Dokument ta' sessjoni
28.1.2016
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija
( COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Marielle de Sarnez
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 8
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali 9
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 21
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija
( COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2015)0460 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0273/2015),
- wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ( A8-0013/2016 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Wara l-attakk terroristiku tas-26 ta’ Ġunju 2015 f’Sousse, fit-Tuneżija, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2015, iddikjara li l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri tagħha, għandha tesplora l-possibbiltà li jittieħdu miżuri eċċezzjonali sabiex jappoġġaw l-ekonomija Tuneżina. | (2) Wara l-attakk terroristiku tas-26 ta’ Ġunju 2015 f’Sousse, fit-Tuneżija, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2015, iddikjara li l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri tagħha, għandha tesplora l-possibbiltà li jittieħdu miżuri eċċezzjonali u temporanji sabiex jappoġġaw l-ekonomija Tuneżina. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-prodott agrikolu ewlieni tat-Tuneżija ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-industrija taż-żejt taż-żebbuġa hija parti importanti tal-ekonomija tal-pajjiż. | (3) Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-prodott agrikolu ewlieni tat-Tuneżija ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-industrija taż-żejt taż-żebbuġa hija parti importanti mill-ekonomija tal-pajjiż, kif ukoll f'diversi reġjuni ta' ċerti Stati Membri. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Sabiex jipprevjenu l-frodi, il-miżuri kummerċjali awtonomi previsti għandhom ikunu suġġett għall-konformità mit-Tuneżija mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, kif ukoll għall-kooperazzjoni amministrattiva effettiva tat-Tuneżija mal-Unjoni. | (5) Sabiex jipprevjenu l-frodi u jiżguraw li l-miżuri kummerċjali awtonomi previsti jkunu ta' benefiċċju reali għall-ekonomija tat-Tuneżija, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-konformità mit-Tuneżija mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, kif ukoll għall-kooperazzjoni amministrattiva effettiva tat-Tuneżija mal-Unjoni. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu |
| 1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-impatt taż-żejt taż-żebbuġa fuq is-suq tal-Unjoni mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
| 2. Fil-każ li jiġi kkonstatat li s-suq tal-Unjoni jkun ġie affettwat mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tipproponi miżuri korrettivi intiżi biex ireġġgħu s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni għal li kienet qabel. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2). |
NOTA SPJEGATTIVA
L-attentati terroristiċi tat-18 ta' Marzu 2015 f'Tunis u dawk tas-26 ta' Ġunju 2015 f'Sousse kienu daqqa ta' ħarta kbira għall-ekonomija Tuneżina, fi żmien fejn diġà kienet qed tiffaċċja diffikultajiet kbar.
F'dan il-kuntest diffiċli, l-Unjoni Ewropea tixtieq ittenni l-appoġġ tagħha, billi taħdem favur l-iżvilupp eknomiku fit-Tuneżija b'mod konkret.
F'dan l-ispirtu, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li toffri, unilateralment u temporanjament, kwota tariffarja mingħajr dazju ta' 35 000 tunnellata fis-sena, jiġifieri total ta' 70 000 tunnellata, għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-Tuneżija lejn l-Unjoni, fil-forma ta' miżuri kummerċjali awtonomi, u dan mingħajr ma jiżdied il-volum globali ta' importazzjoni.
Tali kwota ser tkun disponibbli għal sentejn, mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, u tibda tapplika meta l-kwota tariffarja mingħajr dazju attwali ta' 56 700 tunnellata, stabbilita fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u t-Tuneżija, tkun ġiet eżawrita.
Din il-miżura se tkun ta' benefiċċju għal parti kbira tal-ekonomija Tuneżina. Fil-fatt, is-settur taż-żebbuġ fit-Tuneżija iħaddem, b'mod indirett, aktar minn miljun ruħ, u jirrapreżenta 20 % tal-impjiegi kollha fl-agrikoltura tal-pajjiż. Barra minn hekk, iż-żejt taż-żebbuġa hu l-prodott agrikolu ewlieni li tesporta t-Tuneżija.
