Dokument ta' sessjoni
27.1.2014
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea.
( COM(2013)0192 – C7‑0097/2013 – 2013/0103(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Christofer Fjellner
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 56
PROĊEDURA 61
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea
( COM(2013)0192 – C7‑0097/2013 – 2013/0103(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2013)0192 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0097/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0053/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Wara r-reviżjoni, xi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti għandhom jiġu emendati sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà, jiġu previsti miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni, jitjiebu l-effettività u l-infurzar u tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni. Barra minn hekk, ċerti prattiki li fis-snin reċenti ġew applikati fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji għandhom jiġu inklużi fir-Regolamenti. | (3) Wara r-reviżjoni, xi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti għandhom jiġu emendati sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà, jiġu previsti miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi, jitjiebu l-effettività u l-infurzar u tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni. |
Ġustifikazzjoni
Kjarifika dwar min jista’ jibda ritaljazzjoni kontra l-UE.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji, il-partijiet li jiġu affettwati mill-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tal-anti-dumping u kompensatorji, b’mod partikolari l-importaturi, għandhom jiġu infurmati dwar l-impożizzjoni imminenti ta' tali miżuri. Iż-żmien mogħti għandu jikkorrispondi għall-perjodu bejn is-sottomissjoni tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-anti-dumping stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u lill-kumitat kontra s-sussidji stabbilit skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 u l-adozzjoni ta’ dak l-att mill-Kummisjsoni. Dan il-perjodu huwa stabbilit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Ukoll, f’investigazzjonijiet fejn ma jkunx xieraq li jiġu imposti miżuri proviżorji, huwa ideali li l-partijiet ikunu infurmati minn żmien kmieni biżżejjed b'tali nuqqas ta' impożizzjoni. | imħassar |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Sabiex jiżguraw miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq ir-Regolamenti mingħajr il-biża’ ta' ritaljazzjoni minn partijiet terzi. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, f’ċirkustanzi speċjali, jipprevedu l-bidu ta’ investigazzjoni mingħajr ma jkun wasal ilment, fejn ikun hemm evidenza biżżejjed tal-eżistenza ta’ dumping, sussidji kompensatorji, ħsara u kawżalità. Tali ċirkostanzi speċjali għandhom jinkludu theddida ta’ ritaljazzjoni. | (6) Sabiex jiżguraw miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq ir-Regolamenti mingħajr il-biża’ ta' ritaljazzjoni minn partijiet terzi. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, f’ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari fejn huma kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jipprevedu l-bidu ta’ investigazzjoni mingħajr ma jkun wasal ilment, fejn ikun hemm evidenza biżżejjed tal-eżistenza ta’ dumping, sussidji kompensatorji, ħsara u rabta kawżali. Tali ċirkostanzi speċjali għandhom jinkludu theddida ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Meta investigazzjoni ma tkunx inbdiet minn ilment, għandu jiġi impost obbligu fuq il-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għat-tkomplija tal-investigazzjoni, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni biżżejjed disponibbli għat-twettiq tal-investigazzjoni fil-każ li jkun hemm tali theddid ta’ ritaljazzjoni. | (7) Meta investigazzjoni ma tkunx inbdiet minn ilment, għandha ssir talba għal kooperazzjoni lill-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għat-tkomplija tal-investigazzjoni, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni biżżejjed disponibbli għat-twettiq tal-investigazzjoni fil-każ li jkun hemm tali theddid ta’ ritaljazzjoni. L-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapriżi għandhom jiġu eżentati minn dak l-obbligu sabiex jinħelsu minn piżijiet amministrattivi u spejjeż mhux raġonevoli. |
Ġustifikazzjoni
Dan ma jistax ikun “obbligu” għaliex ma hija prevista l-ebda sanzjoni . Għalhekk, ikun iżjed sensibbli li ssir referenza għal talba għall-kooperazzjoni, u jitħalla f’idejn il-produtturi tal-Unjoni jekk iwieġbux għaliha b’mod pożittiv jew le.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Sabiex tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni, id-dazji miġbura matul l-investigazzjoni għandhom jiġu rimborżati lill-importaturi, fejn il-miżuri ma jiġux estiżi wara l-konklużjoni ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza. Dan huwa xieraq minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet rikjesti għat-tkomplija tal-miżuri ma jidhrux li kienu jeżistu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. | imħassar |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattiki stabbiliti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament (inklużi l-erba' abbozzi ta' linji gwida dwar l-għażla ta' pajjiż analogu, dwar ir-reviżjonijiet tal-iskadenzi u t-tul ta' żmien tal-miżuri, dwar il-marġni tal-ħsara u dwar l-interess tal-Unjoni), għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni biss wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u għandu jirrifletti bis-sħiħ il-kontenut ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe reviżjoni li ssir mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għar-Regolament propost titqies fil-linji gwida li finalment jiġu adottati mill-Kummissjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Għal kuntrarju tal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni mhix parti mill-Konvenzjonijiet tal-ILO. Għalissa, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni rratifikaw biss il-Konvenzjonijiet "ewlenin" tal-ILO . Sabiex id-definizzjoni ta’ livell suffiċjenti ta’ standards soċjali bbażati fuq il-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1225/2009 tinżamm aġġornata, il-Kummissjoni se taġġorna dak l-Anness, permezz tal-atti ddelegati, hekk kif l-Istati Membri tal-Unjoni jkunu rratifikaw Konvenzjonijiet oħra ta’ "prijorità" tal-ILO. |
Ġustifikazzjoni
Il-punt ta' riferiment għad-determinazzjoni ta' ''livell suffiċjenti ta' standards soċjali'' huwa bbażat fuq il-Konvenzjonijiet tal-ILO. Dan huwa konsistenti mal-approċċ li l-UE kienet qed tuża wkoll fil-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, u fl-iskema GSP+. Madankollu, billi l-Istati Membri, u mhux l-UE, huma parti mill-Konvenzjonijiet tal-ILO, huwa importanti li jiġi żgurat, għall-iskop ta' konsistenza, li l-Istati Membri kollha rratifikaw dawk il-konvenzjonijiet sabiex jiġi identifikat denominatur komuni minimu li jista' jintuża għall-punt ta' riferiment. Għalissa, dan id-denominatur komuni minimu huwa rrappreżentat mill-Konvenzjonijiet "Ewlenin" tal-ILO; iżda, hekk kif l-Istati Membri kollha jkunu rratifikaw Konvenzjonijiet oħra tal-ILO, b'mod partikolari l-Konvenzjonijiet ta' "Prijorità" tal-ILO, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-punt ta' riferiment skont dan id-denominatur komuni minimu ġdid.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, għandhom diffikultajiet biex jaċċedu għall-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ minħabba l-kumplessità tal-proċeduri u l-ispejjeż għoljin relatati magħhom. L-aċċess tal-SMEs għall-istrument għandu jiġi ffaċilitat billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Help Desk tal-SMEs, li għandha tappoġġja lill-SMEs biex iressqu l-ilmenti u biex jilħqu l-limiti meħtieġa għat-tnedija tal-investigazzjonijiet. Il-proċeduri amministrattivi dwar il-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ għandhom ukoll jiġu adattati aħjar għar-restrizzjonijiet tal-SMEs. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12b) F'każijiet ta' anti-dumping, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet ta' kontra s-sussidji, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 10 xhur mill-bidu tal-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti biss matul perjodu li jibda 60 jum wara l-bidu tal-proċedimenti sa sitt xhur wara l-bidu tal-proċedimenti. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12c) L-elementi mhux kunfidenzjali ta' impenji mressqa lill-Kummissjoni għandhom jiġu żvelati aħjar lill-partijiet interessati, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-konsultazzjoni mal-industrija tal-Unjoni għandha ssir obbligu tal-Kummissjoni qabel taċċetta kwalunkwe offerta ta' impenn. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18a) Ir-rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u r-Regolament (KE) Nru 597/2009, jippermetti monitoraġġ regolari u f'waqtu tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ bħala parti mit-twaqqif ta' djalogu interistituzzjonali strutturat dwar din il-kwistjoni. Il-pubblikazzjoni ta' dak ir-rapport, sitt xhur wara l-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tiżgura t-trasparenza tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ għall-partijiet interessati u għall-pubbliku. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18b) Il-Kummissjoni għandha tiżgura aktar trasparenza fir-rigward tal-proċedimenti, il-proċeduri interni u r-riżultati tal-investigazzjonijiet, u l-fajls kollha mhux kunfidenzjali għandhom ikunu aċċessibbli lill-partijiet interessati permezz ta’ pjattaforma fuq l-internet. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18c) Il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-bidu ta' kwalunkwe investigazzjoni u l-iżviluppi relatati ma' dawk l-investigazzjonijiet. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 18d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18d) Meta l-għadd ta' produtturi fl-Unjoni tant ikun kbir li jkollu jittieħed kampjun, il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tagħżel kampjun ta' produtturi, tqis bis-sħiħ il-proporzjon tal-SMEs fil-kampjun, b'mod partikolari fil-każ ta' setturi industrijali diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Titolu
