Dokument ta' sessjoni
13.2.2014
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
( COM(2013)0316 – C7‑0174/2013 – 2013/0165(COD) )
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Olga Sehnalová
Rapporteur għal opinjoni (*):
Axel Voss, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Emendi mill-Parlament stabbiliti f’żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat b’tipa grassa u korsiva fil-kolonna tan-naħa tax-xellug. Is-sostituzzjonijiet huma indikati b’tipa grassa u korsiva fiż-żewġ kolonni. Test ġdid huwa indikat b’tipa grassa u korsiva fil-kolonna tan-naħa tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestazzjoni ta’ kull emenda li tidentifika l-parti relevanti tal-abbozz ta’ att li qed ikun kunsidrat. Jekk emenda tappartjeni għal att eżistenti li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura tal-emenda jkun fiha t-tielet linja li tidentifika l-att eżistenti u r-raba’ linja tidentifika d-dispożizzjoni f’dak l-att li l-Parlament jixtieq jemenda .
Emendi mill-Parlament bħala test konsolidat
It-test il-ġdid hu enfasizzat b'tipa grassa u korsiva. It-tħassir huwa indikat jew bl-użu tas-simbolu ▌jew strikeout. Is-sostituzzjonijiet huma indikati billi t-test il-ġdid ikun enfasizzat b’tipa grassa u korsiva u t-test li ġie sostitwit jitħassar jew jinqata’. Permezz ta’ eċċezzjoni, tibdil purament tekniku li jsir mid-dipartimenti għall-abbozzar waqt il-preparazzjoni tat-test finali ma jiġux enfasizzati.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 40
ANNESS - LISTA TA' KONTRIBUTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI 43
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern 45
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija 61
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu 78
PROĊEDURA 101
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
( COM(2013)0316 – C7‑0174/2013 – 2013/0165(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2013)0316 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0174/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0106/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal | Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall mmuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE | li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għat-tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE |
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE) | (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) It-tnedija tal-użu ta’ servizz eCall disponibbli fil-vetturi kollha u fl-Istati Membri kollha kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza stradali sa mill-2003. Sabiex jintlaħaq dak il-għan, ġew imnedija sensiela ta’ inizjattivi bħala parti minn approċċ ta’ użu volontarju, però sal-lum ma kisbux biżżejjed progress. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Sabiex is-sikurezza stradali tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni "eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni"6 tipproponi miżuri ġodda biex iħaffu l-iskjerament fl-Unjoni ta' servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall fil-vetturi l-ġodda kollha, billi tibda mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. | (3) Sabiex is-sikurezza stradali tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2009 bl-isem: "eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni" tipproponi miżuri ġodda biex ivaraw fl-Unjoni servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall ibbażati fuq il-112 fil-vetturi l-ġodda kollha, billi tibda mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. |
__________________ |
|
6 COM (2009) 434 final. |
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Għad hemm il-ħtieġa li jitjieb l-operat tas-servizz 112 madwar l-Unjoni, sabiex jagħti assistenza fil-pront u b'mod effikaċi fl-emerġenzi. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta' fatalitajiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi biex inaqqas it-tbatija umana, il-kura tas-saħħa u spejjeż oħra. | (5) Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta’ fatalitajiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku, billi jingħata avviż immedjat lis-servizzi ta’ emerġenza. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, flimkien mat-titjib meħtieġ u kkoordinat fl-infrastruttura tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika biex isiru l-eCalls u fiċ-Ċentri li Jwieġbu għas-Sejħiet Marbutin mas-Sikurezza Pubblika (PSAPs) li jirċievu l-eCalls, is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi biex jonqsu l-imwiet u l-korrimenti gravi, l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa, il-konġestjoni kkawżata mill-aċċidenti u spejjeż oħra. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Is-sistema eCall se tirrappreżenta struttura importanti magħmula minn atturi differenti involuti fis-salvagwardja tal-ħajja umana. Għalhekk huwa essenzjali li l-aspett ta’ responsabbiltà jiġi żgurat minn dan ir-Regolament sabiex l-utenti jkun jista’ jkollhom fiduċja sħiħa u s-sistema eCall tkun tista’ taħdem bla xkiel. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)8. | (6) Il-provvista f’każ ta’ emerġenza ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8. |
__________________ | __________________ |
8 ĠU L 196, 24.7.2008, p.1. | 8 Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura, għall-bidu għandu japplika biss għall-karozzi tal-pasiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfieħ il-ġodda (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. | (7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, għall-bidu għandu japplika biss għat-tipi ġodda ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. Il-possibbiltà li, fil-futur qrib, l-applikazzjoni tar-rekwiżit għas-sistema eCall immuntata fil-vettura tiġi estiża biex tinkludi kategoriji ta’ vetturi oħra, bħal vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs), xarabanks u kowċis, vetturi motorizzati b’żewġ roti (PTW) u tratturi agrikoli, għandha tkun ivvalutata ulterjorment mill-Kummissjoni bil-ħsieb li, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Sabiex tiżdied il-penetrazzjoni għandu jiġi promoss it-tagħmir bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ta’ vetturi ta’ tipi eżistenti li se jiġu manifatturati wara Ottubru 2015. Fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi omologati qabel l-1 ta’ Ottubru 2015, sistema eCall tista’ tiġi ffittjata wara fuq bażi volontarja. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7b) Is-servizz pubbliku tal-eCall interoperabbli fl-Unjoni kollha bbażat fuq in-numru Ewropew tal-emerġenza 112 (“numru ta’ emerġenza 112”) u servizzi eCall privati (sistemi eCall appoġġjati minn servizz ta’ partijiet terzi) jistgħu jikkoeżistu sakemm jiġu adottati l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-kontinwità tal-provvista tas-servizz lill-konsumatur. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq numru 112 fl-Istati Membri kollha matul il-ħajja tal-vettura u jkun garantit li s-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq numru 112 ikun dejjem disponibbli awtomatikament, il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra bis-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq il-112, irrispettivament minn jekk ix-xerrej tal-vettura jagħżilx servizz tal-eCall privat jew le. |
Ġustifikazzjoni
Sistemi eCall appoġġjati minn servizz ta’ partijiet terzi jistgħu jikkoeżistu mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 bil-kundizzjoni li s-servizz pubbliku tal-eCall ibbażat fuq il-112 ikun dejjem disponibbli tal-inqas bħala għażla alternattiva.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7c) Il-konsumaturi għandhom ikunu provduti b’ħarsa ġenerali realistika tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u tas-sistema eCall privata, jekk il-vettura tkun mgħammra b’waħda, kif ukoll informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar kwalunkwe funzjonalitajiet addizzjonali jew servizzi marbuta mas-servizz privat ta’ emerġenza, applikazzjoniet ta’ sejħiet ta’ emerġenza jew assistenza mmuntati fil-vettura li jkunu offruti u dwar il-livell ta’ servizz mistenni bix-xiri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi u l-ispejjeż assoċjati. L-eCall ibbażata fuq il-112 hija servizz pubbliku ta’ interess ġenerali u għalhekk għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas għall-konsumaturi kollha. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq. | (8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, kwalunkwe servizz addizzjonali għandu jiġi mfassal b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq jew jaffettwaw il-funzjonament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u l-ħidma effiċjenti taċ-ċentri tas-sejħiet ta’ emerġenza. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 li tipprovdi servizzi privati jew ta' valur miżjud għandha tkun imfassla b'tali mod li ma jkun jista' jsir l-ebda skambju ta' dejta personali bejniethom. Meta jiġu pprovduti, dawk is-servizzi għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta u għandhom dejjem jibqgħu fakultattivi għall-konsumaturi. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b'aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. | (9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun ibbażata fuq pjattaforma interoperabbli, b’aċċess miftuħ, sigura u standardizzata għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. Peress li dan jirrikjedi sostenn tekniku u legali, il-Kummissjoni għandha tevalwa mingħajr dewmien, abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha involuti, inklużi l-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti, il-possibbiltajiet kollha biex tkun promossa u żgurata tali pjattaforma b'aċċess miftuħ u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva f'dan is-sens. Għandu jiġi ċċarat aktar taħt liema kundizzjonijiet il-partijiet terzi li jipprovdu servizzi ta’ valur miżjud jista’ jkollhom aċċess għad-dejta maħżuna fis-sistema mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. Barra minn hekk, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti għal finijiet ta' tiswija u manutenzjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni jew servizz addizzjonali mmuntati fil-vettura m’għandux idewwem id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
It-tnedija tal-użu ta’ sistema eCall immuntata fil-vettura interoperabbli fl-UE kollha huwa progress importanti fis-sikurezza stradali u għaldaqstant m’għandux ikun imdewwem aktar.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Is-sistema mmuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, bħala sistema ta’ emerġenza, teħtieġ l-ogħla livell possibbli ta’ affidabbiltà. Il-preċiżjoni tas-sett minimu ta’ dejta u tat-trażmissjoni tal-vuċi u l-kwalità tagħha għandhom ikunu żgurati u għandha tkun żviluppata sistema ta’ ttestjar uniformi biex tkun żgurata l-lonġevità u d-durabbiltà tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. Għalhekk għandhom jitwettqu spezzjonijiet tekniċi perjodiċi b’mod regolari bi qbil mar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a*. Dispożizzjonijiet dettaljati għall-ittestjar għandhom ikunu inklużi fl-Anness rilevanti tiegħu. |
| __________________ |
| 1a Ir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L ...). |
| *ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dok. 2012/0184(COD) u kompli n-nota f'qiegħ il-paġna bin-numru, id-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Skont id-Direttiva 2007/46/KE, il-vetturi ta' serje żgħira huma esklużi mir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' impatt frontali u ta' impatt mill-ġenb. Għalhekk, dawk il-vetturi ta' serje żgħira għandhom jiġu esklużi mill-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall. | (11) Skont id-Direttiva 2007/46/KE, il-vetturi ta' serje żgħira huma esklużi mir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' impatt frontali u ta' impatt mill-ġenb. Għalhekk, dawk il-vetturi ta' serje żgħira għandhom jiġu esklużi mill-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Il-vetturi b'għan speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eCall stipulati f'dan ir-Regolament, sakemm l-awtoritajiet għall-approvazzjoni tat-tip iqisu, fuq bażi ta' każ b'każ, li l-vettura ma tistax tissodisfa dawk ir-rekwiżiti minħabba l-għan speċjali tagħha. | imħassar |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u li jinsabu fid-'Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall', adottat fis-26 ta' Settembru 20069, kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonforma mar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data10 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)11, b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza. | (13) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea11a jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Kull ipproċessar ta’ dejta permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu għalhekk jitwettaq f'konformità ma' dawn id-Direttivi u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri skont dawk id-Direttivi, b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi bbażati fuq il-112, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza mill-PSAPs, u li l-ebda dejta personali ma tiġi maħżuna wara dan. Ladarba jingħata l-kunsens mingħand is-suġġett tad-dejta jew isir kuntratt bejn iż-żewġ partijiet, jistgħu japplikaw kundizzjonijiet oħra jekk tkun installata sistema ta' sejħiet ta' emerġenza oħra fil-vettura flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, iżda din għandha dejjem tkun konformi ma' dawk id-Direttivi. |
__________________ | __________________ |
9 1609/06/EN – WP 125. |
|
10 ĠU L 281, 23.11.1995, p.31. | 10 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). |
11 ĠU L 201, 31.7.2002, p.37. | 11 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). |
| 11 a OJ C 303, 14.12.2007, p. 1. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Dan ir-Regolament iqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 stabbilit mid-Direttiva 95/26/KE fid-“Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien ta’ data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall” tiegħu, adottat fis-26 ta' Settembru 2006. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13b) Huma u jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jintegraw il-forom tekniċi ta' protezzjoni tad-dejta fis-sistemi mmuntati fil-vetturi u għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-‘privatezza fid-disinn’. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti, l-ittestjar, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza u l-eżenzjonijiet għal ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (15) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti, l-ittestjar, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza u l-eżenzjonijiet għal ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, b'mod partikolari billi tikkonsulta l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. | (16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-istudji u t-testijiet neċessarji taħt kundizzjonijiet differenti, skont kif meħtieġ, u b’hekk jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tkun affidabbli kompletament. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-vetturi ta' serje żgħira. |
(L-alinjament mal-premessa 11 u l-punt (3)(b) tal-Anness.)
