<Report lg="MT" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0# iPlRp_v2-0.xsd"><Cover><Ref><Num-Report>A8-0053/2014</Num-Report></Ref><Date>5.12.2014</Date><Blk-Title-Cover><Sigle-Proc>***I</Sigle-Proc><Title-Type>RAPPORT</Title-Type><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(COM(2014)0542 – C8‑0128/2014 – 2014/0250(COD))</p></Doc-Ref></Blk-Title-Cover><Body type="COMMITEE" id="810"><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali</p></Body><Grp-Rap><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Rapporteur: Sorin Moisă</p></Grp-Rap><Num-PE>PE 539.749v02-00</Num-PE></Cover><Legend><table border-collapse="collapse" margin-left="83.35pt" width="290.55pt" cellspacing="0"><tr><td border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" border-top="solid #000000 0.5pt" padding="0 5.35pt 0 5.35pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Tifsira tas-simboli użati</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.5pt" border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" padding="0 5.35pt 0 5.35pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">       *     Proċedura ta' konsultazzjoni </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">   ***     Proċedura ta' approvazzjoni</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt"> ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="100%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><table border-collapse="collapse" margin-left="83.4pt" width="290.55pt" cellspacing="0"><tr><td border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" border-top="solid #000000 0.5pt" padding="0pt 5.4pt 0pt 5.4pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Emendi għal abbozz ta' att</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.5pt" border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" padding="0pt 5.4pt 0pt 5.4pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"><span font-weight="bold">Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni</span></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa<span font-style="italic" font-weight="bold"> korsiva</span> <span font-style="italic" font-weight="bold">u grassa</span> fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa<span font-style="italic" font-weight="bold"> korsiva</span> <span font-style="italic" font-weight="bold">u grassa</span> fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa<span font-style="italic" font-weight="bold"> korsiva</span> <span font-style="italic" font-weight="bold">u grassa</span> fil-kolonna tal-lemin.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"><span font-weight="bold">Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat</span></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa<span font-style="italic" font-weight="bold"> korsiva u grassa.</span> Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati.  Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa<span font-style="italic" font-weight="bold"> korsiva u grassa</span> u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="100%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table></Legend><Toc><Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">WERREJ</span></p></Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">OPINJONI <span text-transform="uppercase">tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali</span>...................8</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">PROĊEDURA...........................................................................................................................11</p></Toc><Section><Title-Section><span font-weight="bold">ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW</span></Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0542" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0542">COM(2014)0542</ANCHOR> – C8‑0128/2014 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2014-0250" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2014-0250">2014/0250(COD)</ANCHOR>)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0542" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0542">COM(2014)0542</ANCHOR>),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0128/2014),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra ta' ..., li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (<ANCHOR href="#reds:iPlRp/A-8-2014-0053" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRp/A-8-2014-0053">A8-0053/2014</ANCHOR>),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.</p></Section><Section><Title-Section><span font-weight="bold">NOTA SPJEGATTIVA</span></Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn 'il quddiem "Moldova") oriġinarjament kienu introdotti mill-UE permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta' Jannar 2008 ("Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ"). Il-konċessjoni ta' tali preferenzi kienet prevista fl-ambitu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-2005 u kienet suġġetta għal titjib sostanzjali min-naħa tal-Moldova fir-rigward tas-sistema ta' kontrolli u taċ-ċertifikazzjoni ta' oġġetti tagħha. Il-Moldova onorat l-impenji tagħha billi rriformat il-leġiżlazzjoni tagħha fil-qasam tad-dwana u poġġietha fil-prattika amministrattiva, b'mod sodisfaċenti, sal-2007.