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea |
| (Din l-emenda tapplika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 kollu) |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Il-pajjiżi terzi jinterferixxu dejjem aktar fil-kummerċ għall-benefiċċju tal-produtturi domestiċi, pereżempju billi jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew billi jużaw skemi ta’ pprezzar doppju. Tali interferenzi joħolqu tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss issirilhom il-ħsara mid-dumping, iżda meta mqabbla mal-produtturi minn pajjiżi terzi involuti f’tali prattiki, jiġu affettwati wkoll minn tgħawwiġ addizzjonali fil-kummerċ. Id-differenzi fil-livell tal-istandards tax-xogħol u ambjentali jistgħu jirriżultaw ukoll f’tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika f’dawn il-każijiet, fejn il-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali. Livell suffiċjenti huwa ddefinit mir-ratifika tal-Konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (MEAs) li l-Unjoni hija parti minnhom. L-SMEs jiġu affettwati b’mod partikolari minn kompetizzjoni inġusta billi d-daqs żgħir tagħhom ma jħallihomx jadattaw għaliha. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika meta l-ilment ikun ġie ppreżentat f’isem settur magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn SMEs. Ir-regola tal-inqas dazju għandha madankollu tapplika dejjem meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex is-sħab kummerċjali tal-UE jiġu skoraġġiti milli jinvolvu ruħhom fi prattiki li joħolqu tgħawwiġ strutturali fil-kummerċ, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika f’dawk il-każijiet, fejn il-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali jew fejn l-ilmentaturi jkunu SMEs. Għandha tapplika dejjem, madankollu, meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku u l-għanijiet leġittimi tal-iżvilupp.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt -1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1b. Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: |
| "L-użu ta’ kwalunkwe prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tiegħu, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt dan ir-Regolament u għandu jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." |
Ġustifikazzjoni
F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u l-prattiki internazzjonali, l-UE għandha tapplika l-istrument tal-anti-dumping anke għal oġġetti maħsuba biex jintużaw fil-Blata Kontinentali jew fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istati Membri tagħha.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 1 – paragrafu 4a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1c. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "4a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, materja prima tfisser id-dħul ta’ prodott speċifiku li għandu impatt determinanti fuq il-kost tal-produzzjoni tiegħu." |
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li jingħataw elementi ta' definizzjoni sabiex ikun iċċarat xi tfisser“materja prima” għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Din tinkludi l-enerġija, il-materjal kif ukoll kull tip ta’ element ieħor li jikkorrispondi għall-kriterji msemmija.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 1 – paragrafu 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1d. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "4b. Għandu jitqies li materja prima tkun soġġetta għal tgħawwiġ strutturali meta l-prezz tagħha ma jkunx biss riżultat ta’ operat normali tal-forzi tas-suq li jirrifletti l-offerta u d-domanda. Tali tgħawwiġ ikun ir-riżultat ta’ interferenza min-naħa ta’ pajjiżi terzi li jinkludu, fost l-oħrajn, taxxi fuq l-esportazzjoni, restrizzjonijiet għall-esportazzjoni, kif ukoll skemi ta’ pprezzar doppju." |
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jingħataw elementi ta’ definizzjoni tat-terminu “tgħawwiġ strutturali”, minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju. It-tieni sentenza tindika tipi ta’ tgħawwiġ attwali, filwaqt li tippermetti marġni ta’ manuvra lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tqis tipi ġodda ta’ tgħawwiġ li jikkorrispondu ma’ din id-definizzjoni li jistgħu jitfaċċaw fil-futur.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "1a. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), fil-kuntest ta’ każijiet ta’ anti-dumping, permezz ta’ Help Desk tal-SMEs. |
| Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dumping u sussidji kompensatorji u ta' ħsara. |
| Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji. |
| Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata. |
| Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 5(6). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa. |
| Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' dumping jew tas-sussidji kompensatorji, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 14(6). |
| Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji ta' anti-dumping imħallsa." |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Fl-Artikolu 5(4), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: |
| "Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kummissjoni għandha tassisti biex jintlaħqu dawk il-limiti permezz tal-appoġġ tal-Help Desk tal-SMEs." |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 1c. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: |
6. Jekk f'ċirkustanzi speċjali, jkun deċiż li tinbeda investigazzjoni mingħajr ma jkun ġie riċevut ilment miktub minn jew għan-nom ta' l-industrija Komunitarja għall-bidu ta' investigazzjoni bħal din, dan għandu jsir fuq il-bażi ta' biżżejjed evidenza ta' bejgħ taħt il-prezz, ħsara u rabta każwali, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex tiġi ġġustifikata inizjazzjoni bħal din. | "6. Jekk f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tinbeda investigazzjoni mingħajr ma jkun ġie riċevut ilment miktub minn jew għan-nom tal-industrija tal-Unjoni għall-bidu ta' investigazzjoni bħal din, dan għandu jsir fuq il-bażi ta' biżżejjed evidenza ta' dumping, l-eżistenza ta' sussidji kompensatorji, ħsara u rabta kawżali, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex tiġi ġġustifikata inizjazzjoni bħal din." |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 6 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1d. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej: |
9. Għall-proċeduri mibdija skond l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom fil-każijiet kollha jiġu konklużi fi żmien 15-il xahar mill-bidu, skond is-sejbiet magħmula skond l-Artikolu 8 għall-attivitajiet jew is-sejbiet magħmula skond l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. | "9. Għall-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien disa' xhur. Fi kwalunkwe każ, tali investigazzjoni għandha fil-każijiet kollha tiġi konkluża fi żmien sena mill-bidu, skont is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja." |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 6 – paragrafu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma obbligati li jikkooperaw fil-proċedimenti li jkunu nbdew skont l-Artikolu 5(6). | Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, bl-eċċezzjoni ta' produtturi tal-Unjoni żgħar u ta’ daqs mikro huma mitluba li jikkooperaw fil-proċedimenti li jkunu nbdew skont l-Artikolu 5(6). |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 6 – paragrafu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 6 – paragrafu 10b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10b. Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. |
Ġustifikazzjoni
Għandha titjieb it-trasparenza, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-fiduċja tal-produtturi u tal-konsumaturi fl-istrument, u tinżamm il-leġittimità tiegħu.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 6 – punt 10c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10c. Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-SMEs fil-proċedimenti, u sabiex jitjieb il-livell ta' kooperazzjoni, il-kwestjonarji għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 7 – paragrafu 1 – l-ewwel u t-tieni sentenza
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
