji ta' dan ir-Regolament.

2.  Id-Dokumenti ta' Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perijodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

3.  Id-Dokumenti ta' Strateġija għandhom jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament Implimentattivi Komuni. Meta bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi u l-politika jeħtieġu hekk, id-Dokumenti ta' Strateġija għandhom ikunu aġġornati f'konformità mal-istess proċedura.

Artikolu 4a

Prijoritajiet tematiċi u delega ta' setgħat

L-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi li għandhom jiġu segwiti mill-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-prijoritajiet tematiċi stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament. B'mod partikolari, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' rieżami ta' nofs it-terminu, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, u bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat li jemenda l-Anness sal-31 ta' Marzu 2018.

Artikolu 4b

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' [seba'] snin mill- 1 ta' Jannar 2014. [Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' [seba']‑snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu].

 

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sej joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Artikolu 5

Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn Kumitat għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Kumitat”. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Artikolu 5a

Aċċess għad-dokumenti

Sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta' skrutinju b'mod informat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha tal-EIDHR rilevanti għal dan l-eżerċizzju, skont ir-regoli applikabbli.

Artikolu 6

Ammont ta' referenza finanzjarja

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2014-2020 għandu jkun ta’ [EUR 1 332 752 000]. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Qafas Finanzjarju 2014 – 2020.

 

Artikolu 7

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/427/UE.

 

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ▌fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

 

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

Anness

L-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi għall-EIDHR

Ir-rispons strateġiku tal-UE li jitwettaq l-iskop tal-EIDHR huwa bbażat fuq ħames objettivi deskritti f'dan l-Anness.

 

-  Objettiv 1 - Appoġġ għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem f'sitwazzjonijiet fejn huma l-aktar f'riskju.

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser jipprovdu appoġġ effettiv għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (DDB) li huma l-aktar f'riskju u għal sitwazzjonijiet fejn il-libertajiet fundamentali huma l-aktar fil-periklu. L-EIDHR ser, fost oħrajn, jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet urġenti tad-DDB; ser jipprovdi wkoll appoġġ għall-perijodu medju u fit-tul li ser jippermetti lid-DDB u s-soċjetà ċivili li iwettqu l-ħidma tagħhom. L-azzjonijiet għandhom iqisu x-xejra inkwetanti attwali tal-ispazju li qed jonqos għas-soċjetà ċivili.

-  Objettiv 2 - Appoġġ għal Prijoritajiet oħrajn tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser jiffokaw fuq l-għoti ta' appoġġ lill-attivitajiet fejn l-UE għandha valur miżjud u/jew impenn tematiku speċifiku (eż. linji gwida attwali u futuri tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem adottati mill-Kunsill jew riżoluzzjonijiet adottati mill-PE), f'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-EIDHR. L-azzjonijiet ser ikunu konsistenti mal-prijoritajiet stabbiliti fil-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser, fost oħrajn, jappoġġaw lid-dinjità tal-bniedem (b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-piena tal-mewt, kontra t-tortura u kastigi jew trattamenti oħrajn krudili, inumani jew degradanti); id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; il-ġlieda kontra l-impunità; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha; id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Ser tingħata attenzjoni wkoll lill-kwistjonijiet emerġenti tad-drittijiet tal-bniedem.

-  Objettiv 3 - Appoġġ għad-Demokrazija

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser jappoġġaw atturi paċifiċi favur id-demokrazija f'pajjiżi terzi bil-ħsieb li jsaħħu d-demokrazija parteċipattiva u rappreżentattiva, it-trasparenza u r-responsabbiltà. L-azzjonijiet ser jiffokaw fuq il-konsolidazzjoni tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika, kif ukoll il-promozzjoni favur id-demokrazija.

L-aspetti kollha tad-demokratizzazzjoni ser jiġu indirizzati, inklużi l-istat tad-dritt, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ċivili u politiċi bħal-libertà tal-espressjoni online u offline, il-libertà ta' għaqda u assoċjazzjoni. Dan jinkludi l-parteċipazzjoni attiva fid-dibattitu metodoloġiku li qed jevolvi fil-qasam tal-appoġġ għad-demokrazija.

Fejn applikabbli, l-azzjonijiet ser iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE tal-UE).