Din id-dispożizzjoni temporanja ma tippreġudikax l-eżitu tan-negozjati dwar l-agrikoltura li se ssir fil-qafas tal-ftehim ta' kummerċ ħieles li beda jiġi nnegozzjat f'Ottubru 2015.
Permezz ta' dan l-impenn konkret u id f'id mat-Tuneżini biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ekonomiku tagħhom, l-Unjoni Ewropea qed taħdem ukoll favur il-proċess demokratiku f'dan il-pajjiż.
12.1.2016
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija
( COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Clara Eugenia Aguilera García,
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-attakk terroristiku tas-26 ta' Ġunju 2015 f'Sousse wassal għal reazzjoni mill-UE dwar il-ħtieġa li tgħin lit-Tuneżija ulterjorment fit-tranżizzjoni politika u ekonomika tagħha, b'mod konkret u immirat, permezz ta' azzjonijiet li jistgħu jkunu effikaċi fuq medda qasira ta' żmien. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li toffri kwota tariffarja temporanja u unilaterali mingħajr dazju ta' 35 000 tunnellata fis-sena għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-Tuneżija lejn l-Unjoni, taħt forma ta' miżura kummerċjali awtonoma. Din il-kwota se tkun disponibbli għal perjodu ta' sentejn, mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-volum addizzjonali jinfetaħ ladarba l-kwota tariffarja mingħajr dazju eżistenti ta' 56 700 tunnellata, li hija minquxa fil-Ftehim, tiġi eżawrita.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tikkondividi l-ħtieġa li l-UE tikkontribwixxi fl-għoti ta' spinta ġdida lill-ekonomija tat-Tuneżija f'perjodu indubbjament diffiċli. Minkejja dan, tosserva li s-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea hija solidarjetà li qed issir b'detriment għall-bdiewa tan-Nofsinhar tal-Ewropa, f'dan il-każ tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa. Globalment, l-UE għandha pożizzjoni ewlenija fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, li l-produzzjoni tiegħu sservi bħala l-element prinċipali ta' sussistenza ekonomika u soċjali tal-inħawi produtturi. U hu proprju f'żoni estensivi tal-pajjiżi tal-UE fejn il-kriżi ekonomika kienet l-aktar serja, li s-settur taż-żejt taż-żebbuġa jiggarantixxi eluf ta' impjiegi u jikkontribwixxi għall-bilanċ kummerċjali pożittiv tal-UE minħabba l-importanza tiegħu fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.
Minkejja li din is-sena l-prezzijiet tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa għolew ftit, it-tendenza ta' dawn l-aħħar għaxar snin kienet li l-prezzijiet jonqsu kontinwament u l-profittabilità tal-produzzjoni titmermer minħabba żieda kontinwa fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Trid tissemma' wkoll l-oppożizzjoni kostanti tal-Kummissjoni biex taġġorna l-prezzijiet tal-ħżin privat li, anke wara l-aħħar riforma, għadhom fil-livelli tas-snin disgħin.
L-għan tal-emendi li qed jiġu ppreżentati hu, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tintalab twettaq studji tal-impatt li dan it-tip ta' miżuri se jkollhom fuq is-settur agrikolu Ewropew, dejjem sakemm tkun ġiet stabbilita l-vijabilità tal-proposta. Huwa importanti li tiġi enfasizzata n-natura eċċezzjonali u ta' emerġenza ta' din il-miżura, li għandha tkun limitata għall-perjodu u l-kwantitajiet proposti. Barra minn hekk, għandha tiġi applikata sistema ta' ġestjoni ta' kull xahar għal dawn il-kwantitajiet supplementari, bil-għan li jiġi mminimizzat l-impatt fuq is-suq Komunitarju taż-żejt taż-żebbuġa u jiġi evitat il-kollass tal-prezzijiet Ewropej f'xhur speċifiċi tas-sena.
