Dokument ta' sessjoni
10.3.2014
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
( COM(2013)0896 – C7‑0460/2013 – 2013/0439(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Dagmar Roth-Behrendt
PR_COD_1consamCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 20
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
( COM(2013)0896 – C7‑0460/2013 – 2013/0439(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2013)0896 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7 0460/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Marzu 2014[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta’ Marzu 2014[2],
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ Marzu 2014 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f’konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0164/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
PE-CONS No 57/2014 - 2013/0439(COD)
REGOLAMENT (UE) Nru …/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ('ir-Regolamenti tal-Persunal') u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea ('il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra'), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[5],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri[6],
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja[7],
Billi:
(1) Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-63/12, il-Kummissjoni vs il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ('il-Qorti tal-Ġustizzja') kkjarifikat li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jiddeċiedu kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni, jew billi jagħmlu aġġustament 'matematiku' skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, jew billi jidderogaw minn dan il-kalkolu 'matematiku' skont l-Artikolu 10 tiegħu.
(2) L-għan tal-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], hu li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim tagħhom rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet f'konformità ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-aspettattivi leġittimi tal-persunal li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu deċiżjoni kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tagħhom.
(3) Sabiex taderixxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, fejn il-Kunsill jistabbilixxi li jkun hemm deterjorament serju u mhux mistenni fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess leġislattiv. Fil-25 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill iddikjara li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif ippreżentata fir-rapport tagħha dwar il-klawżola ta' eċċezzjoni ma tirriflettix id-deterjorament serju u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni fl-2012, kif kien suġġerit mid-data ekonomika oġġettiva li kienet pubblikament disponibbli. Għalhekk il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, proposta xierqa għall-aġġustament tas-salarji għall-2012.
(4) Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li taħt il-klawżola ta' eċċezzjoni l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. Fid-dawl tad-data ekonomika u soċjali għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011, bħas-segwiti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2011, li kkawżat reċessjoni ekonomika fl-Unjoni u sitwazzjoni ta' deterjorament soċjali kif ukoll livelli kontinwament għolja ta' qgħad u ta' defiċit u ta' dejn pubbliku fl-Unjoni, ikun adatt li l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu jiġi stabbilit għal 0,8 % għall-2012. Dak l-aġġustament hu parti minn approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, li wkoll jinvolvi aġġustament ta' 0 % għall-2011.
(5) Konsegwentement, matul perjodu ta' ħames snin (2010-2014) l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea huwa kif ġej: fl-2010, l-applikazzjoni tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal rriżultat f'aġġustament ta' 0,1%. Għas-snin 2011 u 2012, ir-riżultat tal-approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jinvolvi aġġustament ta' 0 % u ta' 0,8 % rispettivament. Addizzjonalment, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, ġie deċiż li r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu ffriżati għas-snin 2013 u 2014,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, id-data tal-'1 ta' Lulju 2011' fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-'1 ta' Lulju 2012'.
Artikolu 2
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella bil-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tapplika għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
1/07/2012 | SKALA | ||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |
16 | 17.054,40 | 17.771,05 | 18.517,81 |
|
|
15 | 15.073,24 | 15.706,64 | 16.366,65 | 16.822,00 | 17.054,40 |
14 | 13.322,22 | 13.882,04 | 14.465,38 | 14.867,83 | 15.073,24 |
13 | 11.774,62 | 12.269,40 | 12.784,98 | 13.140,68 | 13.322,22 |
12 | 10.406,80 | 10.844,10 | 11.299,79 | 11.614,16 | 11.774,62 |
11 | 9.197,87 | 9.584,37 | 9.987,12 | 10.264,98 | 10.406,80 |
10 | 8.129,38 | 8.470,99 | 8.826,95 | 9.072,53 | 9.197,87 |
9 | 7.185,01 | 7.486,94 | 7.801,55 | 8.018,60 | 8.129,38 |
8 | 6.350,35 | 6.617,20 | 6.895,26 | 7.087,10 | 7.185,01 |
7 | 5.612.65 | 5.848,50 | 6.094,26 | 6.263,81 | 6.350,35 |
6 | 4.960,64 | 5.169,10 | 5.386,31 | 5.536,16 | 5.612.65 |
5 | 4.384,38 | 4.568,62 | 4.760,60 | 4.893,04 | 4.960,64 |
4 | 3.875,06 | 4.037,89 | 4.207,57 | 4.324,63 | 4.384,38 |
3 | 3.424,90 | 3.568,82 | 3.718,79 | 3.822,25 | 3.875,06 |
2 | 3.027,04 | 3.154,24 | 3.286,79 | 3.378,23 | 3.424,90 |
1 | 2.675,40 | 2.787,82 | 2.904,97 | 2.985,79 | 3.027,04 |
Artikolu 3
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt.
B'effett mis-16 ta' Mejju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-pensjonijiet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2012.
