Dokument ta' sessjoni

 

A7-0113/2014

17.2.2014

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/831/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha

( COM(2013)0930 – C7‑0022/2014 – 2013/0446(CNS) )

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Danuta Maria Hübner

(Proċedura ssimplifikata – Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_CNS_art55app

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta' konsultazzjoni 

   ***     Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

                                                                                                                                             Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6

PROĊEDURA.............................................................................................................................8

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/831/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha

( COM(2013)0930 – C7‑0022/2014 – 2013/0446(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

 

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2013)0930 ),

-      wara li kkunsidra l-Artikolu  349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0022/2014),

-      wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A7-0113/2014 ),

1.      Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/831/KE tal-10 ta' Novembru 2009[1], adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lill-Portugall biex, sal-31 ta' Diċembru 2013, japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment. L-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni jikkonfina d-deroga msemmija hawn fuq għal prodotti speċifiċi. Il-Portugall jista' japplika għal dawn il-prodotti rata tat-taxxa tas-sisa baxxa aktar mir-rata massima imposta fuq l-alkoħol kif stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KE, u baxxa aktar mir-rata minima tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol kif ġiet stipulata minn din id-Direttiva iżda li mhijiex iktar minn 75 % anqas mir-rata tat-taxxa tas-sisa normali nazzjonali fuq l-alkoħol.

 

Id-Deċiżjoni 2009/831/KE tispjega r-raġunijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, li jinkludu d-daqs żgħir, in-natura fframmentata u l-mekkanizzazzjoni baxxa tal-impriżi agrikoli. Barra minn hekk, it-trasport lejn il-ġżejjer ta' ċerta materja prima u materjal ta' imballaġġ li ma jiġux prodotti lokalment iwassal għal spejjeż addizzjonali, meta mqabbel mat-trasport tal-prodott finali biss. It-trasport u l-installazzjoni tat-tagħmir f’dawk ir-reġjuni mbegħdin u insulari jkomplu jżidu l-ispejjeż addizzjonali. Fl-aħħarnett, il-produtturi kkonċernati jħallsu wkoll spejjeż żejda li ġeneralment ibatuhom l-ekonomiji lokali, b’mod partikolari ż-żieda fl-ispejjeż marbutin max-xogħol u mal-enerġija.

 

It-tnaqqis ta' 75 % ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jibbilanċja l-livelli ta' spejjeż addizzjonali li jridu jitħallsu mill-operaturi bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari msemmijin tal-Madejra u tal-Ażores bħala reġjuni ultraperiferiċi.

Minħabba li l-vantaġġ tat-taxxa hu limitat għal dak li hu meħtieġ biex jingħelbu l-ispejjeż addizzjonali u minħabba li l-volumi kkonċernati jibqgħu modesti, il-miżura ma timminax l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Komunità. Barra minn hekk, il-vantaġġ tat-taxxa hu limitat għall-konsum fir-reġjuni kkonċernati.

 

L-awtoritajiet Portugiżi talbu għal tiġdid tal-awtorizzazzjoni biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment sal-31 ta' Diċembru 2020. It-tiġdid jeħtieġ li jiġi approvat kemm b’Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 349 tat-TFUE kif ukoll b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 349 TFUE hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni ta’ din il-miżura skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

 

Fit-28 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna reġjonali għall-perjodu 2014-2020. Dawn il-Linji Gwida huma parti minn strateġija usa’ biex jiġi mmodernizzat il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, bil-għan li jitrawwem it-tkabbir fis-Suq Uniku billi jiġu mħeġġa miżuri ta' għajnuna aktar effettivi u l-infurzar tal-Kummissjoni jiġi iffokat fuq il-każijiet li għandhom l-ikbar impatt fuq il-kompetizzjoni.

 

Meta wieħed jikkunsidra li dawn il-Linji Gwida ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2014, jidher iġġustifikat li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/831/KE, jiġi estiż għal sitt xhur, biex b’hekk id-data tal-iskadenza tkun tikkoinċidi mad-data ta' skadenza tal-Linji Gwida attwali.

 

Minħabba l-urġenza fl-adozzjoni ta' din il-miżura, it-tul ta' żmien limitat tagħha (sitt xhur) u peress li għandha l-għan li tistimula l-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-President jipproponi li din il-proposta tiġi adottata mingħajr emendi, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

 

PROĊEDURA

Taqsima

Amending Decision 2009/831/EC as regards its period of application

Bibliografija

( COM(2013)0930 – C7-0022/2014 – 2013/0446(CNS) )

Data meta ġie kkonsultat il-PE

29.1.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

3.2.2014

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

3.2.2014

Direttorat Ġenerali: AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI

3.2.2014

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ECON

14.1.2014

Direttorat Ġenerali: AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI

27.1.2014

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

11.2.2014

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

11.2.2014

Data tal-adozzjoni

11.2.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

17.2.2014

 

 

 

 

[1]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2009 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment (ĠU L 297, 13.11.2009, p.9).