-  Objettiv 4 - Osservazzjoni Elettorali tal-UE

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser jiffokaw fuq osservazzjoni elettorali li tikkontribwixxi biex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja fil-proċess elettorali bħala parti mill-promozzjoni u l-appoġġ usa' għall-proċessi demokratiċi deskritti fl-objettiv 3.

Il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE fuq skala sħiħa huma ġeneralment rikonoxxuti bħala proġetti ewlenin tar-relazzjonijiet esterni tal-UE u jibqgħu l-forma prinċipali ta' azzjoni taħt dan l-objettiv.

Huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdu kemm stima informata ta' proċessi elettorali kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib ulterjuri tagħhom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tal-UE u d-djalogu politiku ma' pajjiżi sħab. B'mod partikolari, l-approċċ li jinkludi ċ-ċiklu elettorali kollu, inklużi l-attivitajiet ta' segwitu, ser jiġi żviluppat aktar ma' azzjonijiet komplementari bejn l-ipprogrammar bilaterali u l-proġetti tal-EIDHR.

-  Objettiv 5 - Appoġġ lill-atturi u l-proċessi ewlenin fil-mira, inklużi l-istrumenti u l-mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

L-għan ġenerali huwa li jissaħħu l-oqfsa internazzjonali u reġjonali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt u d-demokrazija skont il-prijoritajiet politiċi tal-UE.

L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv ser jinkludu attivitajiet għall-appoġġ tal-kontribut tas-soċjetà ċivili lokali għad-Djalogi tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE (f'konformità mal-linji gwida rilevanti tal-UE) u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, fost l-oħrajn, il-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-promozzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn il-mekkaniżmi mis-soċjetà ċivili ser jingħataw attenzjoni speċjali.

DIKJARAZZJONI TRIPARTITIKA DWAR L-OSSERVAZZJONI ELETTORALI

Il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill jissottolinjaw il-kontribut importanti tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE) għall-politika tal-UE dwar l-appoġġ tad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni. Il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE jikkontribwixxu biex tiżdied it-trasparenza u l-fiduċja fil-proċessi elettorali u jipprovdu stima informata tal-elezzjonijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib ulterjuri tagħhom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tal-UE u d-djalogu politiku ma' pajjiżi sħab. F'dan il-kuntest huma qablu li sa 25% tal-baġit tal-EIDHR matul il-perijodu ta' seba' snin għandu jkun iddedikat għall-finanzjament tal-MOE tal-UE, skont il-prijoritajiet elettorali annwali.

 

 

 

__________________________

COMMISSION DECLARATION ON THE STRATEGIC DIALOGUE WITH THE EUROPEAN PARLIAMENT[11]

 

 

On the basis of Article 14 TEU, the Commission will conduct a strategic dialogue with the European Parliament prior to the programming of the EIDHR and after initial consultation of its relevant beneficiaries, where appropriate. The Commission will present to the Parliament the relevant available documents on programming with indicative allocations foreseen per country/region, and, within a country/region, priorities, possible results and indicative allocations foreseen per priority for geographic programmes, as well as the choice of assistance modalities*. The Commission will present to the Parliament the relevant available documents on programming with thematic priorities, possible results, choice of assistance modalities*, and financial allocations for such priorities foreseen in thematic programmes. The Commission will take into account the position expressed by the European Parliament on the matter.

 

The Commission will conduct a strategic dialogue with the European Parliament in preparing the Mid Term Review and before any substantial revision of the programming documents during the period of validity of this Regulation.

The Commission, if invited by the European Parliament, will explain where Parliament's observations have been taken into consideration in the programming documents and any other follow-up given to the strategic dialogue.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.6.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

( COM(2011)0844 – C7‑0496/2011 – 2011/0412(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Filip Kaczmarek

 

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Dan l-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Politika Ewropea ta' Żvilupp.

(5) Dan l-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Politika Ewropea ta' Żvilupp, fuq il-bażi tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp1, il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-iżvilupp.

 

_______________

 

1 ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma inseparabbli, kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009, dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni huma l-prerekwiżiti għall-pluraliżmu politiku u l-proċess demokratiku, filwaqt li l-kontroll demokratiku u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali sabiex tinżamm ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt li min-naħa tagħhom huma meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.