Ta' min wieħed jinnota wkoll li l-kwota attwali ta' 56 700 tunnellata stabbilita fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, flimkien mal-importazzjonijiet li saru taħt l-arranġamenti ta' perfezzjonament attiv (TPA), diġà jagħtu lit-Tuneżija aċċess privileġġat għas-suq tal-UE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jikkunsidra l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-prodott agrikolu ewlieni tat-Tuneżija ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-industrija taż-żejt taż-żebbuġa hija parti importanti tal-ekonomija tal-pajjiż. | (3) Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-prodott agrikolu ewlieni tat-Tuneżija ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni u l-industrija taż-żejt taż-żebbuġa hija parti importanti mill-ekonomija tal-pajjiż, bħalma hi parti importanti tal-ekonomija ta' xi Stati Membri. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-aħjar mod biex l-Unjoni tappoġġa l-ekonomija tat-Tuneżija, b’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fil-Ftehim Ewromediterranju, huwa billi tipprovdi suq attraenti u affidabbli għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa tat-Tuneżija. Dan jeħtieġ miżuri kummerċjali awtonomi li jippermettu l-importazzjoni ta' dan il-prodott fl-Unjoni abbażi ta' kwoti tariffarji mingħajr dazju. | (4) L-aħjar mod biex l-Unjoni tappoġġa l-ekonomija tat-Tuneżija, b’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fil-Ftehim Ewro-Mediterranju, huwa billi tipprovdi suq attraenti u affidabbli għall-esportazzjoni tat-Tuneżija. Għal dan il-għan, sakemm jiġu konklużi n-negozjati dwar l-istabbiliment ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), b'rispons għall-kriżi ekonomika fit-Tuneżija u b'appoġġ għar-riformi politiċi meħtieġa, l-Unjoni approvat żieda ta' EUR 300 miljun f'assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija, li għandha titqassam fi tliet pagamenti ta' EUR 100 miljun fl-2015 skont id-Deċiżjoni 534/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a. |
| __________________ |
| 1a Deċiżjoni Nru 534/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tat-Tuneżija (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 9) |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Il-ħażniet taż-żejt taż-żebbuġa tal-Unjoni fil-bidu tas-sena tal-ħsad 2015/2016 huma inferjuri għal-livelli medji ta' snin ta' ħsad preċedenti u, b'riżultat ta' dan, huwa improbabbli li żieda fl-importazzjonijiet toħloq żbilanċi fis-swieq tal-Unjoni. Madankollu, fir-rigward tas-sena ta' ħsad li jmiss, għalissa huwa diffiċli li jiġu previsti l-volumi minħabba flutwazzjonijiet kbar fil-ħsad. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Sabiex jipprevjenu l-frodi, il-miżuri kummerċjali awtonomi previsti għandhom ikunu suġġett għall-konformità mit-Tuneżija mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, kif ukoll għall-kooperazzjoni amministrattiva effettiva tat-Tuneżija mal-Unjoni. | (5) Sabiex jipprevjenu l-frodi u jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti sew skont l-Artikolu 169 tat-TFUE, il-miżuri kummerċjali awtonomi previsti għandhom ikunu suġġett għall-konformità mit-Tuneżija mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri marbuta magħhom, kif ukoll għall-kooperazzjoni amministrattiva effettiva tat-Tuneżija mal-Unjoni. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-preservazzjoni tal-istabbiltà tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fl-Unjoni teħtieġ li l-volum addizzjonali ġġenerat permezz tal-miżuri kummerċjali awtonomi jsir disponibbli biss wara li jispiċċa l-volum taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr dazju tal-kwota tar-rata tariffarja annwali stipulata fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Ewromediterranju. | (6) Il-preservazzjoni tal-istabbiltà tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fl-Unjoni teħtieġ li l-volum addizzjonali ġġenerat permezz tal-miżuri kummerċjali awtonomi jsir disponibbli biss wara li jispiċċa l-volum taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr dazju tal-kwota tar-rata tariffarja annwali stipulata fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Ewromediterranju. Sabiex tiġi evitata ħsara kbira għall-istrutturi ta' produzzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament jipprevedi miżuri ta' salvagwardja li jipprevjenu distorsjonijiet fis-suq. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Sabiex jiġi evitat impatt fuq l-għelejjel bħala riżultat tal-flutwazzjonijiet konsiderevoli fil-produzzjoni minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, is-settur għandu jingħata għodod bil-għan li jkun hemm aktar awtoregolamentazzjoni, mingħajr ebda spiża għall-baġit tal-Unjoni, u sabiex tiġi miġġielda l-volatilità tal-prezzijiet kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi. Il-miżuri speċifiċi stipulati fl-Artikolu 169 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a għandhom jiġu implimentati kif meħtieġ. |