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Għalhekk minn Jannar 2008 l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ tal-UE ngħataw lill-Moldova għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2015.  </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ ħadu post il-preferenzi SĠP+ li l-UE kienet tat lill-Moldova fil-kuntest tal-iskema SĠP tal-UE. Meta mqabbel mal-preferenzi SĠP+, ir-Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ neħħa d-dazji kollha li kien għad fadal għall-prodotti industrijali tal-Moldova u tejjeb l-aċċess lejn is-suq tal-UE għall-prodotti agrikoli tal-Moldova. B'konsegwenza ta' dan, il-prodotti kollha li joriġinaw mill-Moldova ngħataw aċċess liberu għas-suq tal-UE, ħlief lil ċerti prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tar-Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ (prinċipalment laħam taċ-ċanga u tal-majjal, tjur, prodotti tal-ħalib, qamħirrun, xgħir, zokkor). </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">F'dawn l-aħħar snin l-UE u l-Moldova intensifikaw ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom partikolarment bis-saħħa tal-konklużjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Il-Ftehim, iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, jinkludi kapitolu dwar il-kummerċ li se jwassal għall-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (DCFTA) bejn il-Partijiet. Id-DCFTA ilha applikata b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2014 u bis-saħħa tagħha l-Moldova se tkompli żżid l-aċċess tagħha għas-suq tal-UE partikolarment permezz tal-approssimazzjoni mal-liġijiet u mal-istandards rilevanti tal-UE. Huwa importanti li jiġi osservat li l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ tal-UE huma supplementari u komplementari għar-reġim ta' liberalizzazzjoni tal-oġġetti fid-DCFTA.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Bis-saħħa tal-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi bejn l-UE u l-Moldova, mill-21 ta' Lulju 2014 ir-Russja imponiet projbizzjoni fuq il-prodotti agrikoli mill-Moldova minħabba raġunijiet politiċi. Tali projbizzjoni qiegħda tagħmel ħsara lill-ekonomija tal-Moldova b'mod konsiderevoli. L-agrikoltura tirrappreżenta madwar 40 % tal-ekonomija tal-Moldova. B'mod partikolari, is-settur ortikolu tagħha għandu importanza fundamentali billi joffri impjieg lil bejn wieħed u ieħor 250 000 ruħ (jiġifieri madwar 10 % tal-popolazzjoni attiva), li qegħdin jgħixu, prevalentement, f'żoni rurali u jaħdmu raba' ta' daqs minn medju sa żgħir. Barra minn hekk, il-livelli tal-esportazzjoni ta' prodotti ortikoli naqsu f'dawn l-aħħar snin u kwalunkwe tnaqqis ulterjuri sinifikanti jkollu effett negattiv sproporzjonat kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq is-soċjetà kollha. Bil-għan li jfittxu aktar assistenza u sostenn f'din il-konġuttura kritika, l-awtoritajiet tal-Moldova rrikorrew lejn l-UE u talbuha sostenn biex jonqos l-impatt ekonomiku tal-projbizzjoni Russa, partikolarment għall-prodotti l-aktar importanti għall-produtturi tal-frott: tuffieħ, għajnbaqar u għeneb tal-mejda. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">B'konsegwenza ta' dan, bħala att ta' solidarjetà, il-Kummissjoni pproponiet li temenda r-Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ billi tintroduċi tliet kwoti tariffarji ġodda bla dazju għat-tuffieħ frisk (40 000 tunnellata), għall-għeneb tal-mejda frisk u għall-għajnbaqar frisk (10 000 tunnellata) skont ir-Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ, barra mill-kwoti tariffarji proposti fl-ambitu tad-DCFTA. Il-preferenzi proposti joffru xi vantaġġi u assistenza immedjata lill-ekonomija tal-Moldova filwaqt li jħallu impatt ferm limitat fuq is-suq tal-UE. Il-kwoti tariffarji huma retroattivi mill-1 ta' Awwissu 2014, fid-dawl tal-quċċata staġjonali tal-produzzjoni ta' dawn it-tliet prodotti, iżda se japplikaw biss sa tmiem l-2015, meta jiskadi t-terminu għar-reġim tal-preferenzi awtonomi għall-kummerċ. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Il-kwoti tariffarji bla dazju għat-tliet prodotti kkonċernati huma limitat ħafna f'termini ta' volum meta mqabbla mal-produzzjoni rilevanti tal-UE (0,4 % għat-tuffieħ, 0,7 % għall-għajnbaqar u 0,6 % għall-għeneb tal-mejda). Anki meta nqisu l-effett kombinat tal-preferenzi awtonomi għall-kummerċ u tad-DCFTA, dawn il-perċentwali jibqgħu baxxi ħafna, u jkunu jittrattaw segmenti tas-suq differenti minn dawk tal-produzzjoni tal-UE. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Aktar fl-ispeċifiku, fid-dawl tal-qrubija kulturali u ġeografika, tal-aspetti li jixxiebhu fis-swieq agrikoli tagħhom f'termini ta' imballaġġar u pppakkjar tal-prodotti, kif ukoll tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, huwa ferm probabbli li l-maġġor parti tal-volumi supplementari tat-tliet prodotti kkonċernati li se jidħlu fl-UE se jkunu assorbiti mis-suq Rumen. Pereżempju, skont it-tbassir tal-World Apple and Pear Association (WAPA), għal dak li għandu x'jaqsam mat-tuffieħ, ir-Rumanija din is-sena se tirreġistra tnaqqis tal-produzzjoni ta' 22 % b'segwitu għal andament dekrexxenti matul dawn l-aħħar ħames snin<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.wapa-association.org/docs/2014/European_apple_and_pear_crop_forecast_2014_-_Summary.pdf</p></footnote>, filwaqt li l-kwota tal-preferenzi awtonomi għall-kummerċ tirrappreżenta biss 8 % tal-produzzjoni Rumena. L-importazzjonijiet ta' tuffieħ fir-Rumanija kważi rduppjaw (+93 %) matul l-istess perjodu filwaqt li l-esportazzjonijiet naqsu (-7 %). </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Skont il-Kummissjoni, l-importazzjonijiet totali mill-Moldova lejn l-UE fl-2013 kienu jikkostitwixxu 0,1 % tal-importazzjonijiet totali fl-UE. Billi madwar 90 % tal-importazzjonijiet kollha mir-Repubblika tal-Moldova jidħlu fl-UE mingħajr dazju, l-importazzjonijiet tat-tuffieħ frisk, għajnbaqar frisk u għeneb tal-mejda frisk taħt prezz tad-dħul mill-Moldova rrappreżenta inqas minn 0,01 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE fid-dinja ta' dawn il-prodotti. It-telf ta' dħul ta' tariffa korrispondenti se għalhekk ikollu impatt traskurabbli fuq il-baġit tal-UE. </p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="0pt">Fl-aħħar nett, il-proposta tintegra wkoll l-emendi għall-kodiċijiet NM ta' ċerti prodotti (spelt, qamħ komuni u meslin u xgħir) indikati fl-Anness tar-Regolament dwar il-preferenzi awtonomi għall-kummerċ, sabiex ikunu riflessi l-modifiki introdotti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013. Dan l-adegwament huwa ta' natura purament teknika. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ir-rapporteur jipproponi li l-Parlament Ewropew japprova l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi.</p></Section><Opinion-Section><Opinion-Cover><Date>03.12.2014</Date><Title-Opinion><span font-weight="bold">OPINJONI <span text-transform="uppercase">tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali</span></span></Title-Opinion><Body type="COMMITEE" id="810"><p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali</p></Body><Blk-Title-Opinion><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0542" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0542">COM(2014)0542</ANCHOR> – C8-0128/2014 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2014-0250" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2014-0250">2014/0250(COD)</ANCHOR>)</p></Doc-Ref></Blk-Title-Opinion><Grp-Rap><p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Rapporteur għal opinjoni: Laurențiu Rebega</p></Grp-Rap></Opinion-Cover><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR</span></span></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">L-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Νru 55/2008 li jintroduċi tliet kwoti tariffarji ġodda bl-eżenzjoni ta' dazji għat-tuffieħ frisk, l-għeneb tal-mejda frisk u l-għajnbaqar frisk, hi miżura ta' appoġġ għar-Repubblika tal-Moldova fil-kuntest soċjali u finanzjarju diffiċli tagħha.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Aħna nappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni għaliex:</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="39pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">•   l-impatt finanzjarju fuq is-suq tal-Unjoni huwa limitat ħafna meta mqabbel mal-benefiċċji li din l-eżenzjoni tista' ġġib għall-irkupru finanzjarju tagħha; </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="39pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">•   dan ikun ta' għajnuna għall-proċess ta' riforma nnifsu fl-agrikoltura fir-Repubblika tal-Moldova, li dejjem qiegħda tersaq aktar viċin l-istandards Ewropej;</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="39pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">•   itejjeb ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Napprezzaw il-fatt li l-kwantitajiet li se jkunu suġġetti għal kummerċ b'arranġament preferenzjali mhumiex se joħolqu pressjoni addizzjonali fuq prodotti simili fis-suq tal-Unjoni. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Pereżempju, fil-każ tal-għeneb frisk, id-data mill-awtoritajiet tad-dwana tindika li 575 tunnellata biss (32 trakk) ġew esportati lejn ir-Rumanija. Is-sitwazzjoni tal-għajnbaqar u t-tuffieħ hija simili: mill-kwota preferenzjali eżistenti, 650 tunnellata biss (36 trakk) u 59 tunnellata ta' tuffieħ (3 trakkijiet) ġew esportati lejn ir-Rumanija. Barra minn hekk, it-total tal-użu ta' dawn il-kwoti huwa mistenni li jiżdied fil-perjodu li jmiss.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Peress li qed nirreferu għal frott frisk, dawn il-prodotti ma jistgħux jiġu ttrasportati fuq distanzi twal. Distanzi relattivament qosra jippermettu fluss ta' merkanzija friska fis-suq fuq terminu ta' żmien qasir u qasir ħafna. Il-prodotti mill-Moldova jaslu f'pajjiżi ġirien, u mhux fis-swieq l-aktar importanti tal-pajjiżi li jipproduċu frott frisk u li kienu affettwati direttament mill-embargo Russu.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Aħna konxji mis-sitwazzjoni tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex tal-Unjoni, iżda bl-aċċettazzjoni ta' din l-emenda, li se jkollha impatt minimu fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni, nagħtu prova tal-fatt li l-Unjoni kapaċi żżomm l-impenji tagħha lejn ir-Repubblika tal-Moldova. Anki jekk il-kuntest tas-suq tal-Unjoni tal-frott u l-ħxejjex jinbidel, l-Unjoni se tgħin lill-bdiewa Moldovani. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Dan it-tibdil se jkollu wkoll impatt soċjali, speċjalment għall-produtturi Moldovani li jkabbru dawn il-prodotti f'farms b'ġestjoni familjari żgħar u ta' daqs medju u li huma aktar affettwati mis-sitwazzjoni ekonomika nazzjonali u iżjed fit-tul. Grazzi għat-tibdil li qegħdin nappoġġaw, dawn il-bdiewa se jkunu jistgħu jżommu x-xogħol tagħhom u jipprovdu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-kummerċ agrikolu għas-sena ta' wara. </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Jekk din il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 tiġi milqugħa mis-suq tal-Unjoni, fil-ġejjieni jinħolqu wkoll opportunitajiet ta' kummerċ ġodda mar-Repubblika tal-Moldova għal prodotti oħra tal-komunità.</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center">******</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">PROĊEDURA</span></span></p><table border-collapse="collapse" margin-left="3.95pt" width="481.85pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Titolu</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Referenzi</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p><ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0542" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0542">COM(2014)0542</ANCHOR> – C8-0128/2014 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2014-0250" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2014-0250">2014/0250(COD)</ANCHOR></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Kumitat responsabbli</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>INTA</p><p>15.9.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Opinjoni mogħtija minn</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>AGRI</p><p>15.9.2014</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Rapporteur għal opinjoni</span></p><p>       Data tal-ħatra</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Laurențiu Rebega</p><p>6.10.2014</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tal-adozzjoni</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>3.12.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Riżultat tal-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>+:</p><p>–:</p><p>0:</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="45.89%" rowspan="1" colspan="3"><p>35</p><p>5</p><p>2</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Membri preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marit Paulsen, Laurențiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Jordi Sebastià, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Marco Zullo</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Gianluca Buonanno, Norbert Lins, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table></Opinion-Section><Section><Title-Section><span font-weight="bold">PROĊEDURA</span></Title-Section><table border-collapse="collapse" margin-left="3.95pt" width="481.85pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Titolu</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Referenzi</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p><ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0542" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0542">COM(2014)0542</ANCHOR> – C8-0128/2014 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2014-0250" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2014-0250">2014/0250(COD)</ANCHOR></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data meta ġiet ippreżentata lill-PE</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>1.9.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Kumitat responsabbli</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>INTA</p><p>15.9.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Kumitati mitluba jagħtu opinjoni</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>AGRI</p><p>15.9.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Rapporteurs</span></p><p>       Data tal-ħatra</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>Sorin Moisă</p><p>24.9.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Eżami fil-kumitat</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>5.11.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p>3.12.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tal-adozzjoni</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>4.12.2014</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Riżultat tal-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>+:</p><p>–:</p><p>0:</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="45.89%" rowspan="1" colspan="3"><p>34</p><p>4</p><p>3</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Membri preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, Marine Le Pen, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Fabio Massimo Castaldo, Dita Charanzová, Georgios Epitideios, Sander Loones, Fernando Ruas, József Szájer, Ramon Tremosa i Balcells, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Tunne Kelam, Judith Sargentini</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tat-tressiq</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>5.12.2014</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table></Section></Report>