Dokument ta' sessjoni

 

A8-0021/2014

20.10.2014

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

( COM(2014)0597 – C8‑0165/2014 – 2014/0279(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Gabrielius Landsbergis

 

PR_COD_1app

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  6

ANNESS  8

SEJĦA TAL-ISMIJIET GĦALL-VOTAZZJONI FINALI  30

PROĊEDURA  31

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

( COM(2014)0597 – C8‑0165/2014 – 2014/0279(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2014)0597 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0165/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta' ittra tas-16 ta' Ottubru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A8‑0021/2014 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

 

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina daħal fis-seħħ fit-23 ta' April 2014 wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew permezz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-3 ta' April 2014, u kellu japplika sa ma jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat provviżorjament it-Titolu IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Kien maħsub li r-Regolament (UE) Nru 374/2014 jieqaf japplika mill-1 ta' Novembru 2014 l-aktar tard.

 

Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta dwar l-Implimentazzjoni tal-FA/DCFTA bejn l-UE u l-Ukraina tat-12 ta' Settembru 2014 wara konsultazzjonijiet trilaterali, kien hemm qbil min-naħa tal-UE li tipproponi lill-Istati Membri li jipposponu l-applikazzjoni provviżorja tad-DCFTA sal-31 ta' Diċembru 2015, filwaqt li matul dan il-perjodu jkomplu bil-miżuri kummerċjali awtonomi tal-UE għall-benefiċċju tal-Ukraina. Din is-soluzzjoni hija parti minn proċess ta' paċi komprensiv fl-Ukraina, li jirrispetta l-integrità territorjali tal-Ukraina kif ukoll id-dritt tagħha li tiddeċiedi d-destin tagħha. Hija r-riżultat ta' talba tal-Ukraina u bi tpattija għall-impenn tal-Federazzjoni Russa li tkompli r-reġim preferenzjali CIS-FTA bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina. Konsegwentement, sabiex tappoġġa l-istabbiltà politika u ekonomika tal-Ukraina, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina sal-31 ta' Diċembru 2015, jiġifieri fiż-żmien meta ħa jidħol fis-seħħ it-Titolu IV tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

 

Fid-dawl tal-objettiv li tkun żgurata ż-żamma tal-kundizzjonijiet eżistenti għall-aċċess għas-suq tal-UE u li jiġi minimizzat il-periklu li l-esportazzjonijiet lejn l-UE jisfrattaw, l-aktar soluzzjoni effikaċi tibqa' l-estensjoni tal-miżuri kummerċjali awtonomi. L-estensjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-aħħar tal-2015 għandha l-għan li tappoġġa lill-Ukraina fis-sitwazzjoni tant diffiċli li għaddejja minnha mil-lat ta' sigurtà u minn dak politiku u ekonomiku, permezz tal-implimentazzjoni tal-impenji tariffarji tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ratifikat.

 

Statistika kummerċjali turi li l-esportazzjonijiet Ukraini lejn l-UE żdiedu b'mod sinifikanti fl-ewwel nofs tal-2014; fl-istess waqt ġie osservat tnaqqis fl-esportazzjonijiet Ukraini lejn ir-Russja minħabba restrizzjonijiet kummerċjali għall-prodotti Ukraini biex ikollhom aċċess għas-suq tar-Russja, u minħabba n-nuqqas ta' prevedibbiltà tiegħu. Fil-fatt, min-naħa tal-Ukraina jidher li permezz tal-miżuri kummerċjali awtonomi, l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE żdiedu fl-ewwel nofs tal-2014 (b'+25,0 %, b'valur ta' USD 587 miljun), u li din iż-żieda kważi kkumpensat għat-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tagħha lejn ir-Russja (-24,5 %, b'valur ta' USD 592 miljun). Filwaqt li jitqiesu fatturi oħra bħad-deprezzar tal-valuta, ir-riperkussjonijiet tal-miżuri ta' ritaljazzjoni Russi fil-konfront tal-esportazzjonijiet Ukraini lejn ir-Russja u l-irkupru fl-Ewropa, jidher li l-orjentazzjoni mill-ġdid mis-suq Russu għas-suq Ewropew qiegħda sseħħ, u l-miżuri kummerċjali awtonomi bla ebda dubju jżidu l-possibbiltajiet għall-produtturi u n-negozji Ukraini li jfittxu swieq ġodda u jnaqqsu l-konsegwenzi negattivi tal-miżuri kummerċjali ta' ritaljazzjoni Russi kontra l-Ukraina.

