Dokument ta' sessjoni
10.3.2014
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011,ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
( COM(2013)0895 – C7‑0459/2013 – 2013/0438(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Dagmar Roth-Behrendt
PR_COD_1consamCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 27
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011,ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
( COM(2013)0895 – C7‑0459/2013 – 2013/0438(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2013)0895 ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0459/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Marzu 2014[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta’ Marzu 2014[2],
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill perrmezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ Marzu 2014 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f’konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0165/2014 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
PE-CONS No 56/2014 - 2013/0438(COD)
REGOLAMENT (UE) Nru …/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' …
li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ('ir-Regolamenti tal-Persunal') u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea ('il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra'), stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[5],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri[6],
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja[7],
Billi:
(1) Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-63/12, Il-Kummissjoni Ewropea vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ('il-Qorti tal-Ġustizzja') ċċarat li l-istituzzjonijiet huma obbligati jiddeċiedu kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni, billi jagħmlu aġġustament 'matematiku' skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal, jew inkella billi jidderogaw minn dan il-kalkolu 'matematiku' f'konformità mal-Artikolu 10 tiegħu.
(2) L-għan tal-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], hu li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim tagħhom rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet f'konformità ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-aspettattivi leġittimi tal-persunal li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu deċiżjoni kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tagħhom.
(3) Sabiex taderixxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, fejn il-Kunsill jistabbilixxi li jkun hemm deterjorament serju u mhux mistenni fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess leġislattiv. Fl-4 ta' Novembru 2011, il-Kunsill iddikjara li l-kriżi finanzjarja u ekonomika li qed isseħħ fl-Unjoni, u li tirriżulta f'aġġustamenti fiskali sostanzjali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, kienet tikkostitwixxi deterjorament serju u mhux mistenni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 241 TFUE, biex timplimenta l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u tippreżenta proposta adatta għall-aġġustament tar-rimunerazzjoni.
(4) Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li skont il-klawżola ta' eċċezzjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. Fid-dawl tad-data ekonomika u soċjali għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011, bħall-kriżi finanzjarja u ekonomika li affettwat għadd ta' Stati Membri fil-ħarifa tal-2011, li kkawżat deterjorament immedjat fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni u li wasslet għal aġġustamenti makroekonomiċi sostanzjali, il-livell għoli ta' qgħad u l-livell għoli ta' defiċit pubbliku u d-dejn fl-Unjoni, ikun adatt li l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu jiġi stabbilit għal 0 % għall-2011. Dak l-aġġustament hu parti minn approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, li wkoll jinvolvi aġġustament ta' 0,8 % għall-2012.
(5) Konsegwentement, matul perjodu ta' ħames snin (2010-2014) l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea huwa kif ġej: fl-2010, l-applikazzjoni tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal rriżultat f'aġġustament ta' 0,1%. Għas-snin 2011 u 2012, ir-riżultat tal-approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jinvolvi aġġustament ta' 0 % u ta' 0,8 % rispettivament. Addizzjonalment, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, ġie deċiż li r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu ffriżati għas-snin 2013 u 2014,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, id-data tal-'1 ta' Lulju 2010' fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-'1 ta' Lulju 2011'.
Artikolu 2
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, it-tabella bil-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tapplika għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
1/07/2011 | SKALA | ||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |
16 | 16 919,04 | 17 630,00 | 18 370,84 |
|
|
15 | 14 953,61 | 15 581,98 | 16 236,76 | 16 688,49 | 16 919,04 |
14 | 13 216,49 | 13 771,87 | 14 350,58 | 14 749,83 | 14 953,61 |
13 | 11 681,17 | 12 172,03 | 12 683,51 | 13 036,39 | 13 216,49 |
12 | 10 324,20 | 10 758,04 | 11 210,11 | 11 521,99 | 11 681,17 |
11 | 9 124,87 | 9 508,31 | 9 907,86 | 10 183,52 | 10 324,20 |
10 | 8 064,86 | 8 403,76 | 8 756,90 | 9 000,53 | 9 124,87 |
9 | 7 127,99 | 7 427,52 | 7 739,63 | 7 954,96 | 8 064,86 |
8 | 6 299,95 | 6 564,69 | 6 840,54 | 7 030,86 | 7 127,99 |
7 | 5 568,11 | 5 802,09 | 6 045,90 | 6 214,10 | 6 299,95 |
6 | 4 921,28 | 5 128,07 | 5 343,56 | 5 492,23 | 5 568,11 |
5 | 4 349,59 | 4 532,36 | 4 722,82 | 4 854,21 | 4 921,28 |
4 | 3 844,31 | 4 005,85 | 4 174,18 | 4 290,31 | 4 349,59 |
3 | 3 397,73 | 3 540,50 | 3 689,28 | 3 791,92 | 3 844,31 |
2 | 3 003,02 | 3 129,21 | 3 260,71 | 3 351,42 | 3 397,73 |
1 | 2 654,17 | 2 765,70 | 2 881,92 | 2 962,10 | 3 003,02 |
Artikolu 3
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-aġenti l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.