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/201312, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: | Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
__________________ |
|
12 ĠU L 91, 03.04.2013, p. 1. |
|
Ġustifikazzjoni
Fil-prattika, ir-referenza għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni 305/2013 tfisser li l-Kummissjoni tista’ temenda d-definizzjonijiet fil-proposta attwali billi temenda d-definizzjoni rilevanti fir-Regolament ta’ Delega. Peress li d-definizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu huma kkunsidrati elementi essenzjali tar-Regolament, is-setgħa biex tkun definita t-tifsira tagħhom ma tistax tiġi ddelegata lill-Kummissjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) 'sistema eCall immuntata fil-vettura' tfisser sistema attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, li twassal sett minimu standardizzat ta' dejta u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika; | (1) 'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112' tfisser sistema ta’ emerġenza, li tinkludi tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġjaw u jwettqu t-trażmissjoni ta’ eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali li, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, tibgħat sinjali biex tippermetti t-trażmissjoni ta' sett minimu standardizzat ta' dejta u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika adatt; |
| (Emenda orizzontali: jekk tiġi adottata, ir-referenzi għas-"sistema eCall immuntata fil-vettura" jinbidlu b'"sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112" fit-test kollu) |
Ġustifikazzjoni
L-eCall immuntata fil-vettura hija sejħa ta’ emerġenza ġġenerata jew b’mod manwali mill-okkupanti tal-vettura permezz ta’ buttuna jew b’mod awtomatiku billi, wara ħabta, jiġu attivati s-sensuri mmuntati fil-vettura. Meta jiġi attivat, l-apparat tal-eCall immuntat fil-vettura jistabbilixxi sejħa ta’ emerġenza li twassal kemm il-vuċi u kemm id-dejta lill-eqreb servizzi ta’ emerġenza. Is-sejħa bil-vuċi tippermetti lill-okkupanti tal-vettura jikkomunikaw mal-operatur tal-eCall u, jekk ikun hemm bżonn, jikkanċellaw is-servizz f’każ ta’ sejħa bi żball. Fl-istess waqt, jintbagħat sett minimu ta’ dejta lill-operatur tal-eCall li jirċievi s-sejħa bil-vuċi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) 'sistema mmuntata fil-vettura' tfisser it-tagħmir immuntat fil-vettura flimkien mal-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġaw u jaffettwaw it-trażmissjoni ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili li jipprovdi rabta bejn il-vettura u mezz li jimplimenta s-servizz ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Il-kombinazzjoni taż-żewġ definizzjonijiet kif propost f’dan l-Artikolu toħloq konfużjoni peress li t-termini jidhru simili jew tal-anqas marbuta, iżda d-definizzjonijiet jikkoinċidu u mhuma armonizzati xejn bl-użu ta’ terminoloġija differenti. Sabiex tkun evitata l-konfużjoni, it-tieni definizzjoni tista’ titħassar u tkun applikata biss l-ewwel definizzjoni fit-test kollu.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) ‘eCall’ tfisser sejħa ta’ emerġenza fuq in-numru 112 mill-vettura li ssir permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112; |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija element importanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandha tkun speċifikata fit-test tal-proposta nnifisha.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) ‘ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika’ jew ‘PSAP’ tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta’ emerġenza jaslu l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat; |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija element importanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandha tkun speċifikata fit-test tal-proposta nnifisha.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2c) ‘sett minimu ta’ dejta’ jew ‘MSD’ tfisser l-informazzjoni ddefinita bl-istandard tat-‘Telematika tat-trasport u t-traffiku bit-triq — eSafety — Sett minimu ta’ dejta (MSD) għall-eCall’ (EN 15722) li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall; |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija element importanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandha tkun speċifikata fit-test tal-proposta nnifisha.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) ‘tagħmir immuntat fil-vettura’ tfisser tagħmir immuntat b’mod fiss fil-vettura li jipprovdi jew għandu aċċess għad-dejta meħtieġa għas-sett minimu ta’ dejta (MSD) biex issir it-tranżazzjoni tal-eCall permezz ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili; |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija element importanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandha tkun speċifikata fit-test tal-proposta nnifisha.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2e) ‘netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili’ tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili disponibbli għall-pubbliku f’konformità mad-Direttivi 2002/21/KE1a u 2002/22/KE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
| __________________ |
| 1a Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33). |
| 1b Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51). |
Ġustifikazzjoni
Din id-definizzjoni hija element importanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għalhekk għandha tkun speċifikata fit-test tal-proposta nnifisha.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura, f'konformità mar-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata u inkorporata fil-vettura bbażata fuq il-112, f'konformità mar-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm il-provvista tal-funzjonalità tal-eCall tista’ tinkiseb sa ċertu punt bl-użu ta’ soluzzjonijiet nomadiċi (bħal mowbajls), l-introduzzjoni mandatorja għall-vetturi ġodda tat-tip approvat għandha tkun ibbażata fuq tagħmir immuntat fil-vettura inkorporat minħabba li dan it-tagħmir nomadiku jista’ jitneħħa jew sempliċiment jintesa milli jiġi attivat.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li f'każ ta' aċċident gravi li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jagħtu bidu b'mod awtomatiku għal eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda ta’ vetturi huma mibnija b’tali mod li jiżguraw li f’każ ta’ inċident gravi, li jkun individwat bl-attivazzjoni ta’ senser u/jew proċessur wieħed jew aktar fil-vettura, li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jagħtu bidu b’mod awtomatiku għal eCall lin-numru tal-emerġenza 112. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi l-ġodda huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 jista' jsir ukoll b'mod manwali. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda ta’ vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-eCall lin-numru tal-emerġenza 112 jista' jsir ukoll b'mod manwali. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-vettura li juża sistema oħra ta’ sejħa ta’ emerġenza installata fil-vettura u li tipprovdi servizz simili, flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112. F’dak il-każ, is-sistema l-oħra ta' sejħiet ta' emerġenza għandha tkun konformi mal-istandard EN 16102 ‘Sistemi ta' trasport intelliġenti – eCall – Rekwiżiti tal-operat għal appoġġ minn parti terza’, u l-manifatturi għandhom jiżguraw li jkun hemm sistema waħda biss attiva f'ħin wieħed u li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tibda taħdem awtomatikament fil-każ li s-sistema l-oħra ta' sejħiet ta' emerġenza ma tkunx qed taħdem. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi mmuntati fil-vetturi huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita li jinkludu s-sistemi Galileo u EGNOS. | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq il-112 huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari s-sistemi Galileo u EGNOS. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati biss għandhom jiġu aċċettati għall-għanijiet tal-approvazzjoni tat-tip. | 4. Dawk is-sistemi eCall immuntati u inkorporati fil-vettura bbażati fuq il-112 li jistgħu jiġu ttestjati biss għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm il-provvista tal-funzjonalità tal-eCall tista’ tinkiseb sa ċertu punt bl-użu ta’ soluzzjonijiet nomadiċi (bħal mowbajls), l-introduzzjoni mandatorja għall-vetturi ġodda tat-tip approvat għandha tkun ibbażata fuq tagħmir immuntat fil-vettura inkorporat minħabba li dan it-tagħmir nomadiku jista’ jitneħħa jew sempliċiment jintesa milli jiġi attivat.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Il-manifatturi għandhom juru li, fl-eventwalità ta’ falliment kritiku tas-sistema li jirriżulta fl-inabbiltà li ssir sejħa tal-emerġenza waqt jew wara eżami mill-persuna nnifisha, tingħata twissija lill-okkupanti tal-vettura. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni mill-inqas għall-għanijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni. | 6. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas għal finijiet ta' tiswija u manutenzjoni. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi eCall mmuntati fil-vetturi u li jemendaw id-Direttiva 2007/46/KE skont dan. | Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq il-112. |
Ġustifikazzjoni
L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE huma diġà previsti fl-Artikolu 11 ta’ din il-proposta. Meta jiġi adottat, dan ir-regolament flimkien mal-atti delegati adottati abbażi tiegħu, isiru regolament separat fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE prevista minn dik id-Direttiva.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-rekwiżiti tekniċi u t-testijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 6 u fuq l-istandards li ġejjin, kif meħtieġ: | Ir-rekwiżiti tekniċi u t-testijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u jkunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 2a, 3, 4 u 6 u fuq l-istandards disponibbli relatati mal-eCall u r-Regolamenti UNECE, kif meħtieġ, inklużi: |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) EN 15722 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - eSafety - sett minimu ta' dejta għall-eCall (MSD)'; |
Ġustifikazzjoni
Flimkien mat-tneħħija tal-punt (d) fil-paragrafu 7, għandha ssir ukoll referenza addizzjonali għall-istandard EN għas-sett minimu ta' dejta (MSD).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali jew Regolament tal-NU/KEE li huwa relatat mas-sistemi eCall. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Dan joħloq inċertezza dwar l-ispeċifikazzjonijiet li abbażi tagħhom jiġu żviluppati u ttestjati s-sistemi eCall. Jekk standard, inkluża referenza ta' verżjoni speċifika, ma jkunx magħruf fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, dan m'għandux ikun meħtieġ.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu -1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1a. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14a. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali previsti f'dawk id-Direttivi. |
| _____________ |
| 14aId-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
F'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura ma jistgħux jiġu traċċati u mhumiex suġġetti għal kwalunkwe detezzjoni kostanti meta jkunu fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall. | Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ma jistgħux jiġu traċċati u mhumiex suġġetti għal kwalunkwe detezzjoni kostanti meta jkunu fl-istatus ta' operat ta’ qabel l-emerġenza tagħhom relatat mal-eCall. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. | 2. L-MSD mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandu jikkonsisti f’mhux aktar mill-informazzjoni mitluba mill-istandard imsemmi fil-punt 2c tal-Artikolu 3. L-MSD m’għandux ikun ipproċessat għal żmien itwal minn kemm ikun meħtieġ għall-finijiet li jkun ġie pproċessat, u m’għandux jinħażen għal żmien itwal minn kemm ikun meħtieġ sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. L-MSD għandu jkun maħżun b'tali mod li jkun jista' jitħassar għalkollox. |
Ġustifikazzjoni
L-MSD jikkonsisti fid-dejta meħtieġa għall-immaniġġjar xieraq tas-sejħiet ta’ emerġenza: attivazzjoni manwali jew awtomatika; klassi ta' vettura; tip ta' fjuwil użat; kronogramma; pożizzjoni eżatta; direzzjoni tas-sewqan; numru minimu ta' ċinturini tas-sikurezza maqfula.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, b'mod partikolari dwar: | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b’informazzjoni bil-quddiem, ċara u komprensiva dwar l-eżistenza ta' sistema pubblika tal-eCall mingħajr ħlas, ibbażata fuq il-112, u l-ipproċessar tad-dejta li jitwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, b’mod partikolari dwar: |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-għan tal-ipproċessar tal-eCall; | (d) l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall li għandu jkun limitat għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2); |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema mmuntata fil-vettura; | (f) il-limitu ta’ żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112; |
Ġustifikazzjoni
Emenda li tirrifletti t-tħassir tad-definizzjoni “sistema mmuntata fil-vettura”.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) il-fatt li ma hemm l-ebda detezzjoni kostanti tal-vettura; | (g) il-fatt li ma hemm l-ebda detezzjoni tal-vettura meta jinqabeż il-ġbir tal-ammont minimu ta' dejta meħtieġ biex is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 tiddetermina u tittrażmetti l-lok u d-direzzjoni tal-vjaġġ tal-vettura meta jkun qed jiġi rrapportat inċident kif ukoll il-fatt li kwalunkwe dejta ta' detezzjoni tinħażen fl-apparat sakemm dan ikun strettament neċessarju għal dak l-iskop; |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt ha (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ha) il-fatt li d-dejta miġbura mill-PSAPs permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 m'għandhiex tiġi ttrasferita lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens attiv minn qabel tas-suġġett tad-dejta; |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud. | (i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà, id-detezzjoni u l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, li għandhom ikunu suġġetti għall-kunsens espliċitu tal-utent u b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u s-sistemi ta' eCalls privati jew servizzi oħra ta’ valur miżjud. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 3 bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika li tkun mgħoddija flimkien mal-vettura. |
