Dokument ta' sessjoni
26.2.2014
***I
RAPPORT
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
(17043/2013 – C7‑0435/2013 – 2013/0812(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Kinga Gál
PR_COD_1amOther
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 10
OPINJONI TAL-MINORANZA 11
PROĊEDURA 12
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
(17043/2013 – C7‑0435/2013 – 2013/0812(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva li tressqet minn grupp ta' Stati Membri ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (17043/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-abbozz ta' att kien ippreżentat lill-Parlament (C7‑0435/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ( COM(2014)0007 ),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7‑0146/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew ma kienx involut b'mod sħiħ fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u li kandidat wieħed biss ġie ppreżentat lill-kumitat rilevanti, minkejja li ġew ippreżentati wkoll seba' applikazzjonijiet wara li, f'Lulju 2013, il-Presidenza tal-Kunsill ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġi ospitat il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fuq bażi provviżorja sakemm tinstab soluzzjoni fuq terminu twil għall-futur tal-Aġenzija. L-Istati Membri li ppreżentaw il-kandidaturi kienu l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja. Il-ftehim politiku kien ikkonfermat fil-laqgħa tal-Kunsill ĠAI fit-8 ta’ Ottubru 2013; biħsiebu jitlob iktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-post preċiż qabel ma jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni finali tiegħu.
3. Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji biex jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-bidla fis-sede tas-CEPOL ikunu koperti b'mod sħiħ mill-pajjiż ospitanti attwali u permezz ta' baġit addizzjonali tal-Unjoni u għaldaqstant ma jiġix affetwat b'mod negattiv il-baġit regolari tas-CEPOL sabiex ma jipperikolawx il-ħtiġijiet operattivi normali tas-CEPOL.
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Premessa 2
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
(2) Permezz tal-ittri tat-12 ta' Diċembru 2012 u tat-8 ta' Frar 2013, ir-Renju Unit informa lis-CEPOL li ma jixtieqx jospita aktar is-sede fit-territorju tiegħu. Minbarra li jospita lis-CEPOL, Bramshill jospita wkoll is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija tan-National Policing Improvement Agency (Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib fil-Korp tal-Pulizija) li r-Renju Unit iddeċieda li jissostitwixxi b'College of Policing (Kulleġġ tal-Korp tal-Pulizija) ġdid li għandu jkollu s-sede xi mkien ieħor. Għaldaqstant, ir-Renju Unit iddeċieda li jagħlaq is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija u jbiegħ is-sit billi jindika li l-ispejjeż relatati kienu għolja u li ma kien ħareġ l-ebda mudell kummerċjali alternattiv biex imexxi s-sit. | (2) Minkejja l-obbligi ġuridiċi tar-Renju Unit skont sew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI kif ukoll il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-Gvern tar-Renju Unit u s-CEPOL fit-30 ta' Diċembru 2004, permezz tal-ittri tat-12 ta' Diċembru 2012 u tat-8 ta' Frar 2013, ir-Renju Unit informa lis-CEPOL li kien iddeċieda b'mod unilaterali li ma xtaqx jospita aktar is-sede fit-territorju tiegħu. Minbarra li jospita lis-CEPOL, Bramshill jospita wkoll is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija tan-National Policing Improvement Agency (Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib fil-Korp tal-Pulizija) li r-Renju Unit iddeċieda li jissostitwixxi b'College of Policing (Kulleġġ tal-Korp tal-Pulizija) ġdid li għandu jkollu s-sede xi mkien ieħor. Għaldaqstant, ir-Renju Unit iddeċieda li jagħlaq is-sit nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija u jbiegħ is-sit billi jindika li l-ispejjeż relatati kienu għolja u li ma kien ħareġ l-ebda mudell kummerċjali alternattiv biex imexxi s-sit. L-obbligi tat-Trattat li jkun hemm kooperazzjoni sinċiera u b'mod partikolari l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 4 TUE biex tittieħed kull miżura xierqa sabiex jiġi żgurat li l-obbligi li jirriżultaw mill-atti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu, jirrikjedu li l-Gvern tar-Renju Unit jiżgura li sseħħ tranżizzjoni tas-CEPOL mingħajr xkiel fil-post il-ġdid tiegħu, mingħajr ma jiġi pperikolat il-baġit regolari tas-CEPOL. |
Ġustifikazzjoni
Hu importanti li jiġi enfasizzat il-fatt li r-Renju Unit għandu obbligi ġuridiċi li jospita l-Aġenzija tas-CEPOL. Ix-xewqa tiegħu li jbigħ is-sede attwali u l-intenzjoni tiegħu li ma jibqax jospita s-sede fit-territorju tiegħu jeħtieġ li jiġu rrispettati. Madankollu, deċiżjoni unilaterali bħal din għandha tal-inqas ikollha konsegwenzi f'termini ta' adattament għal tranżizzjoni bla xkiel lejn sede ġdida kemm f'termini ta' żmien kif ukoll f'termini ta' assistenza u għajnuna.
