Dokument ta' sessjoni
13.1.2014
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi
( COM(2011)0752 – C7‑0444/2011 – 2011/0367(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Lorenzo Fontana
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta' kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
ANNEX TO THE DRAFT LEGISLATIVE RESOLUTION 116
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 118
PROĊEDURA 139
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi
( COM(2011)0752 – C7‑0444/2011 – 2011/0367(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0752 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4), 82(1), 84 u 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0444/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta’ Lulju 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ( A7-0021/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4 Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
REGOLAMENT (UE) NRU …/2013
TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta'
li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fond għall-Asil u l-Migrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
IL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 78(2), 79(2), 79(4), 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [4],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [5],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) Il-politika tal-affarijiet interni tal-Unjoni Ewropea hija li toħloq spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja: spazju mingħajr fruntieri interni fejn in-nies jistgħu jidħlu, jiċċaqalqu, jgħixu u jaħdmu liberament, bil-fiduċja li d-drittijiet tagħhom huma rispettati b’mod sħiħ u s-sigurtà tagħhom żgurata, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu sfidi komuni bħall-iżvilupp ta' politika ta' immigrazzjoni tal-Unjoni komprensiva għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni, il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil▌, il-prevenzjoni ▌ta' theddid ta’ kriminalità serja organizzata, u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin, iċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu.
(1a) Jinħtieġ li jiġi adottat approċċ integrat għal mistoqsijiet imqanqlin mill-pressjoni tal-migrazzjoni u l-applikazzjonijiet għall-asil u fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż għal azzjonijiet implimentati f'pajjiżi terzi, li juri solidarjetà fost l-Istati Membri kollha u li juri għarfien tal-ħtieġa li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet nazzjonali, waqt li jiżgura definizzjoni ċara tal-kompiti.
(2) Il-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ dan l-ispazju għandu jġib miegħu valur miżjud għall-Unjoni u jikkostitwixxi sinjal tanġibbli tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà li huma indispensabbli fir-respons għall-isfidi komuni.
(3) L-eżistenza ta’ qafas komuni għandha tiżgura l-koerenza meħtieġa, is-simplifikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak il-finanzjament fl-oqsma kollha ta’ politika kkonċernati.
(3a) L-infiq tal-fondi f'dan il-qasam għandu jiġi kkoordinat sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, l-effiċjenza u l-viżibbiltà, kif ukoll biex jinkisbu sinerġiji baġitarji.
(4) Qafas komuni għandu jistabbilixxi l-prinċipji ta’ assistenza u jidentifika r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji, inkluża l-prevenzjoni u s-sejbien ta’ irregolaritajiet u frodi.
(5) Dan il-finanzjament tal-Unjoni jkun aktar effiċjenti u mmirat aħjar kieku l-kofinanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli kienu bbażati fuq programmar pluriennali strateġiku, imfassal minn kull Stat Membru fi djalogu mal-Kummissjoni.
(6) Miżuri dwar pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f'sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħrajn barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti tal-assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn għandu jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Ma għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġaw azzjonijiet li huma direttament orjentati lejn l-iżvilupp▌ u għandhom jikkomplementaw, meta xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif stabbilit fil-Paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, għandu jiġi rispettat. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-assistenza ta' emerġenza▌tkun konsistenti ma', u fejn rilevanti, komplementari għall-politika umanitarja tal-Unjoni u tirrispetta l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.
(7) L-azzjoni esterna għandha tkun konsistenti u koerenti kif stipulat fl-Artikolu 18(4) TUE.
(8) Qabel it-tħejjija ta’ programmi pluriennali bħala mezz biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan il-finanzjament tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fi djalogu dwar il-politika u b'hekk jistabbilixxu strateġija koerenti għal kull Stat Membru individwali. Wara li jintemm id-djalogu dwar il-politika, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni programm nazzjonali li jiddeskrivi kif dan biħsiebu jilħaq l-objettivi tar-regolament speċifiku rilevanti għall-perijodu 2014-2020. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-programm nazzjonali hux konsistenti ma' dawk l-objettivi u mal-eżitu tad-djalogu dwar il-politika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk id-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni fost l-objettivi tikkonformax mal-perċentwal minimu stabbilit għal kull objettiv fir-regolament speċifiku rilevanti. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jiddevjaw minn dawk il-perċentwali minimi, u f'dak il-każ huma għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tad-devjazzjoni fil-programm nazzjonali tagħhom. Fl-eventwalità li r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru ma jitqisux adegwati, il-Kummissjoni tista' ma tapprovax il-programm nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat tad-djalogi dwar il-politika, dwar il-proċess sħiħ tal-ipprogrammar inkluża t-tħejjija tal-programmi nazzjonali, inkluża l-konformità mal-perċentwal minimu stabbilit għal kull objettiv fir-regolamenti speċifiċi rilevanti, u dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.
(9) L-istrateġija għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu, li tiżgura finanzjament xieraq fil-perijodu 2018-2020.
(10) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, b'mod konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati sabiex jiġu żviluppati u implimentati ▌l-programmi nazzjonali tagħhom fil-perijodu pluriennali kollu. L-Istati Membri ser jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda konflitt bejn is-sħab fl-istadji differenti taċ-ċiklu ta' programmar. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat biex jissorvelja l-programm nazzjonali u jassistih fir-reviżjoni tal-implimentazzjoni u l-progress magħmul fit-twettiq tal-objettivi tal-programm. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli mill-istabbiliment tal-modalitajiet prattiċi li permezz tagħhom jiġi stabbilit il-kumitat ta' monitoraġġ.
(11) L-eliġibbiltà tal-ispiża taħt il-programmi nazzjonali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali, soġġett għal prinċipji komuni stabbiliti f’dan ir-regolament. Id-dati tal-bidu u l-għeluq għall-eliġibbiltà tal-ispiża għandhom jiġu definiti sabiex jiġu previsti regoli uniformi u ekwi li japplikaw għall-programmi nazzjonali.
(12) L-assistenza teknika għandha tippermetti li l-Istati Membri jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom u li jassistu l-benefiċjarji fil-konformità mal-obbligi tagħhom u d-dritt tal-Unjoni. Fejn xieraq, l-assistenza teknika tista' tkopri l-kosti mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi.
(13) Sabiex jiżgura qafas adegwat għall-provvista ta’ assistenza ta’ emerġenza rapida, dan ir-Regolament għandu jippermetti appoġġ għal azzjonijiet li l-ispiża tagħhom iġġarrbet qabel ma saret l-applikazzjoni għal din l-assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju[6] li tippermetti din il-flessibbiltà f’każijiet eċċezzjonali sostanzjati kif dovut. L-appoġġ jista' jikkostitwixxi 100 % tal-ispiża eliġibbli f'każijiet debitament ġustifikati meta dan ikun essenzjali biex titwettaq l-azzjoni b'mod partikolari meta l-benefiċjarju jkun organizzazzjoni internazzjonali jew nongovernattiva. Azzjonijiet appoġġati minn assistenza ta' emerġenza għandhom jitqanqlu direttament mis-sitwazzjoni ta' emerġenza u ma għandhomx jissostitwixxu investimenti fit-tul mill-Istati Membri.
(13а) Id-deċiżjonijiet li ttieħdu rilevanti għall-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu dokumentati korrettament biex tinżamm sekwenza adegwata tat-tranżazzjonijiet.
(14) L-interessi finanzjarji ▌ tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu tal-ispiża, inklużi l-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, penalitajiet amministrattivi u finanzjarji f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
(14a) Fil-kuntest tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-kontrolli u verifiki fuq il-post imwettqin mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jitħabbru jew ma jitħabbrux lill-operaturi ekonomiċi, f'konformità mal-liġi applikabbli.
(14b) L-istruttura l-ġdida tal-Fondi tal-QFP relatati mal-affarijiet interni għandha l-għan li tissimplifika r-regoli applikabbli u li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. Minkejja dan, il-mekkaniżmu ta' kontroll għandu jibqa' effiċjenti, u għaldaqstant huwa importanti li jitfakkru r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, li jipprevedu l-kontrolli u verifiki fuq il-post li jistgħu jkunu kemm imħabbrin, kif ukoll mhux imħabbrin.
(15) L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati biex jiggarantixxu l-funzjonament adegwat tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-kwalità tal-implimentazzjoni. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali u l-funzjonijiet meħtieġa li dawn is-sistemi għandhom iwettqu.
(16) L-obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, il-prevenzjoni, is-sejbien u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u l-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-programmi nazzjonali tagħhom.
(17) Skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja, permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom, għall-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali. L-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
(17a) L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien, il-kompetenzi u l-esperjenza, miksuba minn korpi pubbliċi u/jew privati fl-implimentazzjoni ta’ fondi preċedenti fil-qasam tal-Affarijiet Interni.
(18) Huma biss l-Awtoritajiet Responsabbli maħtura mill-Istati Membri li joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-kontrolli meħtieġa twettqu qabel l-għoti ta’ appoġġ mill-baġit tal-Unjoni lill-benefiċjarji. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-ispiża mwettqa biss minn awtoritajiet responsabbli maħtura tista’ tiġi rimborżata mill-baġit tal-Unjoni.
(19) Is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni biex tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, u biex tirrikjedi l-azzjoni tal-Istat Membru, għandhom jiġu stabbiliti.
(20) L-impenji tal-baġit tal-Unjoni għandhom isiru annwalment. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effettiva ta’ programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-pagament tal-bilanċ annwali, u l-bilanċ finali.
(21) Il-pagament tal-prefinanzjament fil-bidu tal-programmi jiżgura li l-Istat Membru għandu l-mezzi biex jipprovdi appoġġ lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm ladarba l-programm ikun approvat. Għaldaqstant, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal ammonti ta' prefinanzjament inizjali. Il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi approvat bis-sħiħ meta jingħalaq il-programm. L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali dovut fil-pront.
(21a) Barra minn hekk il-prefinanzjament annwali għandu jiġi provdut sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi suffiċjenti biex jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom. Il-prefinanzjament annwali għandu jiġi approvat kull sena mal-ħlas tal-bilanċ annwali.
(22) Ir-reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju[7] tintroduċi bidliet fil-metodu tal-ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu kkunsidrati.
(23) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kontabbiltà għall-ispiża kkofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni fi kwalunkwe sena partikolari, għandu jinħoloq qafas xieraq għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, l-Awtorità Responsabbli għandha tissottometti lill-Kummissjoni, fir-rigward ta' programm nazzjonali, id-dokumenti kif stipulat fl-Artikolu 59 tar-Regolament 966/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid].
(24) Biex tiġi appoġġata l-assigurazzjoni sottostanti l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni fuq in-natura u l-livell tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.
(25) Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-Unjoni, jista’ jkun meħtieġ għall-Kummissjoni li tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-Istati Membri, huwa importanti li jiġu definiti ċ-ċirkostanzi li fihom il-ksur tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli jista’ jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-korrezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-Istati Membri huma marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom ikunu ristretti għal każijiet fejn il-ksur tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali jikkonċerna direttament jew indirettament l-eliġibbiltà, ir-regolarità, il-ġestjoni jew il-kontroll tal-azzjonijiet u l-ispiża korrispondenti. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, hu importanti li l-Kummissjoni tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur meta tiddeċiedi l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni u l-proċedura li tista’ twassal għal deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja.
(26) Sabiex tiġi stabbilita r-relazzjoni finanzjarja bejn l-Awtoritajiet Responsabbli u l-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet ta’ dawn l-awtoritajiet annwalment. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet iżda mhux il-konformità tal-ispiża mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.
(27) Il-Kummissjoni, li hi responsabbli għall-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni taħt l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tiddeċiedi jekk l-ispiża mġarrba mill-Istati Membri tikkonformax mal-leġislazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jingħataw id-dritt li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu pagamenti. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar l-ispiża mwettqa fil-passat, għandu jiġi stabbilit perijodu massimu għall-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi liema konsegwenzi finanzjarji għandhom isegwu min-nuqqas ta’ konformità.
(27a) Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u implimentazzjoni effettiva, filwaqt li jiġu żgurati wkoll it-trasparenza, iċ-ċertezza legali, l-aċċessibbiltà għall-finanzjament u t-trattament ugwali tal-benefiċjarji.