Ġustifikazzjoni
Il-modalità tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali għandha wkoll tkun iċċarata.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Sabiex tiġi evitata konfuzjoni fir-rigward tal-finijiet u l-valur miżjud tal-ipproċessar, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata lill-utent b'mod separat għas-sistema eCall ibbażata fuq il-112 u għas-sistemi eCall oħrajn qabel tintuża s-sistema. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u sistemi ta' sejħiet ta' emerġenza oħra installati jew li jipprovdu servizzi b'valur miżjud ikunu mfassla b’tali mod li ma jkun jista’ jsir l-ebda skambju ta' dejta personali bejniethom. In-nuqqas ta' użu ta' sistema oħra jew ta' sistema b'valur miżjud jew ir-rifjut tas-suġġett tad-dejta li jagħti l-kunsens biex isir l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha għal servizz privat m'għandux joħloq effetti negattivi fuq l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 u/jew l-utent tal-eCall. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li għandu jiddefinixxi aktar ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u ta' detezzjoni u t-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta' dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fil-paragrafu 3. | 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9, li jiddefinixxu aktar ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u ta' detezzjoni u t-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eCall, b'mod partikolari l-miżuri ta' sigurtà li l-fornituri tas-servizzi tal-eCall għandhom jadottaw sabiex jiżguraw l-ipproċessar tad-dejta skont il-liġi u jevitaw aċċess mhux awtorizzat, żvelar, tibdil jew telf tad-dejta personali pproċessata, kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta' dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B'effett mill-1 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura lit-tipi ta' vetturi ġodda li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. | B'effett minn ...*, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 lit-tipi ta' vetturi ġodda li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. |
| __________ |
| *ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Il-Parlament talab li s-sistema eCall immuntata fil-vettura titnieda b'mod obbligatorju sal-2015 u jixtieq jilħaq dak l-objettiv. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-industrija teħtieġ biżżejjed żmien biex tiżviluppa u tittestja s-sistemi eCall, u billi d-data finali tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għadha mhijiex magħrufa, l-iskadenza tal-1 ta’ Ottubru 2015 tista’ tiġi riveduta aktar 'il quddiem.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 7a |
| Spezzjonijiet tekniċi perjodiċi |
| Ir-rekwiżiti għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi li jirrigwardaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandhom ikunu regolati mir-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni tista' teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi stipulati fl-Artikolu 4, jekk wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju mwettqa jew meħtieġa mill-Kummissjoni, u wara li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta' vetturi kkonċernati. | 1. Il-Kummissjoni tista' teżenta ċerti klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 stipulat fl-Artikolu 4, jekk wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju u analiżi teknika mwettqa jew meħtieġa mill-Kummissjoni, u wara li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, ikun jidher li l-installazzjoni tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 ma tkunx indispensabbli biex titjieb aktar is-sikurezza stradali, minħabba l-fatt li l-klassi ta' vetturi kkonċernata tkun maħsuba primarjament għall-użu off-road jew għax ma jkollhiex mekkaniżmu xieraq li jagħti l-bidu għal eCall. Dawk l-eżenzjonijiet se jkunu limitati fin-numru. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistipula l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-eżenzjonijiet għandhom ikopru vetturi bħal vetturi b'għan speċjali u vetturi mingħajr airbags u għandhom ikunu limitati fin-numru. | 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistipula l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7), fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 8(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn […](Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ). | 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(7), 6(4) u 8(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn …*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
| ____________ |
| *ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għan-nuqqas ta' konformità mill-manifatturi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom. | 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għan-nuqqas ta’ konformità mill-manifatturi għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati korrispondenti u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, b’mod partikolari fejn ma jkunx hemm konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Rappurtar u rieżami |
| 1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta’ tlestija tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tal-PSAP meħtieġa għall-eCall fl-Istati Membri. Jekk joħroġ ċar mir-rapport li l-infrastruttura tal-eCall mhijiex se tkun operattiva qabel id-data msemmija fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni adegwata. |
| 2. Sal-1 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, inkluża r-rata ta’ penetrazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandux jiġi estiż għal kategoriji oħra ta’ vetturi, bħal dawk li jaħdmu b’żewġ roti, il-vetturi tqal tal-merkanzija, ix-xarabanks u l-kowċis, u t-tratturi agrikoli. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dan is-sens. |
| 3. Mill-aktar fis possibbli u, ikun x’ikun, mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti, u valutazzjoni tal-impatt, dwar ir-rekwiżiti tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sigura u b'aċċess miftuħ. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva f'dak is-sens. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112 għandha tkun ibbażata fuq l-istandards għal dik il-pjattaforma, malli dawn ikunu disponibbli. |
| ______________ |
| *ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu -2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -2a. L-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 9 u 10a għandhom japplikaw minn ...*. |
| __________ |
| *ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2015. | 2. L-Artikoli għajr dawk imsemmija fil-paragrafu -2a għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2015. |
Ġustifikazzjoni
Il-Parlament talab li s-sistema eCall immuntata fil-vettura titnieda b'mod obbligatorju sal-2015 u jixtieq jilħaq dak l-objettiv. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-industrija teħtieġ biżżejjed żmien biex tiżviluppa u tittestja s-sistemi eCall, u billi d-data finali tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għadha mhijiex magħrufa, l-iskadenza tal-1 ta’ Ottubru 2015 tista’ tiġi riveduta aktar 'il quddiem.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness – punt 6
Direttiva 2007/46/KE
Anness XI – appendiċi 1 – punt 71
| ||||||
Test propost mill-Kummissjoni | ||||||
(6) Fl-Appendiċi 1 tal-Anness XI, qed jiżdied fit-tabella l-punt 71. li ġej: | ||||||
Punt | Suġġett | Referenza tal-att regolatorju | M1 ≤ | M1 > | M2 | M3 |
71. | sistema tal-eCall | Regolament (UE) Nru… | A | A | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli |
| ||||||
Emenda | ||||||
imħassar | ||||||
(Allinjament mal-Emendi għall-Premessa 12 u l-Artikolu 8)
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Skont id-dejta miġbura mill-Kummissjoni, madwar 28 000 persuna mietu u aktar minn 1,5 miljun indarbu f’aktar minn miljun inċident tat-traffiku fit-toroq Ewropej fl-2012. Minbarra t-traġedja ta’ telf ta’ ħajjiet u korrimenti, dan jirrappreżenta wkoll piż ekonomiku ta’ madwar EUR 130 biljun fi spejjeż għas-soċjetà kull sena.
L-UE hija impenjata bis-sħiħ li tnaqqas in-numru ta’ inċidenti stradali kif ukoll li ttaffi l-konsegwenzi tagħhom meta dawn iseħħu. Meta tiġi implimentata bis-sħiħ u tibda taħdem fl-UE kollha u tkun disponibbli għal kull sewwieq, l-eCall se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. L-akbar benefiċċju tal-eCall se jkun it-tnaqqis tal-għadd ta’ mwiet u l-mitigazzjoni tal-gravità tal-korrimenti kkawżati minn inċidenti tat-traffiku peress li s-servizzi tal-emerġenza se jaslu aktar malajr fuq il-post tal-inċident.
Wara li għal żmien twil kien wieħed mis-sostenituri l-kbar tal-introduzzjoni tal-eCall, fit-12 ta’ Lulju 2012 il-Parlament Ewropew adotta, b’maġġoranza kbira, rapport komuni IMCO-TRAN dwar l-eCall: servizz ġdid “112” għaċ-ċittadini, li għalih ir-Rapporteur kellha l-pjaċir taqsam l-attività ta’ rapporteur ma’ Dieter-Lebrecht Koch. Filwaqt li wera dispjaċir għad-dewmien u n-nuqqas ta’ progress fit-tnedija volontarja tal-eCall sa dakinhar, dan ir-rapport ħa nota tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li turi li l-introduzzjoni obbligatorja tal-eCall permezz ta’ azzjoni leġiżlattiva kienet l-unika għażla sabiex jinkisbu r-riżultati pożittivi kollha. Il-Parlament imbagħad talab lill-Kummissjoni tressaq proposta fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex sal-2015 tiżgura l-użu obbligatorju ta’ sistema pubblika ta’ eCall ibbażata fuq il-112 fil-karozzi l-ġodda kollha tat-tip approvat u fl-Istati Membri kollha.
Ir-Rapporteur, għaldaqstant, tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi rekwiżit biex il-vetturi jkunu mgħammra b’sistema eCall immuntata fil-vettura, li kienet ippreżentata flimkien mal-proposta dwar l-użu tal-eCall interoperabbli fl-UE kollha. Meta jkunu adottati, dawn iż-żewġ proposti jiffinalizzaw il-qafas regolatorju tal-eCall sabiex ikun żgurat li, minn Ottubru tal-2015, il-mudelli ġodda kollha ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi ħfief ikunu mgħammra bl-eCall ibbażata fuq il-112 u tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa sabiex l-eCalls jaslu u jiġu trattati b’mod xieraq fiċ-ċentri li jwieġbu s-sejħiet ta’ emerġenza. Dan jiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz tal-eCall fl-UE kollha.
Ir-Rapporteur tosserva li ż-żewġ proposti jaqblu ħafna ma’ dak li talab il-Parlament u tissuġġerixxi li l-elementi prinċipali tagħhom ikunu approvati. Billi jagħmel dan u billi jikkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni b’mod rapidu, il-Parlament jibqa’ fuq quddiem fost is-sostenituri tal-introduzzjoni tal-eCall, u b’hekk jikkontribwixxi s-sehem tiegħu biex l-eCall issir realtà sal-iskadenza miftiehma tal-2015.
Fir-rigward tal-proposta dwar ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għat-tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, li huwa s-suġġett ta’ dan ir-rapport, ir-Rapporteur tappoġġja b’mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni u l-għanijiet li qed tfittex li tilħaq. Madankollu, hemm aspetti speċifiċi fejn ir-Rapporteur tagħkom tikkunsidra li l-proposta tista’ tkun imsaħħa u kjarifikata aktar sabiex ikun żgurat li twassal il-benefiċċji pożittivi lill-partijiet kollha kkonċernati.
Servizzi ta’ emerġenza u/jew ta’ valur miżjud addizzjonali (pjattaforma b’aċċess miftuħ)
Bit-tnedija tal-użu tas-servizz pubbliku tal-eCall madwar l-Ewropa, il-vetturi fil-futur se jkunu mgħammra bi pjattaforma bażika tat-telematika mmuntata fil-vettura li tlaqqa’ komponenti tekniċi (komunikazzjoni mingħajr fili b’teknoloġija li tindika l-pożizzjoni b’mod preċiż u konnessjoni ma’ sistemi ta’ kontroll u ta’ sensers tal-karozza) li tista’ tipprovdi l-bażi għal diversi applikazzjonijiet jew servizzi mmuntati fil-vettura.
Sabiex tkun żgurata għażla ħielsa għall-konsumaturi, kompetizzjoni ġusta, kif ukoll tkun imħeġġa l-innovazzjoni u tiżdied il-kompetittività, il-Rapporteur temmen li s-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun miftuħa għal applikazzjonijiet u servizzi futuri possibbli mmuntati fil-vettura. Madankollu, ir-Rapporteur temmen ukoll li l-enfasi, fl-ewwel istanza, għandha tkun fuq l-aspetti ta’ sikurezza. Għandu jkun żgurat li l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjonijiet jew servizzi mmuntati fil-vettura addizzjonali ma ddewwimx l-introduzzjoni tas-sistema eCall ta’ emerġenza bbażata fuq il-112. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tkun imħeġġa tintensifika aktar ix-xogħol tagħha fuq is-servizzi ta’ valur miżjud li jistgħu jġibu benefiċċji addizzjonali kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-industrija, speċjalment fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.
Servizzi privati ta’ sejħiet ta’ emerġenza (sistemi eCall appoġġjati minn partijiet terzi)
Servizzi privati ta’ sejħiet ta’ emerġenza ġew introdotti għall-ewwel darba fl-aħħar tad-disgħinijiet, u llum huma offruti minn fergħat differenti ta’ karozzi u fornituri ta’ servizzi. Madankollu, madwar 0,7 % biss tal-karozzi fl-UE huma attwalment mgħammra b’sistemi ta’ sejħiet ta’ emerġenza privati, u n-numru ftit li xejn qed jikber. Barra minn hekk, dawn is-sistemi propjetarji ma joffrux interoperabbiltà jew kontinwità madwar l-UE kollha. Normalment dan is-servizz huwa disponibbli biss għall-aqwa karozzi u f’pajjiżi fejn hemm lok ċar ta’ negozju.
Bħal fil-każ tal-offerta ta’ kwalunkwe applikazzjoni jew servizz addizzjonali, ir-Rapporteur temmen li s-servizz privat tal-eCall ibbażat fuq in-numru ta’ emerġenza 112 fl-UE kollha u servizzi privati ta’ sejħiet ta’ emerġenza jistgħu jikkoeżistu sakemm jiġu adottati l-miżuri neċessarji biex tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-servizz għall-konsumatur u jiġu mwettqa l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tad-dejta personali.
eCall għandha tkun servizz pubbliku ta’ sejħiet ta’ emerġenza, mingħajr ħlas, għall-benefiċċju ta’ kull sewwieq fl-Ewropa indipendentement mill-marka tal-karozza tiegħu. Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra bis-sistema pubblika tal-eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq il-112, li għandha tibqa’ dejjem disponibbli, tal-anqas bħala għażla alternattiva. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom ikunu provvduti b’informazzjoni ċara dwar id-differenzi bejn sistema eCall immuntata fil-vettura u sistemi ta' emerġenza appoġġjati minn partijiet terzi, u għandhom ikollhom il-possibbiltà li fi kwalunkwe ħin jistgħu jaqilbu għas-servizz eCall fl-UE kollha.
Kjarifiki oħra
Minbarra l-aspetti deskritti hawn fuq, ir-Rapporteur tikkunsidra importanti li fil-proposta kollha jkun żgurat li l-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall immuntata fil-vettura tkun ibbażata fuq tagħmir immuntat fil-vettura inkorporat aktar milli tagħmir nomadiku (bħal mowbajls) minħabba li dawn jistgħu jitneħħew jew sempliċiment jintesew milli jiġu attivati.
Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex ikun introdott it-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura, fl-ewwel fażi għandhom ikunu appoġġjati biss il-kategoriji ta’ vetturi li diġà fihom mekkaniżmi li jagħtu bidu għal sejħa. Madankollu, fuq il-bażi tax-xogħol li għaddej, il-Kummissjoni għandha tkun imħeġġa tagħmel pass ’il quddiem u tippreżenta proposti sabiex il-provvista tas-servizz eCall tkun estiża mill-aktar fis possibbli anke għall-muturi kif ukoll għall-vetturi tqal tal-merkanzija, il-kowċis u x-xarabanks.
Ir-Rapporteur temmen ukoll li s-sistema eCall għandha tkun ittestjata perjodikament sabiex tkun żgurata l-funzjonalità tagħha tul il-ħajja kollha tal-vettura. Peress li dan l-aspett imur lil hinn mil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u ma jistgħux jiġu introdotti obbligi fil-proposta attwali, il-koleġiżlaturi għandhom ikunu mħeġġa jżommu f’moħħhom l-introduzzjoni tas-sistema eCall meta jkunu qed jirrevedu d-Direttiva 2009/40/KE dwar testijiet perjodiċi tal-kondizzjoni ta’ vetturi.
Fl-aħħar nett, sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ta’ dan l-att leġiżlattiv, ir-Rapporteur tipproponi modifiki għad-definizzjonijiet użati għall-finijiet tiegħu, kif ukoll għall-għotjiet ta’ setgħa li għandhom ikunu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ atti delegati.
ANNESS - LISTA TA' KONTRIBUTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà
Il-lista sussegwenti ta’ partijiet interessati nġabret abbażi tal-laqgħat, il-korrispondenza u d-dokumenti ta’ pożizzjoni minn meta ġiet maħtura r-Rapporteur sal-iskadenza għal dan l-abbozz ta’ rapport f’Ottubru 2013.
Għandu jiġi nnutat li din il-lista mhijiex eżawrjenti, peress li huwa diffiċli li jiġu elenkati l-kontributi impliċiti kollha u l-ħidma ta’ promozzjoni li kienu ta’ ispirazzjoni għar-rapport. Għandu jiġi nnutat ukoll li dan l-abbozz ta’ rapport huwa biss l-istadju inizjali għall-ħidma leġiżlattiva fil-Parlament, bid-diskussjonijiet u l-ħidma leġiżlattiva jkomplu sal-adozzjoni finali ta’ din il-leġiżlazzjoni. Il-partijiet interessati jagħtu l-kontribut tagħhom anki fi stadji ulterjuri; għaldaqstant, din il-lista ma tistax titqies kompluta.
Minkejja dan, l-ambizzjoni ta’ din il-lista hija li r-Rapporteur turi b’mod miftuħ minn fejn toriġina l-ispirazzjoni ta’ dan l-abbozz ta’ rapport.
Lista ta’ partijiet interessati
ACEA - L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi
AFCAR – L-Alleanza għal-Libertà tat-Tiswija tal-Karozzi
BMW
BOSCH
CLEPA – L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri ta’ Komponenti tal-Karozzi
EENA
ERTICO
ETSC – Il-Kunsill Ewropew għas-Sikurezza fit-Trasport
L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
FIA – Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi
FIGIEFA – Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Distributuri tal-Partijiet tal-Karozzi
GDV – L-Assoċjazzjoni tal-Assikurazzjoni Ġermaniża
Hyundai
IMA - Inter Mutuelles Assistance
Insurance Europe
JAMA
PSA
SNSA - Syndicat National des Sociétés d’Assistance
Toyota Motor Europe
VDA – l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Industrija tal-Karozzi
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur ħadmet fuq dan is-suġġett għal numru ta’ snin, inkluż fil-kapaċità tagħha bħal ko-rapporteur għar-rapport fuq inizjattiva proprja fl-2012. Għal sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati qabel ma nbeda x-xogħol fuq dan ir-rapport, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw l-uffiċċju tar-Rapporteur.
4.2.2014
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
( COM(2013)0316 – C7‑0174/2013 – 2013/0165(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Axel Voss
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Din il-proposta tipprevedi introduzzjoni obbligatorja ta' sistema eCall immuntata fil-vettura f'vetturi ġodda ta' tip approvat fl-Ewropa. Tifforma parti minn sett ta' atti legali tal-UE li sal-1 ta' Ottubru 2015 iridu jiżguraw l-iskjerament tas-servizz tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112. Għaldaqstant, timplika bosta obbligi indirizzati lill-manifatturi tal-vetturi/tagħmir. Flimkien mas-servizz tal-eCall ibbażat fuq in-numru 112, servizzi tal-eCall addizzjonali jew ta' valur miżjud jistgħu jiġu offruti lill-utenti għal skopijiet differenti.
Il-forniment tas-servizzi tal-eCall huwa bbażat fuq l-ipproċessar ta' kategoriji differenti ta' dejta personali (eż. l-identifikazzjoni tal-karozza, il-lok tal-vettura, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura, l-identità tas-sid, eċċ.). Għaldaqstant dan l-ipproċessar huwa soġġett għal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, jiġifieri d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika) sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-individwi.
Din l-opinjoni għandha l-għan li taċċerta li l-istrument legali li fl-aħħar se jiġi adottat jiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. L-emendi proposti jieħdu kont tal-opinjonijet u l-ħidmiet tal-Awtoritajiet Ewropej għall-Protezzjoni tad-Dejta, b'mod partikolari l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 li fil-passat ħadem b'mod attiv mal-partijiet interessati sabiex joħroġ diversi rakkomandazzjonijiet rigward l-iskjerament tas-sistemi eCall.
Ir-Rapporteur iqis li hu importanti li ssir distinzjoni bejn eCall ibbażata fuq in-numru 112 u eCall addizzjonali possibbli privata jew b'valur miżjud. Fid-dawl tal-aspetti relatati mal-protezzjoni tad-dejta, iż-żewġ sistemi għandhom jiġu trattati b'mod differenti. L-eCall 112 għandha tiġi attivata b'mod prestabbilit u għandha tiffunzjona mingħajr il-kunsens mogħti minn qabel mis-suġġett tad-dejta. Is-sistema għandha tkun inattiva u d-detezzjoni m'għandhiex tkun possibbli. Meta tiġi attivata, għandha titrażmetti biss sett minimu ta' dejta li hemm riferiment espliċitu għalih fl-istandard MSD (EN 15722), u għandha timxi skont il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini.
Fir-rigward tal-eCall privata jew ta' valur miżjud, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta huma differenti. L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jiddependi mill-kunsens mogħti minn qabel mis-suġġett tad-dejta jew mill-konklużjoni ta' kuntratt dwar l-użu ta' din id-dejta bejn il-kontrollur u s-suġġett tad-dejta. Iridu jingħataw identifikazzjoni u informazzjoni ċari dwar is-suġġett tad-dejta.
EMENDI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112 hija servizz ta’ interess ġenerali u għalhekk għandha tkun liberament aċċessibbli, jiġifieri mingħajr ħlas. L-ispejjeż għas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 ma jistgħux jiġu trasferiti lill-konsumaturi. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta’ navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)8. | (6) Il-provvista ta’ informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament f’każ ta' emerġenza hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta’ navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)8. |
__________________ | __________________ |
8 ĠU L 196, 24.7.2008, p.1. | 8 ĠU L 196, 24.7.2008, p.1. |
Ġustifikazzjoni
Din hija kjarifika li informazzjoni dwar il-pożizzjonament għandha tinġabar biss għal skopijiet ta’ salvataġġ f’każ ta' emerġenza.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq. | (8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112 u s-sistema li tipprovdi servizzi tal-eCall privati jew ta' valur miżjud għandhom ikunu teknikament separati b'mod li jippermetti wkoll li jkun hemm użu parallel kif ukoll separat. Dan biex is-sistemi ma jxekklux lil xulxin fil-funzjonijiet rispettivi tagħhom. In-nuqqas ta' użu ta' servizz tal-eCall privati jew b'valur miżjud jew ir-rifjut min-naħa tas-suġġett tad-dejta li jagħti l-kunsens biex iseħħ proċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha għas-servizz m'għandhomx jaffettwaw ħażin l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112 pprovduta mill-manifattur jew mill-fornitur ta' netwerk tat-telefown ċellulari. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b'aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. | (9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija tat-teknoloġija tal-informatika tal-Unjoni fis-suq dinji, sistemi eCall privati jew b'valur miżjud immuntati fil-vetturi għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-portabbiltà tad-dejta. |
Ġustifikazzjoni
L-aċċess miftuħ minn partijiet terzi għall-possibbiltajiet tekniċi ta' sistema eCall immuntata fil-vettura jġib miegħu riskji sinifikanti fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta. Servizzi privati/servizzi b’valur miżjud, madankollu, għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-portabbiltà tad-dejta, jiġifieri d-dritt li l-konsumatur jittrasferixxi d-dejta personali tiegħu minn servizz jew minn post wieħed għall-ieħor. B'hekk, il-konsumaturi jistgħu jibdlu s-servizzi privati/servizzi b’valur miżjud b’mod iktar faċli, u dan jgħin biex ikun hemmkompetittività iktar ġusta.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data10 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)11 b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza. | (13) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data10 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)11, u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali li jitwettaq fil-kuntest ta' dan ir-Regolament permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti inkarigati mill-Istati Membri skont dawk id-Direttivi. Għandu jiġi garantit li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall immuntati fil-vetturi, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall ibbażata fuq in-numru 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati u ma jkunusuġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti, li d-dejta personali tagħhom ma tinħażinx, u li s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jkun jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa meħtieġa biex is-sejħiet ta' emerġenza jiġu trattati kif xieraq. Ladarba jingħata l-kunsens mingħand is-suġġett tad-dejta jew isir kuntratt bejn iż-żewġ partijiet, jistgħu japplikaw kundizzjonijiet oħra għal sistema ta' sejħiet ta' emerġenza oħra installata fil-vettura flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura, iżda minkejja dan għandhom jikkonformaw ma' dawk id-Direttivi. |
________________ | ________________ |
9 1609/06/MT – WP 125. |
|
10 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. | 10 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. |
11 ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. | 11 ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37 |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Dan ir-Regolament jieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 fid-dokument ta' ħidma tiegħu dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-implikazzjonijiet tal-privatezza fl-inizjattiva tal-eCall, adottata fis-26 ta' Settembru 20061a. |
| ________________ |
| 1a 1609/06/MT – WP 125. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti, l-ittestjar, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza u l-eżenzjonijiet għal ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill | (15) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sistema eCall immuntata fil-vettura, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti, l-ittestjar, il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza u l-eżenzjonijiet għal ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, b'mod partikolari l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 stabbilit mid-Direttiva 95/46/KE. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. | (16) Huma u jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jintegraw il-forom tekniċi ta' protezzjoni tad-dejta fis-sistemi mmuntati fil-vetturi u għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-privatezza fid-disinn. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali; meta l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jew tagħha jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi tal-Istati Membri; |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta | Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta |
| -1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali stipulati f'dawk id-Direttivi.