1. Dazji proviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu inbdew proċeduri skond l-Artikolu 5, jekk notifikazzjoni ġiet mogħtija b’dak l-effett u l-partijiet interessati ġew mogħtija biżżejjed opportunitajiet biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skond l-Artikolu 5(10), jekk jiġi determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u tkun saret ħsara konsegwenti lill-industrija Komunitarja, u jekk l-interess Komunitarju jirrikjedi intervenzjoni biex tiġi pprevenuta ħsara bħal din. Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 ġurnata mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-proċeduri. | 1. Dazji proviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċeduri skont l-Artikolu 5, jekk notifikazzjoni ġiet mogħtija b’dak l-effett u l-partijiet interessati ġew mogħtija biżżejjed opportunitajiet biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk jiġi determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u tkun saret ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi evitata ħsara bħal din. Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 ġurnata mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex titjieb il-prevedibbiltà, l-investigazzjonijiet li jwasslu għal miżuri proviżorji għandhom jitqassru minn disgħa għal sebgħa.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) fil-paragrafu 1, tiddaħħal is-sentenza li ġejja: | imħassar |
"Id-dażji proviżorji ma għandhomx jiġu applikati f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 19a. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara." |
|
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-ammont tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping kif stabbilit b’mod proviżorju. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ struttrali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, dan għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni. | L-ammont tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping kif stabbilit b’mod proviżorju, iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dazju inqas bħal dan ikun adatt biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
| Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin: |
| (a) jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenza sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, il-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur; |
| (b) il-pajjiż esportatur m’għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-Unjoni tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia; |
| (c) l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs; |
| (d) l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet tal-inqas b’mod proviżorju li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. |
| Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. |
| __________ |
| * Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008. |
Ġustifikazzjoni
Ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika fil-każijiet tal-anti-dumping meta jiġi stabbilit li l-pajjiż esportatur jinvolvi ruħu fi prattiki li jgħawġu b’mod sinifikanti l-kors regolari tal-kummerċ, meta l-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali jew fejn l-ilmentaturi huma SMEs. Għandha tapplika dejjem, madankollu, meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku tiegħu u l-għanijiet leġittimi tal-iżvilupp.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 3a. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: |
1. Bil-kondizzjoni li jkun ġie determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista' taċċetta offerti ta' garanziji volontarji sodisfaċenti sottomessi minn esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' prezzijiet bid-dumping, jekk, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun sodisfatta li b'hekk jiġi eliminat l-effett ta' ħsara li jġib miegħu d-dumping. F'każ bħal dan u sakemm jibqu jseħħu dawk il-garanziji, id-dażji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skond l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott in kwistjoni manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta garanziji, kif sussegwentement emendata. Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawn il-garanziji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġini tad-dumping u għandhom ikunu anqas mill-marġni tad-dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija Komunitarja. | "1. Bil-kondizzjoni li jkun ġie determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti sottomessi minn esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta’ prezzijiet bid-dumping wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, sakemm dawn l-offerti jeliminaw b’mod effettiv l-effett ta’ ħsara li jġib miegħu d-dumping. F'każ bħal dan u sakemm jibqgħu jseħħu dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott inkwistjoni manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta garanziji, kif sussegwentement emendata. Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni tad-dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, sakemm il-Kummissjoni, fl-impożizzjoni ta' dazji proviżorji jew definiti, ma tkunx iddeċidiet li dan l-inqas dazju ma għandux jiġi applikat." |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 8 – paragrafu 4
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 3b. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: |
4. Partijiet li joffru attività għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali ta' attività bħal din, sabiex ikun jista’ jiġi magħmul disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni. | "4. Partijiet li joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' impenn bħal dan, sabiex ikun jista’ jiġi magħmul disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-partijiet għandhom ikunu mitluba jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 19. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-impenn. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex titjieb it-trasparenza dwar l-impenji fuq il-prezz, l-informazzjoni għandha tinqasam mal-partijiet interessati fl-Unjoni u mal-kumpaniji li huma soġġetti għall-miżuri.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 4 – punt b
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 9 – paragrafu 4 – l-aħħar sentenza
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-ammont tad-dazju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping stabbilit. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, dan għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni. | L-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan l-inqas dazju ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
| Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin: |
| (a) jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenzi sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, l-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur; |
| (b) il-pajjiż esportatur m'għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-UE tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia; |
| (b) l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; |
| (c) l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esporaturi tal-prodott ikkonċernat. |
| Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012. |
Ġustifikazzjoni
Ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika fil-każijiet tal-anti-dumping meta jiġi stabbilit li l-pajjiż esportatur jinvolvi ruħu fi prattiki li jgħawġu b’mod sinifikanti l-kors regolari tal-kummerċ, meta l-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali jew fejn l-ilmentaturi huma SMEs. Għandha tapplika dejjem, madankollu, meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku tiegħu u l-għanijiet leġittimi tal-iżvilupp.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
2. Miżura definittiva kontra d-dumping għandha tiskadi ħames snin wara l-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni ta' l-iktar reviżjoni riċenti li kopriet kemm id-dumping kif ukoll il-ħsara, sakemm ma jiġix stabbilit f'reviżjoni li d-data ta' skadenza kienet x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Reviżjoni ta' skadenza bħal din għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew għan-nom ta', produtturi Komunitarji, u l-miżura għandha tibqa’ infurzata fl-istennija tar-riżultat ta' reviżjoni bħal din. | 2. Miżura definittiva kontra d-dumping għandha tiskadi ħames snin wara l-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni tal-iktar reviżjoni riċenti li kopriet kemm id-dumping kif ukoll il-ħsara, sakemm ma jiġix stabbilit f'reviżjoni li d-data ta' skadenza kienet x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Reviżjoni ta' skadenza bħal din għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew għan-nom ta', produtturi Komunitarji, u l-miżura għandha tibqa’ infurzata fl-istennija tar-riżultat ta' reviżjoni bħal din. |
Reviżjoni ta' skadenza għandha tinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri kienu x'aktarx jirriżultaw f'kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Probabbiltà bħal din tista’, per eżempju, tiġi indikata b'evidenza ta' bejgħ taħt il-prezz u ħsara kontinwa jew evidenza li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjali jew ikkawżata biss mill-eżistenza ta' miżuri jew evidenza li ċ-ċirkustanzi ta' l-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li kienu jindikaw il-probabbilità ta' aktar dumping b'dannu. | Reviżjoni ta' skadenza għandha tinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri kienu x'aktarx jirriżultaw f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara. Probabbiltà bħal din tista’, pereżempju, tiġi indikata b'evidenza ta' dumping u ħsara kontinwa jew evidenza li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjali jew ikkawżata biss mill-eżistenza ta' miżuri jew evidenza li ċ-ċirkustanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li kienu jindikaw il-probabbilità ta' aktar dumping b'dannu. Din il-probabbilità tista’ tkun appoġġjata wkoll permezz tal-persistenza ta’ indħil min-naħa tal-Istati. |