B'effett mill-1 ta' Jannar 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u aġenti oħra għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-pensjonijiet taħt l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella li ġejja.
B'effett mis-16 ta' Mejju 2011, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2011.
B'effett mis-16 ta' Mejju 2011, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-pensjonijiet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 6 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2011.
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
Pajjiż/Post | Rimunerazzjoni 1.7.2011 | Trasferiment 1.1.2012 | Pensjoni 1.7.2011 | Rimunerazzjoni 16.5.2011 | Pensjoni 16.5.2011 |
Bulgarija Repubblika Ċeka Danimarka Ġermanja Bonn Karlsruhe Munich Estonja Greċja Spanja Franza Irlanda Italja Varese Ċipru Latvja Litwanja Ungerija Malta Pajjiżi l-Baxxi Awstrija Polonja Portugall Rumanija Slovenja Slovakkja Finlandja Svezja Renju Unit Culham | 60.6 85.2 134.2 93.7 93.0 92.2 103.2 75.4 92.2 97.4 116.4 109.6 104.8 91.9 83.0 74.4 72.7 83.5 82.7 102.8 105.0 80.5 84.0 72.7 86.2 78.8 120.5 124.1
| 58.1 79.3 130.5 95.4
77.4 91.0 91.5 108.5 104.6 100.0
85.4 70.2 70.7 73.1 84.6 97.3 104.1 71.4 83.9 62.1 83.6 73.5 113.0 117.2 103.5
| 100.0 100.0 130.5 100.0
100.0 100.0 100.0 108.5 104.6 100.0
100.0 100.0 100.0 100.0 100.0 100.0 104.1 100.0 100.0 100.0 100.0 100.0 113.0 117.2
|
128.0 98.2 |
103.5
|
Artikolu 4
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 911,73 u għandu jkun ta' EUR 1 215,63 għal ġenitur waħdu.
Artikolu 5
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont bażiku tal-allowance għall-unità domestika msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 170,52.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 372,61.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 252,81.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 91,02.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 505,39.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għal Aġenti Oħrajn għandu jkun ta' EUR 363,31.
Artikolu 6
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, l-allowance għall-kilometraġġ imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:
EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km
EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km
EUR 0,6316 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km
EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km
EUR 0,1262 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km
EUR 0,0609 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km
EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.
Ma' din l-allowance għall-kilometraġġ għandu jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:
–EUR 189,48 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;
–EUR 378,93 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km.
Artikolu 7
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:
–EUR 39,17 għal uffiċjal li għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika;
–EUR 31,58 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 8
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, il-limitu minimu għall-allowance tal-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra jkun ta':
–EUR 1114,99 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;
–EUR 662,97 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 9
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 337,19 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 674,39.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 28a(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għall-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 1 215,63.
Artikolu 10
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, it-tabella tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
FUNZJONI GRUPP | 1/07/2011 | SKALA | ||||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | |
IV | 18 | 5 832,42 | 5 953,71 | 6 077,52 | 6 203,91 | 6 332,92 | 6 464,62 | 6 599,06 |
17 | 5 154,85 | 5 262,04 | 5 371,47 | 5 483,18 | 5 597,20 | 5 713,60 | 5 832,42 | |
16 | 4 555,99 | 4 650,73 | 4 747,45 | 4 846,17 | 4 946,95 | 5 049,83 | 5 154,85 | |
15 | 4 026,70 | 4 110,44 | 4 195,92 | 4 283,18 | 4 372,25 | 4 463,17 | 4 555,99 | |
14 | 3 558,90 | 3 632,91 | 3 708,46 | 3 785,58 | 3 864,31 | 3 944,67 | 4 026,70 | |
13 | 3 145,45 | 3 210,86 | 3 277,63 | 3 345,80 | 3 415,37 | 3 486,40 | 3 558,90 | |
III | 12 | 4 026,63 | 4 110,36 | 4 195,84 | 4 283,09 | 4 372,15 | 4 463,07 | 4 555,88 |
11 | 3 558,86 | 3 632,87 | 3 708,41 | 3 785,53 | 3 864,25 | 3 944,60 | 4 026,63 | |
10 | 3 145,43 | 3 210,84 | 3 277,61 | 3 345,77 | 3 415,34 | 3 486,36 | 3 558,86 | |
9 | 2 780,03 | 2 837,84 | 2 896,86 | 2 957,09 | 3 018,59 | 3 081,36 | 3 145,43 | |
8 | 2 457,08 | 2 508,17 | 2 560,33 | 2 613,57 | 2 667,92 | 2 723,40 | 2 780,03 | |
II | 7 | 2 779,98 | 2 837,80 | 2 896,82 | 2 957,07 | 3 018,58 | 3 081,36 | 3 145,45 |
6 | 2 456,97 | 2 508,07 | 2 560,24 | 2 613,49 | 2 667,84 | 2 723,33 | 2 779,98 | |
5 | 2 171,49 | 2 216,65 | 2 262,76 | 2 309,82 | 2 357,86 | 2 406,91 | 2 456,97 | |
4 | 1 919,18 | 1 959,10 | 1 999,84 | 2 041,44 | 2 083,90 | 2 127,24 | 2 171,49 | |
I | 3 | 2 364,28 | 2 413,35 | 2 463,43 | 2 514,56 | 2 566,74 | 2 620,01 | 2 674,39 |
2 | 2 090,12 | 2 133,50 | 2 177,78 | 2 222,98 | 2 269,11 | 2 316,21 | 2 364,28 | |
1 | 1 847,76 | 1 886,11 | 1 925,25 | 1 965,21 | 2 005,99 | 2 047,63 | 2 090,12 | |
Artikolu 11
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta':
–EUR 838,66 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;
–EUR 497,22 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.