|
1. F'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura ma jistgħux jiġu traċċati u mhumiex suġġetti għal kwalunkwe detezzjoni kostanti meta jkunu fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall. | 1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi mgħammra bis-sistema eCall immuntata fil-vettura ma jistgħux jiġu traċċati u mhumiex suġġetti għal kwalunkwe detezzjoni kostanti meta jkunu fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall. |
It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell mixtieq ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema. | It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell mixtieq ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema. |
2. Is-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. | 2. Is-sett minimu ta’ dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonsisti bħala massimu mill-informazzjoni mitluba mill-istandard “Sistemi ta’ trasport intelliġenti – eSafety – sett minimu ta’ dejta (MSD) għall-eCall” (EN 15722) b'mod partikolari l-attivazzjoni manwali jew awtomatika; klassi ta' vettura; tip ta' fjuwil użat; kronogramma; pożizzjoni eżatta; direzzjoni tas-sewqan; numru minimu ta' ċinturini tas-sikurezza maqfula. L-ebda dejta addizzjonali ma tista' tintbagħat mis-sistema eCall immuntata fil-vettura. Is-sett minimu ta’ dejta jista’ jinħażen biss sakemm ikun meħtieġ sabiex is-sejħiet ta' emerġenza jiġu trattati kif xieraq u d-dejta għandha tinħażen f’tali format li jippermetti t-tħassir sħiħ tagħha. |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, b'mod partikolari dwar: | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, b'mod partikolari dwar: |
(a) ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar; | (a) ir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar; |
(b) il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura tiġi attivata b'mod awtomatiku; | (b) il-fatt li s-sistema eCall immuntata fil-vettura tiġi attivata b'mod awtomatiku; |
(c) il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta li jitwettaq bis-sistema eCall immuntata fil-vettura; | (c) il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta li jitwettaq bis-sistema eCall immuntata fil-vettura; |
(d) l-għan tal-ipproċessar tal-eCall; | (d) l-għan speċifiku tal-ipproċessar tal-eCall; |
(e) it-tipi ta' dejta miġbura u pproċessati u r-riċevituri ta' dik id-dejta; | (e) it-tipi ta' dejta miġbura u pproċessati u r-riċevituri ta' dik id-dejta; |
(f) il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema mmuntata fil-vettura; | (f) il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema mmuntata fil-vettura jew, jekk dan mhux possibbli, il-kriterju użat biex jiġi determinat dan il-perjodu; fi kwalunkwe każ, id-dejta personali m’għandhiex tiġi proċessata għal żmien itwal milli meħtieġ għall-għan li għalihtkun ġiet proċessata; |
(g) il-fatt li ma hemm l-ebda detezzjoni kostanti tal-vettura; | (g) il-fatt li ma hemm l-ebda detezzjoni kostanti tal-vettura meta tinqabeż il-ġabra tal-ammont minimu ta' dejta meħtieġ biex is-sistema eCall immuntata fil-vettura tiddetermina u tittrażmetti l-lok u d-direzzjoni tal-vjaġġ tal-vettura meta jkun qed jiġi rrapportat inċident kif ukoll il-fatt li kwalunkwe dejta ta' detezzjoni tinħażen fl-apparat sakemm dan ikun strettament neċessarju għal dan l-iskop; |
(h) il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' dawk interessati; | (h) il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' dawk interessati; l-informazzjoni ta' kuntatt tal-kontrollur; |
(i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud. | (i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward it-traċċabbiltà u d-detezzjoni u l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud, li għandhom ikunu suġġetti għall-kunsens espliċitu tal-utent u b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għall-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u s-sistemi privati ta' eCalls jew s-servizzi b'valur miżjud. |
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li għandu jiddefinixxi aktar ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u ta' detezzjoni u t-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta' dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fil-paragrafu 3. | 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 9, wara li tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li għandu jiddefinixxi aktar ir-rekwiżit tan-nuqqas ta' traċċabbiltà u ta' detezzjoni u t-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari l-mod li bih jista' jinkiseb il-kunsens minn utent tal-eCall, kif l-identifikazzjoni tiegħu jew tagħha tista' tiġi żgurata jekk vettura tkun qed tintuża minn bosta persuni, il-miżuri ta' sigurtà li għandhom jiġu adottati mill-fornituri tas-servizzi tal-eCall biex jiżguraw ipproċessar legali tad-dejta u prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat, divulgazzjoni, tibdil jew telf tad-dejta personali, kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta' dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Barra minn hekk, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar sistemi mmuntati fil-vetturi skont il-paragrafu 3 fid-dokumenti tekniċi tal-vettura. F’każ ta’ xiri ta’ vettura, il-manifattur jew r-rivenditur tal-vettura għandu jipprovdi lill-klijent b'din l-informazzjoni f'forma ta' skeda ta' informazzjoni bażika f’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem faċilment. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4b. Biex tiġi evitata konfuzjoni fir-rigward tal-għanijiet mixtieqa u l-valur miżjud tal-ipproċessar, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun provduta lill-utent b'mod separat għas-sistema eCall u għas-sistemi eCall oħrajn qabel l-użu tas-sistema. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4c. Il-manifatturi għandhom jiggarantixxu li s-sistema eCall immuntata fil-vettura u sistema ta' sejħiet ta' emerġenza oħra installata u sistema li tipprovdi servizzi b'valur miżjud ikunu teknikament separati u li ma jkunx possibbli li jseħħ skambju ta' dejta personali. In-nuqqas ta' użu ta' sistema oħra jew ta' sistema b'valur miżjud jew ir-rifjut tas-suġġett tad-dejta li jagħti l-kunsens biex isir l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha għal servizz privat m'għandux joħloq effetti avversi fuq l-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u/jew l-utent tal-eCall. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni tista' teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi stipulati fl-Artikolu 4, jekk wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju mwettqa jew meħtieġa mill-Kummissjoni, u wara li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta' vetturi kkonċernati. | 1. Il-Kummissjoni tista’ teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi stipulati fl-Artikolu 4, jekk wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju u analiżi teknika mwettqa jew meħtieġa mill-Kummissjoni, u wara li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi ta’ vetturi kkonċernati. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li b’konformità ma' dan l-Artikolu tadotta atti delegati li jiddefinixxu aktar it-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza msemmija fl-Artikolu 6(1) kif ukoll il-modalitajiet tal-ipproċessar ta’ dejta privata u tal-informazzjoni tal-utent imsemmija fl-Artikolu 6(3). |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
L-atti delegati msemmija għandhom konsegwenzi sinifikanti fuq iċ-ċittadini. Għalhekk għandu jingħata perjodu itwal lill-Parlament u lill-Kunsill għal oġġezzjonijiet.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) ksur tad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Il-ksur kemm tad-dispożizzjonijiet dwar il-privatezza kif ukoll ta' dawk dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu jġib miegħu sanzjonijiet għall-manifattur.
PROĊEDURA
Titolu | Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura | |||
Referenzi | COM(2013)0316 – C7-0174/2013 – 2013/0165(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 1.7.2013 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 12.12.2013 | |||
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | 16.1.2014 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Axel Voss 5.11.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 28.11.2013 | 30.1.2014 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 30.1.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 32 11 4 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Svetoslav Hristov Malinov, Nuno Melo, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Ulrike Lunacek, Marian-Jean Marinescu, Jan Mulder, Hubert Pirker, Raül Romeva i Rueda, Joanna Senyszyn | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Zuzana Brzobohatá, Santiago Fisas Ayxela, Jens Geier, María Irigoyen Pérez, Evelyn Regner, Bart Staes, Tadeusz Zwiefka | |||
10.1.2014
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għat-tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
( COM(2013)0316 – C7‑0174/2013 – 2013/0165(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Peress li kienet ilha taħdem fuq proposti dwar l-eCall sa mill-2005, il-Kummissjoni Ewropea għall-ewwel ikkunsidrat tintroduċi s-sistema fuq bażi volontarja biss. Tali approċċ ma rnexxiex, meta jitqies li llum madwar 0,7 % biss tal-vetturi huma mgħammra b'sistema eCall.
Sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni issa qiegħda tagħżel approċċ 'regolatorju' li permezz tiegħu l-eCall issir obbligatorja fil-vetturi ġodda kollha. Is-sistema se tkun ibbażata fuq l-installazzjoni ta' tagħmir tat-tip approvat għan-Numru Uniku Ewropew tal-Emerġenza 112 fil-vetturi kollha u qafas għall-ġestjoni tal-eCalls fin-netwerks tat-telekomunikazzjoni u ċ-ċentri li jwieġbu għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika. Dan l-approċċ se jagħmel l-eCall disponibbli għaċ-ċittadini kollha fl-Ewropa bħala servizz offrut fl-UE kollha.
Servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud (pjattaforma b’aċċess miftuħ)
Bit-tnedija ta' servizz pubbliku tal-eCall madwar l-Ewropa, il-vetturi fil-futur se jkunu mgħammra bi pjattaforma telematika bażika mmuntata fil-vettura li tlaqqa' komponenti tekniċi (komunikazzjoni mingħajr fili b'teknoloġija li tindika l-pożizzjoni b'mod preċiż u konnessjoni ma' sistemi ta' kontroll u ta' sensers tal-karozza). Madankollu, ir-Rapporteur temmen li servizzi oħra pprovduti lill-konsumaturi għandhom jiġu indirizzati b'regolament dwar Sistemi tat-Traffiku Intelliġenti u Pjattaformi Telematiċi mfassal speċifikament. Ir-regolament dwar l-eCall li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiffoka biss fuq is-servizzi tal-emerġenza pprovduti permezz tal-infrastruttura Ewropea 112. L-introduzzjoni ta' pjattaforma ta' aċċess miftuħ f'dan l-istadju tista' twassal għal vojt leġiżlattiv fir-rigward tas-sjieda u r-responsabbiltà kif ukoll għal aktar dewmien biex is-sistema ta' emerġenza eCall ibbażata fuq in-numru 112 tibda taħdem. Il-Kummissjoni għandha madankollu tipproponi, mhux aktar tard minn April 2014, regolament dwar is-servizzi ta' valur miżjud li jistgħu jġibu benefiċċji ulterjuri lill-konsumaturi.
Servizzi privati ta' sejħiet ta' emerġenza (sistemi eCall appoġġjati minn partijiet terzi)
Is-sistema eCall appoġġjata minn servizzi ta' partijiet terzi għandha titħalla tikkoeżisti mas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 u għalhekk għandha tiddaħħal definizzjoni. Barra minn hekk, sistemi eCall appoġġjati minn servizz ta' partijiet terzi għandhom jitħallew jikkoeżistu mas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 bil-kundizzjoni li s-servizz pubbliku eCall ibbażat fuq in-numru 112 ikun dejjem disponibbli tal-anqas bħala għażla alternattiva.
Kjarifiki oħra
Sabiex jiġu kkjarifikati l-proċessi differenti u l-partijiet li jibnu s-sistema eCall immuntata fil-vettura, ir-rapporteur għażlet li tiddefinixxi fid-dettall: is-sejħa nfisha, it-tagħmir, kif ukoll in-netwerk li jġorr l-informazzjoni u r-riċevitur tagħha. Id-definizzjonijiet inizjali ma joffrux separazzjoni ċara bejn dawn il-punti differenti.
Fir-rigward tal-kompatibbiltà mas-sistemi Galileo u EGNOS, ir-rapporteur temmen li mhuwiex vijabbli li jitlesta l-iżvilupp ta' riċevitur ta' pożizzjonament qabel ma s-satelliti ta' pożizzjonament ikunu disponibbli kompletament. Sa dakinhar, dan ma għandux ikun rekwiżit obbligatorju.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Għad hemm il-ħtieġa li jitjieb l-operat tas-servizz 112 madwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jagħti assistenza fil-pront u b'mod effikaċi fl-emerġenzi. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Is-sistema eCall se tirrappreżenta struttura importanti magħmula minn atturi differenti involuti fis-salvagwardja tal-ħajja umana. Għalhekk huwa fundamentali li dan ir-Regolament jiżgura l-aspett tar-responsabbiltà biex jippermetti l-fiduċja sħiħa tal-utenti u t-tħaddim mingħajr intoppi tas-sistema eCall. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)8. | (6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà sħiħa tagħha mas-servizzi provduti mis-sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita, u b'mod partikolari s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS, ladarba jsiru operattivi kompletament, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)8. |
__________________ | __________________ |
8 ĠU L 196, 24.7.2008, p.1. | 8 ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura, għall-bidu għandu japplika biss għall-karozzi tal-pasiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfieħ il-ġodda (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. | (7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura, għall-bidu għandu japplika biss għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief il-ġodda (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. Il-Kummissjoni għandha, madankollu, tivvaluta l-possibilità li testendi s-sistema obbligatorja eCall immuntata fil-vettura għal kategoriji oħrajn ta' vetturi mhux koperti minn dan ir-Regolament. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq. | (8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza provduti minn fornituri privati, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu ċċertifikati li ma jtellfux lis-sewwieq, minn awtorità kompetenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet responsabbli mis-sikurezza stradali, u għandhom jiġu offruti lill-konsumaturi fuq bażi fakultattiva. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b'aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. | (9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-Unjoni fis-suq dinji, l-elementi kollha tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandhom ikunu aċċessibbli għall-finijiet ta' tiswija u manutenzjoni skont il-leġiżlazzjoni eżistenti. |
| Il-Kummissjoni għandha tressaq, mingħajr dewmien u abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kollha, proposta leġiżlattiva dwar is-servizzi anċillari u pjattaforma telematika interoperabbli standardizzata u b'aċċess miftuħ li tista' tiġi żviluppata għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. |
| Biex il-mod kif jinkiseb aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura jiġi addattat għall-progress teknoloġiku, hemm bżonn urġenti ta' ħidma lejn ftehim dwar ir-rekwiżiti tekniċi tas-sistema mmuntata fil-vettura u ta' aġġornament tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti f'dan is-sens. |
| Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi speċifikazzjonijiet u taġġorna l-lista tal-azzjonijiet ta' prijorità inklużi fid-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8a. Għandu jiġi ċċarat ulterjorment taħt liema kundizzjonijiet il-partijiet terzi li jipprovdu servizzi ta' valur miżjud jista' jkollhom aċċess għad-dejta maħżuna fis-sistema mmuntata fil-vettura. |
| _________________ |
| 8a Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-introduzzjoni ta' kwalunkwe applikazzjoni jew servizz addizzjonali mmuntati fil-vettura ma għandux idewwem id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tiegħu. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. | (16) Il-manifatturi tal-vetturi u l-fornituri tas-servizzi għandhom jingħataw biżżejjed żmien ta' tħejjija mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament, meta jitqies li r-rekwiżiti tekniċi dwar l-ittestjar, l-applikazzjoni tal-istandards rilevanti u l-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza se jiġu stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti ddelegati. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) 'sistema eCall immuntata fil-vettura' tfisser sistema attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, li twassal sett minimu standardizzat ta' dejta u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika; | (1) 'sistema eCall immuntata fil-vettura' tfisser sistema ta' emerġenza, magħmula minn tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġjaw u jeżegwixxu t-trażmissjoni ta’ eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, u li tibgħat sinjali permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili sabiex tippermetti t-trażmissjoni ta' sett minimu standardizzat ta' dejta, u tistabbilixxi kanal tal-awdjo eCall ibbażat fuq in-numru 112 jew appoġġjat minn servizzi ta' partijiet terzi bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika; |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) 'eCall' tfisser sejħa ta' emerġenza mill-vettura fuq in-numru 112, magħmula permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura; |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) 'eCall appoġġjata minn servizzi ta' partijiet terzi' (TPS-eCall) tfisser sistema ta' sejħiet ta' emerġenza skont l-istandard EN 16102:2011 li tinkludi t-trażmissjoni ta' dejta lil fornitur tas-servizz ta' parti terza (TPSP), u t-twettiq ta' sejħa bil-vuċi ma' dan it-TPSP permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili.