Fit-twettiq ta' l-investigazzjonijiet taħt dan il-paragrafu l-esportaturi, l-importaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ta' esportazzjoni u l-produtturi tal-Komunità għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li jamplifikaw, jopponu jew jikkummentaw fuq il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba tar-reviżjoni, u għandhom isiru konklużjonijiet, filwaqt li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għall-evidenza rilevanti u dokumentata ppreżentata fejn għandha x'taqsam il-kwistjoni dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara. | Fit-twettiq tal-investigazzjonijiet taħt dan il-paragrafu, l-esportaturi, l-importaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni u l-produtturi tal-Komunità għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li jamplifikaw, jopponu jew jikkummentaw fuq il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba tar-reviżjoni, u għandhom isiru konklużjonijiet, filwaqt li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għall-evidenza rilevanti u dokumentata ppreżentata fejn għandha x’taqsam il-kwistjoni dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara. |
Notifika ta' l-iskadenza pendenti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xieraq fis-sena tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri finali kif definiti f'dan il-paragrafu. Minn hemm, il-produtturi tal-Komunità għandhom, mhux iktar tard minn tlett xhur qabel l-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin, ikunu intitolati li jagħmlu talba ta' reviżjoni skond it-tieni sub-paragrafu. Notifika li tħabbar l-iskadenza attwali tal-miżuri skond dan il-paragrafu għandha wkoll tiġi ppubblikata. |
|
Ġustifikazzjoni
Il-persistenza ta’ tgħawwiġ strutturali għandha tikkostitwixxi element ta’ prova addizzjonali tat-titwil tal-miżuri.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5 – punt a
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 11 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: | imħassar |
“Jekk wara investigazzjoni skont il-paragrafu 2 il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur mid-data tal-bidu ta’ tali investigazzjoni għandu jitħallas lura sakemm dan ikun rikjest mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u mogħti minn dawk l-awtoritajiet skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-ħlas lura u l-ħelsien tad-dazju. Tali ħlas lura ma jwassalx għall-ħlas tal-imgħax mill-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonċernati.” |
|
Ġustifikazzjoni
Sabiex jinżamm il-bilanċ tal-istrument, din il-forma ġdida ta' rimborż, forma burokratika u kumplessa, mhix mixtieqa.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 14 – paragrafu 3
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 6a. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: |
3. Disposizzjonijiet speċjali, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' oriġini, kif jinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat- 12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [6] jistgħu jiġu adottati skond dan ir-Regolament. | "3. Dispożizzjonijiet speċjali, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' oriġini, kif jinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi evitata l-evażjoni tal-miżuri anti-dumping, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ għandu jiġi allinjat totalment mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 14 – paragrafu 5
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 6b. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: |
5. Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' reġistrazzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija Komunitarja li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandu jispeċifika l-iskop ta' l-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħmula soġġetti għal reġistrazzjoni ta' perjodu itwal minn disa xhur. | "5. Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' reġistrazzjoni bħal din. |
| L-importazzjonijiet għandhom isiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni. |
| L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din |
| Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandha tispeċifika l-iskop ta' l-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jittaffa' r-riskju tal-ħażniet kbar, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għandha sseħħ wara s-sottomissjoni ta’ kwalunkwe talba ġustifikata, u mid-data tal-bidu meta l-ilment jiġġustifika dan. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà wkoll tordna r-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 14 – paragrafu 6
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 6c. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: |
6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar, bil-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta' dazji miġbura skond dan id-Regolament. | ‘6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar, bil-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta' dazji miġbura skont dan id-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ittejjeb it-trasparenza, il-Kummissjoni għandha taqsam l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 6d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 14 – paragrafu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6d. Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 17 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"1. F'każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni, it-tipi ta' prodott jew it-tranżazzjonijiet huwa kbir, l-investigazzjoni tista' tiġi limitata għal għadd raġjonevoli ta' partijiet, prodotti, jew tranżazzjonijiet bl-użu ta' kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b'mod raġjonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli.” | “1. F’każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni li jikkooperaw fl-investigazzjoni bil-kunsens tagħhom, it-tipi ta’ prodott jew it-tranżazzjonijiet huwa kbir, l-investigazzjoni tista’ tiġi limitata għal għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti, jew tranżazzjonijiet bl-użu ta’ kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b’mod raġonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi żgurata informazzjoni aħjar, it-teħid ta' kampjuni għandu jinkludi kemm dawk li jagħmlu l-ilmenti u kemm dawk li m'għamlux.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 19a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. It-tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji. It-tali informazzjoni għandha tinkludi: | imħassar |
(a) sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u |
|
(b) dettalji tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 19. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. |
|
Ġustifikazzjoni
L-iżvelar minn qabel tal-informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji jżid ir-riskju ta’ iżjed politiċizzazzjoni tal-proċediment. L-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandhom jitwettqu fuq bażi teknika u għandhom jitnaqqsu l-opportunitajiet għal-lobbying.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 21 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. L-Artikolu 21(2) jinbidel b’dan li ġej: | imħassar |
‘2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fi żmien il-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni tal-anti-dumping, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din, jew ġabriet fil-qosor xierqa, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra speċifikati f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal informazzjoni bħal din.” |
|
Ġustifikazzjoni
Il-prattika attwali tal-Kummissjoni dwar dan l-aspett tat-test tal-interess tal-Unjoni m’għandhiex tiġi modifikata
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9c. il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 22: |
| "1a. Hekk kif l-Istati Membri kollha jkunu rratifikaw il-Konvenzjonijiet il-ġodda tal-ILO, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness Ia skont dan, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 290 TFUE." |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Artikolu 22a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9b. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 22a |
| Rapport |
| 1. Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
| 2. Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni. |
| 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." |
Ġustifikazzjoni
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 9c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1225/2009
Anness Ia (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 9c. Jiżdied l-Anness li ġej: |
| “Anness Ia |
| Il-Konvenzjonijiet tal-ILO imsemmija fl-Artikoli 7, 8, 9 |
| 1. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju, Nru 29 (1930) |
| 2. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948) |
| 3. Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949) |
| 4. Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Ugwali, Nru 100 (1951) |
| 5. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957) |
| 6. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward ta’ Impjiegi u Xogħol, Nru 111 (1958) |
| 7. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għal Dħul f’Impjieg, Nru 138 (1973) |
| 8. Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol minn Minorenni, Nru 182 (1999)" |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Titolu