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Premessa 3
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
(3) Minħabba din is-sitwazzjoni, fit-8 ta' Ottubru 2013, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri qablu bi ftehim komuni dwar l-arranġamenti biex jiġi ospitat is-CEPOL li skonthom is-CEPOL ser jiġi ospitat f'Budapest hekk kif jimxi minn Bramshill. Dan il-ftehim għandu jiġi inkorporat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI. | (3) Minħabba din is-sitwazzjoni u l-ħtieġa fundamentali li l-indipendenza tas-CEPOL tinżamm sħiħa, għandhom isiru arranġamenti li skonthom is-CEPOL ser jiġi ospitat f'Budapest hekk kif jimxi minn Bramshill. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu inkorporati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI.
|
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li d-deċiżjoni tar-rilokazzjoni tas-CEPOL tittieħed b'kodeċiżjoni, fejn il-Parlament u l-Kunsill ikunu koleġiżlaturi ugwali. Id-deċiżjoni politika li ħa l-Kunsill fit-8 ta' Ottubru rigward il-preferenza tal-Kunsill għas-sede l-ġdida tas-CEPOL m'għandha l-ebda forza vinkolanti fuq il-Parlament u għalhekk m'għandhiex tissemma fit-test finali li ġie miftiehem bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet.
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
| (3a) Qabel ma s-CEPOL jibda l-fażi operazzjonali fil-post il-ġdid tiegħu, għandu jintlaħaq ftehim dwar il-kwartieri ġenerali, ibbażat fuq sett ta' dispożizzjonijiet previsti mill-Kummissjoni Ewropea. |
Emenda 4
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI
Artikolu 4
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
Is-sede tas-CEPOL għandha tkun f'Budapest, l-Ungerija. | Is-sede tas-CEPOL għandha tkun f'Budapest, l-Ungerija fuq bażi temporanja. |
Emenda 5
Abbozz ta' regolament
Artikolu 1a (ġdid)
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
| Artikolu 1a |
| Il-Kummissjoni għandha, sa mhux iktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tevalwa l-effikaċja tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jirregola s-CEPOL, kif ukoll il-kompiti l-ġodda previsti għas-CEPOL fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 'Li tistabbilixxi Skema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi' u, jekk xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi biex tiġi emendata d-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI, filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tas-CEPOL. |
Ġustifikazzjoni
This Regulation is necessary to solve the urgent situation of the closure of the Bramshill site. But CEPOL cannot continue to function under the old Council Decision. The Lisbon Treaty entered into force 4 years ago, the legislative frameworks for other JHA Agencies such as Europol and Eurojust are in the process of being updated and revised, and the CEPOL agency cannot stay behind. Furthermore, CEPOL is supposed to play a central role in the newly proposed Law Enforcement Training Scheme and for that a revision of its mandate and tasks is highly needed. The European Parliament can agree to solve the seat issue, but only on the condition that a proposal for a revised CEPOL Regulation will follow shortly
Emenda 6
Abbozz ta' regolament
Artikolu 2a (ġdid)
| |
Abbozz tal-grupp ta' Stati Membri | Emenda |
| Article 2a |
| Rieżami |
| Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament sa mhux iktar tard mill-2019, inkluż permezz ta' analiżi komprensiva ta' kemm jaqbel u valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet kollha possibbli, u jekk xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi biex temendah, filwaqt li tiġi rrispettata b'mod sħiħ il-ħtieġa fundamentali li s-CEPOL iżomm l-indipendenza sħiħa tiegħu. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) huwa Aġenzija importanti fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern, li tagħti taħriġ fl-infurzar tal-liġi u li tlaqqa' uffiċjali tal-pulizija nazzjonali minn madwar l-Ewropa biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġi fl-Unjoni. Ir-rwol tas-CEPOL se jittejjeb iktar bl-istabbiliment ta' Skema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi li ġiet proposta f'Marzu 2013.
Il-ħtiġijiet tas-sigurtà interna tal-UE dejjem qegħdin jevolvu, b'tali mod li l-kompiti tal-forzi tal-pulizija u tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi qed jikbru. Il-ħiliet tajbin huma kruċjali biex jintlaqgħu l-isfidi futuri u tiġi salvagwardata s-sigurtà taċ-ċittadini tal-Ewropa. Biex isir din, hu essenzjali li jkun hemm Aġenzija tas-CEPOL kompletament indipendenti, effiċjenti u b'biżżejjed persunal.
L-Artikolu 4 tal-bażi ġuridika attwali tas-CEPOL (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI) jistipula li s-CEPOL għandu s-sede tiegħu fi Bramshill (ir-Renju Unit).