(8) Id-demokrazija, il-governanza demokratika, l-iżvilupp u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kollha huma interdipendenti u jsaħħu lil xulxin, kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009, dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni huma l-prerekwiżiti għall-pluraliżmu politiku u l-proċess demokratiku, filwaqt li l-kontroll demokratiku u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali sabiex tinżamm ġudikatura u leġiżlatura indipendenti u l-istat tad-dritt li min-naħa tagħhom huma meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-komunità internazzjonali. Jeħtieġ ukoll firxa ta’ istituzzjonijiet, partikolarment parlamenti nazzjonali demokratiċi li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' rispons u r-responsabbiltà.

(9) Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u prinċipji ta' governanza tajba finanzjarja, soċjali, amministrattiva u fiskali, u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqas l-obbligu tal-komunità internazzjonali li jippromwovu d-dritt għal proċess ta' żvilupp fejn jistgħu jitwettqu bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem kollha u l-libertajiet fundamentali sabiex jiġi promoss id-dritt għal proċess ta' żvilupp fejn jitwettqu d-drittijiet tal-bniedem kollha u l-libertajiet fundamentali. Jeħtieġ ukoll firxa ta’ istituzzjonijiet, partikolarment parlamenti nazzjonali demokratiċi li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' rispons u r-responsabbiltà.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tikkomplementa wkoll l-azzjonijiet aktar relatati mal-kriżi taħt l-Istrument għall-Istabbiltà.

(11) L-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tkun komplimentari wkoll iżda separata mill-azzjonijiet aktar relatati mal-kriżi taħt l-Istrument għall-Istabbiltà u l-Fond Ewropew għad-Demokrazija futur.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni se tipprovdi għajnuna biex tindirizza d-drittijiet tal-bniedem globali, reġjonali, nazzjonali u lokali u kwistjonijiet ta’ demokratizzazzjoni fi sħubija mas-soċjetà ċivili li wieħed jifhem li jinkludu t-tipi kollha ta’ azzjoni soċjali minn individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-istat u attivi fl-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-appoġġ tad-demokrazija.

(12) Taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni se tipprovdi għajnuna biex tindirizza sfidi globali, reġjonali, nazzjonali u lokali bl-għan li tippromwovi d-demokrazija, il-governanza demokratika, l-iżvilupp u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kollha fi sħubija mas-soċjetà ċivili li wieħed jifhem li jinkludu t-tipi kollha ta’ azzjoni soċjali minn individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-istat u attivi fl-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-appoġġ tad-demokrazija.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dan għandu jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, se jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

(13) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi possibbli ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jiġu applikati prinċipji ta' governanza tajba finanzjarja, soċjali, amministrattiva u fiskali, u b'hekk jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dan għandu jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, se jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż;

(a) jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż, bil-għan li ttejjeb u tleħħaq ma’ standards demokratiċi ta’ għajxien u tikkonsolida d-dinjità tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni;

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-appoġġ u l-konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi f'pajjiżi terzi, billi tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja, jiissaħħaħ iċ-ċiklu demokratiku ġenerali, u titjieb l-affidabbiltà tal-proċess elettorali, b'mod partikolari permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijeit.

(b) l-appoġġ u l-konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi u l-governanza f'pajjiżi terzi, billi tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja, b'mod partikolari permezz tar-rwol ewlieni tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili, u l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' governanza tajba finanzjara, soċjali, amministrattiva u fiskali biex b'hekk jissaħħaħ iċ-ċiklu demokratiku ġenerali, u titjieb l-affidabbiltà tal-proċess elettorali, b'mod partikolari permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali u attivitajiet ta' osservazzjoni elettorali tas-soċjetà ċivili lokali.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-promozzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, taċ-ċaqliq mhux imxekkel tal-persuni, tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni artistika u kulturali, ta' stampa ħielsa u ta' midja pluralistika indipendenti, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik ibbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni, liberta fuq l-internet u miżuri biex jiġu miġġielda l-ostakli amministrattivi għall-eżerċitar ta' dawn il-libertajiet, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċensura;

(i) il-promozzjoni u d-dħul fil-liġi tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, taċ-ċaqliq mhux imxekkel tal-persuni, tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni artistika u kulturali, ta' stampa ħielsa u ta' midja pluralistika indipendenti, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik ibbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni, liberta fuq l-internet u miżuri biex jiġu miġġielda l-ostakli amministrattivi għall-eżerċitar ta' dawn il-libertajiet, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċensura;