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal- 11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. |
| (Din l-emenda tapplika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 kollu.) |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1a. Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja: |
| "(9a) Fl-Unjoni, is-sussidji kompensatorji, bħala regola ġenerali, huma pprojbiti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, is-sussidji kompensatorji mogħtija minn pajjiżi terzi jgħawġu partikolarment il-kummerċ. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat awtorizzat mill-Kummissjoni tnaqqas ħafna tul iż-żmien. Għall-istrumenti kontra s-sussidji, ir-regola tal-inqas dazju għalhekk ma għandhiex tiġi applikata aktar għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew pajjiżi involuti fis-sussidjar." |
Ġustifikazzjoni
Sabiex is-sħab kummerċjali tal-UE jiġu skoraġġiti milli jinvolvu ruħhom fi prattiki ta' sussidjar, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika f’dawk il-każijiet. Il-Premessa 9 tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni trid tiġi trasferita fir-Regolament Bażiku ta’ kontra s-sussidju.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1b. Fl-Artikolu 1(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
| "L-użu ta’ kwalunkwe prodott sussidjat f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tagħha, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt ir-Regolament preżenti u jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." |
Ġustifikazzjoni
F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u l-prattiki internazzjonali, l-UE għandha tapplika l-istrument ta’ kontra s-sussidji anke għal oġġetti maħsuba biex jintużaw fil-Blata Kontinentali jew fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istati Membri tagħha.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 10 – paragrafu 8
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 1a. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej: |
8. Jekk, f’ċirkostanzi speċjali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Komunità sabiex tinbeda din l-investigazzjoni, din għandha ssir fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens, danni u rabta kawżali, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun ġustifikat dan il-bidu. | "8. Jekk, f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Unjoni sabiex tinbeda din l-investigazzjoni, din għandha ssir fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens, danni u rabta kawżali, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun ġustifikat dan il-bidu." |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"11. Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma obbligati li jikkooperaw fil-proċedimenti li jkunu nbdew skont l-Artikolu 10(8)." | imħassar |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 9
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
9. Għal proċeduri li jinbdew bis-saħħa tal-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena, kull meta dan ikun possibbli. F’kull każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il-xahar mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 13 għal obbligi u sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. | 9. Għal proċeduri li jinbdew bis-saħħa tal-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien disa' xhur, kull meta dan ikun possibbli. F’kull każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 10 xhur mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 13 għal impenji u sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 11a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11a. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, fil-kuntest ta' każijiet ta' anti-dumping, permezz tal-Help Desk tal-SMEs. |
| Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dumping/dazji kompensatorji u ta' ħsara. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji. |
| Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata. |
| Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 10(8). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa. |
| Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' dumping jew tas-sussidji kompensatorji, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 24(6). |
| Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji ta' anti-dumping imħallsa." |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 11b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. |
Ġustifikazzjoni
Għandha titjieb it-trasparenza, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-fiduċja tal-produtturi u tal-konsumaturi fl-istrument, u tinżamm il-leġittimità tiegħu .
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 11c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11c. Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. |
Ġustifikazzjoni
Għandha titjieb it-trasparenza, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-fiduċja tal-produtturi u tal-konsumaturi fl-istrument, u tinżamm il-leġittimità tiegħu .
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 11 – paragrafu 11d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11d. Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-SMEs fil-proċedimenti, u sabiex jitjieb il-livell ta' kooperazzjoni, il-kwestjonarji għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3 – punt -a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (-a) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: |
"Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 jum mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-proċeduri." | “Id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar kmieni minn 60 jum mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri." |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) is-subparagrafu jiddaħħal fl-aħħar: | imħassar |
"Id-dazji proviżorji ma għandhomx jiġu imposti f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 29b. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara." |
|
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 3a. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: |
1. Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ garanziji sodisfaċenti volontarji li taħthom: | "1. Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji li taħthom: |
(a) il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew | (a) il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew |
(b) xi esportatur jintrabat li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni sakemm dawn l-esportazzjonijiet jibbenefikaw minn sussidji ta’ kumpens, sabiex il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun sodisfatta li l-effett dannuż tas-sussidji jkun b’hekk eliminat. | (b) xi esportatur jintrabat li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni sakemm dawn l-esportazzjonijiet jibbenefikaw minn sussidji ta’ kumpens, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun iddeterminat li l-effett ta’ ħsara tas-sussidji jkun b’hekk eliminat. |
F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u f’kull emenda sussegwenti ta’ dik id-deċiżjoni. | F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u f’kull emenda sussegwenti ta’ dik id-deċiżjoni. |
Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawk l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli hu neċessarju biex ipaċu l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens jekk dawn iż-żidiet ikunu biżżejjed biex ineħħu l-ħsara lill-industrija tal-Komunità. | Ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika għall-prezzijiet li ntlaħaq ftehim dwarhom taħt dawn l-impenji fil-qafas tal-proċeduri ta’ kontra s-sussidji." |
Ġustifikazzjoni
L-impenji jiġu aċċettati biss jekk jeliminaw b’mod effettiv l-effett ta’ ħsara li jġib miegħu s-sussidju. Barra minn hekk, b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet l-oħra dwar ir-regola tal-inqas dazju, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika fil-proċeduri ta’ kontra s-sussidju.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 3b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 13 – paragrafu 4
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 3b. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: |
4. Il-partijiet illi joffru impenn għandhom ikunu mistennija li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dak l-impenn, sabiex din tkun tista’ tingħata lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni. | "4. Il-partijiet illi joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' dak l-impenn, sabiex din tkun tista’ tingħata lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-partijiet għandhom jintalbu jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 29. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin ta' dak l-impenn. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 6 – punt a
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 7a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: | imħassar |
"Jekk wara investigazzjoni skont l-Artikolu 18, il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur wara d-data tal-bidu tat-tali investigazzjoni għandu jiġi rimborżat. Ir-rimborż għandu jintalab mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli tal-Unjoni." |
|
Ġustifikazzjoni
Sabiex jinżamm il-bilanċ tal-istrument, din il-forma ġdida ta' rimborż, forma burokratika u kumplessa, mhix mixtieqa.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 24 – paragrafu 3
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 7a. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: |