 

Filwaqt li din it-tendenza hija importanti ħafna għall-Ukraina u għan-negozji tagħha, l-impatt ekonomiku għall-UE taż-żieda fl-esportazzjonijiet Ukraini mistenni li jkun żgħir ħafna, u dan minħabba n-nuqqas ta' simmetrija li teżisti f'termini ekonomiċi bejn iż-żewġt isħab kummerċjali. Barra minn hekk, il-konċessjonijiet kummerċjali jirriflettu l-eżitu bilanċjat tan-negozjati mal-Ukraina fil-kuntest tad-DCFTA, u ġew determinati bir-reqqa sabiex jipprovdu livelli adegwati ta' protezzjoni lil atturi sensittivi fl-UE, filwaqt li jiffaċilitaw il-kummerċ mal-Ukraina. Il-konformità mal-istandards sanitarji u fitosanitarji tal-UE u r-rispett għal dawn l-istandards huma prerekwiżit daqskemm huma għall-kummerċ mal-pajjiżi terzi l-oħra kollha. L-estensjoni tal-preferenzi hija marbuta mal-possibbiltà li jiġu sospiżi l-miżuri kummerċjali awtonomi f'każ li jkun hemm frodi jew li jiġu adottati miżuri kummerċjali avversi, u l-għoti huwa suġġett għar-rispett min-naħa tal-Ukraina għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-prinċipju tal-istat tad-dritt. Dawn ilkoll jikkostitwixxu miżuri addizzjonali ta' ħarsien għall-UE, filwaqt li jiżguraw il-faċilitazzjoni tal-kummerċ għall-Ukraina.

 

Ir-rapporteur jinnota li sabiex jinżamm livell għoli ta' appoġġ għall-Ukraina u titqawwa ċ-ċertezza dwar il-kundizzjonijiet tal-kummerċ għall-operaturi ekonomiċi, huwa importanti li l-Parlament juża proċedura aċċelerata biex jikkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, sabiex b'hekk l-estensjoni tkun tista' tapplika mit-2 ta' Novembru 2014, jiġifieri mingħajr l-ebda interruzzjoni. Għalkemm teżisti l-possibbiltà li jkun hemm applikazzjoni retroattiva f'każ li l-estensjoni ma tidħolx fis-seħħ minnufih wara l-1 ta' Novembru, in-negozji se jkollhom joperaw fl-ambitu ta' reġim mhux preferenzjali, iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza ġuridika u piż ikbar, u konsegwentement se jitbatta r-ritmu tal-importazzjonijiet Ukraini lejn l-UE. Apparti dak li ssemma hawn fuq, il-miżuri kummerċjali awtonomi jipprovdu l-opportunità tant meħtieġa għall-produtturi u n-negozji Ukraini li jiddevjaw l-esportazzjonijiet tagħhom mis-suq Russu li qed isir dejjem aktar restrittiv, filwaqt li jservu wkoll ta' inċentiv sabiex jadattaw il-funzjonament u l-istandards tagħhom għal dawk tal-UE u jitħejjew għall-implimentazzjoni sħiħa tad-DCFTA mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016.

 

L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina jipprevedi li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tar-rispett għall-prinċipji ta' sovranità u integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri u l-indipendenza, kif ukoll il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, materjali relatati u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom jikkostitwixxu elementi essenzjali ta' dan il-Ftehim. Il-preferenzi awtonomi previsti skont ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 huma suġġetti għar-rispett ta' dawn l-istess prinċipji mill-Ukraina. Il-volumi/dazji mogħtija mill-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 fl-2014 għandhom jibqgħu japplikaw għall-2015.