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura, it-tħeġġiġ u l-evalwazzjoni tar-riformi legali u istituzzjonali u l-promozzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja;

(ii) fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, fil-promozzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura u tal-leġiżlatura – b'mod partikolari l-parlamenti nazzjonali, fit-tħeġġiġ u l-evalwazzjoni tar-riformi legali u istituzzjonali u fil-promozzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja; il-promozzjoni tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-settur pubbliku;

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-appoġġ ta’ riformi biex jinkisbu l-obbligi ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi effettivi u trasparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u fl-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

(iv) l-appoġġ ta’ riformi biex jinkisbu l-obbligi ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi effettivi u trasparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u fl-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari l-governanza finanzjarja u fiskali tajba;

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) il-promozzjoni ta' pluraliżmu politiku u ta' rappreżentanza politika demokratika u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni politika miċ-ċittadini, b'mod partikulari mill-gruppi marġinalizzati, fil-proċessi ta' riforma demokratika fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

(v) il-promozzjoni ta' pluraliżmu politiku u ta' rappreżentanza politika demokratika u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni politika miċ-ċittadini, b'mod partikulari min-nisa u mill-gruppi marġinalizzati, fil-proċessi ta' riforma demokratika fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, il-kasti, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) id-drittijiet tal-popli indiġeni u d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi etniċi;

(v) id-drittijiet tal-popli indiġeni, id-drittijiet ta’ persuni milquta minn diskriminazzjoni abbażi tal-kasti u d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi etniċi;

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b - punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, b’mod partikolari l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa kif ukoll id-dritt ta’ deċiżjonijiet ħielsa u indipendenti dwar ġisimhom, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt x

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x) l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fil-qasam kopert mill-punt (vii);

(x) l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari billi:

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali u d-dritt għal proċess ta' żvilupp fejn jitwettqu bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem kollha u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari billi:

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) ikun ipprovdut taħriġ legali u marbut mat-taxxa għall-partijiet interessati lokali bil-għan li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta’ governanza tajba li jevitaw il-korruzzjoni.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 – punt d – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) bini tal-fiduċja fi u tisħiħ tal-affidabilità u t-trasparenza tal-proċessi elettorali demokratiċi, filwaqt li jsir kontribut għall-effiċjenza u l-konsistenza taċ-ċiklu elettorali kollu, partikolarment,

(d) bini tal-fiduċja fi u inkoraġġiment lill-pajjiżi fejn se jsiru l-elezzjonijiet biex jipprovdu protezzjoni tal-kandidati politiċi kif ukoll jigarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u politiċi rilevanti tagħhom u jsaħħu l-affidabilità u t-trasparenza tal-proċessi elettorali demokratiċi, filwaqt li jsir kontribut għall-effiċjenza u l-konsistenza taċ-ċiklu elettorali kollu, partikolarment,

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) permezz tal-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni;

(i) permezz tal-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni, fuq il-bażi li tali missjonijiet ma jingħatawx iktar minn 25 % tal-baġit totali tal-Istrument maħluq hawnhekk;

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati l-inizjattivi tagħhom biex jissaħħu l-parteċipazzjoni fil-proċess elettorali u s-segwitu għalih;

billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u billi jiġu appoġġati l-inizjattivi tagħhom biex jissaħħu l-parteċipazzjoni fil-proċess elettorali u s-segwitu għalih, u billi tiġi ggwidata parti mill-assistenza demokratika permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali;

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) billi jiġu appoġġjati miżuri mmirati lejn l-integrazzjoni konsistenti ta’ proċessi elettorali fiċ-ċiklu demokratiku u għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn Missjonijiet ta' Osservaturi Elettorali tal-Unjoni;

(iv) billi jiġu appoġġati miżuri mmirati lejn l-integrazzjoni konsistenti ta’ proċessi elettorali fiċ-ċiklu demokratiku u għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn Missjonijiet ta' Osservaturi Elettorali tal-Unjoni u mid-delegazzjonijiet tal-osservazzjoni elettorali tal-Parlament Ewropew;

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iv a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva) bl-appoġġ għall-isforzi tal-pajjiż sieħeb li għandu x'jaqsam mal-bini u l-iżvilupp tal-qafas u l-kapaċità istituzzjonali meħtieġa sabiex tinżamm id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem wara li jkunu saru elezzjonijiet demokratiċi;

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u tal-prinċipji tal-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu meta jkun rilevanti mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

2. Fil-qafas ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-iżvilupp, il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, tad-drittijiet tal-minoranzi u tad-drittijiet tal-leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru, u tal-prinċipji tal-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli.

4. Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli, jew fejn ikun hemm theddida serja għal ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadin.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Referenzi

COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Filip Kaczmarek

14.2.2012

Eżami fil-kumitat

14.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Edvard Kožušník, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias

 

 

25.6.2012

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

( COM(2011)0844 – C7‑0496/2011 – 2011/0412(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

 

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-UE adottat pjan ta’ azzjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-emanċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp (2010-2015).

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 8 TFUE, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huwa wieħed mill-valuri u l-objettivi fundamentali tal-UE, li għandhom jiġu promossi fl-attivitajiet kollha tagħha.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-mara huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u kwistjoni ta' ġustizzja soċjali u l-promozzjoni tagħhom hija komponent qawwi ta’ dan ir-Regolament.

(7) Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-mara jagħmlu parti mill-valuri u l-prinċipji fundamentali li fuq hi msejsa il-politika esterna tal-Unjoni. Il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni jikkostitwixxu il-ġebla tax-xewka tar-regolament attwali u l-espressjoni viżibbli u konkreta tal-impenn tal-Unjoni favur ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-vjolenza kontra n-nisa fis-suriet kollha tagħha hi fenoenu strutturali marbut mat-tqassim inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà u jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali. Il-miżuri meħuda għall-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u huma element importanti tar-regolament attwali.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dan għandu jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, se jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

(13) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem, libertajiet fundamentali, id-drittijiet tan-nisa, il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dan għandu jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, se jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-Unjoni se tagħti attenzjoni partikolari lil pajjiżi u sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn id-diżrispett għal dawn id-drittijiet u libertajiet huwa partikularment qawwi u sistematiku. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-prijoritjiet politiċi se jkunu li jiġi promoss ir-rispett għal-liġijiet internazzjonali rilevanti, u li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta’ azzjoni għas-soċjetà ċivili lokali u biex isir kontirbut għall-ħidma tagħha, imwettqa f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. F’sitwazzjonijiet ta’ konflitt, l-Unjoni ser tippromwovi l-konformità tal-partijiet kollha fil-kunflitt mal-obbligi legali tagħhom taħt il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-linji gwida rilevanti tal-Unjoni.

(14) L-Unjoni se tagħti attenzjoni partikolari lil pajjiżi u sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn id-diżrispett għal dawn id-drittijiet u libertajiet huwa partikularment qawwi u sistematiku. L-Unjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-qagħda ta’ nisa u bniet f’sitwazzjoni ta’ urġenzi ta’ sigurtà, umanitarja u/jew alimentarja għax jikkostitwixxu grupp partikolarment vulnerabbli. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-prijoritjiet politiċi se jkunu li jiġi promoss ir-rispett għal-liġijiet internazzjonali rilevanti, u li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta’ azzjoni għas-soċjetà ċivili lokali u biex isir kontirbut għall-ħidma tagħha, imwettqa f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. F’sitwazzjonijiet ta’ konflitt, l-Unjoni ser tippromwovi l-konformità tal-partijiet kollha fil-kunflitt mal-obbligi legali tagħhom taħt il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-linji gwida rilevanti tal-Unjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż;

(a) jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż, partikolarment, il-ħarsien tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli f’qagħda ta’ urġenza tas-sigurtà, umanitarja u/jew alimentari, jiġifieri in-nisa u l-bniet.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kontribut għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-prinċipji tad-drittijiet tan-nisa, gwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nondiskriminazzjoni.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, u l-appoġġ tal-ugwaljanza ta' opportunità u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika tan-nisa;

(vi) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, ir-rispett tad-drittijiet tan-nisa, ir-rappreżentazzjoni indaqs tal-irġiel u n-nisa fil-pożizzjonijiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi, il-parteċipazzjoni attiva u l-mobilizzazzjoni tan-nisa fil-proċessi ta’ tranżizzjoni politika, ta’ demokratizzazzjoni u ta’ konsolidazzjoni tal-Istat, b’attenzjoni speċjali lil sitwazzjonijiet ta' vjolenza u ta’ diskriminazzjoni li jġarrbu n-nisa fil-pajjiżi terzi.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

(iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, l-espressjoni tas-sessi, l-identità tas-sessi, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b - punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur, it-traffikar, il-vjolenza sesswali inkluż l-istupru korrettiv, il-vjolenza domestika u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

 

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b - punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

(vi) il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, inklużi l-miżuri kontra kull forma ta' vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa, biex jitħarsu n-nisa u l-bniet mill-vjolenza u mid-diskriminazzjoni, b’mod partikolari l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati u arranġati, id-delitti tal-unur, il-vjolenza relatata mad-dota, it-traffikar tan-nisa u l-bniet għal sfruttament sesswali kummerċjali, il-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, inkluż l-istupru kollettiv, l-istupru mis-sieħeb, l-abbuż mill-konjuġi u vjolenza ekonomika u ta' tipi oħrajn;

 

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt vi a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(via) il-promozzjoni tas-saħħa materna u enfasi akbar fuqha, u t-tisħiħ tal-importanza mogħtija lill-edukazzjoni u l-qawmien tal-kuxjenza dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, li huma parti integrali tal-istrateġija relatata mas-saħħa tan-nisa;

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b - punt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii) id-drittijiet tat-tfal, kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim, it-traffikar u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

(vii) id-drittijiet tat-tfal, kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, is-sesswalizzazzjoni tal-bniet, il-prostituzzjoni tat-tfal, it-traffikar u l-abbuż għall-iskopijiet ta' sfruttament sesswali kummerċjali, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt vii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viia) l-għoti ta’ attenzjoni partikolari lit-trattament ugwali tal-bniet u s-subien, b'mod partikolari l-aċċess indaqs għall-edukazzjoni;

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt x

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x) l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fil-qasam kopert mill-punt (vii);

(x) l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fil-qasam kopert mill-punt (vii); l-importanza ta’ dawn il-miżuri fil-kontribut tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b - punt xi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(xi) l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili involuti fil-ħarsien, fil-promozzjoni jew fid-difiża tad-drittijiet u fil-miżuri msemmija fil-punt (vii);

(xi) l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-organizzazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ, involuti fil-ħarsien, fil-promozzjoni jew fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tan-nisa u fil-miżuri msemmija fil-punt (vii);

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari billi:

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, l-ugwaljanza bejn is-sessi, tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari billi:

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) permezz tal-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni;

(i) permezz tal-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni filwaqt li jitħares ir-rispett tal-parità fil-kompożizzjoni tat-tim ewlieni u l-osservatturi fuq medda twila u qasira ta’ żmien;

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa:

 

(i) l-appoġġ tal-programmi reġjonali u nazzjonali għall-promozzjoni tal-emanċipazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa, l-eżerċitar tal-poter u l-parteċipazzjoni politika tagħhom;

 

(ii) l-appoġġ ta’ inizjattivi nazzjonali, reġjonali u dinjija u l-impenji meħuda f’dawn il-livelli, għall-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fil-politiki, il-programmi u l-baġit;

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u tal-prinċipji tal-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu meta jkun rilevanti mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

2. Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tan-nisa, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u tal-prinċipji tal-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli.

4. Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli. Peress li n-nisa u l-bniet huma partikolarment vulnerabbli, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil sitwazzjonijiet fejn in-nisa jkunu esposti għall-vjolenza fiżika u psikoloġika.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna tagħha skont dan ir-Regolament, bażata fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Huma għandhom ikunu konsistenti mal-iskop ġenerali, l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji ta' dan ir-Regolament.

1. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna tagħha skont dan ir-Regolament, bażata fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Huma għandhom ikunu konsistenti mal-iskop ġenerali, l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji ta' dan ir-Regolament u jintegraw il-prinċipji tal-integrazzjoni sistematika tad-dimensjoni tal-ġeneri.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

2. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Referenzi

COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Barbara Matera

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

30.5.2012

21.6.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Marc Tarabella, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Minodora Cliveti, Christa Klaß, Katarína Neveďalová, Norica Nicolai

 

 

11.07.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

( COM(2011)0844 – C7‑0496/2011 – 2011/0412(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: María Muñiz De Urquiza

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokraċi huma fost il-valuri fundamentali tal-UE (Artikolu 2 TUE). L-Artikolu 21 TUE jistipula wkoll li l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni għandhom ikunu gwidati mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha, u b'hekk dan iqiegħed il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE.