1 | 2 | 3 | 4 | 5 |
Pajjiż/Post | Rimunerazzjoni 1.7.2012 | Trasferiment 1.1.2013 | Pensjoni 1.7.2012 | Pensjoni 16.5.2012 |
Bulgarija Rep. Ċeka Danimarka Ġermanja Bonn Karlsruhe Munich Estonja Greċja Spanja Franza Irlanda Italja Varese Ċipru Latvja Litwanja Ungerija Malta Pajjiżi l-Baxxi Awstrija Polonja Portugall Rumanija Slovenja Slovakkja Finlandja Svezja Renju Unit Culham | 58.4 80.6 135.3 95.8 94.1 93.8 106.4 77.6 90.5 97.1 117.7 110.6 104.2 93.4 84.1 77.6 71.5 78.3 83.3 105.3 106.4 74.2 83.5 68.8 85.3 79.7 122.1 131.9 147.8 112.5 | 57.4 74.6 127.3 96.6
78.0 89.0 90.9 109.2 104.5 97.4
87.4 74.9 69.5 68.7 83.7 100.9 103.2 66.4 82.8 60.0 81.2 73.5 113.8 123.8 119.0
| 100.0 100.0 127.3 100.0
100.0 100.0 100.0 109.2 104.5 100.0
100.0 100.0 100.0 100.0 100.0
103.2 100.0 100.0 100.0 100.0 100.0 113.8 123.8 119.0
|
100.9
|
Artikolu 4
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal tkun ta’ EUR 919,02 u ta' EUR 1225,36 għall-ġenituri waħedhom.
Artikolu 5
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont bażiku tal-allowance għall-unità domestika msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 171,88.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 375,59.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 254,83.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 91,75.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 509,43.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra jkun ta' EUR 366,22.
Artikolu 6
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, l-allowance għall-kilometraġġ imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:
EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km
EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km
EUR 0,6367 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km
EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km
EUR 0,1272 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km
EUR 0,0614 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km
EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.
Ma' din l-allowance għall-kilometraġġ għandu jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:
- EUR 191,00 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;
- EUR 381,96 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km.
Artikolu 7
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:
- EUR 39,48 għal uffiċjal li għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika;
- EUR 31,83 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 8
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance tal-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra jkun ta':
- EUR 1123,91 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;
- EUR 668,27 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 9
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 347,89 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 695,79.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 28a(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għall-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 1225,36.
Artikolu 10
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, it-tabella tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
FUNZJONI GRUPP | 1/07/2012 | SKALA | ||||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | |
IV | 18 | 5.879,08 | 6.001,34 | 6.126,14 | 6.253,54 | 6.383,59 | 6.516,34 | 6.651,85 |
17 | 5.196,08 | 5.304,14 | 5.414,44 | 5.527,04 | 5.641,98 | 5.759,31 | 5.879,08 | |
16 | 4.592,43 | 4.687,93 | 4.785,42 | 4.884,94 | 4.986,53 | 5.090,23 | 5.196,08 | |
15 | 4.058,91 | 4.143,32 | 4.229,48 | 4.317,44 | 4.407,22 | 4.498,87 | 4.592,43 | |
14 | 3.587,37 | 3.661,97 | 3.738,13 | 3.815,86 | 3.895,22 | 3.976,22 | 4.058,91 | |
13 | 3.170,61 | 3.236,55 | 3.303,85 | 3.372,56 | 3.442,69 | 3.514,29 | 3.587,37 | |
III | 12 | 4.058,85 | 4.143,25 | 4.229,41 | 4.317,36 | 4.407,13 | 4.498,78 | 4.592,33 |
11 | 3.587,34 | 3.661,93 | 3.738,08 | 3.815,81 | 3.895,16 | 3.976,16 | 4.058,85 | |
10 | 3.170,60 | 3.236,53 | 3.303,83 | 3.372,54 | 3.442,67 | 3.514,26 | 3.587,34 | |
9 | 2.802,28 | 2.860,55 | 2.920,03 | 2.980,75 | 3.042,74 | 3.106,01 | 3.170,60 | |
8 | 2.476,74 | 2.528,24 | 2.580,82 | 2.634,48 | 2.689,27 | 2.745,19 | 2.802,28 | |
II | 7 | 2.802,21 | 2.860,50 | 2.919,99 | 2.980,72 | 3.042,72 | 3.106,01 | 3.170,61 |
6 | 2.476,62 | 2.528,13 | 2.580,71 | 2.634,39 | 2.689,18 | 2.745,12 | 2.802,21 | |
5 | 2.188,86 | 2.234,38 | 2.280,86 | 2.328,30 | 2.376,72 | 2.426,16 | 2.476,62 | |
4 | 1.934,53 | 1.974,77 | 2.015,84 | 2.057,77 | 2.100,57 | 2.144,26 | 2.188,86 | |
I | 3 | 2.383,19 | 2.432,65 | 2.483,14 | 2.534,68 | 2.587,28 | 2.640,98 | 2.695,79 |
2 | 2.106,84 | 2.150,57 | 2.195,20 | 2.240,76 | 2.287,27 | 2.334,74 | 2.383,19 | |
1 | 1.862,54 | 1.901,20 | 1.940,65 | 1.980,93 | 2.022,04 | 2.064,01 | 2.106,84 | |
Artikolu 11
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' :
- EUR 845,37 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;
- EUR 501,20 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 12
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 010,92 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 021,83.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 96(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 919,02.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra, il-limitu minimu jkun ta’ EUR 889,39 u l-limitu massimu jkun ta’ EUR 2092,68.
