Dokument ta' sessjoni
2.5.2016
***II
RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI
(14957/2/2015 – C8-0130/2016 – 2013/0091(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
PR_COD_2app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA 6
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 7
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI
(14957/2/2015 – C8-0130/2016 – 2013/0091(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14957/2/2015 – C8-0130/2016),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2013)0173 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0164/2016 ),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 44
Il-ħolqien ta' livell għoli u armonizzat ta' protezzjoni tad-data li jkopri l-attivitajiet tal-pulizija u ġudizzjarji fl-Unjoni huwa kruċjali bħala mezz ta' rispett u salvagwardja tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni. Minħabba r-responsabilitajiet maqsuma tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u effettiva fost l-awtoritajiet superviżorji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li, wara l-adozzjoni tal-proposti għal Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u għal Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-ipproċessar tad-data fis-settur tal-pulizija u l-ġustizzja, fosthom il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġdid li se jinħoloq dalwaqt, u fid-dawl tal-fatt li tħabbar ir-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-mekkaniżmi differenti ta' kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f'dan il-qasam, inkluż il-Bord ta' Kooperazzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, fil-ġejjieni għandhom jerġgħu jiġu organizzati b'tali mod li jiżgura l-effikaċja u l-konsistenza u li tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni u t-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI | |||
Referenzi | 14957/2/2015 – C8-0130/2016 – 2013/0091(COD) | |||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P | 25.2.2014 T7-0121/2014 | |||
Proposta tal-Kummissjoni | COM(2013)0173 - C7-0094/2013 | |||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari | 11.4.2016 | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 11.4.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Agustín Díaz de Mera García Consuegra 26.11.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 30.11.2015 | 20.4.2016 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 28.4.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 3 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Beatrix von Storch, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Marek Jurek, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Barbara Spinelli, Axel Voss | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Beatriz Becerra Basterrechea, Eugen Freund, Jean-François Jalkh, Peter Lundgren | |||
Data tat-tressiq | 2.5.2016 | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
40 | + |
ALDE | Beatriz Becerra Basterrechea, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen |
ECR | Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Monica Macovei, Branislav Škripek |
EFDD | Peter Lundgren, Beatrix von Storch |
PPE | Andrea Bocskor, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský |
S&D | Hugues Bayet, Monika Flašíková Beňová, Eugen Freund, Iratxe García Pérez, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Claude Moraes, Soraya Post, Birgit Sippel |
VERTS/ALE | Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero |
3 | - |
GUE/NGL | Martina Anderson, Malin Björk, Barbara Spinelli |
2 | 0 |
ENF | Lorenzo Fontana, Jean-François Jalkh |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni