Dokument ta' sessjoni
8.3.2017
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ
( COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 24
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 25
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 26
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ
( COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0196 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0134/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0059/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Il-ħolqien ta' EES jimplika li jiġu adattati l-proċeduri biex isiru l-kontrolli fuq il-persuni meta jaqsmu l-fruntieri esterni, li ġew stabbiliti bir-Regolament 2016/399. B'mod partikolari, l-EES għandha l-għan li tabolixxi l-ittimbrar mad-dħul u mal-ħruġ, tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal permanenza (jew għal permanenza abbażi ta' viża itineranti), billi tissostitwih bir-reġistrazzjoni elettronika tad-dħul u tal-ħruġ direttament fl-EES. Madankollu, l-ittimbrar tad-dokument tal-ivvjaġġar maċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz inżamm minħabba li jirrigwarda vjaġġaturi b'riskju ogħla. Barra minn hekk, it-twettiq ta' interoperabilità bejn l-EES u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) irid jiġi kkunsidrat fil-proċeduri tal-kontrolli fuq il-fruntieri. Fl-aħħar nett, l-EES tiftaħ il-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji ġodda għall-qsim tal-fruntieri ta' vjaġġaturi għal permanenza qasira. | (5) Il-ħolqien ta' EES jimplika li jiġu adattati l-proċeduri biex isiru l-kontrolli fuq il-persuni meta jaqsmu l-fruntieri esterni, li ġew stabbiliti bir-Regolament 2016/399. B'mod partikolari, l-EES għandha l-għan li tabolixxi l-ittimbrar mad-dħul u mal-ħruġ, tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal permanenza (jew għal permanenza abbażi ta' viża itineranti), billi tissostitwih bir-reġistrazzjoni elettronika tad-dħul u tal-ħruġ direttament fl-EES. Barra minn hekk, it-twettiq ta' interoperabilità bejn l-EES u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) irid jiġi kkunsidrat fil-proċeduri tal-kontrolli fuq il-fruntieri. Fl-aħħar nett, l-EES tiftaħ il-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji ġodda għall-qsim tal-fruntieri ta' vjaġġaturi għal permanenza qasira. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti 22, 23, 24 u 25 li ġejjin: | (1) Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti 22, 23, 24, 25 u 25a li ġejjin: |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 2 – punt 25 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 25a. "konferma tal-awtentiċità u l-integrità tad-dejta taċ-ċippa" tfisser il-proċess li bih jiġi vverifikat, permezz tal-użu taċ-ċertifikati, li d-dejta ta' fuq iċ-ċippa toriġina mill-awtorità emittenti u li din ma ġietx mibdula. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 6a – paragrafu 3 – punt d – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) il-kapijiet ta' Stat u l-membri tad-delegazzjoni tagħhom skont il-Punt 1 tal-Anness VII; | (i) Kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' gvern u l-membri tad-delegazzjonijiet tagħhom skont il-Punt 1 tal-Anness VII; |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa), l-awtentiċità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta, ħlief meta dan ikun impossibbli minħabba raġunijiet tekniċi jew, fil-każ ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn pajjiż terz, minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' ċertifikati validi." | "Għall-persuni li l-qsim tal-fruntiera tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzoni fl-EES, jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa), l-awtentiċità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta, ħlief meta dan ikun impossibbli minħabba raġunijiet tekniċi jew, fil-każ ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn pajjiż terz, minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' ċertifikati validi." |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt i
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"(i) il-verifika tal-identità u tan-nazzjonalità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz u l-validità u l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, billi jiġu kkonsultati l-bażijiet ta' data rilevanti, b'mod partikolari: | imħassar |
(1) is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen |
|
(2) il-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa u mitlufa; |
|
(3) il-bażijiet tad-dejta nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, mitlufa u invalidati. |
|
Din il-verifika tinkludi skrutinju bir-reqqa tad-dokument tal-ivvjaġar għal sinjali ta' falsifikazzjoni u kontrafazzjoni. |
|
Ħlief għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES, jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih xbieha tal-wiċċ irreġistrata fil-medium ta' memorja elettronika (fiċ-ċippa) u jekk ix-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa tkun tista' tiġi aċċessata legalment u teknikament, din il-verifika għandha tinkludi l-verifika tax-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa, billi din ix-xbieha titqabbel b'mod elettroniku mal-wiċċ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. |
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt i
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) il-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew il-permess ta' residenza meħtieġa. | imħassar |
Jekk il-permess ta' residenza jkun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa), l-awtentiċità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta, ħlief meta dan ikun impossibbli, minħabba raġunijiet tekniċi. Il-kontrolli bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu wkoll verifika sistematika tal-validità tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal permanenza twila billi tiġi kkonsultata, fis-SIS u f'bażijiet tad-dejta rilevanti oħra, informazzjoni esklussiva dwar dokumenti misruqa, miżapproprjati, mitlufa u invalidati.[21] |
|
________________ |
|
21 Dawn il-paragrafi jista' jkollhom bżonn ta' aktar aġġustamenti wara l-adozzjoni tal-proposta COM (2015)670 /2 |
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt iii
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej: | imħassar |
"(b) jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikollu viża (jew viża itineranti) imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b), il-verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-awtentiċità, tal-validità territorjali u temporali u l-istatus tal-viża u, jekk ikun applikabbli, tal-identità tat-titular tal-viża, billi tiġi kkonsultata l-VIS skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22" |
|
_________________ |
|
22 Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)." |
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt iv