|
| Fil-każ ta' inċident serju, it-TPSP jistabbilixxi konnessjoni bil-vuċi mal-aktar ċentru xieraq li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika (PSAP) u jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-avveniment, inkluża l-informazzjoni speċifikata mill-EN 15722 (Sistemi ta' Trasport Intelliġenti - eSafety - sett minimu ta' dejta 'eCall') għal dan l-aktar PSAP xieraq; |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2c) 'ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika' (PSAP) tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta' emerġenza jaslu l-ewwel, taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat; |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) 'sett minimu ta' dejta' (MSD) tfisser l-informazzjoni definita mill-istandard ‘Telematika tat-trasport u t-traffiku stradali — eSafety — sett minimu ta' dejta (MSD) għall-eCall' (EN 15722) li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2e) 'tagħmir immuntat fil-vettura' tfisser tagħmir fil-vettura li jipprovdi jew għandu aċċess għad-dejta mmuntata fil-vettura meħtieġa biex issir it-tranżazzjoni tal-eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt 2f (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2f) 'netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili' tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili disponibbli għall-pubbliku f'konformità mad-Direttivi 2002/21/KE12a u 2002/22/KE12b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
| __________________ |
| 12a Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33). |
| 12b Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51). |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura, f'konformità mar-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata u inkorporata fil-vettura, f'konformità mar-Regolament u l-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-vettura li juża sistema oħra ta’ sejħa ta’ emerġenza installata fil-vettura u li tipprovdi servizz simili, flimkien mas-sistema eCall immuntata fil-vettura. F'dak il-każ, din is-sistema l-oħra ta' sejħa ta' emerġenza għandha tkun konformi mal-istandard EN 16102 'Sistema ta' trasport intelliġenti - eSafety - eCall Appoġġjata minn Servizzi ta’ Parti Terza – Rekwiżiti tal-Operat'. Il-manifatturi għandhom juru li s-sistema mmuntata fil-vettura tinkludi mekkaniżmu ta' swiċċ li jiżgura li jkun hemm sistema waħda biss attiva f'ħin wieħed u li s-sistema eCall immuntata fil-vettura tibda taħdem awtomatikament fil-każ li s-sistema l-oħra ta' sejħiet ta' emerġenza ma tkunx qed taħdem. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi mmuntati fil-vetturi huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita li jinkludu s-sistemi Galileo u EGNOS. | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi mmuntati fil-vetturi huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti mis-sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita operattivi li jinkludu s-sistemi Galileo u EGNOS, 12-il xahar wara l-kapaċità operattiva inizjali tagħhom. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Dawk is-sistemi eCall immuntati fil-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati biss għandhom jiġu aċċettati għall-għanijiet tal-approvazzjoni tat-tip. | 4. Dawk is-sistemi eCall immuntati u inkorporati fil-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati biss għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni mill-inqas għall-għanijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni. | 6. L-elementi kollha tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-finijiet ta' tiswija u manutenzjoni tal-vettura kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-fini tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' servizzi addizzjonali bbażati fuq pjattaforma interoperabbli, standardizzata u miftuħa għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. |
| __________________ |
| 14a Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Għall-finijiet ta' tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u għal applikazzjonijiet jew servizzi mmuntati fil-vetturi fil-futur, il-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għandhom, sa Jannar 2017, jaslu għal ftehim dwar ir-rekwiżiti tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sigura, u b'aċċess miftuħ, li fuqha għandha tiġi bbażata s-sistema eCall immuntata fil-vettura. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6b. Mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibda taħdem fuq ir-rekwiżiti tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sigura, u b'aċċess miftuħ, li fuqha tista' tkun ibbażata s-sistema eCall immuntata fil-vettura, għall-finijiet ta' tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u għal applikazzjonijiet jew servizzi mmuntati fil-vetturi fil-futur. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6c. Meta tadotta dawn l-atti legali, il-Kummissjoni għandha toħloq il-prekundizzjonijiet tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sigura u miftuħa. Din għandha tippermetti aċċess għal xogħol ta' tiswija u manutenzjoni għall-parteċipanti kollha tas-suq mingħajr diskriminazzjoni. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi eCall mmuntati fil-vetturi u li jemendaw id-Direttiva 2007/46/KE skont dan. | 7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 9 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi eCall mmuntati fil-vetturi u li jemendaw id-Direttiva 2007/46/KE skont dan. |
Ir-rekwiżiti tekniċi u t-testijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 6 u fuq l-istandards li ġejjin, kif meħtieġ: | Ir-rekwiżiti tekniċi u t-testijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u jkunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 6 u fuq l-istandards li ġejjin, kif meħtieġ: |
(a) EN 16072 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – ESafety – Rekwiżiti ta' eCall operattiv pan-Ewropew'; | (a) CEN EN 16072:2011 'Sistemi ta' trasport intelliġenti – ESafety – eCall pan-Ewropew – rekwiżiti operattivi'; |
(b) EN 16062 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - ESafety – Rekwiżiti ta' applikazzjoni ta' livell għoli għall-eCall (HLAP)'; | (b) CEN EN 16062:2011 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - ESafety – Rekwiżiti ta' applikazzjoni ta' livell għoli għall-eCall (HLAP)'; |
(c) EN 16454 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - eSafety - – ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-eCall', fir-rigward tal-konformità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura mal-eCall pan-Ewropew; | (c) CEN EN 16454:Verżjoni 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - eSafety - ittestjar għall-konformità minn tarf sa ieħor tal-eCall', fir-rigward tal-konformità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura mal-eCall pan-Ewropew; |
| (ca) CEN EN 15722:2011 'Sistemi ta' trasport intelliġenti - eSafety - sett minimu ta' dejta (MSD) għall-eCall'; |
| (cb) CEN EN 16102:2011 'Sistemi ta' trasportazzjoni intelliġenti – Rekwiżiti Operazzjonali tal-eCall għall-appoġġ minn partijiet terzi'; |
(d) kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali jew Regolament tal-NU/KEE li huwa relatat mas-sistemi eCall. | (d) kwalunkwe standard Ewropew addizzjonali jew Regolament tal-NU/KEE li huwa relatat mas-sistemi eCall. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. | 2. Is-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jinkludi biss l-informazzjoni definita mill-istandard 'Telematika tat-trasport u t-traffiku stradali – eSafety – sett minimu ta' dejta (MSD) għall-eCall' (EN 15722) li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' dawk interessati; | (h) il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' dawk interessati, inkluża l-offerta ta' punt ta' kuntatt indipendenti għall-immaniġġjar tal-ilmenti; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B'effett mill-1 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura lit-tipi ta' vetturi ġodda li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. | B'effett mill-1 ta' Ġunju 2016, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura lit-tipi ta' vetturi ġodda li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Rappurtar |
| Mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rata ta' penetrazzjoni u l-impatt tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi. Din l-evalwazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2015. | Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2016. |
PROĊEDURA
Titolu | Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura | |||
Referenzi | COM(2013)0316 – C7-0174/2013 – 2013/0165(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 1.7.2013 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 1.7.2013 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Adina-Ioana Vălean 11.9.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 28.11.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 9.1.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 34 4 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Marisa Matias, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Maria Badia i Cutchet, Luigi Berlinguer, Jerzy Buzek, Antonio Cancian, Daniel Caspary, Yves Cochet, Lara Comi, António Fernando Correia de Campos, Rachida Dati, Francesco De Angelis, Ioan Enciu, Vicente Miguel Garcés Ramón, Elisabetta Gardini, Nick Griffin, Marek Józef Gróbarczyk, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Cristina Gutiérrez-Cortines, Takis Hadjigeorgiou, Rebecca Harms, Satu Hassi, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Sajjad Karim, Seán Kelly, Eija-Riitta Korhola, Paweł Robert Kowal, Holger Krahmer, Bernd Lange, Werner Langen, Corinne Lepage, Marian-Jean Marinescu, Zofija Mazej Kukovič, Alajos Mészáros, Alexander Mirsky, Tiziano Motti, Vladko Todorov Panayotov, Markus Pieper, Mario Pirillo, Pavel Poc, Franck Proust, Fiorello Provera, Frédérique Ries, Algirdas Saudargas, Peter Skinner, Alyn Smith, Laurence J.A.J. Stassen, Hannu Takkula, Silvia-Adriana Ţicău, Johannes Cornelis van Baalen, Peter van Dalen, Lambert van Nistelrooij, Henri Weber, Hermann Winkler, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Sandrine Bélier, Jean Lambert | |||
19.12.2013
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
( COM(2013)0316 – C7‑0174/2013 – 2013/0165(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Philippe De Backer
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni ilha taħdem fuq l-eCall sa mill-2005, u ppruvat tintroduċiha fuq bażi volontarja. Billi dan l-approċċ volontarju ma ħadimx – illum huma biss madwar 0,7 % tal-vetturi li huma mgħammra b’sistema eCall – il-Kummissjoni bdiet tadotta leġiżlazzjoni sabiex l-eCall ikun servizz obbligatorju fil-vetturi l-ġodda.
Il-Parlament Ewropew adotta fit-3 ta’ Lulju 2012, b’maġġoranza kbira, rapport fuq inizjattiva proprja bl-isem "eCall – servizz ġdid ta’ 112 għaċ-ċittadini". F’dak ir-rapport, il-Parlament qies li l-eCall għandha tkun sistema pubblika ta’ sejħiet tal-emerġenza mifruxa mal-UE kollha, immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru tal-emerġenza 112 u fuq standards komuni pan-Ewropej.
Il-Kummissjoni segwiet ħafna r-rapport tal-Parlament biż-żewġ proposti li issa qegħdin għad-diskussjoni.
Il-Kummissjoni għażlet approċċ ‘regolatorju’. L-eCall se tkun ibbażata fuq l-installazzjoni ta’ tagħmir tat-tip approvat għan-Numru Ewropew tal-Emerġenza 112 fil-vetturi kollha, billi tibda minn ċerti kategoriji ta’ vetturi, u qafas għat-trattar tal-eCalls fin-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-PSAPs. Dan l-approċċ jagħmel l-eCall disponibbli għaċ-ċittadini kollha fl-Ewropa bħala servizz mifrux mal-UE kollha, jaċċelera l-iskjerament tiegħu u jħaddan il-potenzjal kollu tal-eCall biex issalva l-ħajjiet u ttaffi s-severità tal-ġrieħi. Billi wieħed jibni fuq dan it-tagħmir tal-fabbrika standardizzat għall-112 u f’koeżistenza miegħu, jistgħu jiġu provduti servizzi ta’ emerġenza addizzjonali fil-vettura u/jew servizzi ta’ valur miżjud lill-utent aħħari biex ikun qed jingħata iktar sikurezza u benefiċċji ekonomiċi.
