Dokument ta' sessjoni
20.3.2014
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0333/2013 – 2013/2245(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa
PR_DEC_Agencies
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................7
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................11
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0333/2013 – 2013/2245(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju[1],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0187/2014 ),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0333/2013 – 2013/2245(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0187/2014 ),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0333/2013 – 2013/2245(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju[13],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil[16], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[17],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0187/2014 ),
A. billi l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") ingħata awtonomija finanzjarja fl-20 ta' Settembru 2012, waqt li sa dakinhar il-baġit tiegħu kien implimentat mill-Kummissjoni,
B. billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 10 000 000,
C. billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
1. Jinnota li s-sistema kontabilistika tal-Uffiċċju għadha ma ġietx ivvalidata mill-uffiċjal tal-kontabilità tiegħu;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
2. Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 69,02 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 41,20 %;
Impenji u riporti
3. Jinnota li kien stmat li l-ħtiġijiet baġitarji għall-2012 kienu konsiderevolment aktar milli kienu fil-verità, peress li ġew impenjati biss EUR 4 800 000 mill-EUR 7 000 000 li ġew trasferiti meta nkisbet l-awtonomija finanzjarja;
4. Jinnota bi tħassib li, mill-approprjazzjonijiet impenjati, ġie riportat ammont ta' EUR 3 200 000, li jirrappreżenta 65,13 % mill-approprjazzjonijiet impenjati kollha għall-perjodu ta' awtonomija finanzjarja; ifakkar lill-Uffiċċju li livell għoli ta' riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju ta' annwalità; jistieden lill-Uffiċċju jtejjeb għalhekk il-prestazzjoni tiegħu f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi, madankollu, il-fatt li r-riporti huma fil-biċċa l-kbira relatati ma' fatturi li kienu għadhom ma waslux jew li tħallsu fl-aħħar tas-sena u ma' rimborżi pendenti għal spejjeż relatati ma' esperti; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li madwar EUR 800 000 għandhom x'jaqsmu ma' xogħol ta' tgħammir mill-ġdid imwettaq fil-bini tal-Uffiċċju fl-2012, li se jitħallas wara l-aċċettazzjoni finali;
5. Jinnota bi tħassib il-fatt li riport ta' EUR 2 000 00 ma kienx kopert minn impenn ġuridiku (kuntratt) u għaldaqstant kien irregolari; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi li jkun ħa għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet simili fil-ġejjieni;
Trasferimenti
6. Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzji ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji;
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
7. Jinnota li, għas-sena 2012, la t-tranżazzjonijiet li ttieħed kampjun tagħhom u lanqas is-sejbiet l-oħra tal-eżerċizzju ta' awditjar ma wasslu għal xi kumment dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju fir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri;
8. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza
9. Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li adotta politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi, li hi maħsuba biex tistabbilixxi għadd ta' prinċipji, proċeduri u għodda intenzjonati għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi;
10. Josserva li s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta' Interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u l-maniġment superjuri, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' Interessi tad-Direttur Eżekuttiv, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;
Kontrolli interni
11. Jinnota n-nuqqas ta' inventarju fiżiku u l-fatt li 20 % tal-pagamenti saru wara l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jinnota li 10 mis-16-il standard ta' kontroll intern kienu għadhom ma ġewx kompletament implimentati; jinnota l-ispjegazzjonijiet tal-Uffiċċju rigward iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fl-2012, li kienet is-sena meta l-Uffiċċju kiseb l-indipendenza finanzjarja tiegħu mill-Kummissjoni (DĠ HOME) f'Settembru;
Prestazzjoni
12. Jitlob li l-Uffiċċju jikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tiegħu għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tiegħu;
13. Hu tal-fehma li, tal-anqas, ir-rapport annwali tal-attività tal-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u mhux biss bl-Ingliż kif jiġri attwalment; hu tal-opinjoni li, bħala pass inizjali, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni l-verżjonijiet Ġermaniżi u Franċiżi tar-rapport jekk ma jkunx possibbli li jiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni minnufih;
o
o o
14. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2014[19] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 17.3.2014 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 16 1 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Derek Vaughan | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Amelia Andersdotter, Markus Pieper | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Thomas Ulmer | |||