Dokument ta' sessjoni
8.4.2016
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014
( 2015/2186(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Derek Vaughan
PR_DEC_Agencies
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 7
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern 11
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 14
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014
( 2015/2186(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0122/2016 ),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014
( 2015/2186(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju[7],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0084/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0122/2016 ),
1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014
( 2015/2186(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0122/2016 ),
A. billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 84 339 820, li jirrappreżenta żieda ta' 2,20 % meta mqabbel mal-baġit għall-2013,
B. billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota b'sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 tjiebu b'mod sinifikanti u rriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,70 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93 %, li tfisser żieda ta' 2,80 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;
Impenji u riporti
2. Josserva li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 naqas meta mqabbel mas-snin preċedenti u kien ta' EUR 5 663 960 (6,72 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) ir-riporti ammontaw għal EUR 1 900 000 (27 %), li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 14 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawk ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-modifiki tal-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju li nfetħu fl-2011;
3. Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li r-rata ta' kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet għolja, jiġifieri 22 %, li tirrappreżenta żieda ta' 13 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien fi proġetti tal-IT pprovduti minn fornituri esterni fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumenti u tal-assi kif ukoll fl-iskambju ta' data tal-pulizija; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li d-dewmien ma affettwax it-twettiq tax-xogħol operazzjonali minħabba li baqgħu jintużaw soluzzjonijiet eżistenti tal-IT għas-sistemi rilevanti; jinnota li, minkejja d-dewmien tas-servizz ikkawżat minn kuntratturi esterni, iż-żieda nominali reali ta' riporti mhux użati kienet ta' EUR 0,9 miljun fi tmiem l-2014;
4. Jistieden lill-Uffiċċju biex fil-futur iżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kemm jista' jkun baxx, sabiex b'hekk jikkonforma b'mod aktar effikaċi mad-dmirijiet tiegħu ta' trasparenza u responsabbiltà;
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
5. Jikkonstata li, fl-2014, l-Uffiċċju temm ir-rieżami tiegħu tal-proċess ta' akkwist globali fl-organizzazzjoni kollha, bil-ħsieb li jirfina l-istruttura tal-organizzazzjoni interna attwali; jieħu nota tal-fatt li, bħala riżultat tar-rieżami, l-Uffiċċju stabbilixxa linja ta' azzjoni dwar l-"Akkwisti" taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Viċi Direttur responsabbli mid-Dipartiment tal-Governanza, li twassal għal approċċ ċentralizzat bi stadji ewlenin ta' akkwist kif ukoll bil-kontrolli tal-kwalità rispettivi;
6. Jagħraf mill-Uffiċċju li l-kriterji tal-offerta għall-proċeduri tal-akkwist li għaddejjin huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' ħarsa ġenerali annwali tal-kuntratti kkompletati; jieħu nota li l-Uffiċċju se jippubblika l-ħarsa ġenerali tal-akkwisti għas-sena finanzjarja 2015 sa tmiem Ġunju 2016 kif jirrikjedi r-Regolament Finanzjarju;
7. Jitlob li l-Uffiċċju japplika strettament miżuri rigward id-diskrezzjoni dwar l-akkwist pubbliku u l-esklużjoni minnu, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u li japplika l-kriterji tal-esklużjoni bil-għan li l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u tat-trasparenza
8. Jaċċerta li l-curricula vitae (CVs) u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kwittanza indipendenti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Uffiċċju kienu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju; josserva li l-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu; jistieden lill-Uffiċċju u lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu jiżguraw li dawk id-dokumenti jkunu disponibbli fuq is-sit web tiegħu hekk kif dawn jiġu sottomessi lill-Uffiċċju;
9. Jinnota li, fl-2014, l-Uffiċċju ppubblika kodiċi ta' kondotta ġdid, b'linji gwida dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi u tal-"bibien iduru";
10. Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament Ewropew, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;
11. Jitlob li l-Uffiċċju jagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva li dalwaqt se tkun adottata dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju mhux divulgata (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u d-divulgazzjoni illegali tagħhom;
12. Iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tiegħu dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;
13. Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;
14. Jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju dwar l-investigazzjonijiet interni u jfakkar lill-Uffiċċju li għandu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Kontrolli interni
15. Jieħu nota tal-fatt li d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern fl-Uffiċċju huma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern; jirrimarka li, skont l-ippjanar tal-awditu approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern ippubblika rieżami ta' konsulenza fir-rigward tal-prestazzjoni operattiva tal-Uffiċċju, li rriżulta f'ħames temi strateġiċi li se jitqiesu fl-ippjanar korporattiv tiegħu u li se jipprovdu kontribut ewlieni għall-istrateġija pluriennali li jmiss tal-Uffiċċju, li se tiġi finalizzata fl-2016;
16. Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern appoġġja verifika tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju dwar l-eżaminar ta' karti tal-flus tal-euro, li huwa pass ewlieni biex issir l-applikazzjoni għal akkreditazzjoni formali tal-Laboratorju Forensiku tal-Uffiċċju f'dan il-qasam;
Awditjar intern
17. Jirrimarka li, f'Mejju 2014, il-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju approva l-pjan ta' awditjar strateġiku għall-perjodu 2014-2016 imħejji mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jieħu nota li f'Settembru 2014, l-IAS wettaq awditu ta' assigurazzjoni dwar ir-reklutaġġ li kkonferma s-saħħa tal-proċess ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li r-rapport tal-awditjar tal-IAS enfasizza li l-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' għażla tal-Uffiċċju kienu tajbin u effikaċi u li kkunsidra r-rappurtar tal-ġestjoni bħala xieraq u f'waqtu; jikkonstata li l-IAS identifika tliet rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju abbozza pjan ta' azzjoni sabiex itaffi l-problemi identifikati, li sussegwentement ġie aċċettat mill-IAS;
Kummenti oħra
18. Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju rreveda r-regolament finanzjarju tiegħu[13] biex jinġieb f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013[14]; jagħraf, barra minn hekk, li l-Uffiċċju qed japplika r-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura implimentazzjoni ta' baġit effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti b'relazzjoni man-nefqa amministrattiva;
19. Jinnota li l-Uffiċċju ppubblika r-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali tiegħu fuq is-sit web tiegħu;
°
° °
20. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx ta' xxxx 2016][15] [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).
18.2.2016
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għas-sena finanzjarja 2014
( 2015/2186(DEC) )
Rapporteur: Monica Macovei
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Europol (l-Aġenzija) jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;
2. Jinnota li rapport ġenerali biss (Rieżami tal-Europol) hemm ippubblikat fuq il-websajt tal-Aġenzija; jitlob lill-Aġenzija tippubblika r-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat tagħha fuq bażi regolari wkoll;
3. Jinsab ikkonċernat li l-kriterji ta' esklużjoni, rigward l-eliġibilità għat-tressiq ta' offerta u l-kriterji tal-għażla, rigward il-kapaċità ta' prestazzjoni tal-kuntratt, mhumiex disponibbli fuq il-websajt, taħt l-akkwist pubbliku; iħeġġeġ lill-Aġenzija tippubblika din l-informazzjoni u l-kuntratti kollha tagħha mogħtija fl-2014;
4. Jiddispjaċih minħabba l-kanċellazzjoni għolja (22 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati fl-2014 minħabba dewmien fi proġetti tal-IT ipprovduti minn fornituri esterni filwaqt li jirrikonoxxi li, f’xi każijiet, ir-riporti jistgħu jkunu dovuti għan-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, il-proċeduri tal-akkwist jew il-proġetti; jieħu nota li l-implimentazzjoni baxxa tal-baġit għal dawn il-proġetti kienet prinċipalment riżultat tal-fatt li l-fornituri naqsu milli jagħtu s-servizz b'konformità mal-ippjanar miftiehem; jitlob li l-Aġenzija tiċċara n-natura u l-valur miżjud ta' dawn il-proġetti tal-IT, peress li d-dewmien tagħhom ma kellu l-ebda impatt operazzjonali skont l-Aġenzija;
5. Jinnota li fl-2014 l-Aġenzija ppubblikat Kodiċi ta' Kondotta ġdid, b'linji gwida dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u l-"bibien iduru"; jitlob lill-Bord ta' Amministrazzjoni jippubblika dikjarazzjonijiet ta' interess minflok id-dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess, filwaqt li jħalli l-valutazzjoni f'idejn parti terza u jagħti dettalji dwar il-politiki u r-regoli rigward il-kunflitti ta' interess;
6. Jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol dwar l-investigazzjonijiet interni u jfakkar lill-Aġenzija li għandha tadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni | 16.2.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 45 1 9 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi | |||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni | 4.4.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 16 3 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Marian-Jean Marinescu | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Bodil Valero | |||