Artikolu 13
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[9] għandhom ikunu ta' EUR 385,23, EUR 581,45, EUR 635,74 u EUR 866,72.
Artikolu 14
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[10] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,5609.
Artikolu 15
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
1/07/2012 | SKALA | |||||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |
16 | 17.054,40 | 17.771,05 | 18.517,81 | 18.517,81 | 18.517,81 | 18.517,81 |
|
|
15 | 15.073,24 | 15.706,64 | 16.366,65 | 16.822,00 | 17.054,40 | 17.771,05 |
|
|
14 | 13.322,22 | 13.882,04 | 14.465,38 | 14.867,83 | 15.073,24 | 15.706,64 | 16.366,65 | 17.054,40 |
13 | 11.774,62 | 12.269,40 | 12.784,98 | 13.140,68 | 13.322,22 |
|
|
|
12 | 10.406,80 | 10.844,10 | 11.299,79 | 11.614,16 | 11.774,62 | 12.269,40 | 12.784,98 | 13.322,22 |
11 | 9.197,87 | 9.584,37 | 9.987,12 | 10.264,98 | 10.406,80 | 10.844,10 | 11.299,79 | 11.774,62 |
10 | 8.129,38 | 8.470,99 | 8.826,95 | 9.072,53 | 9.197,87 | 9.584,37 | 9.987,12 | 10.406,80 |
9 | 7.185,01 | 7.486,94 | 7.801,55 | 8.018,60 | 8.129,38 |
|
|
|
8 | 6.350,35 | 6.617,20 | 6.895,26 | 7.087,10 | 7.185,01 | 7.486,94 | 7.801,55 | 8.129,38 |
7 | 5.612.65 | 5.848,50 | 6.094,26 | 6.263,81 | 6.350,35 | 6.617,20 | 6.895,26 | 7.185,01 |
6 | 4.960,64 | 5.169,10 | 5.386,31 | 5.536,16 | 5.612.65 | 5.848,50 | 6.094,26 | 6.350,35 |
5 | 4.384,38 | 4.568,62 | 4.760,60 | 4.893,04 | 4.960,64 | 5.169,10 | 5.386,31 | 5.612.65 |
4 | 3.875,06 | 4.037,89 | 4.207,57 | 4.324,63 | 4.384,38 | 4.568,62 | 4.760,60 | 4.960,64 |
3 | 3.424,90 | 3.568,82 | 3.718,79 | 3.822,25 | 3.875,06 | 4.037,89 | 4.207,57 | 4.384,38 |
2 | 3.027,04 | 3.154,24 | 3.286,79 | 3.378,23 | 3.424,90 | 3.568,82 | 3.718,79 | 3.875,06 |
1 | 2.675,40 | 2.787,82 | 2.904,97 | 2.985,79 | 3.027,04 |
|
|
|
Artikolu 16
B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fiss imsemmi fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':
- EUR 132,89 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C4 jew C5;
- EUR 203,76 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3.
Artikolu 17
B’effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-iskala tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
Grad | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
Paga bażika full-time | 1.694,21 | 1.973,74 | 2.139,95 | 2.320,16 | 2.515,54 | 2.727,38 | 2.957,06 |
Grad | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 |
Paga bażika full-time | 3.206,08 | 3.476,07 | 3.768,79 | 4.086,15 | 4.430,25 | 4.803,32 | 5.207,82 |
Grad | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |
|
|
Paga bażika full-time | 5.646,37 | 6.121,87 | 6.637,39 | 7.196,32 | 7.802,33 |
|
|
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
____________________
PROĊEDURA
Titolu | Aġġustament, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom | |||
Referenzi | COM(2013)0896 – C7-0460/2013 – 2013/0439(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 10.12.2013 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 12.12.2013 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 12.12.2013 | CONT 12.12.2013 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 15.1.2014 | CONT 11.12.2013 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Dagmar Roth-Behrendt 16.12.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.3.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 17 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Cecilia Wikström | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Jens Geier, Krzysztof Lisek, Svetoslav Hristov Malinov, Emma McClarkin, Sabine Verheyen, Justina Vitkauskaite Bernard, Wim van de Camp | |||
Data tat-tressiq | 10.3.2014 | |||