Dokument ta' sessjoni

 

A8-0342/2016

17.11.2016

*

RAPPORT

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol

(10345/2016 – C8-0267/2016 – 2016/0811(CNS) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

 

PR_CNS_LegAct_app

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  7

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  9

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  10

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol

(10345/2016 – C8-0267/2016 – 2016/0811(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10345/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0267/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[1], b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni klassifikata[2], b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet[3],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0342/2016 ),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol[4], id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kooperazzjoni, u jitlobha wkoll tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni li jinfetaħ rinegozjar internazzjonali tal-ftehim;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-proposta

 

Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Europol attwali (id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI), huwa kompitu tal-Kunsill li japprova l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Tali ftehimiet jistgħu jirrigwardaw l-iskambju ta' informazzjoni operattiva, strateġika, teknika jew klassifikata. Il-ftehim ta' kooperazzjoni operattiva jinkludi wkoll l-iskambju ta' data personali.

 

Din il-proposta tikkonċerna l-approvazzjoni proposta ta' ftehim strateġiku u operattiv bejn l-Europol u l-Ukrajna, li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża d-data personali. Tali informazzjoni tista' tkun fil-qasam ta' għarfien speċjalizzat, rapporti dwar is-sitwazzjoni ġenerali, riżultati ta' analiżi strateġika, tagħrif dwar proċeduri ta' investigazzjoni kriminali, tagħrif dwar metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' taħriġ, u l-appoġġ f'investigazzjonijiet kriminali individwali.

 

Il-proċedura

 

Kif spjegat hawn fuq, il-konklużjoni ta' dan il-ftehim internazzjonali l-ġdid hija proposta fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Europol (Deċiżjoni 2009/371/ĠAI).

 

Fil-11 ta' Mejju 2016 daħal fis-seħħ Regolament Ewropew ġdid (Regolament (UE) 2016/794), li fih ġew modifikati b'mod sinifikanti l-proċedura għall-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali u d-dispożizzjonijiet u s-salvagwardji rilevanti għall-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini Ewropej, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Madankollu, id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-ġdid dwar l-Europol hija l-1 ta' Mejju 2017 u sa dik id-data se jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Deċiżjoni tal-Kunisll dwar l-Europol.

 

Għaldaqstant, ir-rapporteur tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament dwar l-Europol hemm stabbilit li l-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data, li jinsabu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni operattiva kollha li ġew konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, u tista', jekk ikun adatt, tibda proċedura għan-negozjar mill-ġdid ta' dawn il-ftehimiet. Ir-rapporteur tinsisti fuq l-obbligu tal-Kummissjoni li tinforma fi żmien xieraq lill-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-rapporteur tixtieq tisħaq ukoll fuq il-fatt li l-Awtorità ta' Kontroll Komuni tal-Europol, li tikkonsisti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data speċjalizzati fl-infurzar tal-liġi, tat opinjoni pożittiva għall-konklużjonijiet ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni, filwaqt li qieset il-livell ta' protezzjoni tad-data fl-Ukrajna.

 

Il-kontenut

 

Jeżistu ħtiġijiet operattivi ċari li l-Europol għandu jintensifika l-kooperazzjoni operattiva tiegħu mal-Ukrajna. L-Ukrajna hija sieħeb ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, u s-sigurtà u l-ġlieda kontra l-kriminalità jikkostitwixxu n-neċessitajiet bażiċi sabiex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet ta' din is-sħubija.

 

Skont l-Europol, l-Ukrajna qed issir dejjem aktar importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'mod aktar speċifiku kontra reati relatati mad-drogi u reati ta' natura ekonomika, it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu, kif ukoll il-gruppi tal-kriminalità organizzata mobbli (ambulanti). L-iskambju ta' informazzjoni jippermetti lill-UE, lill-Istati Membri u lill-Ukrajna jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità internazzjonali b'mod aktar effikaċi. Apparti l-iskambju ta' informazzjoni, il-ftehim jiftaħ ukoll opportunitajiet bħalma huma l-attivitajiet ta' taħriġ u prevenzjoni tal-kriminalità. Il-konklużjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni huwa pass konkret u importanti ħafna biex l-Ukrajna issir sieħeb ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Ir-rapporteur tenfasizza wkoll li l-iffirmar ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni strateġika u operattiva għandu jħeġġeġ koordinament ulterjuri bejn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni f'oqsma differenti ta' kriminalità tal-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna hija konsistenti u komplementari mar-rikonċiljazzjoni li għaddejja f'oqsma oħra bħalma hija l-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej u Ukrajni.

 

Għaldaqstant, ir-rapporteur tappoġġa l-konklużjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni strateġika u operattiva mal-Ukrajna, peress li dan jgħin u jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li minnha nnifisha hija internazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin u kwistjonijiet kriminali rilevanti oħra.

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol

Bibliografija

10345/2016 – C8-0267/2016 – 2016/0811(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mariya Gabriel

26.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

17.10.2016

17.11.2016

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Frank Engel, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Verónica Lope Fontagné, Mylène Troszczynski, Tom Vandenkendelaere

Data tat-tressiq

17.11.2016

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

PPE

Heinz K. Becker, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tom Vandenkendelaere, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Ska Keller, Judith Sargentini

 

3

-

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Malin Björk, Barbara Spinelli

 

6

0

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sophia in 't Veld

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Harald Vilimsky

 

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

 

[1] ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
[2] ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
[3] ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.
[4] Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).