(27b) Bil-ħsieb li jiġi simplifikat l-użu tal-finanzjament u li jitnaqqas ir-riskju li jsir xi żball, waqt li tiġi prevista d-differenzjazzjoni fejn meħtieġ sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-politika, huwa adatt li jiġu definiti l-forom tal-appoġġ u l-kundizzjonijiet armonizzati għall-eliġibbiltà tal-għotjiet għall-ispiża, inklużi għażliet ta' kosti simplifikati. F'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-ispiża.
(28) Sabiex titħeġġeġ id-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li jiġu definiti arranġamenti għal diżimpenn ta' kwalunkwe parti mill-impenn tal-baġit fi programm nazzjonali, partikolarment fejn xi ammont jista' jiġi eskluż mid-diżimpenn, partikolarment meta dewmien fl-implementazzjoni jirriżulta minn proċedura legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett ta' sospensjoni jew minħabba forza maġġuri.
(29) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-regoli ġenerali dwar id-diżimpenn, ir-regoli stabbiliti għandhom jipprovdu dettall dwar kif l-iskadenzi għad-diżimpenn huma stabbiliti u kif jiġu kkalkulati l-ammonti rispettivi.
(30) Huwa importanti li l-kisbiet tal-finanzjament tal-Unjoni jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali. Iċ-ċittadini għandhom dritt li jkunu jafu kif jintefqu r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Ir-responsabbiltà li tiżgura l-informazzjoni xierqa tiġi kkomunikata lill-pubbliku għandha tintrefa' mill-Kummissjoni, mill-Awtoritajiet Responsabbli u mill-benefiċjarji. Sabiex tiġi żgurata iżjed effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali u sinerġiji iżjed qawwija bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-baġit allokat għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan il-finanzjament tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu marbuta mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-finanzjament tal-Unjoni.
(31) Sabiex jiġi żgurat tixrid wiesa' ta' informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni u sabiex jiġu infurmati benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu definiti regoli marbuta ma’ miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll ċerti karatteristiċi tekniċi ta’ dawn il-miżuri abbażi ta’ dan ir-Regolament u kull Stat Membru għandu, tal-anqas, jistabbilixxi websajt jew portal ta’ websajt bl-informazzjoni meħtieġa. L-Istati Membri għandhom iwettqu aktar forom diretti ta' kampanji ta' komunikazzjoni sabiex jinfurmaw korrettament il-benefiċjarji potenzjali billi, fost oħrajn, jorganizzaw avvenimenti pubbliċi regolari, hekk imsejħa jiem ta' informazzjoni u sessjonijiet ta' taħriġ.
(32) L-effikaċja ta’ azzjonijiet appoġġati tiddependi wkoll mill-evalwazzjoni tagħhom u t-tixrid tar-riżultati tagħhom. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u l-arranġamenti li tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-evalwazzjoni u l-kwalità tal-informazzjoni relatata, għandhom jiġu formalizzati.
(32a) Fl-applikazzjoni tar-Regolament, inkluż it-tħejjija tal-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti mill-Istati Membri kollha.
(33) Sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-prinċipji komuni dwar l-eliġibbiltà tal-ispiża, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(34) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jagħti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità ma' dan ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[8].
(35) Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.
(36) Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġenerali ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.▌
(36a) Sa fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali li huma meħtieġa biex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni ta' Regolamenti Speċifiċi li jipprevedu l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti Speċifiċi u li jikkostitwixxu atti li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen fir-rigward tal-pajjiżi li għalihom huma applikabbli dawn ir-Regolamenti Speċifiċi abbażi tal-Protokolli rilevanti annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew abbażi tal-Ftehimiet rilevanti, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat flimkien ma' dawn ir-Regolamenti Speċifiċi. F’dan ir-rigward, dan jimplika li dan ir-Regolament jista' jistabbilixxi rabta ma' u jista' jkollu impatt fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Speċifiċi li jiżviluppaw l-acquis ta' Schengen, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar.
(36b) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(36c) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(37) F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu;
(38) Huwa adatt li d-durata ta' dan ir-Regolament tiġi allinjata mar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020* [*ĠU …]. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Skop u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi fir-rigward ta’:
(a) il-finanzjament tal-ispiża;
(b) is-sħubija, l-ipprogrammar, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
(c) is-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri;
(d) l-approvazzjoni ta’ kontijiet.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) "Regolamenti Speċifiċi" tfisser
– Regolament ../2012/UE [li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni għall-perijodu 2014-2020];
– Regolament …/2012/UE [li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi; u
– Kwalunkwe Regolament ieħor li jipprevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(b) “programmar” tfisser il-proċess tal-organizzazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-finanzjament f’diversi stadji maħsuba għall-implimentazzjoni, fuq bażi pluriennali, tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi;
(c) “azzjoni” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali u speċifiċi segwiti bir-Regolamenti Speċifiċi;
(d) “azzjoni tal-Unjoni” tfisser azzjoni transnazzjonali jew azzjoni ta’ interess partikolari għall-Unjoni kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;
(e) "proġett" tfisser il-mezzi speċifiċi, prattiċi użati għall-implimentazzjoni tal-azzjoni kollha jew parti minnha minn benefiċjarju tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;
(f) “assistenza ta’ emerġenza” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti li jindirizzaw sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;
(g) “benefiċjarju” tfisser ir-riċevitur ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt proġett, kemm jekk korp pubbliku jew privat, organizzazzjonijiet internazzjonali jew is-Salib l-Aħmar (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar.
KAPITOLU II
PRINĊIPJI TA’ ASSISTENZA
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
1. Ir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jipprovdu appoġġ, permezz ta’ programmi nazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza, li jikkomplementaw intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu l-objettivi tal-Unjoni, u li jġibu magħhom valur miżjud għall-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea u komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jittieħed kont tal-kuntest speċifiku ta' kull Stat Membru.
3. L-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
4. F'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-SEAE fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, u ma' politiki, strateġiji u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
4a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna meta adatt, għandhom jiżguraw li azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom jittieħdu f'sinerġija u b'koerenza ma' azzjonijiet oħrajn barra l-Unjoni appoġġati permezz ta' strumenti tal-Unjoni. B'mod partikolari huma għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:
(a) ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza fil-politika għall-iżvilupp, u jkunu koerenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;
(b) jiffokaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp;
(c) jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba f'konformità mal-Artikolu [30] tar-Regolament Finanzjarju, jiġifieri f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja.
6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, inkluż permezz ta’ monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni.
7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għal benefiċjarji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 4
Konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali
L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali.
Artikolu 5
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, mill-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, b'penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jipprekludu, jsibu u jikkoreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw ammonti mħallsa indebitament flimkien ma’ kwalunkwe mgħax fuq pagamenti tardivi. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn, u jżommuha informata dwar progress sinifikattiv fiproċedimenti amministrattivi u legali relatati.
3. Meta l-ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan minħabba tort jew negliġenza ta' Stat Membru, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit ▌tal-Unjoni.
4. L-Istati Membri għandhom joffru prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandhom jaġixxu bħala deterrent, b'kont meħud tal-benefiċċji kif ukoll tal-proporzjonalità tal-miżuri.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 54, rigward l-obbligi ta’ Stati Membri speċifikati fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva taħt l-Artikolu 55(2) li jistabbilixxu l-frekwenza tar-rappurtar tal-irregolaritajiet u l-format tar-rappurtar li għandu jintuża.
6. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' verifika, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
7. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post ▌f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal- Unjoni ▌b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
8. Mingħajr preġudizzju għall-▌paragrafi 1, 6 u 7, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja▌ li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għandu b'mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki, u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
▌
KAPITOLU III
QAFAS FINANZJARJU GĦAL AZZJONIJIET TAL-UNJONI, ASSISTENZA TA’ EMERĠENZA U TEKNIKA
Artikolu 7
Qafas ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għal azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza u assistenza teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-programm ta’ ħidma għal azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55 (3).
3. Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ separatament tadotta programm ta’ ħidma għal assistenza ta’ emerġenza.
4. L-azzjonijiet tal-Unjoni, l-assistenza ta’ emerġenza u l-assistenza teknika jistgħu jiġu implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
– direttament, mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi;
– indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f'konformità mal-Artikolu ▌60 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 8
Assistenza ta’ emerġenza
1. B'rispons għal sitwazzjoni ta' emerġenza kif definita fir-Regolamenti Speċifiċi, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza ta' emerġenza. F'dawn il-każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-ħin.
2. Fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli, l-assistenza ta’ emerġenza tista’ tammonta għal 100 % tal-ispiża eliġibbli.
3. Tista' tikkonsisti minn assistenza fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.
4. L-assistenza ta' emerġenza tista' tappoġġa l-ispiża ta' appoġġ li tkun iġġarrbet qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jew talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2014 meta dan hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.
5. L-assistenza ta' emerġenza tista' tkun fil-forma ta' għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji tal-Unjoni.
Artikolu 9
Azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom
1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiffinanzja azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom skont l-objettivi u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.
2. Meta dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati direttament, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet għal għotja:
(a) Stati Membri;
(b) pajjiżi terzi, f'każijiet debitament ġustifikati fejn għotja hija meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(c) korpi konġunti stabbiliti mill-pajjiżi terzi u l-Unjoni jew mill-Istati Membri;
(d) organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet reġjonali, il-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, dipartimenti u missjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u banek tal-iżvilupp u istituzzjonijiet ta' ġurisdizzjoni internazzjonali sakemm jikkontribwixxu għall-objettivi tar-Regolament(i) Speċifiku/Speċifiċi kkonċernat(i);
(e) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar;
(f) Organizzazzjonijiet mhux governattivi stabbiliti u rreġistrati fl-Unjoni u fil-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
(g) Aġenziji tal-Unjoni għall-assistenza ta’ emerġenza.
Artikolu 10
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġaw il-miżuri u attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, assistenza teknika u amministrattiva, evalwazzjoni, verifika u kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
2. Dawk il-miżuri u attivitajiet jistgħu jinkludu▌:
(a) assistenza għal tħejjija u valutazzjoni tal-proġett;
(b) appoġġ għal tisħiħ istituzzjonali u bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(c) miżuri marbuta mal-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, kif ukoll miżuri marbuta mal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-kontroll u assistenza teknika u amministrattiva;
(d) evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali dwar il-funzjonament tar-Regolamenti Speċifiċi;
(e) azzjonijiet li jxerrdu informazzjoni, jappoġġaw netwerking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, iqajmu kuxjenza u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma’ partijiet terzi. Sabiex iġibu aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(f) l-installazzjoni, l-aġġornament, l-operat u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ, verifika, kontroll u evalwazzjoni;
(g) id-disinn ta’ qafas komuni għal evalwazzjoni u monitoraġġ kif ukoll sistema ta' indikaturi, b'kont meħud, fejn huwa xieraq, ta' indikaturi nazzjonali;
(h) azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prassi ta’ evalwazzjoni;
(i) konferenzi, seminars, sessjonijiet ta' ħidma u miżuri oħra komuni ta’ informazzjoni u taħriġ dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għal awtoritajiet maħtura u benefiċjarji;
(ia) azzjonijiet relatati mas-sejbien u l-prevenzjoni tal-frodi;
(j) azzjonijiet marbuta mal-verifika.
3. L-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw ukoll l-oqfsa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.
KAPITOLU IV
PROGRAMMI NAZZJONALI
Taqsima 1
Qafas ta' Programmar u Implimentazzjoni
Artikolu 10a
Programmar
L-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu segwiti fi ħdan il-qafas tal-perijodu ta’ programmar pluriennali mill-2014 sal-2020, soġġett għal reviżjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 15.
Artikolu 11
Intervent sussidjarju u proporzjonali
1. L-Istati Membri u l-korpi maħtura minnhom għal dan il-għan (“awtoritajiet maħtura”) għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ programmi u t-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi fil-livell xieraq, f'konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġett għal konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
2. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa b’rabta mar-rappurtar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll, għandhom iqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità filwaqt li jqisu wkoll il-livell ta’ appoġġ allokat, biex b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiġi faċilitata l-implimentazzjoni effiċjenti.