Artikolu 12
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 002,90 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 005,78.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 96(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 911,73.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 882,33 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 076,07.
Artikolu 13
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[9] għandhom ikunu ta' EUR 382,17, EUR 576,84, EUR 630,69 u EUR 859,84.
Artikolu 14
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[10] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,516766.
Artikolu 15
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
1/07/2011 | SKALA | |||||||
GRAD | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |
16 | 16 919,04 | 17 630,00 | 18 370,84 | 18 370,84 | 18 370,84 | 18 370,84 |
|
|
15 | 14 953,61 | 15 581,98 | 16 236,76 | 16 688,49 | 16 919,04 | 17 630,00 |
|
|
14 | 13 216,49 | 13 771,87 | 14 350,58 | 14 749,83 | 14 953,61 | 15 581,98 | 16 236,76 | 16 919,04 |
13 | 11 681,17 | 12 172,03 | 12 683,51 | 13 036,39 | 13 216,49 |
|
|
|
12 | 10 324,20 | 10 758,04 | 11 210,11 | 11 521,99 | 11 681,17 | 12 172,03 | 12 683,51 | 13 216,49 |
11 | 9 124,87 | 9 508,31 | 9 907,86 | 10 183,52 | 10 324,20 | 10 758,04 | 11 210,11 | 11 681,17 |
10 | 8 064,86 | 8 403,76 | 8 756,90 | 9 000,53 | 9 124,87 | 9 508,31 | 9 907,86 | 10 324,20 |
9 | 7 127,99 | 7 427,52 | 7 739,63 | 7 954,96 | 8 064,86 |
|
|
|
8 | 6 299,95 | 6 564,69 | 6 840,54 | 7 030,86 | 7 127,99 | 7 427,52 | 7 739,63 | 8 064,86 |
7 | 5 568,11 | 5 802,09 | 6 045,90 | 6 214,10 | 6 299,95 | 6 564,69 | 6 840,54 | 7 127,99 |
6 | 4 921,28 | 5 128,07 | 5 343,56 | 5 492,23 | 5 568,11 | 5 802,09 | 6 045,90 | 6 299,95 |
5 | 4 349,59 | 4 532,36 | 4 722,82 | 4 854,21 | 4 921,28 | 5 128,07 | 5 343,56 | 5 568,11 |
4 | 3 844,31 | 4 005,85 | 4 174,18 | 4 290,31 | 4 349,59 | 4 352,36 | 4 722,82 | 4 921,28 |
3 | 3 397,73 | 3 540,50 | 3 689,28 | 3 791,92 | 3 844,31 | 4 005,85 | 4 174,18 | 4 349,59 |
2 | 3 003,02 | 3 129,21 | 3 260,71 | 3 351,42 | 3 397,73 | 3 540,50 | 3 689,28 | 3 844,31 |
1 | 2 654,17 | 2 765,70 | 2 881,92 | 2 962,10 | 3 003,02 |
|
|
|
Artikolu 16
B'effett mill-1 ta' Lulju 2011, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fiss imsemmi fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':
- EUR 131,84 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C4 jew C5;
- EUR 202,14 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3.
Artikolu 17
B’effett mill-1 ta' Lulju 2011, l-iskala tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
Grad | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
Paga bażika full-time | 1 680,76 | 1 958,08 | 2 122,97 | 2 301,75 | 2 495,58 | 2 705,73 | 2 933,59 |
Grad | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 |
Paga bażika full-time | 3 180,63 | 3 448,48 | 3 738,88 | 4 053,72 | 4 395,09 | 4 765,20 | 5 166,49 |
Grad | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |
|
|
Paga bażika full-time | 5 601,56 | 6 073,28 | 6 584,71 | 7 139,21 | 7 740,41 |
|
|
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
____________________
PROĊEDURA
Titolu | Aġġustament, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom | |||
Referenzi | COM(2013)0895 – C7-0459/2013 – 2013/0438(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 10.12.2013 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 12.12.2013 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 12.12.2013 | CONT 12.12.2013 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 15.1.2014 | CONT 18.12.2013 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Dagmar Roth-Behrendt 16.12.2013 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.3.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 18 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Cecilia Wikström | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Jens Geier, Krzysztof Lisek, Svetoslav Hristov Malinov, Emma McClarkin, Sabine Verheyen, Justina Vitkauskaite Bernard, Wim van de Camp | |||
Data tat-tressiq | 10.3.2014 | |||