ANNESS

 

PE-CONS 93/14 - 2014/0279(COD)

REGOLAMENT (UE) Nru …/2014

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva[1],

Billi:

(1)  L-Ukraina hija pajjiż sieħeb ta' prijorità fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant. L-Unjoni Ewropea ilha tfittex relazzjoni aktar mill-viċin mal-Ukraina fid-dawl tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika ta' din tal-aħħar mal-Unjoni. F’dak ir-rigward, bejn l-2007 u l-2011, l-Unjoni u l-Ukraina nnegozjaw il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra[2]1, (Ftehim ta' Assoċjazzjoni) , li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), li kien ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fis-27 ta' Ġunju 2014. Skont id-dispożizzjonijiet tad-DCFTA, l-Unjoni u l-Ukraina għandhom jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles tul perijodu tranżitorju ta’ massimu ta' 10 snin, li jibda mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

(2)  Fid-dawl ta’ sfidi għas-sigurtà, politiċi u ekonomiċi mingħajr preċedent li qed tiffaċċja l-Ukraina, u biex jingħata appoġġ lill-ekonomija tagħha, ġie deċiż li l-implimentazzjoni tal-Iskeda tal-Konċessjonijiet stabbilita fl-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tiġi antiċipata permezz tal-preferenzi kummerċjali awtonomi previsti fir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3]2. Fid-dawl tal-isfidi li l-Ukraina għadha qed tiffaċċja, l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015. Għall-fini ta’ prevedibbiltà, id-dazji doganali u l-aċċess għall-kwoti tariffarji għall-perijodu estiż għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk għall-2014.

(3)  L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt jikkostitwixxu elementi essenzjali ta' dak il-Ftehim. Barra minn hekk, jipprovdi li l-promozzjoni tar-rispett għall-prinċipji ta’ sovranità u integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri u l-indipendenza, kif ukoll il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, materjali relatati u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom jikkostitwixxu wkoll elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Il-preferenzi awtonomi previsti taħt ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 għandhom ikunu wkoll soġġetti għar-rispett għal dawk l-istess prinċipji mill-Ukraina. Bil-għan li r-Regolament (UE) Nru 374/2014 jiġi allinjat mal-prattika kummerċjali tal-Unjoni u strumenti ta’ politika oħra tal-UE, huwa xieraq li tiddaħħal il-possibbiltà li l-preferenzi jiġu temporanjament sospiżi f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-Ukraina.

(4)  Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, jeħtieġ li jsir provvediment għal eċċezzjoni fuq il-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

Dazji doganali fuq prodotti li joriġinaw fl-Ukraina għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-Anness I. Fejn issir referenza fl-Anness I għal kategoriji tal-fażijiet, ir-rata bażika tad-dazji għall-2014 u l-2015 għandha tiġi eliminata f’każ ta’ kategorija tal-fażi 0 u għandha titnaqqas b’25 % fil-każ ta’ kategorija tal-fażi 3, b’16,7 % fil-każ ta’ kategorija tal-fażi 5 u b’12,5 % fil-każ tal-kategorija tal-fażi 7.”;

(2)  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(e) rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt previsti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni*.

______________________

* ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.";

(3)  Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. ";

(4)  L-Annessi II u III huma sostitwiti bit-test stabbilit rispettivament fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-2 ta' Novembru 2014.

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

 

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

 

ANNESS I

"ANNESS II

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, filwaqt li l-ambitu tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fit-23 ta' April 2014.

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3050

0204 22 50

0204 22 90










0204 23






0204 42 30


0204 42 50


0204 42 90




0204 43 10


0204 43 90

Saqajn tan-nagħaġ, qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom (eskluż karkassi u nofs karkassi, kwarti ta' quddiem qosra u qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar trufijiet tal-ħaruf), frisk jew imkessaħ



Laħam tan-nagħaġ mingħajr għadam, frisk jew imkessaħ,




Qatgħat tan-nagħaġ iffriżat, bl-għadam (eskluż karkassi u nofs karkassi, u kwarti ta' quddiem qosra)




Laħam tal-ħaruf iffriżat, mingħajr għadam


Laħam tan-nagħaġ iffriżat, mingħajr għadam

1 500

1 500

09.3051

0409







Għasel naturali





5 000

5 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3052

1701 12





1701 91


1701 99



1702 20 10






1702 90 30








1702 90 50










1702 90 71


1702 90 75


1702 90 79




1702 90 80




1702 90 95






Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx ħwawar miżjudin jew materjal biex jagħti l-kulur



Zokkor ieħor minbarra zokkor mhux raffinat




Zokkor tal-aġġru f’forma solida, li fih ħwawar miżjudin jew materjal li jagħti l-kulur




