Dokument ta' sessjoni
12.4.2016
***II
RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar
il-moviment liberu ta' dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali)
(05419/1/2016 – C8-0140/2016 – 2012/0011(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Jan Philipp Albrecht
PR_COD_2app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 7
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali)
(05419/1/2016 – C8-0140/2016 – 2012/0011(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05419/1/2016 – C8-0140/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivatippreżentati mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati tal-Italja u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012[2],
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Marzu 2012[3] u tad-19 ta' Novembru 2015[4],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ( COM(2016)0214 ),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[5] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0011 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0139/2016 ),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali) | |||
Referenzi | 05419/1/2016 – C8-0140/2016 – 2012/0011(COD) | |||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P | 12.3.2014 T7-0212/2014 | |||
Proposta tal-Kummissjoni | COM(2012)0011 - C7-0025/2012 | |||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari | 11.4.2016 | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 11.4.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Jan Philipp Albrecht 12.4.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 17.12.2015 | 11.4.2016 | 12.4.2016 |
|
Data tal-adozzjoni | 12.4.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 50 3 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Barbara Matera, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Daniel Dalton, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Morten Helveg Petersen, Petri Sarvamaa | |||
Data tat-tressiq | 12.4.2016 | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
50 | + |
ALDE | Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld |
ECR | Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Monica Macovei, Helga Stevens, Branislav Škripek |
GUE/NGL | Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat |
NI | Udo Voigt |
PPE | Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Barbara Matera, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Petri Sarvamaa, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský |
S&D | Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer |
Verts/ALE | Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini, Bodil Valero |
3 | - |
EFDD | Kristina Winberg, Beatrix von Storch |
ENF | Harald Vilimsky |
1 | 0 |
ENF | Lorenzo Fontana |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet