Dokument ta' sessjoni

 

A8-0010/2016

28.1.2016

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni)

( COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Jarosław Wałęsa

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_1recastingapp

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  7

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  8

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  10

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  12

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni)

( COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2015)0282 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0154/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' ristrutturazzjoni tal-atti legali[1],

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Settembru 2015 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A8-0010/2016 ),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna kodifikazzjoni u riformulazzjoni tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007, l-hekk imsejjaħ "Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq" (MAR), li jirregola l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw f'ċerti pajjiżi AKP. Dan l-istrument temporanju jipprovdi aċċess bla dazju u bla kwoti għas-suq tal-UE għal prodotti li joriġinaw minn pajjiżi AKP li mhumiex PAŻ qabel il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika kompatibbli mad-WTO rispettivi (EPAs) qabel l-1 ta' Ottubru 2016. L-Anness I tal-MAR bħalissa jinkludi 27 pajjiż.

L-għan tal-eżerċizzju ta' kodifikazzjoni huwa li tiġi żgurata t-trasparenza, iċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE wara li l-istrument legali oriġinali ġie emendat diversi drabi. Mill-adozzjoni tiegħu fl-2007, ir-Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq diġà ġie emendat disa' darbiet, inkluż l-eżerċizzju ta' allinjament ta' wara Lisbona fil-qafas tat-"Trade Omnibus II" u regolamenti sussegwenti delegati mill-Kummissjoni (ara l-Annex III tal-proposta tal-Kummissjoni). Għalhekk, il-kodifikazzjoni hija essenzjali sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-leġibilità tar-regolament.

Il-metodu ta' riformulazzjoni jintuża minħabba l-ħtieġa ta' ċertu tibdil sostantiv limitat fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 22 eżistenti.

L-emenda proposta tal- Artikolu 3(4) tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tistabbilixxi r-reġim applikabbli għal prodotti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel ġaladarba d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (TDCA) bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel ġew superati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-EPA bejn l-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC), konkluż fil-15 ta' Lulju 2014.

Fl-Artikolu 22, referenza superfluwa għall- Artikolu 134 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha titħassar, peress li dan l-Artikolu ġie abrogat mit-Trattat ta' Lisbona.

Wara l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u fid-dawl tal-opinjoni favorevoli tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li tikkonferma li l-proposta hija sempliċi kodifikazzjoni u tillimita ruħha għall-emendi sostantivi identifikati, ir-Rapporteur jirrakkomanda l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref. D(2015)40901

 

Bernd Lange

President, Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

ASP 12G205

Brussell

Suġġett: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni)

COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD) )

 

Sur President,

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Tfassil mill-Ġdid (riformulazzjoni), kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

 

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

 

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom.

 

Bħala konklużjoni, wara l-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Settembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda unanimament, bi 22 vot favur[2], li jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 104.

 

 

 

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

Pavel Svoboda

 

 

 

 

 

 

 

Mehmuża: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv

 

 

 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 10 ta' Awissu 2015

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni)

COM(2015)0282 tal-10.6.2015 – 2015/0128(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali, u b'mod partikolari għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ltaqa' fil-25 ta' Ġunju 2015 biex jeżamina, fost affarijiet oħra, il-proposta msemmija aktar 'il quddiem, imressqa mill-Kummissjoni.

 

F'dik il-laqgħa[3], eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jfassal mill-ġdid ir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 5, il-kelma "eżami" u n-numru tal-Artikolu "21(5)", li t-tnejn ġew immarkati bi vleġeġ ta' adattament, kellhom jiġu mmarkati permezz ta' tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi fi proposti riformulati.

2. Fit-titolu tal-Artikolu 7, il-kelmiet "kwoti u tneħħija eventwali ta' dazji" għandha titneħħa.

3. Fit-titolu tal-Artikolu 8, il-kelma "kwoti" għandha titneħħa.

4. Fl-Artikolu 21(1) ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009" għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill".

 

Konsegwentement, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sostantiv, li l-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti legali eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali.

 

 

 

 

 

 

 

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

 

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2015)0282 – C8-0154/2015 – 2015/0128(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.6.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

24.6.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

24.6.2015

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

22.9.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jarosław Wałęsa

21.9.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.10.2015

19.11.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Amjad Bashir, Ignazio Corrao, Sven Schulze

Data tat-tressiq

28.1.2016

 

 

[1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[2] Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Angel Dzhambazki, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Verónica Lope Fontagné, Dominique Martin, Stefano Maullu, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka. 
[3] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.