3. Dispożizzjonijiet speċjali, partikolarment dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif jinstab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat- 12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4], jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. | "3. Dispożizzjonijiet speċjali, partikolarment dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif jinstab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi evitata l-evażjoni tal-miżuri kontra s-sussidji, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ għandu jiġi allinjat totalment mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 24 – paragrafu 5
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 7b. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: |
5. Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. | "5. Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex, pereżempju, il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. |
L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Komunità li jkun fiha provi suffiċjenti li tiġġustifika dik l-azzjoni. | L-importazzjonijiet għandhom jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha provi suffiċjenti li tiġġustifika dik l-azzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni. |
| L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. |
Ir-registrazzjoni għandha tiddaħħal b’Regolament li għandu jispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk ikun approprjat, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura possibbli. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur. | Ir-registrazzjoni għandha tiddaħħal b’Regolament li għandu jispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk ikun approprjat, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura possibbli. L-importazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jittaffa' r-riskju tal-ħażniet kbar, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għandha sseħħ wara s-sottomissjoni ta’ kwalunkwe talba ġustifikata, u mid-data tal-bidu meta l-ilment jiġġustifika dan. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà wkoll tordna r-reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 24 – paragrafu 6
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| 7c. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: |
6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport kull xahar lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. | ’6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport kull xahar lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti." |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 7d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 24 – paragrafu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 7d. Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 8
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Fl-Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: | 8. Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: |
"1. Fil-każi fejn in-numru ta’ dawk li jagħmlu l-ilmenti, l-esportaturi jew l-importaturi, it-tipi ta’ prodotti jew it-transazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tkun limitata għal: | "1. Fil-każi fejn in-numru ta’ dawk li jagħmlu l-ilmenti, l-esportaturi jew l-importaturi, li jikkooperaw fl-investigazzjoni, jew it-tipi ta’ prodotti jew it-transazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tkun limitata għal: |
| (a) għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew tranżazzjonijiet billi jintużaw kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla; jew |
| (b) l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ jew tal-esportazzjoni li b'mod raġonevoli jista’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli. |
| Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tiġi żgurata informazzjoni aħjar, it-teħid ta' kampjuni għandu jinkludi kemm dawk li jagħmlu l-ilmenti u kemm dawk li m'għamlux.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 9
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 29b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. Wara l-Artikolu 29, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: | imħassar |
"Artikolu 29b |
|
Informazzjoni dwar il-miżuri proviżorji |
|
1. Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. It-tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji. |
|
It-tali informazzjoni għandha tinkludi: |
|
(a) sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u |
|
(b) dettalji tal-kalkolu tal-marġni tas-sussidji u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 29. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. |
|
2. Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji." |
|
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 10
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 31 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
10. L-Artikolu 31(2) jinbidel b’dan li ġej: | imħassar |
"2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni kompensatorja, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni, jew is-sommarji tagħha kif xieraq, għandhom ikunu disponibbli lill-partijiet l-oħra kif speċifikat f’dan il-paragrafu, u huma għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni." |
|
Ġustifikazzjoni
Il-prattika attwali tal-Kummissjoni dwar dan l-aspett tat-test tal-interess tal-Unjoni m’għandhiex tiġi modifikata.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 10a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 597/2009
Artikolu 33a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10a. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 33a |
| Rapport |
| 1. Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
| 2. Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni. |
| 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
| Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u mar-Regolament (KE) Nru 597/2009 sa ...*. |
| ____________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li timmodernizza kemm ir-regolament tal-anti-dumping u kemm dawk ta' kontra s-sussidji, tinkludi erba' bidliet prinċipali: it-tneħħija tar-regola tal-inqas dazju f'każijiet ta' anti-dumping fejn hemm tgħawwiġ strutturali tal-materja prima u fil-każijiet kollha ta' kontra s-sussidji, l-obbligu għall-produtturi tal-Unjoni biex jikkooperaw f'investigazzjonijiet ex-officio, ir-rimborż ta' dazji miġbura matul reviżjonijiet ta' skadenza, u n-notifika ta' ġimagħtejn qabel id-dazji proviżorji huma introdotti, ħafna drabi riferuta bħala l-klawsola ta' kunsinna. Ir-raġunament tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq tliet objettivi: sabiex tiżdied l-effettività tal-istrumenti, titnaqqas it-theddida ta' ritaljazzjoni minn pajjiż terz, u tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà. Ir-Rapporteur jilqa' dawn it-tliet objettivi u jemmen li dawn għandhom jiġu kkombinati sabiex tinżamm il-fiduċja pubblika fl-istrumenti. Għalhekk, ir-Rapporteur jixtieq li jenfasizza l-qofol tal-Abbozz ta' Rapport billi jqajjem il-mistoqsijiet ta' hawn taħt.
Sa liema punt il-proposta tal-Kummissjoni tiżgura l-użu effettiv tal-istrumenti?
Ir-Rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-effettività hija fundamentali sabiex jiġi żgurat li l-istrument jaqdi l-għan tiegħu: biex jimpedixxi ħsara minn dumping u sussidjar illegali. Rigward l-effettività, il-Kummissjoni sostniet li r-rimborż tad-dazji miġbura taħt reviżjonijiet ta' skadenza u t-tneħħija parzjali tar-regola tad-dazju inferjuri huma kruċjali.
Rimborż ta' dazji miġbura taħt reviżjonijiet ta' skadenza
Il-Kummissjoni tipproponi r-rimborż ta' dazji miġbura taħt reviżjonijiet ta' skadenza, jekk ikun hemm provi li dumping jew sussidjar ikun ġie terminat, fejn issostni li dan jiżgura l-effettività. Madankollu, wieħed ta' min jistaqsi kif insiltet din il-konklużjoni. Wieħed jista' jargumenta li r-rimborż propost mhuwiex neċessarju, billi proċedura ta' rifużjoni diġà hija preżenti fir-regolamenti. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li dan il-paragrafu jitħassar.
Tneħħija parzjali tar-regola tal-inqas dazju
Il-Kummissjoni tipproponi li titneħħa r-regola tal-inqas dazju f'każijiet ta' anti-dumping, fejn jinstab tgħawwiġ strutturali tal-materja prima, u fil-każijiet kollha ta' kontra s-sussidji, fejn issostni li din it-tneħħija se ttejjeb l-effettività tal-istrumenti. Madankollu, għal darb'oħra huwa diffiċli sabiex jiġi aċċertat minn fejn ġejja din il-konklużjoni. B'konformità mad-WTO, id-dumping minnu nnifsu mhuwiex illegali, iżda dumping dannuż huwa llegali. Għalhekk, ir-regola tad-dazju inferjuri tiżgura t-tneħħija tal-ħsara kkawżata fuq il-produtturi tal-Unjoni, u hemm dubju jekk tariffi ogħla jagħtux spinta lill-effettività. Id-deterrenza tista' tkun il-motivazzjoni wara l-bidla proposta, iżda wieħed għandu jżomm f'moħħu l-effetti potenzjali. B'kunsiderazzjoni tal-katina ta' valur ħafna aktar globalizzata tal-lum, fejn aktar minn 50 fil-mija tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni jikkonsistu fi prodotti intermedji, il-livell ta' dazju miżjud mhux biss se jżomm prodotti ta' dumping u sussidjati minn pajjiżi terzi barra mis-suq tal-UE, iżda jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-aċċess tal-Unjoni għall-prodotti intermedji użati fl-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, meta t-tariffi jiżdiedu għal-livell lil hinn minn dak neċessarju għat-tiswija tad-dannu, jiġu affettwati wkoll l-esportazzjonijiet tal-Unjoni, esportazzjonijiet li jiggarantixxu t-tkabbir ekonomiku.