Il-Gvern tar-Renju Unit, f'Diċembru 2012, ħabbar li kellu l-ħsieb li jbigħ is-sit attwali ta' Bramshill u indika li ma xtaqx jibqa' jospita s-sede tas-CEPOL fit-territorju tiegħu. Reċentement, il-Gvern tar-Renju Unit indika li jista' jżomm is-sit attwali ta' Bramshill miftuħ sas-sajf tal-2014, sabiex tkun possibbli rilokazzjoni bla xkiel tas-sede tas-CEPOL xi mkien ieħor.
L-inċertezza ta' dawn l-aħħar xhur rigward il-post futur tal-Aġenzija tas-CEPOL kienet ta' detriment għall-funzjonament tajjeb tagħha. Minħabba l-inċertezza, is-CEPOL sabha diffiċli jattira u jżomm persunal motivat. Ir-Rapporteur, għalhekk, temmen li għall-funzjonament xieraq ta' din l-Aġenzija importanti, jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni malajr rigward is-sede futura tagħha.
L-offerta mressqa mill-Gvern Ungeriż li jospita s-CEPOL f'Budapest tissodisfa r-rekwiżiti kollha u, fl-opinjoni tar-Rapporteur, hija offerta tajba. Din il-fehma jirfidha wkoll il-fatt li prattikament l-Istati Membri kollha ffirmaw l-inizjattiva leġiżlattiva biex tinbidel is-sede tas-CEPOL, li juri appoġġ enormi fil-Kunsill għas-sede l-ġdida. Ir-Rapporteur tappoġġa l-proposta u temmen li għandha tiġi adottata malajr.
Huwa urġenti li l-kwistjoni tas-sede tissolva. Madankollu, m'għandhiex twassal għal dewmien żejjed, biex il-qafas ġuridiku eżistenti tas-CEPOL jinġieb konformi mat-Trattat ta' Lisbona u mal-ambizzjoni l-ġdida stabbilita fl-Iskema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi. Għalhekk, ir-Rapporteur tixtieq li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tressaq malajr proposta għal qafas leġiżlattiv modernizzat għall-Aġenzija tas-CEPOL.
OPINJONI TAL-MINORANZA
dwar ir-rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) - 2013/0812 (COD)
Rapporteur: Kinga GAL
Iddeċidejna li nivvutaw kontra d-Deċiżjoni dwar is-CEPOL kif emendata li tipprevedi li s-CEPOL jiċċaqlaq minn Bramshill (ir-Renju Unit) għal Budapest (l-Ungerija) għax nemmnu li dan joħloq preċedent istituzzjonali perikoluż fl-UE fir-rigward tal-post tal-korpi u l-aġenziji: filwaqt li l-Kummissjoni pproponiet li s-CEPOL jingħaqad mal-Europol fl-Aja, il-Kunsill iddeċieda li jakkomoda d-deċiżjoni unilaterali ta' Stat Membru li ma jibqax jospita tali korp fil-post previst jew fi ħdan l-istess Stat Membru; iddiskuta, waqt ikla informali, id-diversi kandidaturi għall-post, fejn ċaħad lill-PE mid-dritt li jeżamina l-valutazzjonijiet ta' impatt baġitarju li jakkumpanjawhom; il-kolokazzjoni tas-CEPOL u l-Europol tidher, raġonevolment, li hi l-aħjar għażla biex jiġi żgurat li l-ispejjeż ikunu minimizzati u li jittejbu s-sinerġiji; mhuwiex ċar min se jħallas għar-rilokazzjoni, filwaqt li s-CEPOL u l-membri tal-persunal tiegħu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza; il-Kunsill qiegħed jiddiskuti rieżami ulterjuri tad-Deċiżjoni dwar is-CEPOL, kif jidher fid-dokument tal-Kunsill 6476/14, li jwassalna għall-konklużjoni li kien ikun aħjar kieku l-Kunsill intalab li jagħti l-valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati lill-PE u li jistenna li d-deċiżjoni dwar is-CEPOL tiġi rieżaminata fl-intier tagħha.
Sonia Alfano
Renate Weber
Gianni Vattimo
Sophie In’t Veld
Gerben Jan Gerbrandy
Jan Mulder
Nils Torvalds
Jens Rohde
Sarah Ludford
Louis Michel
Dennis de Jong
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) | |||
Referenzi | 17043/2013 – C7-0435/2013 – 2013/0812(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 10.12.2013 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 10.12.2013 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 5.2.2014 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Kinga Gál 16.12.2013 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 16.12.2013 | 30.1.2014 | 20.2.2014 |
|
Data tal-adozzjoni | 20.2.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 34 14 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Michael Cashman, Birgit Collin-Langen, Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Ulrike Lunacek, Marian-Jean Marinescu, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Zdravka Bušić, Tamás Deutsch, Ildikó Gáll-Pelcz, Catherine Stihler, József Szájer, Dubravka Šuica | |||
Data tat-tressiq | 27.2.2014 | |||