 

L-EIDHR huwa strument orizzontali intiż għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u għat-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċvivili billi jagħmilha attur effettiv fir-riforma politika u difensur ta' suċċess tad-drittijiet tal-bniedem. Il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali huma wkoll element ċentrali tal-EIDHR.

 

Karatteristika oħra tal-EIDHR hija li minħabba l-indipendenza tal-azzjoni tiegħu mill-kunsens tal-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi, dan jikkostitwixxi strument b'saħħtu sabiex tiżdied il-komplementarjetà mal-istrumenti ta' finanzjament għall-għajnuna esterna kollha. Peress li dan huwa strument orizzontali, l-EIDHR għandu jibqa' interkonness u konsistenti mal-miri tal-istrumenti ta' azzjoni esterna l-oħra kollha.

 

Aspetti baġitarji

 

Il-Kummissjoni pproponiet EUR 1400 miljun (prezzijiet kostanti tal-2011) għall-perjodu 2014 – 2020 għall-EIDHR. Dan ifisser żieda ta' kważi 20% f'termini reali għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss apparagun mal-ammont disponibbli għal dan l-istrument fl-2007 – 2013 (EUR 1148 miljun, prezzijiet konstanti tal-2011) iżda din iż-żieda hija anqas miż-żieda prevista għall-medja tal-Intestatura 4. Għandu jiġi osservat madankollu li dan huwa ammont indikattiv biss u l-allokazzjoni baġitarja finali disponibbli għal dan l-istrument se tkun magħrufa biss wara li jintemmu n-negozjati fuq il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss.

 

F'din l-opinjoni, ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza l-bżonn li l-benefiċjarji jkunu jistgħu jaċċedu b'mod aktar faċli għall-fondi tal-EIDHR. Dan jista' jsir permezz tas-semplifikazzjoni u t-tħaffif tal-proċedura u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Għal dan l-għan, il-pakkett tal-proposti għal strumenti esterni tal-Kummissjoni jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba peress li fih elementi ta' semplifikazzjoni billi jassuġġetta l-istrumenti esterni kollha tal-Unjoni għar-regoli tar-Regolament ta' implimentazzjoni generali, billi jipprovdi għal proċeduri aktar flessibbli f'każijiet urġenti, permezz tal-possibbiltà ta' azzjonijiet ad hoc b'għotijiet diretti jew għotijiet ta' valur baxx kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għall-konsistenza mar-Regolament Finanzjarju.

 

Madankollu, ir-Rapporteur temmen li l-proposta tal-Kummissjoni għandha ċerti elementi negattivi u tixtieq tintroduċi emendi li jiżguraw il-komplementarjetà u l-koerenza tal-għajnuna tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll il-finanzjament minn donaturi reġjonali, lokali u internazzjonali, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li dawn jidħlu fil-qasam ta' xulxin. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll li l-ħolqien ta' strumenti eventwali oħra, bħad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija, ma għandhomx jieħdu mir-riżorsi disponibbli għall-EIDHR u għandu jkollhom l-allokazzjonijiet baġitarji separati tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax ikun iffissat sakemm jintlaħaq qbil fuq il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020;

 

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

 

_______________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266

 

Emenda    3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jiddispjaċih li ż-żieda proposta fl-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-EIDHR fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-2014-2020 hija anqas miż-żieda medja proposta taħt l-Intestatura 4 (relazzjonijiet esterni) fit-totalità tagħha;

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod effettiv, trasparenti, f'waqtu u b'mod flessibbli wara l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006, hemm ħtieġa kontinwa għal riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament speċifiku li jista' jkompli jaħdem b'mod indipendenti.

(10) Sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod effettiv, trasparenti, f'waqtu u b'mod flessibbli wara l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006, hemm ħtieġa kontinwa għal riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament separat li jista' jkompli jaħdem b'mod indipendenti, filwaqt li jibqa' komplementari b'mod reċiproku mal-istrumenti l-oħra għall-politiki esterni tal-Unjoni..