Barra minn hekk, in-nuqqas ta' definizzjoni preċiża ta' tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jista' jkun problematiku. S'issa, il-Kummissjoni ma ppreżentatx definizzjoni uniformi, fatt li wassal għal għadd kbir ta' spekulazzjonijiet. Ġie ssuġġerit li jkun hemm determinazzjoni ad hoc, iżda wkoll li l-ispejjeż tal-enerġija u tal-produzzjoni jiġu inklużi f'dan il-kunċett. Billi jintuża kunċett mhux definit u mhux prevedibbli bħala l-bażi għad-dħul, bl-istess mod ir-riżultat jista' ma jkunx prevedibbli, li jqiegħed f'dubju l-effettività tat-tneħħija tar-regola tal-inqas dazju. Il-kunċett jisfoka wkoll il-fruntieri bejn anti-dumping u kontra s-sussidji, li jista' jiġi kkunsidrat bħala ksur tal-Artikolu 32.1 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens. Konsegwentement, qabel ma jsir magħruf l-użu intiż tal-kunċett tat-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima, huwa diffiċli li jiġi determinat sa liema punt dan jista' jżid l-effettività tal-istrument, jew jekk l-inċertezza legali tistax fil-fatt tnaqqas l-effettività.
Il-proposta tindirizza kif jixraq it-theddida ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi?
Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib dejjem jikber tal-produtturi tal-Unjoni fir-rigward tat-theddid ta' ritaljazzjoni minn produtturi ta' pajjiżi terzi wara li jitressaq ilment ta' anti-dumping jew kontra s-sussidji, u għalhekk ippreżentat l-obbligu biex tikkoopera fil-proċedimenti ex-officio. Madankollu, kif imsemmi qabel, ir-Rapporteur għandu tħassib fir-rigward ta' partijiet oħra tal-proposta tal-Kummissjoni li jistgħu jxekklu l-objettiv li jiżgura lill-Unjoni kontra tendenza ta' żieda ta' ritaljazzjoni, bħat-tneħħija parzjali tar-regola tad-dazju inferjuri.
Obbligu għall-kooperazzjoni fil-proċedimenti ex-officio
Skont il-Kummissjoni, it-theddida ta' ritaljazzjoni tista' tkun immaniġġjata billi jinfetħu investigazzjonijiet ex-officio, jiġifieri li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tibda investigazzjoni mingħajr ilment formali minn produttur tal-Unjoni. Hemm benefiċċji sinifikanti għal din il-proposta, kif ukoll l-aċċess estiż għal informazzjoni. Din tista' ttejjeb il-kwalità tat-teħid ta' kampjuni fl-investigazzjoni, fejn jistgħu jsiru konklużjonijiet aħjar u aktar sodi. Madankollu, hemm kwistjonijiet li għadhom mhux solvuti u mhumiex indirizzati mill-proposta. L-ewwel nett, għandu jiġi ddikjarat li l-ħila tal-Kummissjoni sabiex tibda proċedimenti ex-officio diġà teżisti fir-regolamenti, li tqajjem il-mistoqsija għalfejn il-Kummissjoni tqis ex-officio bħala s-soluzzjoni għat-theddida ta' ritaljazzjoni f'dan il-punt. It-tieni nett, minkejja li dan l-argument inaqqas ir-riskju ta' ritaljazzjoni, dan ma jneħħihx għal kollox. Wieħed jista' jassumi biċ-ċert li produttur infurmat sew minn pajjiż terz jista' jikkonkludi mingħajr diffikultajiet liema produtturi tal-Unjoni qed jaġixxu f'isem il-Kummissjoni. It-tielet, wieħed ma jistax ma jqisx il-piż amministrattiv li ġġib magħha l-parteċipazzjoni f'investigazzjoni, b'mod speċjali għall-SMEs, u xi kumpaniji jistgħu ma jħossuhomx komdi li jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni kummerċjali sensittiva. Ir-raba', mhumiex ċari l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità potenzjali ma' dawn it-talbiet ta' informazzjoni.
Barra minn hekk, fenomenu aktar riċenti u inkwetanti huwa t-tendenza ta' pajjiżi terzi li jippenalizzaw u jirritaljaw kontra ċerti Stati Membri tal-UE, jew setturi vitali mhux neċessarjament marbuta mas-settur affettwat minn dumping jew sussidjar ta' pajjiż terz. Għalhekk, wieħed jista' jargumenta li minflok ritaljazzjoni intrasettorjali, hemm żieda fir-riskju għall-ħolqien ta' ritaljazzjoni intersettorjali aktar dannuża u inġusta, jew kontroritaljazzjoni. F'dan is-sens, il-produtturi tal-Unjoni minn setturi oħra, li m'għandhomx interess fir-riżultat tal-investigazzjoni, huma affettwati minn inizjattivi meħudin mill-Kummissjoni. Ir-Rapporteur jara dan bħala tendenza li hija anqas mixtieqa.
Madankollu, minkejja dan it-tħassib, wieħed jista' jargumenta li l-benefiċċji ta' teħid aħjar ta' kampjuni jegħlbu l-iżvantaġġi, u għalhekk jistgħu jitqiesu leġittimi. Sabiex jibbilanċja t-tħassib imsemmi hawn fuq, ir-Rapporteur jipproponi li tissaħħaħ il-Help Desk tal-SMEs, iżda wkoll li jitqiesu l-effetti negattivi potenzjali ta' bidliet oħra ta' politika, bħat-tneħħija parzjali tar-regola tal-inqas dazju.
Tneħħija parzjali tar-regola tal-inqas dazju
Kif imsemmi, il-proposta tal-Kummissjoni li tneħħi parzjalment ir-regola tal-inqas dazju tista' titqies bħala impatt fuq it-theddida ta' ritaljazzjoni. It-tneħħija tar-regola tad-dazju inferjuri tista' tiġi kkunsidrata bħala bidla tan-natura tal-istrumenti minn dik li kienet miżura korrettiva f'miżura ta' sanzjoni. Dan, flimkien mal-fatt li m'hemmx definizzjoni uniformi ta' tgħawwiġ strutturali tal-materja prima, jista' jitqies li joħloq aktar spazju għal mentalità għajn għal għajn. L-objettiv primarju tar-regola tad-dazju inferjuri huwa li titneħħa l-ħsara kkawżata, biex ma jiġux penalizzati s-sħab kummerċjali tal-Unjoni, li hija l-loġika wara l-isforz tal-Unjoni li tinkludi r-regoli tal-inqas dazju fin-negozjati tad-WTO. Għalhekk, wieħed għandu jistaqsi jekk il-limitazzjoni tar-regola tal-inqas dazju żżidx l-effettività jew fil-fatt tiggrava t-theddida ta' ritaljazzjoni. Hija l-fehma tar-Rapporteur, li t-tentattivi sabiex l-istrument isir aktar effettiv jistgħu ma jwasslu għal imkien jekk it-theddida ta' ritaljazzjoni tkun iggravata. Għal darb'oħra, għandu jingħad mill-ġdid it-tħassib imqajjem fis-sezzjoni preċedenti dwar ritaljazzjoni intrasettorjali li qed issir ritaljazzjoni intersettorjali. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li titħassar it-tneħħija parzjali tar-regola tad-tal-inqas dazju.
Il-proposta tiżgura trasparenza u prevedibbiltà suffiċenti?
It-trasparenza u l-prevedibbiltà huma vitali għall-partijiet kollha involuti, u huma mmirati sabiex jiżguraw il-fiduċja pubblika, ir-responsabbiltà u l-leġittimità tal-istrumenti. Ir-Rapporteur jixtieq li jiddiskuti tliet oqsma, il-klawsola ta' kunsinna, iż-żmien tal-impożizzjoni tad-dazji proviżorji u l-aċċess għall-informazzjoni.