Isoglukosju f'għamla solida, li fl-istat xott fih 50 % tal-piż fruttosju




Maltodestrina f'għamla solida u ġulepp tal-maltodestrina, li fl-istat xott fiha 50 % tal-piż fruttosju




Karamella






Ġulepp tal-inulina




Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fl-istat xott fihom 50 % tal-piż fruttosju


20 070

20 070

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3053

1702 30

1702 40










1702 60

Glukosju u ġulepp tal-glukosju, li ma fihomx fruttosju jew li fl-istat xott fihom anqas minn 50 % tal-piż fruttożju



Fruttosju ieħor u ġulepp tal-fruttosju, li fl-istat xott fihom aktar minn 50 % tal-piż fruttosju, eskluż zokkor invertit

10 000

10 000

09.3054

2106 90 30





2106 90 55






2106 90 59

Ġuleppijiet tal-isoglukosju mħawwrin jew ikkuluriti



Ġulepp tal-glukosju mħawwar jew ikkulurit u ġulepp tal-maltodestrina




Ġuleppijiet taz-zokkor imħawwrin jew ikkuluriti (eskluż isoglukosju, lattosju, glukosju u ġuleppijiet tal-maltodestrina)

2 000

2 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3055

Ex 1103 19 20



1103 19 90








1103 20 90






1104 19 10


1104 19 50


1104 19 61


1104 19 69




1104 29








1104 30




Barli mitħun



Tħin (groats) u pasta taċ-ċereali (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrun, ross u barli)




Gerbub taċ-ċereali, (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrun, ross u barli)




Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq


Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq


Ħbub tal-barli imremblin


Ħbub tal-barli imqattgħin


Ħbub maħdumin (pereżempju, imfesdqa, perlati, imfella jew mitħuna fi frak oħxon), minbarra ħafur, ta' segala jew qamħirrum


Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna

6 300

6 300

09.3056

1107



1109

Malt, kemm jekk inkaljat jew le



Gluteina tal-qamħ, kemm jekk imnixxfa jew le

7 000

7 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3057

1108 11



1108 12




1108 13

Lamtu tal-qamħ



Lamtu tal-qamħirrum




Lamtu tal-patata

10 000

10 000

09.3058

3505 10 10

3505 10 90






3505 20 30


3505 20 50


3505 20 90

Destrini u lamti oħra mmodifikati (eskluż lamtijiet, esterifikati jew eterifikati)



Kolla li jkun fiha, bil-piż, 25 % jew aktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn immodifikati

1 000

1 000

09.3059

2302 10

2302 30


2302 40 10


2302 40 90






2303 10 11

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u residwi oħra, kemm jekk fl-għamla ta' pritkuni jew le, ġejjin mill-għarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta' ċereali (esklużi dak tar-ross)



Residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum (esklużi l-likuri kkonċentrati li jkunu mgħaddsa fihom), b'kontenut ta' proteina, ikkalkulat fuq il-prodott niexef li jkun aktar minn 40 % bil-piż

16 000

16 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3060

0711 51













2003 10

Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat



Faqqiegħ tal-ġeneru
Agaricus, ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku

500

500

09.3061

0711; 51

Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat

500

500

09.3062

2002

Tadam ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku

10 000

10 000

 

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3063

2009 61 90









2009 69 11










2009 69 71


2009 69 79


2009 69 90










2009 71


2009 79

Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li ma jeċċedix 30, ta' valur li jeċċedi EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett



Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 67,ta' valur li ma jeċċedix EUR 22 għal kull 100 kg ta' piż nett




Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 30 iżda li ma jeċċedix 67, ta' valur li ma jeċċedix EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett






Meraq tat-tuffieħ


10 000

10 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3064

0403 10 51

0403 10 53


0403 10 59


0403 10 91


0403 10 93


0403 10 99


0403 90 71


0403 90 73


0403 90 79


0403 90 91


0403 90 93


0403 90 99

Xorrox tal-butir, ħalib u krema mbaqqta, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, ikkonċentrati jew le, li fihom sustanza ta' ħlewwa miżjuda jew li jkun fihom frott, lewż jew kawkaw miżjuda