Artikolu 12
Sħubija
1a. Kull Stat Membru għandu▌, f'konformità mar-regoli u prassi nazzjonali tiegħu u soġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta' sigurtà li japplika, jorganizza sħubija mal-▌awtoritajiet u l-korpi li huma rilevanti f'dan ir-rigward, għat-twettiq tar-rwol stabbilit fil-paragrafu 3. Is-sħubija għandha tinsilet minn fost awtoritajiet pubbliċi rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fejn applikabbli. Hija għandha wkoll, fejn meqjus xieraq, tinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti▌, organizzazzjonijiet mhux governattivi u msieħba soċjali.
2. Is-sħubija għandha titwettaq b’konformità sħiħa mal-ġurisdizzjoni istituzzjonali, legali u finanzjarja rispettiva ta’ kull kategorija tas-sħab.
3. L-Istati Membri għandhom jinvolvu s-sħubija fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali. Il-kompożizzjoni tas-sħubija tista' tkun differenti fi stadji differenti taċ-ċiklu ta' programm.
4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.
5. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida dwar il-monitoraġġ tal-programmi nazzjonali u, meta meħtieġ u bi qbil mal-Istat Membru, tista' tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Artikolu 13
Djalogu ta' Politika
1.▌ Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-programmi nazzjonali kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandu jkollhom djalogu fil-livell ta' uffiċjali għolja, b'kont meħud tal-iskadenzi indikattivi rilevanti tal-Artikolu 14. Id-djalogu għandu jiffoka fuq ir-riżultati ġenerali li għandhom jinkisbu permezz tal-programmi nazzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta' intervent koperti mir-Regolament Speċifiku b'kont meħud tas-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru kkonċernat u l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi. Id-djalogu għandu wkoll iservi ta' opportunità għal skambju ta' fehmiet dwar l-Azzjonijiet tal-Unjoni. L-eżitu tad-djalogu ser iservi ta' gwida għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali u ser jinkludi indikazzjoni tad-data mistennija għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni li ser tippermetti l-adozzjoni fil-ħin tal-programm. Dan l-eżitu għandu jiġi rreġistrat f'minuti maqbula.
1a. F’każijiet ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet ma għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu ta' politika għandu jsegwi koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.
1b. Wara l-konklużjoni tad-djalogi ta' politika, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu ġenerali.
1c. Jekk jitqies adatt minn Stat Membru u l-Kummissjoni, id-djalogu ta’ politika jista’ jiġi ripetut wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 15, sabiex jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet ta' dak l-Istat Membru u l-prijoritajiet tal-Unjoni.
▌
Artikolu 14
Tħejjija u approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jipproponi, abbażi tal-konklużjonijiet tad-djalogu ta' politika msemmi fl-Artikolu 13 (1), programm nazzjonali pluriennali f'konformità mar-Regolamenti Speċifiċi.
2. Kull programm nazzjonali propost għandu jkopri s-snin finanzjarji tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru , flimkien mal-informazzjoni fattwali neċessarja biex ir-rekwiżiti jiġu vvalutati korrettament;
(b) analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru u l-objettivi nazzjonali maħsuba biex jilħqu dawk ir-rekwiżiti matul il-perijodu kopert mill-programm;
(c) strateġija xierqa li tidentifika l-objettivi li għandhom jiġu segwiti bl-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, b’miri għall-kisba tagħhom, skeda taż-żmien indikattiva u eżempji ta’ azzjonijiet previsti li jilħqu dawn l-objettivi;
(ca) deskrizzjoni ta' kif l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi huma koperti;
(d) il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali;
(e) informazzjoni dwar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li għandu jiddaħħal fis-seħħ u l-indikaturi li għandhom jintużaw biex ikejlu l-progress fl-implimentazzjoni tal-objettivi segwiti b’rabta mas-sitwazzjoni ta’ referenza fl-Istat Membru;
(ea) dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-programm nazzjonali li jinkludu l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet maħtura, u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema prevista ta' ġestjoni u ta' kontroll;
(f) deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ magħżul għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija stabbilit fl-Artikolu 12;
(g) abbozz ta’ pjan ta’ finanzjament maqsum b'mod indikattiv skont kull sena finanzjarja tal-perijodu, inkluż indikazzjoni tal-ispiża tal-assistenza teknika;
(h) il-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jippubbliċizzaw il-programm nazzjonali▌.
▌
3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-programmi nazzjonali proposti lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jiġi konkluż id-djalogu ta' politika msemmi fl-Artikolu 13(1).
4. Il-programmi nazzjonali għandhom jitfasslu skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni b'att ta' implimentazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55 (3).
5. Qabel ma tapprova programm nazzjonali propost, il-Kummissjoni għandha teżamina:
(a) il-konsistenza tiegħu mal-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi u l-eżitu tal-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13(1);
(aa) id-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni fost l-objettivi fid-dawl tar-rekwiżiti tar-regolament speċifiku, u meta rilevanti, il-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-regolamenti speċifiċi.
(b) ir-rilevanza tal-objettivi, il-miri, l-indikaturi, l-iskeda taż-żmien u l-eżempji tal-azzjonijiet previsti fil-programm nazzjonali propost fid-dawl tal-istrateġija ▌ proposta mill-Istati Membri;
(c) ir-rilevanza tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (fa) tal-paragrafu 2 fid-dawl tal-azzjonijiet previsti;
(d) il-konformità tal-programm propost mad-dritt tal-Unjoni;
(e) il-komplementarjetà mal-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni inkluż il-Fond Soċjali Ewropew;
(f) Fejn applikabbli taħt Regolament Speċifiku, għal objettivi u eżempji ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, koerenza mal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u politika barranija marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.
6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali propost. Fejn il-Kummissjoni tqis li programm nazzjonali propost huwa inkonsistenti mal-objettivi tar-regolament speċifiku, fid-dawl tal-istrateġija nazzjonali jew li l-finanzjament tal-Unjoni li għandu jiġi allokat għal dawn l-objettivi mhux suffiċjenti jew li l-programm ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, hija għandha tistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, biex jimmodifika l-programm nazzjonali propost.
7. Il-Kummissjoni għandha tapprova, ▌ kull programm nazzjonali mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni formali mill-Istat Membru, dment li kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat.
7a. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu ġenerali tal-applikazzjoni tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-konformità ma' jew id-deroga mill-perċentwali minimi stabbiliti għal kull objettiv fir-Regolamenti Speċifiċi rilevanti.
8. Fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, programm nazzjonali approvat jista’ jiġi rieżaminat u, jekk meħtieġ, rivedut għall-bqija tal-perijodu ta' programmar.
Artikolu 15
Reviżjoni ta’ nofs it-terminu
1. Fl-2018, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandhom jirrieżaminaw is-sitwazzjoni, fid-dawl tar-rapporti ta' evalwazzjoni interim ppreżentati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 52(1)(a), l-iżviluppi fil-politiki tal-Unjoni u fl-Istat Membru kkonċernat.
2. Wara dan ir-rieżami u fid-dawl tal-eżitu tiegħu, ▌ il-programmi nazzjonali jistgħu jiġu riveduti.
3. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar it-tħejjija u l-approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali riveduti.
4. ▌Wara t-tlestija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u bħala parti mill-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 52(2)(a), il-Kummissjoni għandha tagħti rapport dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni▌.
Artikolu 16
Struttura ta’ finanzjament
1. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti taħt il-programmi nazzjonali għandhom jieħdu l-forma ta’ għotjiet.
2. L-azzjonijiet appoġġati taħt il-programmi nazzjonali għandhom ikunu kkonfinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati, għandhom ikunu ta’ natura mingħajr skop ta’ qligħ u ma għandhomx ikunu soġġetti għal finanzjament minn sorsi oħra koperti mill-baġit tal-Unjoni.
3. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tal-ispiża totali eliġibbli ta’ proġett.
4. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied sa 90 % taħt azzjonijiet speċifiċi jew prijoritajiet strateġiċi kif definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.
5. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied ukoll għal 90 % f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, pereżempju meta, minħabba pressjoni ekonomika fuq il-baġit nazzjonali, il-proġetti ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’mod ieħor u l-objettivi tal-programm nazzjonali ma jkunux jistgħu jintlaħqu.
6. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri tista' tammonta għal 100% tal-ispiża totali eliġibbli.
Artikolu 17
Prinċipji Ġenerali ta' Eliġibbiltà
1. L-eliġibbiltà tal-ispiża għandha tiġi determinata abbażi ta’ regoli nazzjonali, minbarra fejn regoli speċifiċi huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti Speċifiċi.
2. F'konformità mar-Regolamenti Speċifiċi, biex tkun eliġibbli, l-ispiża għandha tkun:
(a) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi u l-objettivi tagħhom;
(b) meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet koperti mill-proġett ikkonċernat;
(c) raġonevoli u konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-valur għal flus u kost-effettività.
3. L-ispiża għandha tkun eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament Speċifiku jekk:
– tkun iġġarrbet ▌minn benefiċjarju bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2022; u
– tkun ġiet attwalment imħallsa mill-Awtorità Responsabbli maħtura bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2023.
3a. L-ispiża għandha tkun eliġibbli wkoll jekk tkun iġġarrbet bejn id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-1 ta' Jannar 2014 għal miżuri ta' assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex jiġi żgurat l-istabbiliment tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fil-qafas tar-Regolament XX/XXXX [Pulizija ISF].
3b. Permezz ta' deroga, spiża mħallsa fl-2014 għandha tkun ukoll eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel il-ħatra formali tagħha skont l-Artikolu 24, dment li s-sistema ta' ġestjoni u kontroll applikata qabel il-ħatra formali tkun essenzjalment l-istess bħal dik fis-seħħ wara l-ħatra formali tal-Awtorità Responsabbli.
4. L-ispiża inkluża fit-talbiet għall-pagamenti mill-benefiċjarju lill-Awtorità Responsabbli għandha tkun appoġġata b’fatturi jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, ħlief għal forom ta’ appoġġ taħt l-Artikolu 18(1)(b), (c) u (d). Għal dawn il-forom ta’ appoġġ, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-ammonti inklużi fit-talba għal pagament għandhom ikunu l-kost rimborżat lill-benefiċjarju mill-Awtorità Responsabbli.
5. Id-dħul nett direttament ġenerat bi proġett matul l-implimentazzjoni tiegħu li ma ġiex ikkunsidrat fil-mument tal-approvazzjoni tal-proġett, għandu jitnaqqas mill-ispiża eliġibbli tal-proġett l-aktar tard fit-talba għal pagament finali sottomessa mill-benefiċjarju.
Artikolu 18
Spiża eliġibbli
1. L-ispiża eliġibbli tista’ tiġi rimborżata bil-metodi li ġejjin:
(a) Rimborż ta’ kosti eliġibbli attwalment imġarrba u mħallsa, flimkien ma’, fejn applikabbli, deprezzament;
(b) skali standard ta' kosti għal kull unità;
(c) somom f’daqqa;
(d) finanzjament b’rata fissa determinat bl-applikazzjoni ta’ perċentwali għal kategorija waħda jew aktar ta' kosti definiti.
2. L-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkombinati fejn kull opzjoni tkopri▌ kategoriji differenti ta’ kosti jew fejn jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn azzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta’ azzjoni.
3. Fejn proġett jiġi implimentat esklussivament permezz tal-akkwist pubbliku ta’ xogħlijiet, oġġetti jew servizzi, il-punt (a) biss tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika. Fejn l-akkwist pubbliku fi ħdan proġett huwa limitat għal ċerti kategoriji ta' kosti, l-opzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu applikati.
4. L-ammonti msemmija fil-punt (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti▌ b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq:
(i) data statistika jew informazzjoni oġġettiva oħra; ▌
(ii) id-data storika vverifikata ta' benefiċjarji individwali; jew
(iii) l-applikazzjoni tal-prassi normali ta' kontabbiltà tal-kosti ta' benefiċjarji individwali;
(b) f'konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta' skala korrispondenti ta' kosti unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ ▌ proġett u benefiċjarju;
(c) f'konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta' skala korrispondenti ta’ spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ ▌proġett u benefiċjarju▌.
5. Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal appoġġ għal kull proġett▌ għandu jistabbilixxi l-metodu li għandu jiġi applikat għall-istabbiliment tal-kosti tal-proġett u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.