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-isfidi l-ġodda fil-Viċinat tal-Unjoni u lilhinn jeħtieġu approċċ aktar flessibbli, effiċjenti u mmirat għall-finanzjament tal-politiki esterni tal-Unjoni fil-qasam tal-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-prinċipji li jiggwidaw ir-reviżjoni attwali tal-istrumenti esterni tal-Unjoni. Għal dak l-għan, l-istabbiliment tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija se jippermetti lill-Unjoni tipprovdi appoġġ favur id-demokrazija speċifiku għaċ-ċirkustanzi, fi żmien utli u b'approċċ minn isfel lejn 'il fuq. Il-finanzjament u l-programmar tiegħu għandhom ikunu komplementari għall-istrumenti esterni l-oħra tal-Unjoni, inklużi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istrument għall-Istabbiltà, billi jimmassimizzaw il-kopertura, il-koerenza u s-sostenibbiltà globali tal-politiki tal-Unjoni favur id-demokratizzazzjoni.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Ir-rilevanza u l-iskop tal-għajnuna fil-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma ta' natura li jeħtieġu li l-Kummissjoni tinforma u tikkonsulta b'mod sistematiku l-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għażliet strateġiċi fl-ambitu ta' dan l-istrument, speċjalment għal dak li jikkonċerna r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Dan jinkludi ż-żamma ta' djalogu regolari mal-Parlament Ewropew u attenzjoni debita għall-pożizzjoni tiegħu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) L-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun aċċessibbli biżżejjed għall-benefiċjarji permezz tal-użu ta' proċeduri aktar rapidi u flessibbli li għandu jwassal għal tnaqqis tal-piż amministrattiv, speċjalment fejn hemm bżonn ta' protezzjoni urġenti tad-drittijiet tal-bniedem.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni għall-ipprogrammar u l-finanzjament tal-azzjonijiet appoġġjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Meta wieħed jieħu kont tan-natura ta' dawk l-atti implimentattivi, partikolarment in-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri implimentattivi tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira.

(17) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni għall-ipprogrammar u l-finanzjament tal-azzjonijiet appoġġjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Meta wieħed jieħu kont tan-natura ta' dawk l-atti implimentattivi, partikolarment in-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri implimentattivi tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni

 

1. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

 

2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta’ appoġġ rispettivi tagħhom bil-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku skont il-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.

 

3. L-Unjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kif suppost ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-UE.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

2. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, kemm ġenerali kif ukoll b'analiżi indikattiva tar-riżorsi għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dokumenti ta' strateġija għandhom jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament Implimentattiv Komuni. Meta bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi u l-politika jeħtieġu hekk, id-dokumenti ta' strateġija għandhom ikunu aġġornati skont l-istess proċedura.

3. Id-dokumenti ta' strateġija u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament Implimentattiv Komuni. Meta bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi u l-politika jeħtieġu hekk, id-dokumenti ta' strateġija għandhom ikunu aġġornati skont l-istess proċedura. Id-dokumenti ta' strateġija għandhom jiġu rieżaminati b'mod regolari u tal-anqas darba kull tliet snin, jew ad hoc jekk meħtieġ.

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Referenzi

COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

María Muñiz De Urquiza

6.2.2012

Eżami fil-kumitat

21.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, James Elles, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Franziska Katharina Brantner, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Peter Šťastný, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Referenzi

COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2012

BUDG

17.1.2012

FEMM

17.1.2012

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alexander Graf Lambsdorff

5.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Jerzy Buzek, Mark Demesmaeker, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Marusya Lyubcheva, Willy Meyer, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, György Schöpflin, Werner Schulz, Marek Siwiec, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Nikola Vuljanić, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Kinga Gál, Barbara Lochbihler, Antonio López-Istúriz White, Doris Pack, Ivo Vajgl, Paweł Zalewski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer

Data tat-tressiq

6.12.2013

 

 

[1]   ĠU C 11, 15.1.2013, p. 81.
[2]   ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110
[3]  ĠU C 11,15.12013, p. 81.
[4]  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110.
[5]  Għandu jsir aġġornament rigward it-titoli u d-dati
[6]  Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1).
[7]   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). 
[8]  Regolament Nru° …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-azzjoni esterna (ĠU….)
[9]   Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30). 
[10]  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru xxx/xxx li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU…).
[11] The Commission will be represented at the responsible Commissioner level* Where applicable