Fit-8 ta’ Settembru 2011 il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (“Sejħiet elettroniċi”).
Sabiex tikkompleta l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-eCall tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni parallela u f’waqtha tas-servizz tal-eCall ibbażat fuq il-112 mit-tliet gruppi ta’ partijiet interessati involuti (l-operaturi tan-netwerks mobbli, is-servizzi pubbliċi ta’ emerġenza u l-industrija tal-karozzi) sal-2015, il-Kummissjoni pproponiet dan li ġej:
a) Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri mmirata lejn l-Operaturi tan-Netwerk Mobbli biex jappoġġjaw it-trażmissjoni tal-eCalls (taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ CNECT – adottata fit-8 ta’ Settembru 2011).
b) Proposta għal Regolament skont il-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi dwar l-introduzzjoni obbligatorja tal-parti mmuntata fil-vettura tas-servizz tal-eCall f’vetturi ġodda tat-tip approvat ta’ kategoriji magħżula fl-Ewropa (taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ ENTR – adottata fit-13 ta’ Ġunju 2013).
c) Fil-qafas tad-Direttiva 2010/40/UE dwar Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet fuq it-tagħmir meħtieġ fiċ-Ċentri li Jwieġbu għas-Sejħiet marbutin mas-Sikurezza Pubblika għall-mod xieraq kif jiġu riċevuti u trattati l-eCalls. Dan kien segwit minn proposta dwar l-iskjerament ta’ dik l-infrastruttura meħtieġa (taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ MOVE) – adottata fit-13 ta’ Ġunju 2013.
Dawn il-proposti tal-aħħar, ippubblikati fit-13 ta’ Ġunju 2013, huma dawn li ġejjin:
1. Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskjerament ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha
2. Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
Proposta għal regolament
Il-proposta tadatta r-regolamentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip biex teħtieġ li t-tipi l-ġodda ta’ karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief jinbnew b’tali mod li jiżguraw li f’każ ta’ aċċident gravi, ikunu kapaċi jagħtu bidu b’mod awtomatiku għal sejħa ta’ emerġenza (eCall) lin-numru 112. Irid ikun possibbli wkoll li s-sejħiet ta' emerġenza (eCalls) lin-numru 112 isiru b'mod manwali.
Minħabba n-natura tal-informazzjoni li qed tiġi provduta minn dan is-servizz, il-Kummissjoni tipprevedi regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.
Ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2015.
Il-perspettiva tar-rapporteur
Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-kamp ta’ applikazzjoni għandu jiġi limitat għal tipi ġodda ta’ vetturi N1 u M1. Huwa jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga iżjed jekk il-kamp ta’ applikazzjoni għandux jiġi estiż għal vetturi li jaħdmu b’żewġ roti, il-vetturi heavy duty u x-xarabanks. Huwa jistieden ukoll lill-manifatturi biex jinstallaw it-teknoloġija eCall kemm jista’ jkun malajr fuq it-tipi eżistenti ta’ vetturi li se jiġu mmanifatturati wara l-1 ta’ Ottubru 2015.
Ir-rapporteur jappoġġja lill-Kummissjoni fil-limitazzjoni tar-Regolament għall-funzjonament tas-servizz eCall. Huwa jaħseb li l-pjattaforma b’aċċess miftuħ hija għodda utli, li għandha tkun ta’ benefiċċju enormi għas-sewwieqa tal-UE. Iżjed riċerka hija meħtieġa, madankollu, sabiex naslu għal sett komplut ta’ regoli għall-organizzazzjoni tal-pjattaforma miftuħa. Ir-rapporteur għalhekk iħalli l-proposta tal-Kummissjoni kif inhi. Dan għandu jippermetti lil dawk li jfasslu l-politika biex jipproċedu malajr bin-negozjati, biex dan iwassal għall-applikazzjoni rapida tal-eCall fil-vetturi l-ġodda kollha.
Definizzjoni ta’ eCall
Ir-rapporteur qed jipproponi li tiddaħħal id-definizzjoni ta’ eCall li hija meħuda mir-Regolament Delegat 305/2013
Servizzi ta’ partijiet terzi
Sistema privata ta’ eCall diġà qed tiġi offruta lis-sewwieqa minn diversi manifatturi tal-karozzi. Mhuwiex l-għan tar-rapporteur li jikkastiga lil dawk il-manifatturi billi jipprojbixxi dawk is-servizzi. Is-servizzi ta’ partijiet terzi jistgħu jibqgħu jeżistu. Is-sewwieqa li jagħżlu li jkollhom dik is-sistema fil-karozza tagħhom, jeħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu dan. Għandu jiġi ċċarat madankollu, li l-eCall 112 hija s-sistema bażika. Għandha tkun sistema pubblika, disponibbli għal kulħadd u għandha tiġi pprovduta f’kull karozza ġdida mill-1 ta’ Ottubru 2015 ’il quddiem. Għandu jiġi ċċarat ukoll lill-klijent li, b’differenza mill-użu tas-sistema tal-eCall 112, l-użu tas-servizzi ta’ parti terza jista’ jagħmilha possibbli li l-karozza tiġi ttraċċata.
Privatezza
Ir-rapporteur iqis ta’ importanza kbira li tiġi rispettata l-privatezza tas-sewwieq tal-karozza u li jiġi evitat l-użu ħażin tad-dejta. Huwa, għalhekk, jappoġġja lill-Kummissjoni fil-proposta biex l-eCall tkun sistema passiva, li ma tħallix il-possibbiltà li l-karozza tiġi ttraċċata. Ir-rapporteur, madankollu, jixtieq iwissi liċ-ċittadini li jekk jagħżlu li jkollhom servizz addizzjonali ta’ parti terza, il-privatezza tagħhom ma tkunx iżjed garantita minn dan ir-Regolament.
Spezzjonijiet tekniċi perjodiċi
L-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi li jikkonċernaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandhom isiru fl-ambitu tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Sabiex is-sikurezza stradali tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni "eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni" tipproponi miżuri ġodda biex iħaffu l-iskjerament fl-Unjoni ta' servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall fil-vetturi l-ġodda kollha, billi tibda mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. | (3) Sabiex is-sikurezza stradali tkompli titjieb, il-Komunikazzjoni "eCall: Wasal il-waqt għall-Mobilizzazzjoni"6 tipproponi miżuri ġodda biex jiġi mobilizzat servizz ta' sejħiet ta' emerġenza mmuntat fil-vettura fl-Unjoni mingħajr ma jiġi ttraskurat il-prinċipju tan-newtralità fit-teknoloġija. Waħda mill-miżuri proposti hija li jsir obbligatorju l-immuntar ta' sistemi ta' eCall fil-vetturi l-ġodda kollha, billi tibda mill-kategoriji ta' vetturi M1 u N1 kif iddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE. |
__________________ | __________________ |
6 COM (2009) 434 final. | 6 COM (2009) 434 final. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta' fatalitajiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi biex inaqqas it-tbatija umana, il-kura tas-saħħa u spejjeż oħra. | (5) Is-sistema eCall tal-Unjoni mistennija tnaqqas l-għadd ta’ fatalitajiet fl-Unjoni kif ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku, permezz tal-ottimizzazzjoni taż-żmien meħud mis-servizzi ta’ emerġenza biex isalvaw lill-vittmi. Bl-introduzzjoni obbligatorja tas-sistema eCall is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini kollha u għalhekk jikkontribwixxi biex inaqqas it-tbatija umana, l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa, mal-konġestjoni ġġenerata mill-inċidenti u mal-installazzjoni ta’ punti għal sejħiet tal-emerġenza tul it-toroq. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). | (6) Il-provvista ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-pożizzjonament hija element essenzjali tat-tħaddim effettiv tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi meħtieġa l-kompatibbiltà tagħha mas-servizzi provduti bil-programmi ta' navigazzjoni bis-satellita operattivi, li jinkludu s-sistemi stabbiliti skont il-programmi Galileo u EGNOS stipulati fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). |
__________________ | __________________ |
8 OJ L 196, 24.7.2008, p.1. | 8 ĠU L 196, 24.7.2008, p.1. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura, għall-bidu għandu japplika biss għall-karozzi tal-pasiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfieħ il-ġodda (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. | (7) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura, għall-bidu għandu japplika biss għall-karozzi tal-passiġġieri tal-mudelli l-ġodda u l-vetturi kummerċjali ħfief (il-kategoriji M1 u N1) li għalihom diġà jeżisti mekkaniżmu xieraq li jagħti bidu għall-eCall. It-tagħmir ta’ tipi eżistenti ta’ vetturi li se jiġu manifatturati wara Ottubru 2015 bis-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura, għandu jsir kemm jista’ jkun malajr. Il-Kummissjoni għandha twettaq iktar riċerka u valutazzjoni tal-impatt dwar l-opportunità li jiġu mgħammra vetturi ta' kategoriji oħrajn, bħal vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs), xarabanks u kowċis, vetturi motorizzati b’żewġ roti (PTW), u tratturi agrikoli fi żmien debitu bis-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura bil-ħsieb li tippreżenta proposta leġiżlattiva. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Il-konsumaturi għandhom ikunu provduti b’ħarsa ġenerali realistika tas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura u anke tas-sistema eCall privata, jekk il-vettura tkun mgħammra b’waħda, kif ukoll informazzjoni komprensiva u affidabbli dwar kwalunkwe funzjonalitajiet addizzjonali jew servizzi marbuta mas-servizz privat ta’ emerġenza, applikazzjoniet ta’ sejħiet ta’ emerġenza jew assistenza mmuntati fil-vettura li jkunu offruti u dwar il-livell ta’ servizz mistenni bix-xiri ta’ applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi u l-ispejjeż assoċjati. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq. | (8) It-tagħmir obbligatorju tal-vetturi bis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet interessati kollha bħall-manifatturi tal-karozzi u l-operaturi indipendenti li joffru servizzi addizzjonali ta' emerġenza u/jew ta' valur miżjud ta' partijiet terzi, b'mod parallel ma' jew li jkomplu jibnu fuq is-sistema eCall immuntata fil-vettura u bbażata fuq in-numru 112. Madankollu, dawn is-servizzi addizzjonali għandhom jiġu mfassla b’tali mod li ma jtellfux lis-sewwieq u għandhom ikunu konformi mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Barra dan għandu jkun żgurat li fl-ebda waqt ma jkun imfixkel ix-xogħol effiċjenti taċ-ċentri tas-sejħiet ta’ emerġenza permezz ta’ servizzi paralleli ta’ emerġenza tal-manifatturi tal-karozzi. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata fuq pjattaforma interoperabbli u b'aċċess miftuħ għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. | (9) Sabiex tiġi żgurata għażla miftuħa għall-klijenti u kompetizzjoni ġusta, kif ukoll titħeġġeġ l-innovazzjoni u tiġi xprunata l-kompetittività tal-industrija teknoloġika tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq dinji, is-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-operaturi kollha indipendenti u bbażata fuq pjattaforma interoperabbli, b’aċċess miftuħ, sikura u standardizzata għal applikazzjonijiet jew servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni jew servizz addizzjonali mmuntati fil-vettura ma għandux idewwem id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tiegħu. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) eCall, bħala sistema relatata mas-sikurezza, teħtieġ l-ogħla livell possibbli ta’ affidabbiltà. Il-preċiżjoni tas-sett minimu ta’ dejta u tat-trażmissjoni tal-vuċi u l-kwalità tagħha għandhom għalhekk ikunu żgurati u għandha tkun żviluppata sistema ta’ ttestjar uniformi biex tkun żgurata l-lonġevità u d-durabilità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Dan jaqa’ fil-kompetenza tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi mwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru .../… 8a*. Dispożizzjonijiet dettaljati għall-ittestjar għandhom ikunu inklużi fl-Anness rilevanti tiegħu. |
| __________________ |
| 8a Regolament (UE) Nru…/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… dwar it-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L). |
| Nota fil-ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni tad-dokument 2012/0184(COD) . |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u li jinsabu fid-'Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall', adottat fis-26 ta' Settembru 2006, kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonforma mar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza. | (13) Skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u li jinsabu fid-'Dokument ta' ħidma dwar il-ħarsien tad-data u l-implikazzjonijiet għall-privatezza fl-inizjattiva eCall', adottat fis-26 ta' Settembru 2006, kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jikkonforma mar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), b'mod partikolari biex jiggarantixxi li l-vetturi mgħammra b'sistemi eCall mmuntati fil-vetturi, fl-istatus ta' operat normali tagħhom relatat mal-eCall 112, ma jkunux jistgħu jiġu traċċati, mhumiex suġġetti għall-ebda detezzjoni kostanti u s-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura jinkludi l-informazzjoni minima meħtieġa għat-trattar xieraq tas-sejħiet ta' emerġenza permezz ta' servizz pubbliku b'ċentri li jwieġbu għas-sejħiet. |
__________________ | __________________ |
1609/06/EN – WP 125. | 1609/06/EN – WP 125. |
ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. | 10 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. |
ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. | 11 ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 14a. L-ispezzjoni teknika perjodika li tikkonċerna s-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha ssir fl-ambitu tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. | (16) Il-manifatturi tal-vetturi għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament, speċjalment biex ikunu jistgħu jwettqu t-testijiet meħtieġa, li għandhom isiru taħt diversi kundizzjonijiet. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. | Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-KE fir-rigward tas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) 'sistema eCall immuntata fil-vettura' tfisser sistema attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, li twassal sett minimu standardizzat ta' dejta u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika; | (1) ‘sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112’ jew ‘eCall pubblika’ tfisser sistema passiva attivata b’mod awtomatiku permezz ta’ sensuri mmuntati fil-vettura jew b’mod manwali, li permezz ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili twassal sett minimu standardizzat ta’ dejta u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u ċ-ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) 'sistema mmuntata fil-vettura' tfisser it-tagħmir immuntat fil-vettura flimkien mal-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġaw u jaffettwaw it-trażmissjoni ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili li jipprovdi rabta bejn il-vettura u mezz li jimplimenta s-servizz ta' eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili. | (2) 'apparat integrat immuntat fil-vettura' tfisser it-tagħmir immuntat fil-vettura flimkien mal-mezzi li jagħtu bidu, jimmaniġġaw u jaffettwaw it-trażmissjoni ta’ eCall permezz ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili li jipprovdi rabta bejn il-vettura u mezz li jimplimenta s-servizz ta’ eCall permezz ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) ‘eCall’ tfisser sejħa ta’ emerġenza mill-vettura lejn il-112, li ssir jew b’mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta’ sensuri mmuntati fil-vettura jew b’mod manwali, li twassal sett minimu standardizzat ta’ dejta u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-PSAP tal-eCall permezz ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) ‘servizz ta’ sistema eCall minn parti terza (TPS-eCall)’ jew ‘eCall privata’ tfisser sistema għal sejħa ta’ emerġenza skont l-istandard EN 16102: 2011 ibbażata fuq kuntratt bejn sid il-vettura u l-fornitur tas-servizz li tinkludi t-trażmissjoni tad-dejta lil fornitur tas-servizz ta’ parti terzi (TPSP), u l-istabbiliment ta’ sejħa bil-vuċi mat-TPSP permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili. |
| Fil-każ ta' inċident serju, it-TPSP jistabbilixxi konnessjoni bil-vuċi maċ-ċentru li jirċievi s-sejħiet ta' emerġenza l-aktar xieraq (PSAP) u jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-avveniment, inkluża l-informazzjoni speċifikata mill-EN 15722 (Sistemi ta' Trasport Intelliġenti - eSafety - sett minimu ta' dejta għall-'eCall') għal dan il-PSAP l-aktar xieraq; |
Ġustifikazzjoni
It-TPS-eCall issa ilha tipprovdi servizzi importanti ta’ assistenza f’każ ta’ inċidenti għal ħafna snin. Bħala żieda għall-eCall pan-Ewropea (EN 16072: 2011), it-TPS-eCall (EN 16102:2011) ġiet standardizzata biex tippermetti l-koeżistenza taż-żewġ sistemi li jsalvaw ħajja fil-vettura.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2c) ‘ċentru li jwieġeb għas-sejħiet’ tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta’ emerġenza jiġu rċevuti l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat, biex ikunu infurmati s-servizzi ta’ salvataġġ; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) ‘tagħmir immuntat fil-vettura’ tfisser tagħmir immuntat b’mod fiss fil-vettura li jipprovdi jew għandu aċċess għad-dejta meħtieġa biex issir it-tranżazzjoni tal-eCall permezz ta’ netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili; |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li f'każ ta' aċċident gravi li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jagħtu bidu b'mod awtomatiku għal eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta’ vetturi huma mibnija b’tali mod li jiżguraw li f’każ ta’ aċċident gravi li jiġi identifikat permezz ta’ attivazzjoni ta’ wieħed jew iktar mis-sensuri jew proċessuri fil-vettura u li jsir fit-territorju tal-Unjoni, ikunu kapaċi jagħtu bidu b’mod awtomatiku għal eCall lin-numru tal-emerġenza 112. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi l-ġodda huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 jista' jsir ukoll b'mod manwali. | Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda ta' vetturi huma mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-eCall lin-numru uniku Ewropew tal-emerġenza 112 jista' jsir ukoll b'mod manwali. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-ewwel u t-tieni subparagrafu huma mingħajr ħsara għad-dritt li s-sid tal-vettura juża sistema ta’ sejħa ta’ emerġenza oħra installata fil-vettura u li tipprovdi servizz simili minbarra s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. F’dal-każ, is-sistema l-oħra għal sejħa ta’ emerġenza trid tkun konformi mal-istandard EN 16102 ‘Sistemi intelliġenti ta’ trasport – sejħa ta’ emerġenza – rekwiżiti tal-operat għall-appoġġ f’emerġenza minn partijiet terzi’, u l-manifatturi jew il-fornituri jridu juru li s-sistema integrata mmuntata fil-vettura tinkludi mekkaniżmu ta’ swiċċ li jiżgura li fl-istess ħin hemm sistema waħda biss attiva u li, jekk is-sistema għal sejħa ta’ emerġenza l-oħra mhix taħdem, tidħol b’mod awtomatiku s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-manifatturi kollha tal-karozzi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar l-eżistenza ta’ sistema e-Call mingħajr ħlas u disponibbli għall-pubbliku, ibbażata fuq il-112. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fis-sistemi mmuntati fil-vetturi huma kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti bis-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita li jinkludu s-sistemi Galileo u EGNOS. | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-riċevituri fl-apparat integrat immuntat fil-vetturi huma kompatibbli mas-servizzi ta’ pożizzjonament operattiv provduti bis-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita li jinkludu s-sistemi Galileo u EGNOS. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Il-manifatturi għandhom juru li, fl-eventwalità ta’ falliment kritiku tas-sistema li jirriżulta fl-inabbiltà li ssir sejħa tal-emerġenza waqt jew wara eżami mill-persuna nnifisha, tingħata twissija lill-okkupanti tal-vettura. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni mill-inqas għall-għanijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni. | 6. Il-partijiet kollha tas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura għandha tkun aċċessibbli għall-operaturi kollha indipendenti mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni għall-finijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-vettura. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Mill-adozzjoni u ta' dan ir-Regolament u jekk ikun xieraq il-Kummissjoni Ewropea għandha tibda taħdem fuq ir-rekwiżiti tekniċi għal pjattaforma interoperabbli, standardizzata, sikura u b’aċċess miftuħ għall-finijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-vettura u għall-applikazzjonijiet u s-servizzi li fil-futur jistgħu possibbilment jiġu mmuntati fil-vettura. Is-sistemi eCall għandhom ikunu bbażati fuq standards għal dik il-pjattaforma malli jsiru disponibbli. |
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-funzjonament tas-servizz tal-eCall. Il-pjattaforma b’aċċess miftuħ hija utli u teħtieġ tiġi żviluppata, peress li minnha se jibbenefikaw ferm sewwieqa tal-UE billi tagħtihom il-libertà tal-għażla. Madankollu, hemm bżonn ta’ aktar riċerka, sabiex nistabbilixxu sett komplut ta’ regoli għall-organizzazzjoni tal-pjattaforma miftuħa. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tibda taħdem fuq proposta hekk kif dan ir-Regolament jiġi adottat.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell mixtieq ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema. | It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom jiġu inkorporati fis-sistema eCall immuntata fil-vettura sabiex jipprovdu lill-utenti tal-eCall bil-livell mixtieq ta' protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll bis-salvagwardji neċessarji biex jipprevjenu s-sorveljanza u l-użu ħażin ta' din is-sistema. Il-manifatturi tal-karozzi għandhom jinformaw kif xieraq lill-klijenti tagħhom dwar id-detezzjoni possibbli tal-post b’riżultat tal-użu tas-servizzi ta’ parti terza u dwar l-impatt li dan jista’ jkollu fuq il-privatezza tagħhom. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-sett minimu ta' dejta mibgħut mis-sistema eCall immuntata fil-vettura għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq. | 2. Is-sett minimu ta' dejta (MSD) mibgħut mis-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura lill-PSAPs għandu jinkludi biss l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex is-sejħiet tal-emerġenza jiġu trattati kif xieraq minn PSAPs. Dan l-MSD għandu jiġi rivedut perjodikament għar-rivalutazzjoni ta’ MSD mhux obbligatorju għal MSD obbligatorju, jew għaż-żieda possibbli ta’ informazzjoni ta’ benefiċċju għall-MSD. |
Ġustifikazzjoni
Xi informazzjoni utli, bħal pereżempju n-numru ta’ passiġġieri, għadha mhux disponibbli fil-vetturi kollha. Din l-informazzjoni tista’ ssir disponibbli permezz ta’ titjib fil-futur ta’ regolazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Dejta attwali mhux obbligatorja tista’ imbagħad tiġi konvertita f’dejta obbligatorja.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jiġu provduti b'informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, b'mod partikolari dwar: | 3. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-utenti tal-eCall jistgħu jagħżlu b’mod ħieles bejn is-servizzi tal-fornituri tas-servizzi eCall privati u li minn għandhom jiġu provduti b’informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-dejta li titwettaq permezz tas-sistema eCall privata, b’mod partikolari dwar: |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) il-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-dejta fis-sistema mmuntata fil-vettura; | (f) il-limitu ta’ żmien għaż-żamma tad-dejta fl-apparat integrat immuntat fil-vettura; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-ipproċessar ta' dejta personali b'rabta mal-forniment ta' servizz privat ta' eCall u/jew servizzi oħra ta' valur miżjud. | (i) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali b’rabta mal-forniment ta’ servizz privat ta’ eCall u/jew servizzi oħra ta’ valur miżjud, filwaqt li jitqies il-fatt li jistgħu jeżistu differenzi bejn l-ipproċessar tad-dejta mwettaq permezz tas-sistema eCall ibbażata fuq in-numru 112 immuntata fil-vettura u s-sistemi eCall privati jew servizzi oħra ta’ valur miżjud, speċjalment fir-rigward tad-detezzjoni kostanti tal-vettura. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Article 7a |
| Spezzjoni teknika perjodika |
| 7a. Ir-rekwiżiti tal-ispezzjoni teknika perjodika li jikkonċernaw is-sistema eCall immuntata fil-vettura għandhom jiġu rregolati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jħassar id-Direttiva 2009/40/KE. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Eżenzjonijiet | Eżenzjonijiet u modifikazzjoni |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8a |
| Għat-tipi ta’ vetturi li ġew ammessi qabel Ottubru tal-2015 hemm il-possibbiltà li s-sistema eCall tkun modifikata permezz ta’ terminal mobbli kemm għall-eCall pubblika kif ukoll għal dik privata. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7), fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 8(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn […](Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ). | 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7), fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 8(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għan-nuqqas ta' konformità mill-manifatturi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom. | 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għan-nuqqas ta’ konformità mill-manifatturi għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati korrispondenti u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali, u dissważivi, b’mod partikolari fejn l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament jiġi miksur. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 10a |
| Ir-rappurtar |
| 10a. Sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet tas-sistema eCall immuntata fil-vettura. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandux jiġi estiż għal kategoriji oħra ta’ vetturi, bħal dawk li jaħdmu b’żewġ roti, il-vetturi tqal tal-merkanzija u x-xarabanks. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva. |
PROĊEDURA
Titolu | Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura | |||
Referenzi | COM(2013)0316 – C7-0174/2013 – 2013/0165(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 1.7.2013 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 1.7.2013 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Philippe De Backer 3.9.2013 | |||
Eżami fil-kumitat | 5.11.2013 | 16.12.2013 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 17.12.2013 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 4 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Ivo Strejček | |||
PROĊEDURA
Titolu | Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura | |||
Referenzi | COM(2013)0316 – C7-0174/2013 – 2013/0165(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 13.6.2013 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 1.7.2013 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 1.7.2013 | TRAN 1.7.2013 | LIBE 12.12.2013 |
|
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 16.1.2014 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Olga Sehnalová 9.7.2013 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 25.9.2013 | 5.11.2013 | 28.11.2013 | 16.12.2013 |
| 22.1.2014 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 11.2.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 34 2 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Adam Bielan, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Eduard-Raul Hellvig, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Emma McClarkin, Roberta Metsola, Konstantinos Poupakis, Olga Sehnalová, Gabriele Stauner, Jutta Steinruck, Marc Tarabella, Wim van de Camp, Patricia van der Kammen | |||
Data tat-tressiq | 13.2.2014 | |||