6. Fejn l-implimentazzjoni ta' proġett tagħti lok għal kosti indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati bħala rata fissa f'wieħed mill-modi segwenti:
(a) rata fissa sa 25% tal-kosti diretti eliġibbli, dment li dik ir-rata tiġi kalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ ▌proġett u benefiċjarju;
(b) rata fissa sa massimu ta’ 15% ta’ kosti diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex tiġi ddeterminata r-rata applikabbli; ▌
(c) rata fissa applikata għal kosti diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ ▌proġett u benefiċjarju.
▌
6a. Għall-għanijiet li jiġu ddeterminati n-nefqiet tal-persunal fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ proġett, ir-rata fis-siegħa applikabbli tista’ tiġi kkalkulata billi jiġu diviżi l-aħħar nefqiet ta’ impjieg gross annwali dokumentati b’1720 siegħa.
▌
8. Barra mill-metodi stipulati fil-paragrafu 4, fejn il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma teċċedix il-EUR 100,000, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta' każ b'każ b'referenza għal abbozz ta' baġit maqbul ex ante mill-Awtorità Responsabbli▌.
9. Il-kosti tad-deprezzament jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) ▌ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm jippermettu dan;
(b) l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti li jappoġġjawh li għandhom valur probatorju ekwivalenti għall-fatturi għal kosti eliġibbli fejn ir-rimborż ingħata fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu(1);
(c) il-kosti marbuta esklussivament mal-perijodu ta’ appoġġ għall-proġett;
(d) appoġġ mill-baġit tal-Unjoni ma jkunx ikkontribwixxa għall-akkwist tal-assi deprezzati.
9a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, għall-fini tal-paragrafu 8 l-Istati Membri li ma adottawx l-Euro bħala l-munita nazzjonali jistgħu jużaw ir-rata ta' konverżjoni tal-Euro stabbilita fid-data tal-approvazzjoni tal-proġett jew l-iffirmar tal-ftehim dwar il-proġett abbażi tar-rata ta' skambju tal-kontabbiltà ta' kull xahar ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni u mhix ser tkun soġġetta għal modifika matul il-proġett.
Artikolu 19
Nefqa Ineliġibbli
Il-kosti segwenti ma għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni taħt ir-Regolamenti Speċifiċi:
(a) imgħax fuq id-dejn;
(b) ix-xiri tal-art mhux mibnija;
(c) ix-xiri ta’ art mibnija, meta l-art hi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett, fl-ammont li jeċċedi 10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-proġett ikkonċernat;
(d) it-taxxa fuq il-valur miżjud ħlief fejn ma tkunx tista’ tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali▌.
Artikolu 20
Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri
1. Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru għal kull programm nazzjonali, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet għal preparazzjoni, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, netwerking, kontroll u verifika, kif ukoll miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
2. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu
(a) spiża marbuta mal-preparazzjoni, l-għażla, l-istima, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-programm, azzjonijiet jew proġetti;
(b) spiża marbuta ma’ verifiki u kontrolli fuq il-post ta’ azzjonijiet jew proġetti;
(c) spiża marbuta ma’ evalwazzjonijiet tal-programm, azzjonijiet jew proġetti;
(d) spiża marbuta ma’ informazzjoni, tixrid u trasparenza b’rabta mal-programm, azzjonijiet jew proġetti, inkluża l-ispiża li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 48 u l-ispiża għall-kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-għan tal-programm, organizzati fost oħrajn fil-livell lokali;
(e) spiża fuq l-akkwist, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(f) spiża fuq laqgħat ta' kumitati u sottokumitati ta' monitoraġġ marbuta mal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet; din l-ispiża tista’ tinkludi wkoll il-kosti ta’ esperti u parteċipanti oħra f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta’ programmi, azzjonijiet jew proġetti;
(g) spiża għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
3. L-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jappoġġaw azzjonijiet għat-tnaqqis tal-piż għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 23, amministrattiv, inklużi sistemi ta’ skambju ta’ data elettronika, u azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-Istati Membri sabiex jamministraw u jużaw l-appoġġ previst taħt ir-Regolamenti Speċifiċi.
4. L-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw ukoll l-oqfsa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.
5. Meta awtorità kompetenti waħda jew aktar ikunu komuni għal aktar minn programm nazzjonali wieħed, l-approprjazzjonijiet għall-ispiża tal-assistenza teknika fuq kull wieħed mill-programmi kkonċernati jistgħu jiġu amalgamati, parzjalment jew b'mod sħiħ.
Taqsima 2
Ġestjoni u Kontroll
Artikolu 21
Prinċipji ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll
Għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistemi ta' ġestjoni u kontroll, li għandhom jipprevedu:
(a) deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull awtorità involuta fil-ġestjoni u l-kontroll, u fl-allokazzjoni ta' funzjonijiet fi ħdan kull awtorità;
(b) konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn dawn l-awtoritajiet u fi ħdanhom;
(c) proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tal-ispiża ddikjarata;
(d) sistemi kompjuterizzati għall-kontabbiltà, għall-ħżin u t-trasmissjoni ta’ data finanzjarja u data dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar;
(e) sistemi għar-rappurtar u l-monitoraġġ fejn l-Awtorità Responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor;
(f) arranġamenti għall-verifika tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll;
(g) sistemi u proċeduri sabiex jiżguraw sekwenza adegwata tat-transazzjonijiet;
(h) il-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, u l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament, flimkien ma’ kwalunkwe imgħax fuq pagamenti tardivi.
Artikolu 21a
Responsabbiltajiet taħt ġestjoni kondiviża
F'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta' programmi nazzjonali konformement mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
Artikolu 21b
Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji
Il-benefiċjarji għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet maħtura meta dawn ikunu qed iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom b'rabta mar-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
Artikolu 22
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni, il-kontroll u l-verifika u jerfgħu r-responsabbiltajiet riżultanti, li huma stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni konġunta stipulati fir-Regolament Finanzjarju u dan ir-Regolament▌.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll tagħhom għal programmi nazzjonali huma stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv.
3. L-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi adegwati għal kull awtorità kompetenti sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom matul il-perijodu ta’ pprogrammar.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri trasparenti għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ proġetti f'konformità ma' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
5. L-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-data elettronika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li magħhom dik is-sistema tal-iskambju tad-data elettronika għandha tikkonforma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(3).
Artikolu 23
Awtoritajiet kompetenti
1. L-awtoritajiet kompetenti huma:
▌
(b) ▌Awtorità Responsabbli: korp fis-settur pubbliku tal-Istat Membru, li huwa korp maħtur fis-sens tal-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju u għandu jkun waħdu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll korretti tal-programm nazzjonali u għandu jiġġestixxi l-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni;
(c) Awtorità ta' Verifika: awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Responsabbli▌ u li għandha tkun responsabbli biex kull sena toħroġ l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;
(d) fejn xieraq, Awtorità Delegata waħda jew iktar: kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jwettaq ċerti kompiti tal-Awtorità Responsabbli taħt ir-responsabbiltà ta’ dik l-Awtorità.
2. Kull Stat Membru għandu jiddetermina regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.
Artikolu 24
Ħatra ta' Awtoritajiet Responsabbli
1. F'konformità mal-Artikolu 59(3)▌ tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ħatra formali fil-livell ministerjali tal-Awtoritajiet Responsabbli fl-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-ispiża taħt dan ir-Regolament, malajr kemm jista' jkun wara d-deċiżjoni ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali.
2. Il-ħatra għandha tingħata soġġett għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta’ ħatra dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu.
3. Il-ħatra għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' ▌korp ta' verifika, li jista' jkun l-Awtorità ta' Verifika, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta' ħatra. Dan il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-verifika tal-amministrazzjoni. Il-korp ta’ verifika għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment. F'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom dwar il-ħatra fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perijodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-verifika u tal-kontroll eżistenti juru li l-korpi maħtura ma għadhomx konformi mal-kriterji ta' ħatra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi jinstab rimedju għalihom, inkluż billi tintemm il-ħatra.
▌
5. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni soda ta’ din is-sistema, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 li jikkonċernaw:
(a) kundizzjonijiet minimi għall-ħatra tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ, kif ukoll regoli dwar il-proċedura għall-għoti u t-temma tal-ħatra;
(b) regoli relatati mas-superviżjoni u l-proċedura għar-rieżami tal-ħatra tal-Awtoritajiet Responsabbli;
(c) l-obbligi tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom.
Artikolu 25
Prinċipji ġenerali dwar il-kontrolli mill-Awtoritajiet Responsabbli
1. L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom iwettqu kontroll amministrattiv sistematiku▌ u għandhom jissupplimentawhom b'kontrolli fuq il-post, inklużi, fejn adatt, mingħajr preavviż b’kontrolli fuq il-post tal-ispiża marbuta mat-talbiet ta’ pagament mill-benefiċjarji li huma ddikjarati fil-kontijiet annwali bil-ħsieb li jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ assigurazzjoni.
2. Fir-rigward▌ ta' kontrolli fuq il-post, l-Awtorità Responsabbli għandha tislet il-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta’ benefiċjarji li jinkludu, fejn huwa xieraq, parti każwali u parti bbażata fuq riskju, sabiex tinkiseb rata ta’ żball rappreżentattiva u livell minimu ta’ fiduċja, filwaqt li jiġu mmirati wkoll l-ogħla żbalji.
3. L-Awtorità Responsabbli għandha tfassal rapport ta’ kontroll dwar kull kontroll fuq il-post.
4. Fejn problemi individwati jidhru li jkunu sistematiċi fin-natura u jistgħu għaldaqstant jinvolvu riskju għal proġetti oħra, l-Awtorità Responsabbli għandha tiżgura li jitwettaq eżami ulterjuri, inklużi kontrolli addizzjonali fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita l-iskala ta’ dawn il-problemi u jekk ir-rata tal-iżball hijiex ogħla mil-livell aċċettabbli. Il-miżuri ta’ prevenzjoni u korrettivi meħtieġa għandhom jittieħdu mill-Awtorità Responsabbli u jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 59(5)b tar-Regolament Finanzjarju.
5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli meħtieġa bl-għan li tintlaħaq applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawn ir-regoli jistgħu b’mod partikolari jkunu marbuta mas-segwenti:
(a) ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli amministrattivi u fuq il-post inklużi kontrolli fuq il-post mingħajr preavviż, li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Responsabbli fir-rigward tar-rispett tal-obbligi, inkluż it-tul ta' żmien ta' kemm għandhom jinżammu d-dokumenti ta' appoġġ, impenji u regoli tal-eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(b) ir-regoli dwar il-livell minimu ta’ kontrolli fuq il-post meħtieġa għal ġestjoni effettiva tar-riskji, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri għandhom iżidu dawn il-kontrolli, jew jistgħu jnaqqsuhom fejn is-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll jiffunzjonaw korrettament u r-rati tal-iżball jkunu f’livell aċċettabbli;
(c) ir-regoli u l-metodi dwar ir-rappurtar tal-kontrolli u l-verifika mwettqa u r-riżultati tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(3).
Artikolu 26
Pagament lill-benefiċjarji
L-awtoritajiet responsabbli għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-appoġġ pubbliku mill-iktar fis possibbli u b’mod sħiħ. L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m'għandhom jiġu imposti li jnaqqsu dawn l-ammonti għall-benefiċjarji.
Artikolu 27
Funzjonijiet tal-awtorità ta' verifika
1. Biex tappoġġa l-opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju l-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li jitwettqu verifiki fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, u fuq kampjun xieraq tal-ispiża inkluża fil-kontijiet annwali. Il-Kummissjoni għandha jkollu s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 dwar l-istatus tal-Awtoritajiet ta’ Verifika u l-kundizzjonijiet li dawn il-verifiki għandhom jissodisfaw.
2. Fejn l-verifiki jitwettqu minn korp li mhux l-Awtorità ta’ Verifika, l-Awtorità ta’ Verifika għandha tiżgura li kwalunkwe tali korp ikollu l-għarfien espert u l-indipendenza funzjonali meħtieġa.
3. L-Awtorità ta' Verifika għandha tiżgura li l-ħidma ta’ verifika tkun f'konformità mal-istandards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 28
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' verifika
1. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ verifika biex tikkoordina l-pjani u l-metodi ta’ verifika rispettivi tagħhom u għandha malajr kemm jista' jkun ikollha skambju tar-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll sabiex isir l-aħjar użu possibbli u proporzjonat tar-riżorsi ta’ kontroll u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux ġustifikata tal-ħidma.
2. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' verifika għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari▌ ikollhom skambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet marbuta mat-titjib tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll.
Artikolu 29
Kontrolli u verifiki mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-proċedura ta’ ħatra, it-talba għal pagament tal-bilanċ annwali kif imsemmi fl-Artikolu 39, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, u verifiki mwettqa minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni, sabiex jivverifikaw li l-Istati Membri stabbilew sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki jew kontrolli fuq il-post soġġett għal li jingħata avviż ta' mill-anqas 12-il jum ta' xogħol lill-awtorità kompetenti nazzjonali ħlief f'każijiet urġenti. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis il-ħtieġa li tiġi evitata duplikazzjoni mhux ġustifikata ta' verifiki jew kontrolli mwettqa mill-Istati Membri, il-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. L-uffiċjali jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki jew kontrolli.
3. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki jew kontrolli jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:
(a) il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fi programm nazzjonali jew parti minnu;
(b) il-konformità ta' prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;
(c) l-eżistenza tad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-azzjonijiet appoġġati taħt il-programmi nazzjonali;
(d) it-termini li taħthom l-azzjonijiet ikunu ttieħdu u ġew ikkontrollati;
(e) valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-azzjonijiet u/jew tal-programm nazzjonali.
4. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li għandhom debitament is-setgħa li jwettqu verifiki jew kontrolli fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għar-rekords, dokumenti u metadata kollha meħtieġa, irrispettivament mill-mezz li fih jinħażnu, b'rabta mal-assistenza għall-proġetti u dik teknika jew ma' sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji ta’ dawn ir-rekords, dokumenti u metadata lill-Kummissjoni meta jintalbu. Is-setgħat stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti maħtura speċifikament mil-leġislazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jieħdu sehem, fost oħrajn, fi żjarat fid-djar jew fl-intervisti formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas ta' leġislazzjoni nazzjonali. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b'dan il-mod mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-qrati nazzjonali u b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti legali kkonċernati.
5. Fuq it-talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru, kontrolli jew inkjesti addizzjonali fuq l-azzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni delegati mill-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’tali kontrolli. Sabiex ittejjeb il-kontrolli, il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, titlob l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti kontrolli jew inkjesti.
6. Il-Kummissjoni tista’ titlob li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tiegħu jew il-korrettezza tal-ispiża f'konformità mar-regoli applikabbli.
Taqsima 3
Ġestjoni Finanzjarja
Artikolu 30
Impenji Baġitarji
1. L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm nazzjonali għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ▌li tapprova programm nazzjonali għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjar fis-sens tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju▌ u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, tkun impenn legali fis-sens ta’ dak ir-Regolament.
3. Għal kull programm nazzjonali, l-impenn baġitarju għall-ewwel pagament għandu jsegwi l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali mill-Kummissjoni.
4. L-impenji baġitarji għal pagamenti sussegwenti għandhom isiru mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni paragrafu ▌ ta’ dan l-Artikolu, ħlief fejn japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 31
Regoli komuni għall-pagamenti
1. Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u suġġetti għal finanzjament disponibbli. Kull pagament għandu jiġi trasferit għall-eqreb impenn tal-baġit miftuħ ikkonċernat.
2. Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament inizjali, prefinanzjament annwali, pagamenti tal-bilanċ annwali u l-pagament tal-bilanċ finali.
3. L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.
Artikolu 32
Akkumulazzjoni ta’ prefinanzjament inizjali u bilanċi annwali
1. It-total tal-pagament tal-prefinanzjament inizjali u l-pagamenti tal-bilanċ annwali ma għandhomx jeċċedu il-95 % tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali.
2. Meta jintlaħaq il-limitu massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jittrasmettu t-talbiet għall-pagament lill-Kummissjoni.
Artikolu 33
Arranġamenti prefinanzjarji
1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali, ammont ta’ prefinanzjament inizjali għall-perijodu ta’ programmar kollu għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Awtorità Responsabbli maħtura. Dan għandu jirrappreżenta 4% tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat. Jista’ jinqasam f’żewġ pagamenti skont id-disponibbiltà tal-baġit fi żmien 4 xhur.
1a. Qabel l-1 ta’ Frar fl-2015, għandu jitħallas ammont annwali ta’ prefinanzjament ta’ 3 % tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali kkonċernat. Fis-snin 2016 sal-2022 dan għandu jkun 5% tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat.
2. Jekk programm nazzjonali jiġi approvat fl-2015 jew aktar tard, il-prefinanzjament inizjali u l-prefinanzjament annwali, għandhom jitħallsu mhux aktar tard minn sittin jum wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali skont id-disponibbiltà tal-baġit.
2a. Fil-każ ta’ emendi fil-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni għal programm nazzjonali, l-ammonti ta' prefinanzjament inizjali kif ukoll annwali għandhom jiġu riveduti kif suppost u riflessi fid-deċiżjonijiet finanzjarji.
3. Il-prefinanzjament għandu jintuża▌ sabiex isiru pagamenti lil benefiċjarji li jimplimentaw il-programm nazzjonali kif ukoll lil awtoritajiet kompetenti għal spiża marbuta ma' assistenza teknika. Għandu jkun magħmul disponibbli mingħajr dewmien lill-Awtorità Responsabbli għal dawn l-għanijiet.
Artikolu 33a
Approvazzjoni tal-prefinanzjament
1. L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali għandu jiġi approvat totalment mill-kontijiet tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 mhux aktar tard minn meta l-programm nazzjonali jingħalaq.
2. L-ammont imħallas bħala prefinanzjament annwali għandu jiġi approvat mill-kontjiet tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 35.
3. L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi rimburżat lill-Kummissjoni jekk l-ebda talba għal pagament f'konformità mal-Artikolu 39 ma tintbagħat fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali.
4. L-imgħax iġġenerat fuq il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi trasferit lill-programm nazzjonali kkonċernat u mnaqqas mill-ammont ta’ spiża pubblika indikat fit-talba għal pagament finali.
Artikolu 33b
Assenjazzjoni interna tad-dħul
1. Is-segwenti għandu jitqies bħala dħul assenjat internament fit-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju:
(i) Somom li, taħt l-Artikoli 40 u 42, għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom,
(ii) Somom li, wara l-għeluq tal-programmi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti, għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom.
2. Is-somom imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, fil-każ ta' użu mill-ġdid, għandhom jintużaw fl-ewwel istanza għall-ispiża finanzjarja taħt ir-Regolamenti.
Artikolu 34
Definizzjoni tas-sena finanzjarja
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sena finanzjarja, kif imsemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tkopri l-ispiża mħallsa u d-dħul irċevut u mdaħħla fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perijodu li jibda mis-16 ta’ Ottubru tas-sena "N-1" u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena "N".
Artikolu 35
Pagament tal-bilanċ annwali
1. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ annwali, ▌abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja korrispondenti tal-programm nazzjonali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.
2. Il-kontijiet annwali għandhom ikopru l-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responsabbli, inklużi l-pagamenti marbutin mal-għajnuna teknika, matul is-sena finanzjarja li għalihom ir-rekwiżiti ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 25 intlaħqu.
3. Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-bilanċ annwali għandu jitħallas mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 49 jitqiesu ammissibbli mill-Kummissjoni u l-aħħar kont annwali jkun ġie approvat.
Artikolu 36
Għeluq tal-programm
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dokumenti segwenti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023:
(a) L-informazzjoni meħtieġa għall-aħħar kontijiet annwali, f'konformità mal-Artikolu 39(1);
(b) talba għal pagament tal-bilanċ finali; u
(c) ir-rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 49(1).
2. Il-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responabbli mis-16 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandhom jiġu inklużi fl-aħħar kontijiet annwali.
3. Wara li tirċievi d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ finali, ▌abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, l-aħħar kontijiet annwali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.
4. Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-bilanċ finali għandu jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena finanzjarja finali jew xahar mid-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali tal-implimentazzjoni, skont liema data tkun l-aħħar. L-ammonti li jkunu għadhom impenjati wara li jitħallas il-bilanċ għandhom jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni fi żmien perijodu ta’ sitt xhur, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47.
Artikolu 37
Interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament
1. Id-data ta' skadenza tal-pagament wara talba għal pagament tista’ tiġi interrotta mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju għal perijodu massimu ta’ sitt xhur, meta tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet segwenti:
(a) wara informazzjoni provduta minn korp ta’ verifika nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm provi ċari li jissuġġerixxu nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll;
(b) l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jsir jaf b' informazzjoni li twissieh li l-ispiża f’talba għal pagament hija marbuta ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;
(c) ma ġewx sottomessi dokument wieħed jew aktar meħtieġa taħt l-Artikolu 39(1).
L-Istat Membru jista’ jaqbel li l-perijodu ta’ interruzzjoni jiġi estiż għal tliet xhur oħra.
2. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba ta’ pagament affettwata mill-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-parti tan-nefqa affettwata. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru u lill-Awtorità Responsabbli bil-miktub minnufih bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jitlobhom jirrimedjaw is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tinġieb fi tmiemha mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega hekk kif ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa.
Artikolu 37a
Sospensjoni of pagamenti
1. Il-bilanċ annwali kollu jew parti minnu jista' jiġi sospiż mill-Kummissjoni fejn:
(a) ikun hemm nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm nazzjonali li jkun poġġa f’riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm nazzjonali u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; jew
(b) in-nefqa fil-kontijiet annwali tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta; jew
(c) l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 37.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi bilanċ annwali kollu jew parti minnu wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu▌.
3. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni ta' bilanċ annwali kollu jew parti minnu fejn l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni. ▌
Artikolu 38
Użu tal-euro
1. L-ammonti stabbiliti fil-programmi nazzjonali mressqin mill-Istati Membri, it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, it-talbiet ▌ għal pagamenti, il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom ikunu denominati fil-munita euro.
2. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom fid-data ta’ talba għal pagament għandhom jikkonvertu l-ammonti ta’ spiża mġarrba fil-munita nazzjonali f’euro. Dan l-ammont għandu jiġi konvertit f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu l-ispiża ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat. Ir-rata tal-kambju għandha tiġi ppubblikata elettronikament mill-Kummissjoni kull xahar.
3. Meta l-euro ssir il-munita ta’ Stat Membru, il-proċedura ta’ konverżjoni stabbilita fil-paragrafu 2 għandha tibqa’ tapplika għall-ispiża kollha rreġistrata fil-kontijiet mill-Awtorità Responsabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata ta’ konverżjoni fissa bejn il-munita nazzjonali u l-euro.
Taqsima 4
Approvazzjoni ta' Kontijiet u Korrezzjonijiet Finanzjarji
Artikolu 39
Talba għal pagament tal-bilanċ annwali
1. Sal-15 ta' Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni li jitlob l-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju. Id-dokumenti sottomessi ser iservu ta' talba għal pagament tal-bilanċ annwali. L-iskadenza tal-15 ta' Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu l-aktar tard abbażi ta' komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu, fil-livell adatt, jippubblikaw din l-informazzjoni.
▌
2. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru jipprovdi aktar informazzjoni għall-fini tal-approvazzjoni annwali tal-kont. Jekk Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza għas-sottomissjoni tagħha stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.
▌
4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55(2).
Artikolu 40
Approvazzjoni annwali tal-kontijiet
1. Sal-31 ta’ Mejju tas-sena wara s-sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għal kull programm nazzjonali. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull korrezzjonijiet finanzjarji sussegwenti.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-modalitajiet dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(3).