Klawsola ta' kunsinna
Il-klawsola ta' kunsinna, jew in-notifika ta' ġimagħtejn qabel id-dazji proviżorji huma introdotti, tista' tipprovdi lill-importaturi ċertezza legali li n-negozju jista' jkompli b'mod normali sabiex tkun disponibbli prova inizjali ta' dumping u sussidjar. Skont il-Kummissjoni, din il-proposta għandha l-għan li żżid il-prevedibbiltà tal-investigazzjonijiet, u ħafna partijiet interessati jqisu din il-proposta bħala miżura ġusta. Madankollu, il-partijiet interessati qajmu wkoll il-kwistjoni li l-perjodu stipulat se jkun jew twil iżżejjed jew qasir iżżejjed. L-importazzjonijiet mir-Russja ma jeħtiġux klawsola ta' kunsinna ta' ġimagħtejn, iżda forsi ta' erbatijiem jew ħamsa biss. Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Asja tal-Lvant, jistgħu jirrekjedu klawsola ta' kunsinna ta' sitt ġimgħat. Oħrajn wissew dwar il-periklu potenzjali ta' kumulazzjoni. Barra minn hekk, hemm fattur diskriminatorju inkorporat fil-proposta, billi l-partijiet interessati biss jistgħu jagħmlu użu mill-klawsola ta' konsenja. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li jbiddel in-notifikazzjoni minn qabel fi klawsola ta' konsenja reali li hija ispirata mir-regolament ta' salvagwardja, li jgħid li l-prodott ikkonċernat fi triqtu lejn l-Unjoni ma għandux ikun soġġett għal dazji proviżorji.
Żmien ta' dazji proviżorji
Flimkien ma' klawsola ta' konsenja reali, hemm oqsma oħra tal-investigazzjonijiet ta' anti-dumping u ta' kontra s-sussidji fejn it-trasparenza u l-prevedibbiltà jistgħu jissaħħu. F'maġġoranza kbira tal-każijiet, id-dazji proviżorji huma introdotti fid-disa' xahar tal-iskadenza jew fl-aħħar ġimgħa qabel l-iskadenza. Id-dazji proviżorji ġew introdotti qabel f'każijiet eċċezzjonali biss. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, ir-Rapporteur jipproponi li tiġi introdotta klawsola li tgħid li dazji proviżorji jistgħu jiġu mposti biss matul l-aħħar ġimgħa tal-investigazzjoni.
Aċċess għall-informazzjoni
Taħt ir-regolamenti attwali, il-partijiet interessati għandhom aċċess limitat ħafna ta' fajls rilevanti ta' investigazzjonijiet. Il-partijiet interessati qajmu dan it-tħassib, fejn isostnu li l-fajls mhux kunfidenzjali aċċessibbli huma ta' kwalità ħażina ħafna sabiex jintużaw. Għalhekk, sabiex jiġu evitati kalkoli ħżiena u użu mhux xieraq ta' informazzjoni, għandha ssir aktar ħidma sabiex jiġi faċilitat aċċess akbar kemm għall-fajls mhux kunfidenzjali u kemm dawk kunfidenzjali. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi diversi dispożizzjonijiet. Barra mill-Uffiċjal tas-Seduta, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi titjib fit-trasparenza billi tintroduċi sistema ta' notifika fejn rappreżentanti legali jew partijiet interessati jiġu notifikati fil-każ ta' żieda ta' fajls ġodda fl-investigazzjoni, flimkien ma' aċċess onlajn għall-fajls kollha mhux kunfidenzjali.
Sa liema punt il-proposta tqis l-isfidi tal-futur?
Il-proposta tal-Kummissjoni hija ħafna drabi riferuta bħala modernizzazzjoni, adattament għal mudelli tal-kummerċ moderni. B'dan l-isfond, ir-Rapporteur iqis din il-proposta meħtieġa sabiex jiġu kkunsidrati kemm l-Omnibus kif ukoll it-tħassib ta' politika usa' tal-Unjoni.
Omnibus
Bl-adozzjoni li ġejja tat-Trade Omnibus I u II, jagħmel sens għall-Parlament l-iskrutinju tas-setgħat miżjuda li l-Kummissjoni se tikseb. Il-bilanċ tal-modernizzazzjoni għandu jitqies fid-dawl ta' dawn il-bidliet li ġejjin, li jqajjem il-mistoqsija sa liema punt il-proposta preżenti tqis dawn il-bidliet. Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-modernizzazzjoni ma tistax u m'għandhiex minnha infisha tbiddel jew treġġa' lura Omnibus I u II, iżda minflok tagħti spinta għat-tisħiħ tal-iskrutinju tal-istrumenti, u toħloq ċertezza legali aħjar tar-regolamenti. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li jissaħħaħ ir-rapport annwali dwar l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, introdott wara l-adozzjoni ta' Omnibus I, li huwa soġġett għal riżoluzzjoni tal-Parlament.
Tħassib ieħor ta' politika
Tħassib ieħor ta' politika għandu jitqies iżjed minn qabel sabiex l-istrument ikun addattat għall-ambjent modern. Sar evidenti li l-kummerċ qed jaffaċċja sfidi li mhumiex essenzjalment relatati mal-kummerċ, iżda madankollu jinfluwenzaw il-politika tal-kummerċ. L-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ mhumiex eċċezzjoni. It-Test dwar l-Interess tal-Unjoni huwa parti vitali sabiex tiġi żgurata din il-koerenza tal-politika. Madankollu, jeżisti l-periklu ta' politiċizzazzjoni tal-istrument jekk il-qafas tal-Interess tal-Unjoni ma jkunx definit kif xieraq. It-test dwar l-Interess tal-Unjoni fl-investigazzjonijiet tal-Istrumenti għad-Difiża tan-Negozju għandhom jiggarantixxu li l-Kummissjoni titkellem b'vuċi waħda lejn iċ-ċittadini u l-konsumaturi tagħha, kif ukoll lejn il-pajjiżi terzi. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li jissaħħu l-kriterji tal-Interess tal-Unjoni billi jintużaw il-linji gwida tal-Kummissjoni.
Konklużjoni
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jilqa' l-objettivi li l-Kummissjoni qed timpenja ruħha għalihom. L-effettività, it-tnaqqis tat-theddida ta' ritaljazzjoni, it-trasparenza u l-prevedibbiltà huma objettivi ammirabbli li kollha flimkien jiżguraw il-fiduċja pubblika fl-istrument. Fi ftit kliem, ir-Rapporteur ma jixtieqx li jmur lil hinn minn dawn l-objettivi, iżda jqis li jeżistu oqsma fejn dawn l-objettivi jistgħu jissaħħu billi tinstab tweġiba għall-mistoqsijiet li tqajmu hawn fuq.
PROĊEDURA
Titolu | Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-KE | |||
Referenzi | COM(2013)0192 – C7-0097/2013 – 2013/0103(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 10.4.2013 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 18.4.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Christofer Fjellner 25.4.2013 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 10.7.2013 | 28.11.2013 | 17.12.2013 |
|
Data tal-adozzjoni | 21.1.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 24 6 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil, Paweł Zalewski | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Catherine Bearder, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Elisabeth Köstinger, Katarína Neveďalová, Tokia Saïfi, Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa | |||
Data tat-tressiq | 27.1.2014 | |||