2 000

2 000

09.3065

0405 20 10

0405 20 30

Prodotti li jindilku (spreads), b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 75 %

250

250

09.3066

0710 40

0711 90 30


2001 90 30


2004 90 10


2005 80

Qamħirrum (sweetcorn)

1 500

1 500

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3067

1702 50

1702 90 10

 

Ex 1704 90 99

 

 

 

1806 10 30

1806 10 90

 

 

Ex 1806 20 95

 

 

 

 

 

 



 

Ex 1901 90 99

 

 

 

 

 

 

2101 12 98

2101 20 98






3302 10 29

 

Fruttosju kimikament pur

Maltosju kimikament pur

 

Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż ta' sukrosju

 

Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrosju jew isoglukosju imfisser bħala sukrosju

 

Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu aktar minn 2 kg jew f’għamla likwida, pejst, trab, granulari jew f’xi għamla oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b’kontenut jeċċedi ż-2 kg, li fihom inqas minn 18% tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrosju

 

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, xgħir, qamħ mitħun mhux raffinat, lamtu jew estratt tax-xgħir (malt), li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % f’piż ta’ kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70% jew aktar f’piż ta’ sukrosju

 

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ kafè, te jew maté





Taħlit ta’ sustanzi bir-riħa u taħlit b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jeċċedix 0,5%

2 000

2 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit- 23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3068

1903









1904 30

Tapjoka u sostituti tagħha magħmula mill-lamtu, f’forma ta’ troffi, frott taċ-ċereali, ta’ qtar jew boċċi, mgħarbla jew għamliet simili oħra



Qamħ bulgur

 

2 000

2 000

09.3069

1806 20 70

2106 10 80



2202 90 99

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata

Konċentrati ta' proteini oħrajn u sustanzi ta’ proteini b'konsistenza

Xorb mhux alkoħoliku minbarra ilma, li fih 2% jew aktar piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titoli 0401 sa 0404

300

300

09.3070

2106 90 98

Preparati tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

2 000

2 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3071

2207 10

2208 90 91


2208 90 99

2207 20

Alkoħol etiliku mhux naturat



Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ liema qawwa tkun

27 000

27 000

09.3072

2402 10

2402 20 90

 

 

Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk

Sigarretti li fihom it-tabakk, mhux li fihom l-imsiemer tal-qronfol

2 500

2 500

09.3073

2905 43

2905 44

3824 60

Mannite

D-gluċitol (sorbitol)

Sorbitol ħlief dak tas-subintestatura 2905 44

100

 

100

 

09.3074

3809 10 10

3809 10 30


3809 10 50


3809 10 90

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, b’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi

2 000

2 000

Nru ta' Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit--23.4.2014 sal-31.12.2014

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

(piż nett f’tunnellati metriċi sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.3075

0703 20

Tewm, frisk jew imkessaħ

500

500

09.3076

1004

Ħafur

4 000

4 000

“

ANNESS II

"ANNESS III

Kwoti tar-rata tariffarja għall-prodotti agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(3)

Prodott

Klassifikazzjoni tariffarja

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit--23.4.2014 sal-31.12.2014

 

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

 

Laħam taċ-ċanġa

0201.10.(00)

0201.20.(20-30-50-90)

0201.30.(00)

0202.10.(00)

0202.20.(10-30-50-90)

0202.30.(10-50-90)

12 000

tunnellati metriċi/sena espressi f'piż nett

12 000

tunnellati metriċi/sena espressi f'piż nett

Laħam tal-majjal

0203.11.(10)

0203.12.(11-19)

0203.19. (11-13-15-55-59)

0203.21.(10)

0203.22.(11-19)

0203.29. (11-13-15-55-59)

20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

+ 20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM

0203.11.(10)

0203.12.(19)

0203.19.(11-15-59)

0203.21.(10)

0203.22.(19)

0203.29.(11-15-59))

20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

+ 20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM

0203.11.(10)

0203.12.(19)

0203.19.(11-15-59)

0203.21.(10)

0203.22.(19)

0203.29.(11-15-59))

Prodott

Klassifikazzjoni tariffarja

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit--23.4.2014 sal-31.12.2014

 

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

 

Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur

0207.11.(30-90)

0207.12.(10-90)

0207.13.(10-20-30-50-60-99)

0207.14.(10-20-30-50-60-99)