Artikolu 41
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f'rabta ma' irregolaritajiet ▌individwali u/jew sistematiċi li jinstabu taħt il-programmi nazzjonali. Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonsistu mill-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha mill-baġit tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni u għandhom japplikaw korrezzjoni proporzjonata. L-ammonti kkanċellati u l-ammonti rkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm nazzjonali kkonċernat, eskluż l-ammonti li jirriżultaw minn irregolaritajiet identifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u s-servizzi tal-Kummissjoni inkluż l-OLAF. Wara l-għeluq tal-programm nazzjonali, l-Istat Membru għandu jirrifondi s-somom irkuprati għall-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 42
Approvazzjoni tal-konformità u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha tal-Unjoni għal programm nazzjonali u billi tagħmel irkupru mill-Istat Membru sabiex teskludi spiża tal-finanzjament tal-Unjoni li tikser id-dritt applikabbli▌, inkluż b’rabta ma’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri li ġew individwati mill-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
2. Ksur tad-dritt applikabbli▌ għandu jwassal għal korrezzjoni finanzjarja biss fir-rigward tan-nefqa li ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u meta jkun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin issodisfata:
(a) il-ksur affettwa▌ l-għażla ta' proġett taħt il-programm nazzjonali jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit dak l-impatt imma jkun hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu tali effett;
(b) ▌il-ksur ▌ affettwa l-ammont ta' nefqa ddikjarata għal rimborż mill-▌baġit tal-Unjoni jew f'każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi kwantifikat l-impatt finanzjarju tiegħu imma hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu tali effett.
3. Meta tiddeċiedi dwar▌ korrezzjoni finanzjarja taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi applikabbli ▌u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-▌baġit tal-Unjoni.
4. Qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' finanzjament, is-sejbiet mill-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu notifikati bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.
5. Il-finanzjament ma jistax jiġi rrifjutat għal:
(a) spiża li tkun iġġarrbet mill-Awtorità Responsabbli aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membri bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(b) spiża fuq azzjonijiet pluriennali taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi nazzjonali, fejn l-obbligu finali fuq il-benefiċjarju jseħħ aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;
(c) spiża fuq azzjonijiet fi programmi nazzjonali, li mhumiex dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom il-pagament jew, skont il-każ, il-pagament finali, mill-Awtorità Responsabbli, isir aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.
6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(3).
Artikolu 43
Obbligi tal-Istati Membri
Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni ma għandhiex tippreġudika l-obbligu tal-Istat Membru li jsegwi rkupri taħt l-Artikolu 21(h) ta’ dan ir-Regolament u li jirkupra l-għajnuna tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999[9].
Artikolu 44
Rimborż
1. Kwalunkwe rimborż dovut li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jitwettaq qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal f'konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju. L-iskadenza għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.
2. Kwalunkwe dewmien fit-twettiq tar-rimborż għandu jagħti lok għal imgħax minħabba pagament tard, li jibda mill-iskadenza u jintemm fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ dan l-imgħax għandha tkun punt perċentwali u nofs ’il fuq mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu fl-ewwel jum ta’ ħidma tax-xahar li fih taqa’ l-iskadenza.
Taqsima 5
Diżimpenn
Artikolu 45
Prinċipji
1. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenji stabbiliti fuq il-bażi li l-ammonti konnessi ma’ impenn li mhumiex koperti mill-prefinanzjament inizjali u annwali msemmi fl-Artikolu 33 u talba għall-ħlas skont l-Artikolu 39 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit għandhom jiġu diżimpenjati. Għall-finijiet tad-diżimpenn, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid parti waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mal-ammont tal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014 għal kull wieħed mill-impenji baġitarji tas-snin 2015 sal-2020.
1a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn ma għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014.
1b. Jekk l-ewwel impenn baġitarju annwali huwa marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn ma għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015. F’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont taħt il-paragrafu 1 billi żżid għoxrin fil-mija mill-impenn baġitarju annwali marbut mat-total tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji baġitarji mill-2016 sal-2020.
2. L-impenn marbut mal-aħħar sena tal-perijodu ser jiġi diżimpenjat skont ir-regoli segwiti għall-għeluq tal-programmi.
3. Kwalunkwe impenn li jkun għadu miftuħ fl-aħħar data għall-ispiża sabiex tkun eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 17(3) li għalih talba għal pagament ma tkunx saret mill-Awtorità Responsabbli fi żmien sitt xhur wara dik id-data għandu jiġi awtomatikament diżimpenjat.
Artikolu 46
Eċċezzjonijiet għad-diżimpenn
1. L-ammont ikkonċernat b’diżimpenn għandu jitnaqqas mill-ammonti li l-Awtorità Responsabbli ma kinitx kapaċi tiddikjara lill-Kummissjoni minħabba:
(a) azzjonijiet sospiżi bi proċediment legali jew b’appell amministrattiv li għandhom effett ta’ sospensjoni; jew
(b) raġunijiet ta’ force majeure li serjament jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali sħiħ jew parti minnu. L-Awtoritajiet Responsabbli li jinvokaw force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti tal-force majeure fuq l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali kollu jew parti minnu.
It-tnaqqis jista’ jintalab darba jekk is-sospensjoni jew force majeure damet sa sena, jew diversi drabi korrispondenti għat-tul taż-żmien tal-force majeure jew in-numru ta' snin bejn id-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva li tissospendi l-implimentazzjoni tal-azzjoni u d-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva finali.
2. L-Istat Membru għandu jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Jannar għall-ammont li għandu jiġi ddikjarat sal-aħħar tas-sena preċedenti.
3. Il-parti tal-impenji baġitarji li għalihom tkun saret talba għal pagament li iżda l-pagament tagħhom ikun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 2 għandha tiġi injorata fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku.
Artikolu 47
Proċedura
1. Kull meta jkun hemm riskju ta' applikazzjoni ta' diżimpenn taħt l-Artikolu 45 il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun.
2. Abbażi tal-informazzjoni li jkollha fil-31 ta’ Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità Responsabbli bl-ammont ta’ diżimpenn li jirriżulta mill-informazzjoni fil-pussess tagħha.
3. L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel dwar l-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq id-diżimpenn awtomatiku mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-aħħar limitu taż-żmien li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3.
5. Fil-każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat għandha titnaqqas, għas-sena inkwistjoni, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-pjan ta’ finanzjament ser titnaqqas prorata, ħlief jekk l-Istat Membru jipproduċi pjan ta’ finanzjament rivedut.
KAPITOLU V
INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPURTAR
Artikolu 48
Informazzjoni u pubbliċità
1. L-Istati Membri u l-Awtoritajiet Responsabbli għandhom ikunu responsabbli:
(a) ▌għal sit tal-internet jew portal ta’ sit tal-internet li tipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi nazzjonali f'dak l-Istat Membru;
(b) li jgħarrfu lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi nazzjonali;
(c) jippubblikaw liċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tar-Regolamenti Speċifiċi permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-programmi nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trasparenza dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u jżommu lista ta’ azzjonijiet appoġġati għal kull programm nazzjonali li għandha tkun aċċessibbli permezz tas-sit tal-internet jew il-portal tas-sit tal-internet. Il-lista ta' azzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-benefiċjarji finali, l-ismijiet tal-proġetti u l-ammont ta' finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom.
2a. Bħala regola, l-informazzjoni għandha ssir pubblika ħlief fejn tkun ristretta minħabba n-natura konfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u l-protezzjoni tad-data personali.
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 biex tistipula regoli li jikkonċernaw il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku u l-miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(3).
Artikolu 49
Rapporti ta' implimentazzjoni
1. Sal-31 ta’ Marzu 2016 u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2022, l-Awtorità Responsabbli għandha tressaq quddiem il-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull programm nazzjonali fis-sena finanzjarja preċedenti u tista', fil-livell xieraq, tippubblika din l-informazzjoni. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2014 u 2015. L-Istat Membru għandu jissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.
2. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar:
(a) l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali permezz ta’ referenza għad-data finanzjarja u l-indikaturi;
(b) kwalunkwe kwistjoni sinifikanti li taffettwa il-prestazzjoni tal-programm nazzjonali.
3. Fid-dawl tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu, ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2017 għandu jistipula u jivvaluta:
(-a) l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2▌;
(a) il-progress lejn il-kisba tal-objettivi fil-programmi nazzjonali segwiti bil-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni▌;
(b) l-involviment tas-sħab rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 12.
4. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2020 u r-rapport ta’ implimentazzjoni finali għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu▌ 2 ▌jinkludu informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm nazzjonali u jivvalutawh, filwaqt li jqisu l-eżitu tad-djalogu ta' politika.
5. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu ammissibbli fejn ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il jum mid-data tar-riċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali dwar jekk ikunx ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies ammissibbli.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali fi żmien xahrejn mir-riċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali. Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.
7. Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali tal-Awtorità Responsabbli, li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali. Fejn isiru osservazzjonijiet bħal dawn, l-Awtorità Responsabbli għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-osservazzjonijiet u, fejn ikun adatt, tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara li jkunu▌ ttieħdu l-miżuri.
8. Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55(2).
Artikolu 50
Il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
2. L-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bi sħubija mal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 52.
3. Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jiġu stabbilit bil-ħsieb li jkejjel ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, fid-dawl tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi u l-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bħala strumenti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 54 sabiex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni ▌ bl-informazzjoni meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.
6. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u dawk segwiti taħt politiki, strumenti u inizjattivi oħra rilevanti tal-Unjoni.
6a. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet u programmi relatati ma’ pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 9.
Artikolu 51
Evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52(1). L-evalwazzjoni li għandha titwettaq fl-2017 għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali, f'konformità mal-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.
2. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u tinġabar id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluża data marbuta ma’ indikaturi fil-qafaskomuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
3. L-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52(1) għandhom jitwettqu minn▌ esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-Awtoritajiet Responsabbli, l-Awtoritajiet ta’ Verifika u l-Awtoritajiet Delegati. Dawn l-esperti jistgħu jkunu affiljati ma' istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-verifika tal-amministrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu l-evalwazzjonijiet.
4. L-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52(1) għandhom isiru pubbliċi kollha kemm huma ħlief fejn l-informazzjoni tkun ristretta minħabba n-natura kunfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u l-protezzjoni tad-data personali.
Artikolu 52
Rapporti ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. F'konformità mal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:
(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2017;
(b) rapport ta’ evalwazzjoni ex post dwar l-effetti ta’ azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.
2. Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni:
(a) rapport ta' evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi fuq il-livell tal-Unjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-eżami ta' nofs it-terminu li jsir skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;
(b) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, wara l-għeluq tal-programmi nazzjonali, sat-30 ta’ Ġunju 2024.
3. L-evalwazzjoni ex-post tal-Kummissjoni għandha teżamina wkoll l-impatt tar-Regolamenti Speċifiċi fuq l-iżvilupp tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja f’termini tal-kontribut tagħhom għall-objettivi segwenti:
(a) l-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u ġestjoni ta’ kriżi;
(b) ġestjoni effettiva ta' flussi migratorji fl-UE;
(c) l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;
(d) trattament ġust u ugwali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;
(e) solidarjetà u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta' migrazzjoni u ta' sigurtà interna;
(f) approċċ komuni tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà lejn partijiet terzi..
▌
3a. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni kollha taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati kollha kemm huma ħlief fejn l-informazzjoni tkun ristretta minħabba n-natura kunfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u l-protezzjoni tad-data personali.
KAPITOLU VI
▌DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 54
Twettiq tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodu ta’ tliet snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Artikolu 55
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat komuni▌"Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u s-Sigurtà Interna' stabbilit hawn▌. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, minbarra l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 22(5), l-Artikolu 40(2), l-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 48(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 56
Reviżjoni
Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020.
Artikolu 57
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
___________________
ANNEX TO THE DRAFT LEGISLATIVE RESOLUTION
Statement by the Commission on the adoption of national programmes
"The Commission will use its best efforts to inform the European Parliament in advance of the adoption of the national programmes."
Statement by the Commission on Article 5 § 4, subparagraph 2, point b of Regulation 182/2011
"The Commission underlines that it is contrary to the letter and to the spirit of Regulation 182/2011 (OJ L 55 of 28.2.2011, p. 13) to invoke Article 5 § 4, subparagraph 2, point b) in a systematic manner. Recourse to this provision must respond to a specific need to depart from the rule of principle which is that the Commission may adopt a draft implementing act when no opinion is delivered. Given that it is an exception to the general rule established by Article 5 § 4 recourse to subparagraph 2, point b), cannot be simply seen as a "discretionary power" of the Legislator, but must be interpreted in a restrictive manner and thus must be justified."
14.9.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi
( COM(2011)0752 – C7‑0444/2011 – 2011/0367(COD) )
Relatur: Monika Hohlmeier
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-baġit għall-affarijiet interni
F'Ġunju 2011 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposti tagħha dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali. Dan jinkludi baġit ġenerali għall-qasam tal-affarijiet interni ta' EUR 10,9 biljun għall-perjodu 2014-2020.
