Dokument ta' sessjoni
23.12.2013
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum 'tradizzjonali' prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE
( COM(2013)0839 – C7‑0000/2013 – 2013/0413(CNS) )
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
(Proċedura ssimplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_CNS_art55app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6
PROĊEDURA.............................................................................................................................8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum 'tradizzjonali' prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE
( COM(2013)0839 – C7‑0000/2013 – 2013/0413(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2013)0839 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0488/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A7-0013/2014 ),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/659/KE tad-9 ta' Ottubru 2007, adottata abbażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 349 tat-TFUE), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 896/2011/UE tad-19 ta' Diċembru 2011 tawtorizza lil Franza biex għar-rum 'tradizzjonali' prodott fid-dipartimenti tagħha extra-Ewropej u mibjugħ fit-territorju ta' Franza kontinentali tapplika rata ta' sisa mnaqqsa li tista' tkun inqas mir-rata minima ta' sisa stipulata fid-Direttiva 92/84/KE, iżda li ma tistax tkun inqas minn 50 % tar-rata ta' sisa nazzjonali normali fuq l-alkoħol. Ir-rata mnaqqsa ta' sisa hija limitata għal kwota annwali ta' 120 000 ettolitri ta' alkoħol pur. Din id-deroga tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.
L-għan ta' din il-miżura hija li tikkumpensa lill-produtturi mid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej għall-iżvantaġġ kompetittiv tagħhom ikkawżat mid-distanza mbiegħda, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti, partikolarment il-katina tal-valur tal-kannamiela u r-rum, li l-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom tolqot ħażin ħafna l-iżvilupp tagħhom.
Fit-12 ta' Marzu 2013, l-awtoritajiet Franċiżi staqsew lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/659/KE taħt l-istess kundizzjonijiet, għal seba' snin oħra, sal-31 ta' Diċembru 2020. Din it-talba ġiet issupplimentata u modifikata fit-3 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu 2013. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi staqsew lill-Kummissjoni biex testendi l-ambitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill sabiex tapplika wkoll għall-"cotisation sur les boissons alcooliques" (magħrufa wkoll bħala "Vignette Sécurité Sociale" (VSS)), kontribuzzjoni imposta għall-Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni għall-Mard fuq xorb alkoħoliku biex tiġġieled ir-riskji għas-saħħa involuti fl-użu eċċessiv ta' dan il-prodott, u biex temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/695/KE b'mod retroattiv, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2012 billi testendiha b'mod li tkopri l-VSS sabiex tkun tista' tiġi applikata rata aktar baxxa għar-rum 'tradizzjonali' prodott fl-erba' reġjuni Franċiżi ultraperiferiċi li huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/659/KE.
Abbażi ta' dawn it-talbiet, il-Kummissjoni tipproponi li bejn l-2014 u l-2020, Franza titħalla tapplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u tal-VSS sa 50 % tar-rati standard rispettivi iżda li t-tnaqqis kumulattiv kemm tad-dazju tas-sisa kif ukoll tal-VSS mhuwiex ogħla minn 50 % tar-rata sħiħa tal-alkoħol stabbilita b'applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE.
Huwa propost ukoll li Franza tfassal rapport ta' nofs it-term indirizzat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2017 sabiex ikun jista' jiġi evalwat jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għoti tat-deroga fiskali u jekk il-vantaġġ fiskali mogħti minn Franza jibqax proporzjonali u suffiċjenti biex jappoġġja katina tal-valur kompetittiva taz-zokkor tal-kannamiela u r-rum fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion. Dan ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar "l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni". Fil-każ fejn l-informazzjoni provduta turi li d-deroga fiskali m'għadhiex aktar iġġustifikata, parzjalment jew totalment, jew hija inqas xierqa minn miżuri alternattivi għal raġunijiet ta' kompetittività u anke minħabba d-dimensjoni internazzjonali tagħha, jista' jiġi introdott proċess ta' eliminazzjoni gradwali sat-tmiem tal-perjodu.
Minħabba l-urġenza fl-adozzjoni ta' din il-miżura u peress li għandha l-għan li tistimula l-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-President jipproponi li din il-proposta tkun adottata mingħajr emendi, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura.
PROĊEDURA
Titolu | Awtorizzazzjoni lil Franza biex tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum ‘tradizzjonali’ prodott fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża u fil-Martinique | |||
Referenzi | COM(2013)0839 – C7-0488/2013 – 2013/0413(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 23.12.2013 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | REGI
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON
| AGRI
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ECON 9.12.2013 | AGRI 9.12.2013 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Danuta Maria Hübner 18.12.2013 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 18.12.2013 | |||
Data tal-adozzjoni | 18.12.2013 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 8.1.2014 | |||