0207.24.(10-90)

0207.25.(10-90)

0207.26.(10-20-30-50-60-70-80-99)

0207.27.(10-20-30-50-60-70-80-99)

0207.32. (15-19-51-59-90)

0207.33.(11-19-59-90)

0207.35.(11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99)

0207.36.(11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90)

0210.99.(39)

1602.31.(11-19-30-90)

1602.32.(11-19-30-90)

1602.39.(21)

16 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

 

+ 20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM 0207.12. (10-90))

16 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

 

+ 20 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM 0207.12. (10-90))

Ħalib, krema, ħalib ikkondensat u jogurts

0401.10.(10-90)

0401.20.(11-19-91-99)

0401.30.(11-19-31-39-91-99)

0402.91.(10-30-51-59-91-99)

0402.99. (10-31-39-91-99)

0403.10.(11-13-19-31-33-39)

0403.90.(51-53-59-61-63-69)

8 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

8 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

Prodott

Klassifikazzjoni tariffarja

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota mit-23.4.2014 sal-31.12.2014

 

Kwantità għall-perijodu ta’ kwota li jibda mill-1.01.2015 sal-31.12.2015

 

Trab tal-ħalib

0402.10.(11-19-91-99)

0402.21. (11-17-19-91-99)

0402.29. (11-15-19-91-99)

0403.90.(11-13-19-31-33-39)

0404.90.(21-23-29-81-83-89)

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

Butir u pejsts magħmula mill-ħalib

0405.10. (11-19-30-50-90)

0405.20.(90)

0405.90.(10-90)

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

 

Bajd u abjad tal-bajd

0407.00.(30)

0408.11.(80)

0408.19.(81-89)

0408.91.(80)

0408.99.(80)

3502.11.(90)

3502.19.(90)

3502.20.(91-99)

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f'ekwivalenti ta’ qxur tal-bajd

+ 3 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM 0407.00.(30))

1 500 tunnellata metrika/sena

espressi f'ekwivalenti ta’ qxur tal-bajd

+ 3 000 tunnellata metrika/sena

espressi f’piż nett

(għall-kodiċi NM 0407.00.(30))

Qamħ komuni, dqiq, u gerbub

1001.90.(99)

1101.00.(15-90)

1102.90.(90)

1103.11.(90)

1103.20.(60)

950 000 tunnellata metrika/sena

 

950 000 tunnellata metrika/sena

 

Barli, dqiq u gerbub

1003.00.(90)

1102.90.(10)

1103.20.(20)

250 000 tunnellata metrika/sena

 

250 000 tunnellata metrika/sena

 

Qamħirrum, dqiq u gerbub

1005.90.(00)

1102.20.(10-90)

1103.13.(10-90)

1103.20.(40)

1104.23.(10-30-90-99)

400 000 tunnellata metrika/sena

 

400 000 tunnellata metrika/sena

“

 

 

SEJĦA TAL-ISMIJIET GĦALL-VOTAZZJONI FINALI

 

Membri favur

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Seán Kelly, Gabrielius Landsbergis, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain, Maria Arena, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, David Campbell Bannerman, Bolesław G. Piecha, Joachim Starbatty, Jan Zahradil, Dita Charanzová, Marietje Schaake, Marielle de Sarnez, Johannes Cornelis van Baalen, Klaus Buchner, Ska Keller

Membri kontra

Anne-Marie Mineur, Aymeric Chauprade, Georgios Epitideios, Marine Le Pen, Franz Obermayr

Membri li astjenew

Helmut Scholz, Lola Sánchez Caldentey, Tiziana Beghin, David Borrelli

 

PROĊEDURA

Titolu

Dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina

Referenzi

COM(2014)0597 – C8-0165/2014 – 2014/0279(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.9.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

 

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gabrielius Landsbergis

7.10.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.10.2014

20.10.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

20.10.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Ska Keller, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Bolesław G. Piecha, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Aymeric Chauprade, Nicola Danti, Georgios Epitideios, Agnes Jongerius, Seán Kelly, Gabriel Mato, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Joachim Starbatty, Johannes Cornelis van Baalen, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Data tat-tressiq

20.10.2014

 

 

[1]   Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta' ... 2014.
[2]1   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
[3]2   Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).