L-ammont ikopri n-nefqa fuq il-programmi finanzjarji kif ukoll il-finanzjament ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-aġenziji tal-UE attivi fil-qasam tal-affarijiet interni[10].
Baġit għall-qasam tal-affarijiet interni 2014-2020 | miljuni ta' EUR (prezzijiet kurrenti) |
Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil inklużi l-Programm dwar ir-Risistemazzjoni u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni | 3,869 |
Fond għas-Sigurtà Interna inklużi sistemi tal-IT fuq skala kbira ġodda | 4,648 |
Sistemi tal-IT fuq skala kbira eżistenti u Aġenzija tal-IT | 822 |
Subtotal | 9,339 |
Aġenziji (Europol, Frontex, EASO, Cepol u EMCDDA) | 1,572 |
Total | 10,911 |
Il-qafas legali taż-żewġ Fondi
Sabiex jiġu ssimplifikati l-istrutturi tal-finanzjament fil-qasam tal-affarijiet interni u n-nefqa fil-livell tal-UE tkun allinjata aħjar mal-objettivi tal-politika strateġiċi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-għadd ta' fondi għal tnejn u tistabbilixxi dispożizzjonijiet orizzontali dwar il-ġestjoni tal-fondi. B'hekk, iż-żewġ Fondi jiffunzjonaw kemm jista' jkun b'mekkaniżmi ta' twassil identiċi.
Għaldaqstant dan ir-Regolament dwar 'dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi' jagħmel parti mill-qafas għall-finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu ta' żewġ Fondi:
·Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u
·Fond għas-Sigurtà Interna (li jikkonsisti fi strument ta' appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi u strument ta' appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni mal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi).
Dan l-istrument orizzontali, applikabbli kemm għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u kemm għaż-żewġ komponenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna (jew direttament jew permezz ta' referenzi inkroċjati), jistabbilixxi ir-regoli dwar l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-kontroll, ir-rappurtar fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja u l-valutazzjoni.
Din l-istruttura ġenerali ta' erba' Regolamenti hija neċessarja fid-dawl tar-regoli ta' votazzjoni differenti fil-Kunsill, li ġejjin minn ġeometrija varjabbli skont il-Protokoll 19 (dwar l-acquis ta' Schengen) u l-Protokoll 21 (il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) fit-Trattati. Permezz ta' dan ir-Regolament orizzontali, l-għadd globali ta’ dispożizzjonijiet jitnaqqas konsiderevolment milli kieku kellhom jiġu replikati f’kull att.
Id-dispożizzjonijiet ġenerali
Dan ir-Regolament jistabbilixxi biss obbligi ta' natura finanzjarja u teknika, bħal regoli dwar l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-kontroll, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, l-għeluq ta' programmi u l-mekkaniżmi ta' rappurtar, valutazzjoni u twassil, filwaqt li d-definizzjoni tal-objettivi politiki, l-azzjonijiet eliġibbli, l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-ambitu ta' intervent għal kull qasam politiku speċifiku huma indirizzati fit-tliet Regolamenti Speċifiċi.
L-implikazzjonijiet finanzjarji
Billi dan ir-Regolament jipprevedi biss regoli ġenerali dwar il-finanzjament tan-nefqa, mhumiex previsti approprjazzjonijiet. Minflok, il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali tinkludi proposta ta’ EUR 3 869 miljun għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u ta’ EUR 4 648 miljun għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ara t-tabella hawn fuq taħt prezzijiet attwali). Prinċipalment, il-politika dwar l-Affarijiet Interni tiġi implimentata b'ġestjoni kondiviża filwaqt li l-ġestjoni reali ta' kuljum isseħħ fil-livell nazzjonali.
L-emendi
Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi li jkun hemm enfasi ċara fuq il-ħtieġa ta' valur miżjud tal-UE tal-attivitajiet finanzjati. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-UE responsabbli u rilevanti għandhom jiġu kkonsultati b'mod adegwat fid-djalogu politiku mal-Istati Membri bi tħejjija għall-istabbiliment tal-programmi nazzjonali.
Sabiex jiġi evitat kemm jista' jkun l-użu ħażin tal-fondi tal-UE, ir-rapporteur tipproponi li jkun hemm lok għal kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet mingħajr preavviż. Barra minn hekk, għall-fini ta' nfiq tal-fondi effiċjenti u marbut mal-miri u fid-dawl tal-kontribut proprju ta' kull Stat Membru, ir-rapporteur tipproponi li ma tiġix inkluża eliġibilità tal-azzjonijiet ta' emerġenza sa 100 % iżda li jintalab dejjem kofinanzjament minimu mill-Istat Membru, anki f'livell baxx ħafna.
Sabiex ikun żgurat li l-finanzjament jitkompla, ir-rapporteur tipproponi li jiġi previst prefinanzjament annwali.
EMENDI
IL-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020; |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bl-isem “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jinnota li anke b’żieda fil-livell ta’ riżorsi għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss ta’ mill-inqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, tista’ ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-kisba tal-objettivi u l-impenji tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ solidarjetà tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| _______________ |
| Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1c. Jenfasizza li, fid-dawl tal-kompiti diġà identifikati u konklużi mill-Unjoni, il-Kummissjoni teħtieġ tirrifletti dawk il-prijoritajiet politiċi b'mod prudenti u adegwat fil-proposta; |
Emenda 4
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1d (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1d. Itenni li t-Trattat ta' Lisbona jipprevedi atti delegati biss bħala atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali relatati ma' elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv; għalhekk isostni l-kritika tiegħu dwar l-użu mifrux tal-atti delegati u jinsisti li kwalunkwe element essenzjali jrid jiġi stabbilit fl-att leġiżlattiv inkwistjoni; |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ integrat għal kwistjonijiet urġenti tal-immigrazzjoni u l-asil kif ukoll għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, b’finanzjament u strumenti ta’ appoġġ suffiċjenti biex jiġu trattati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u li jkunu disponibbli fi spirtu ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri kollha, hekk li jkunu rispettati r-responsabbiltajiet nazzjonali u b’definizzjoni ċara tal-kompiti. Jinnota wkoll li, f’dan ir-rigward, l-isfidi akbar tal-FRONTEX, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Fondi għas-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni għandhom jitqiesu b’mod xieraq; |
| __________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Ġustifikazzjoni
Paragrafu 107 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 20111, il-Parlament Ewropew kompla jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati sinerġiji aħjar bejn il-fondi u l-programmi differenti u jindika l-fatt li s-semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi u l-possibilità ta’ finanzjament transkonfinali jippermettu l-allokazzjoni ta’ aktar fondi għal objettivi komuni; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas in-numru totali ta’ strumenti baġitarji fil-Politika tal-Intern għal struttura b’żewġ pilastri u bi tmexxija kondiviża fejn dan ikun possibbli, u jemmen li dan l-approċċ għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni, konsolidazzjoni u trasparenza tal-fondi u l-programmi attwali. Enfasizza, madankollu, il-bżonn li jkun żgurat li l-objettivi differenti tal-politiki tal-intern ma’ jitħawdux. |
| __________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Ġustifikazzjoni
Paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) L-infiq tal-fondi f'dan il-qasam għandu jiġi kkoordinat aħjar bil-għan li jiġu żgurati l-komplementarjetà, effiċjenza u viżibilità aħjar, kif ukoll jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) It-titjib fl-implimentazzjoni u fil-kwalità tan-nefqa għandu jikkostitwixxi l-prinċipju gwida għall-kisba tal-objettivi tal-Fondi, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-azzjoni esterna għandha tkun konsistenti u koerenti kif stipulat fl-Artikolu 18(4) TUE. | (7) L-azzjoni esterna għandha tkun konsistenti u koerenti kif stipulat fl-Artikolu 18(4) TUE. Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mas-SEAE, għandha twaqqaf mekkaniżmu effikaċi biex tiżgura tali konsistenza. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) L-eliġibbiltà tan-nefqa taħt il-programmi nazzjonali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali, suġġett għal prinċipji komuni. Id-dati tal-bidu u l-għeluq għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti biex jipprovdu għal regoli uniformi u ekwitabbli li japplikaw għall-programmi nazzjonali. | (11) L-eliġibbiltà tan-nefqa taħt il-programmi nazzjonali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali, filwaqt li tkun suġġetta għal prinċipji komuni stipulati f’dan ir-Regolament. Id-dati tal-bidu u l-għeluq għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti biex jipprovdu għal regoli uniformi u ekwitabbli li japplikaw għall-programmi nazzjonali. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) L-għajnuna teknika għandha tippermetti li l-Istati Membri li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom u li jassistu l-benefiċjarji fil-konformità mal-obbligi tagħhom u d-dritt tal-Unjoni. | (12) L-għajnuna teknika hija essenzjali sabiex tippermetti li l-Istati Membri li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali, jassistu l-benefiċjarji fil-konformità mal-obbligi tagħhom u d-dritt tal-Unjoni u min-naħa tagħhom iżidu l-viżibbiltà u l-aċċessibilità tal-fondi tal-UE. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Sabiex jiżgura qafas xieraq għall-provvista ta’ għajnuna ta’ emerġenza rapida, dan ir-Regolament għandu jiżgura appoġġ għal azzjonijiet li n-nefqa tagħhom saret qabel ma saret l-applikazzjoni għal din l-għajnuna, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju li tippermetti din il-flessibbiltà f’każijiet eċċezzjonali sostanzjati kif dovut. | (13) Sabiex jiżgura qafas xieraq għall-provvista ta’ għajnuna ta’ emerġenza rapida, dan ir-Regolament għandu jiżgura appoġġ għal azzjonijiet li n-nefqa tagħhom saret qabel ma saret l-applikazzjoni għal din l-għajnuna, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju1 li tippermetti din il-flessibbiltà f’każijiet eċċezzjonali sostanzjati kif dovut. |
____________ | ____________ |
Reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju – Proposta tal-Kummissjoni COM (2010) 0260 | Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ( COM(2010)815 finali tat-22 ta' Diċembru 2010). |
Ġustifikazzjoni
Korrezzjoni tar-referenza żbaljata.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Filwaqt li l-użu korrett tal-fondi huwa prijorità ewlenija, in-nefqa tal-fondi fl-oqsma politiċi kkonċernati għandha tiġi ssimplifikata. Għal dan il-għan, jekk ir-rata ta' żbalji ta' Stat Membru fi ħdan l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi relatati miegħu ma taqbiżx it-2 %, il-kwantità ta' kontrolli għandha titnaqqas. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Ir-reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju1 tintroduċi bidliet fil-prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu kkunsidrati. | (22) Ir-reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju1 tintroduċi bidliet fil-metodu ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu kkunsidrati. |
_______________ | _______________ |
1 Reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju – Proposta tal-Kummissjoni COM (2010) 0260 | 1 Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ( COM(2010)815 finali tat-22 ta' Diċembru 2010). |
Ġustifikazzjoni
Il-ġestjoni kondiviża mhijiex prinċipju ta' implimentazzjoni, iżda hija metodu ta' implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (22a)Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu ddelegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi ta' kontroll u ta' awditjar rispettivi tagħhom u jieħdu fuqhom ir-responsabilitajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet komplementari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-settur. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (27a) Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-programm u l-implimentazzjoni tiegħu b’mod kemm jista’ jkun effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li tiġi żgurata wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-istrument għall-parteċipanti kollha. Peress li parti mill-attivitajiet fl-ambitu ta’ dawn il-fondi jitwettqu taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu regoli addizzjonali, li jikkomplikaw l-użu tal-fondi għall-benefiċjarju. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Ir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jipprovdu appoġġ, permezz ta’ programmi nazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni u għajnuna ta’ emerġenza, li jikkumplimentaw intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu l-għanijiet tal-Unjoni. | 1. Ir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jipprovdu appoġġ, permezz ta’ programmi nazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni u għajnuna ta’ emerġenza, li jikkumplimentaw intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu l-għanijiet tal-Unjoni, u li joħolqu valur miżjud tal-UE. |
Ġustifikazzjoni
Il-finanzjament tal-Unjoni għandu dejjem joħloq valur miżjud tal-UE u ma jissostitwixxix il-finanzjament nazzjonali.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet ffinanzjati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti l-irregolaritajiet, mill-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent. | 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet ffinanzjati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti l-irregolaritajiet, mill-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, b'pieni effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fejn mhumiex stabbiliti r-rekwiżiti amministrattivi għall-implimentazzjoni adegwata, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tgħin lill-Istat Membru jistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi neċessarji. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom joffru prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandhom jaġixxu bħala deterrent, fir-rigward il-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri. | 4. L-Istati Membri għandhom joffru prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li għandhom jaġixxu bħala deterrent, fir-rigward il-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri. Dan jista' jinkludi kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet mingħajr preavviż. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi evitat kemm jista' jkun l-użu ħażin tal-fondi tal-UE, għandu jkun hemm il-possibilità ta' kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet mingħajr preavviż.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-azzjonijiet tal-Unjoni, għajnuna ta’ emerġenza u għajnuna teknika jistgħu jiġu implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni | 4. L-azzjonijiet tal-Unjoni, għajnuna ta’ emerġenza u għajnuna teknika jistgħu jiġu implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni |
direttament, mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi; | direttament, mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi; |
indirettament, minn entitajiet u persuni oħra minbarra Stati Membri skont l-Artikolu [57] tar-Regolament Finanzjarju. | indirettament, minn entitajiet u persuni oħra minbarra Stati Membri skont l-Artikolu [57] tar-Regolament Finanzjarju. |
| Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni tibqa' responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat li jitwettaq mill-entitajiet skont it-tieni inċiż. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tallinja l-formulazzjoni mar-Regolament Finanzjarju rivedut.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli, l-għajnuna ta’ emerġenza tista’ tammonta għal 100 % tan-nefqa eliġibbli. | 2. Fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli, u b'deroga mill-Artikolu 16, l-għajnuna ta’ emerġenza tista’ tammonta għal aktar minn 90 % iżda ma tikkostitwixxix 100 % tan-nefqa eliġibbli. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġu żgurati nefqa effiċjenti u responsabbli u l-komplimentarjetà tal-fondi tal-UE, huwa neċessarju li l-Istati Membri jikkofinanzjaw dejjem l-attivitajiet u b'hekk tiġi żgurata l-orjentazzjoni lejn il-miri tan-nefqa tal-Unjoni. F'każijiet ta' emerġenza, l-eliġibilità tan-nefqa jista' jeħtiġilha taqbeż id-90 % iżda ma għandhiex tikkostitwixxi 100 %.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Biex iniedu l-perjodu ta’ pprogrammar, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandu jkollhom djalogu ta’ politika dwar ir-rekwiżiti nazzjonali u l-kontribuzzjoni li l-baġit tal-Unjoni jista’ jipprovdi biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti, meta wieħed iżomm f’moħħu s-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi fl-Istat Membru kkonċernat u l-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi. Id-djalogu ta’ politika għandu jirriżulta fil-konklużjoni ta’ minuti maqbula jew skambju ta’ ittri li għandhom jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat u jservi bħala l-qafas għall-preparazzjoni tal-programmi nazzjonali. | 1. Biex iniedu l-perjodu ta’ pprogrammar, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandu jkollhom djalogu ta’ politika dwar ir-rekwiżiti nazzjonali u l-kontribuzzjoni li l-baġit tal-Unjoni jista’ jipprovdi biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti, meta wieħed iżomm f’moħħu s-sitwazzjoni ta’ xenarju bażi fl-Istat Membru kkonċernat u l-għanijiet tar-Regolamenti Speċifiċi. Id-djalogu ta’ politika għandu jirriżulta fil-konklużjoni ta’ minuti maqbula jew skambju ta’ ittri li għandhom jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat u jservi bħala l-qafas għall-preparazzjoni tal-programmi nazzjonali. |
| Sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tal-UE neċessarju, id-djalogu politiku għandu jinvolvi konsultazzjoni adegwata tal-aġenziji kompetenti tal-Unjoni u jservi ta' opportunità ta' skambju ta' opinjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni. |
F’każijiet ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati f’partijiet terzi u b’rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu tal-politika għandu jsegwi koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat. | F’każijiet ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati f’partijiet terzi u b’rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet m’għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu tal-politika għandu jsegwi koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tal-UE neċessarju tan-nefqa tal-Unjoni, kemm l-Istati Membri u kemm l-aġenziji tal-UE kompetenti għandhom ikunu nvoluti fi djalogu kostruttiv dwar l-identifikazzjoni tal-kompiti u l-prijoritajiet. Għalhekk, l-aġenziji tal-UE responsabbli u rilevanti għandhom jiġu kkonsultati fit-tħejjija tal-programmi nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità jsemmgħu l-ideat tagħhom dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) strateġija xierqa li tidentifika l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti bl-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, b’miri għall-kisba tagħhom, skeda taż-żmien indikattiva u eżempji ta’ azzjonijiet previsti li jilħqu dawn l-għanijiet; | (c) strateġija xierqa li tidentifika l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti bl-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, b’miri għall-kisba tagħhom, skeda taż-żmien indikattiva u eżempji ta’ azzjonijiet previsti li jilħqu dawn l-għanijiet; din l-istrateġija għandha tiżgura, f’kull wieħed mill-Istati Membri, tqassim ġust u ekwu tal-fondi - allokati skont ir-Regolamenti Speċifiċi - fir-rigward ta’ kull wieħed mill-objettivi kif definiti fir-Regolamenti Speċifiċi; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Il-programmi nazzjonali kollha għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni, il-kontroll u l-verifika u jerfgħu r-responsabbiltajiet riżultanti stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni konġunta stipulati fir-Regolament Finanzjarju u dan ir-Regolament. Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali. | 1. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar u jerfgħu r-responsabbiltajiet riżultanti stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni konġunta stipulati fir-Regolament Finanzjarju. Skont il-metodu ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali u l-Kummissjoni tibqa' responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 TFUE. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tallinja l-formulazzjoni mar-Regolament Finanzjarju rivedut.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament inizjali, pagamenti tal-bilanċ annwali u l-pagament tal-bilanċ finali. | 2. Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament inizjali, prefinanzjament annwali, pagamenti tal-bilanċ annwali u l-pagament tal-bilanċ finali. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun garantit li l-finanzjament jitkompla, huwa neċessarju li jiġi previst ukoll prefinanzjament annwali.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 33 - titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Arranġamenti ta' prefinanzjament inizjali | Arranġamenti ta' prefinanzjament inizjali u annwali |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun żgurat li l-finanzjament jitkompla, huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-perjodi taż-żmien tal-pagamenti u jkun previst ukoll prefinanzjament annwali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali, ammont ta’ prefinanzjament inizjali għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu għandu jitħallas mill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta 4% tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat. Jista' jinqasam f'żewġ pagamenti skont id-disponibbiltà tal-baġit. | 1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali, ammont ta’ prefinanzjament inizjali għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu għandu jitħallas mill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta 6% tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat. Jista’ jinqasam f'żewġ pagamenti skont id-disponibbiltà tal-baġit fi żmien 6 xhur. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun żgurat li l-finanzjament jitkompla, huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-perjodi taż-żmien tal-pagamenti u jkun previst ukoll prefinanzjament annwali.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Għandu jitħallas ammont ta' prefinanzjament annwali ta' 5 % tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali kkonċernat qabel Frar ta' kull sena tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun żgurat li l-finanzjament jitkompla, huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-perjodi taż-żmien tal-pagamenti u jkun previst ukoll prefinanzjament annwali.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Jekk programm nazzjonali jiġi approvat fl-2015 jew iżjed tard, il-pagamenti akkont għandhom jitħallasu fis-sena tal-approvazzjoni. | 2. Wara l-ewwel sena mid-dħul fis-seħħ tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, il-pagamenti akkont għandhom jitħallsu sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali skont id-disponibilità tal-baġit u bil-kundizzjoni li l-istrutturi amministrattivi neċessarji huma stabbiliti. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun żgurat li l-finanzjament jitkompla, huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-perjodu taż-żmien għall-pagamenti u jkun previst ukoll prefinanzjament annwali.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenji stabbiliti fuq il-bażi li l-ammonti konnessi ma’ impenn li mhumiex koperti mill-prefinanzjament inizjali msemmi fl-Artikolu 33 jew talba għall-ħlas skont l-Artikolu 39 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara l-impenn tal-baġit għandhom jiġu diżimpenjati. | 1. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenji stabbiliti fuq il-bażi li l-ammonti konnessi ma’ impenn li mhumiex koperti mill-prefinanzjament inizjali msemmi fl-Artikolu 33 jew talba għall-ħlas skont l-Artikolu 39 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara l-impenn tal-baġit għandhom jiġu diżimpenjati. |
| Għall-finijiet tad-diżimpenn, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid wieħed minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mat-total tal-kontribuzzjoni annwali tal-2014 ma’ kull wieħed mill-impenji baġitarji mill-2015 sal-2020. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali għall-ISF u l-AMF jiġu adottati fl-2014. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet possibbli fl-ewwel sena tal-MFR, it-telf tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) relatati mal-ġestjoni kondiviża għandu jiġi evitat u r-regoli ta’ diżimpenn għandhom jiġu adottati. Bl-istess mod, id-diżimpenn għall-ewwel sena tal-MFR għandu jsir billi jiżdied wieħed minn kull sitta tal-impenn tal-baġit tal-2014 ma’ kull wieħed mill-impenji tal-baġit mill-2015 sal-2020.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn m’għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali relatat mat-total tal-kontribuzzjoni annwali tal-2014. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali għall-ISF u l-AMF jiġu adottati fl-2014. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet possibbli fl-ewwel sena tal-MFR, it-telf tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) relatati mal-ġestjoni kondiviża għandu jiġi evitat u r-regoli ta’ diżimpenn għandhom jiġu adottati. Bl-istess mod, id-diżimpenn għall-ewwel sena tal-MFR għandu jsir billi jiżdied wieħed minn kull sitta tal-impenn tal-baġit tal-2014 ma’ kull wieħed mill-impenji tal-baġit mill-2015 sal-2020.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Jekk l-ewwel impenn baġitarju annwali jkun relatat mat-total tal-kontribuzzjoni annwali tal-2015, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn m’għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali relatat mat-total tal-kontribuzzjoni annwali tal-2015. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi żżid għoxrin fil-mija tal-impenn baġitarju annwali relatat mat-total tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji baġitarji mill-2016 sal-2020. |
Ġustifikazzjoni
Fil-każ li l-ewwel impenn baġitarju jkun relatat mal-2015, u fid-dawl tad-diffikultajiet possibbli tal-ewwel sena tal-MFR, it-telf tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) relatati mal-ġestjoni komuni għandu jiġi evitat u r-regoli ta’ diżimpenn għandhom jiġu adottati. Bl-istess mod, id-diżimpenn għall-ewwel sena MFR għandu jsir billi jiżdied għoxrin fil-mija mill-impenn baġitarju tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji tal-baġit mill-2016 sal-2020.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk din tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji milħuqa bejn il-fondi tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri u l-effetti korrispondenti fuq l-Istati Membri tal-baġit tal-UE fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tal-programm ta’ Stokkolma. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 52 paragrafu 2(a) u (b), il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk din tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji milħuqa bejn il-fondi tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri u l-effetti korrispondenti fuq l-Istati Membri tal-baġit tal-UE fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tal-programm ta’ Stokkolma. |
PROĊEDURA
Titolu | Dispożizzjonijiet ġenerali - Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna | |||
Referenzi | COM(2011)0752 – C7-0444/2011 – 2011/0367(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Monika Hohlmeier 15.2.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 6.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 29 2 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Jürgen Klute, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer | |||
PROĊEDURA
Titolu | Dispożizzjonijiet ġenerali - Il-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna | |||
Referenzi | COM(2011)0752 – C7-0444/2011 – 2011/0367(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 15.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 15.12.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Lorenzo Fontana 9.2.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 20.3.2012 | 10.7.2012 | 11.10.2012 | 27.11.2012 |
| 9.1.2014 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 9.1.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 9 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Stanimir Ilchev, Ulrike Lunacek, Hubert Pirker, Zuzana Roithová, Joanna Senyszyn, Marie-Christine Vergiat | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Leonardo Domenici, Christian Engström, Enrique Guerrero Salom, Nadja Hirsch, Olle Ludvigsson | |||
Data tat-tressiq | 13.1.2014 | |||