| ________________ |
| 1a Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rispett tal-kundizzjonijiet li għalihom l-arranġamenti preferenzjali previsti huma soġġetti. Dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati bl-għajnuna tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4. | (8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment taċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jingħataw bejn Jannar u Ottubru għall-perjodu ta' sentejn li tulu tkun fis-seħħ din il-miżura, u fir-rigward tar-rispett tal-kundizzjonijiet li huma soġġetti għalihom l-arranġamenti preferenzjali previsti. Dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati bl-għajnuna tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, u skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4. |
__________________ | __________________ |
4Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). | 4Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-miżuri kummerċjali awtonomi speċifiċi stabbiliti minn dan ir-Regolament huma maħsuba biex itaffu s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, li qiegħda tiffaċċja bħalissa t-Tuneżija, minħabba l-attakki terroristiċi. Għalhekk dawk il-miżuri għandhom ikunu limitati fiż-żmien u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għan-negozjati bejn l-Unjoni u t-Tuneżija dwar it-twaqqif ta’ Żona ta’ Kummerċ Ħieles fil-Fond u Komprensiv (DCFTA), li għandhom jibdew f’Ottubru tal-2015. Jekk ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq jew il-progress fin-negozjati dwar id-DCFTA, jista’ jkun li jiġi kkunsidrat li jittawwal il-perjodu tal-applikazzjoni. | (9) Il-miżuri kummerċjali awtonomi speċifiċi stabbiliti minn dan ir-Regolament huma maħsuba biex itaffu s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, li qiegħda tiffaċċja bħalissa t-Tuneżija, minħabba l-attakki terroristiċi, mingħajr riperkussjonijiet għas-settur agrikolu tal-Unjoni. |
| Il-kwota l-ġdida tirrappreżenta żieda fil-konċessjoni tariffarja li diġà ngħatat mill-Unjoni lil dak il-pajjiż minkejja li s-suq taż-żejt taż-żebbuġa tal-Unjoni għadda minn mumenti kritiċi f'dawn l-aħħar snin. |
| Għaldaqstant, dawn il-miżuri huma limitati fiż-żmien u ma jistgħux iservu bħala preċedent fin-negozjati bejn l-Unjoni u t-Tuneżija dwar l-istabbiliment ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), li bdew f'Ottubru 2015 u mistennija jipprevedu tnaqqis reċiproku ta' tariffi, anki fis-settur agrikolu. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Hija miftuħa kwota tariffarja mingħajr dazju annwali ta’ 35 000 tunnellata għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ żejt verġni taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija u li huwa kklassifikat fil-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90. | Għall-2016, kwota mingħajr dazju ta’ 35 000 tunnellata għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ żejt verġni taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija u li huwa kklassifikat fil-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, fejn dan iż-żejt taż-żebbuġa verġni joriġina kollu kemm hu mit-Tuneżija u ttrasportat direttament mit-Tuneżija lejn l-Unjoni. |
| Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar l-użu tal-bqija ta' din il-kwota mingħajr dazju fl-2017 bil-kundizzjoni li l-ħtiġijiet ta' provvista tas-swieq tal-Unjoni ikunu jirrikjedu dan. |
| Meta tfassal l-abbozz ta' dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport ta' valutazzjoni previst mill-Artikolu 5b. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tamministra l-kwota tariffarja skont l-Artikolu 184 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. | Il-Kummissjoni għandha tamministra l-kwota tariffarja skont l-Artikolu 184 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u billi tistabbilixxi liċenzji ta' importazzjoni ta' kull xahar, li għandhom jingħataw bejn Jannar u Ottubru tas-snin 2016 u 2017, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 1918/20061a |
| __________________ |
| 1aIr-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk il-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed evidenza li t-Tuneżija tkun naqqset milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, din tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 1. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 6(2). | Jekk il-Kummissjoni ssib li jeżisti żbilanċ fis-suq fil-livell tal-UE jew li hemm biżżejjed evidenza li t-Tuneżija tkun naqset milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, din tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 6(2). |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| Projbizzjoni fuq l-estensjoni |
| Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jistax jiġi estiż wara d-data stabbilita fl-Artikolu 7(2). |
Ġustifikazzjoni
Peress li dawn huma miżuri awtonomi ta' emerġenza, jeħtieġ li jiġi speċifikat b'mod espliċitu li l-perjodu ta' validità tagħhom ma jistax jiġi estiż.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 5b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5b |
| Rapport ta' valutazzjoni |
| Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-kwota tariffarja l-ġdida fuq is-swieq tal-Unjoni disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Hija għandha tippreżenta l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 5c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5c |
| Miżura ta' salvagwardja |
| F'każ li l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament iwasslu għal distorsjoni serja tas-suq tal-Unjoni jew jikkostitwixxu theddida ta' tali distorsjoni, dawn għandhom jiġu sospiżi mill-Kummissjoni. |
| Is-sospensjoni għandha ddum sakemm ikun neċessarju għal ritorn lejn kundizzjonijiet normali tas-suq u tista' tiġi estiża sa tmiem il-kwota. |
| Jekk il-kwota tinfetaħ mill-ġdid tul is-sena tal-validità, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibdel il-ġestjoni tagħha permezz ta' att ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li tadotta l-aktar miżuri xierqa intiżi biex iħeġġu stabbiltà akbar fis-suq. |
| Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2). |
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li tiġi introdotta miżura ta' salvagwardja f'każ ta' distorsjonijiet serji tas-suq li jirriżultaw minn din il-kwota straordinarja l-ġdida, li effettivament tfisser żieda ta' aktar minn 50 % tal-kwota tat-Tuneżija sal-lum.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 5d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5d |
| L-applikazzjoni tal-Artikolu 169 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
| Sabiex tiżgura li s-settur taż-żejt taż-żebbuġa fl-Unjoni jiffunzjona mingħajr xkiel, il-Kummissjoni għandha tattiva l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 169 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Japplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016. | Japplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016. |
| L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2017, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1. |
Ġustifikazzjoni
Il-ħażniet taż-żejt taż-żebbuġa tal-Komunità fil-bidu tal-istaġun 2015/2016 huma inferjuri għall-medja ta' staġuni preċedenti. Għaldaqstant, mhuwiex mistenni li żieda fl-importazzjonijiet se toħloq żbilanċi fis-swieq tal-UE. Madankollu, minħabba li d-domanda tal-Unjoni Ewropea għall-2017 ma tistax tkun prevista, jeħtieġ li jittieħed approċċ prudenti.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | L-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija | |||
Referenzi | COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 5.10.2015 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 5.10.2015 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Clara Eugenia Aguilera García 15.10.2015 | |||
Eżami fil-kumitat | 12.11.2015 | 1.12.2015 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 11.1.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 23 11 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Jens Rohde, Jordi Sebastià, Jasenko Selimovic, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Pilar Ayuso, Bas Belder, Franc Bogovič, Jean-Paul Denanot, Fredrick Federley, Julie Girling, Maria Heubuch, Ricardo Serrão Santos, Ramón Luis Valcárcel Siso | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Mark Demesmaeker | |||
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | L-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għar-Repubblika tat-Tuneżija | |||
Referenzi | COM(2015)0460 – C8-0273/2015 – 2015/0218(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 17.9.2015 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 5.10.2015 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 5.10.2015 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Marielle de Sarnez 22.10.2015 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 30.11.2015 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 25.1.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 31 7 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Goffredo Maria Bettini, Jarosław Wałęsa | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Amjad Bashir, Ignazio Corrao, Sven Schulze | |||
Data tat-tressiq | 28.1.2016 | |||