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt g – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iv) il-Punt (g)(i), huwa sostitwit b'dan li ġej: | imħassar |
"(i) il-verifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz huwa fil-pussess ta' dokument validu sabiex jaqsam il-fruntiera u li d-dokument ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew il-permess ta' residenza meħtieġa. Il-verifika tad-dokument għandu jinkudi l-konsultazzjoni mal-bażijiet tad-dejta rilevanti, b'mod partikolari s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen; il-bażi tad-dejta tal-Interpol dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa u mitlufa; u l-bażijiet tad-dejta nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, mitlufa u invalidati. 23 Ħlief għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom ikun soġġett għal reġistrazzjoni fl-EES, jekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun fih xbieha tal-wiċċ irreġistrata fil-medium ta' memorja elettronika (fiċ-ċippa) u jekk ix-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa tkun tista' tiġi aċċessata legalment u teknikament, din il-verifika għandha tinkludi l-verifika tax-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa, billi din ix-xbieha titqabbel b'mod elettroniku mal-wiċċ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat." |
|
_____________________ |
|
23 Din il-kundizzjoni hija prevista fil-proposta ( COM(2015)670 /2) li temenda l-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u se tkun parti mill-kontrolli obbligatorji għall-persuni li jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu. Skont il-verżjoni finali tat-test adottat, din is-sentenza jista' jkollha bżonn ta' xi aġġustamenti. |
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
| (Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
Ġustifikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni (Artikolu 2) tal-EES kif proposta mir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) li ma jinkludix liċ-ċittadini tal-Unjoni jew il-kategoriji msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Għaldaqstant, dan il-paragrafu għandu jitħassar.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8aa
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8aa li ġej: |
| "Artikolu 8aa |
| Standards għal sistemi ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri |
| 1. Is-sistemi ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri għandhom jitfasslu b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, bl-eċċezzjoni ta' tfal taħt l-età ta' 12-il sena. Dawn għandhom jitfasslu wkoll b'mod li jirrispetta għalkollox id-dinjità umana, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw sistemi ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri, għandhom jiżguraw il-preżenza ta' numru suffiċjenti ta' persunal biex jassistu lil persuni fl-użu ta' sistemi bħal dawn. |
| 2. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' eu-LISA għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 dwar l-adozzjoni ta' standards tekniċi addizzjonali għal sistemi ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri." |
Ġustifikazzjoni
Hemm ħtieġa ta' standards għal sistemi ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
[...] | imħassar |
| (Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
Ġustifikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu jaqgħu barra mill-ambitu (Artikolu 2) tal-EES kif proposta mir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) li ma jinkludix liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi detenturi ta' permess ta' residenza. Għaldaqstant, dan il-paragrafu għandu jitħassar.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8c – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jkun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa) u l-awtentiċità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta; | (a) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jkun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa) u l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8c – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jinkludi xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa li jkun hemm aċċess legali u tekniku għaliha mis-sistema awtomatizzata sabiex tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar billi tiġi mqabbla x-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa max-xbieha tal-wiċċ preżenti fiżikament dak il-ħin. | (b) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jinkludi xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa li jkun hemm aċċess legali u tekniku għaliha mis-sistema ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri sabiex tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar billi tiġi mqabbla x-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa max-xbieha tal-wiċċ preżenti fiżikament dak il-ħin. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8d – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jkun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa) u l-awtentiċità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta; | (a) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jkun fih medium ta' memorja elettronika (ċippa) u l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta taċ-ċippa għandha tiġi kkonfermata bl-użu tal-katina ta' ċertifikati valida u kompluta; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8d – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jinkludi xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa li jkun hemm aċċess legali u tekniku għaliha mis-sistema awtomatizzata sabiex tiġi verifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar, billi tiġi mqabbla x-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa max-xbieha tal-wiċċ preżenti fiżikament dak il-ħin; | (b) id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat għall-qsim tal-fruntiera għandu jinkludi xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa li jkun hemm aċċess legali u tekniku għaliha mis-sistema ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri sabiex tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar billi tiġi mqabbla x-xbieha tal-wiċċ irreġistrata fiċ-ċippa max-xbieha tal-wiċċ preżenti fiżikament dak il-ħin; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8d – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-kontrolli mad-dħul u mal-ħruġ previsti fl-Artikoli 8(2) u 8(3)(a) u (b) jew fl-Artikoli 8(2) u 8(3)(g) u (h), jistgħu jitwettqu permezz ta' sistema self-service. Meta jitwettaq permezz ta' sistema ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri, il-kontroll fuq il-fruntiera mal-ħruġ għandu jinkludi l-kontrolli previsti fl-Artikolu 8(3)(h). | 2. Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-kontrolli fuq il-fruntieri mad-dħul u mal-ħruġ previsti fl-Artikoli 8(2) u 8(3)(a) u (b) jew fl-Artikoli 8(2) u 8(3)(g) u (h), jistgħu jitwettqu permezz ta' sistema self-service. Meta jitwettaq permezz ta' sistema ta' kontroll awtomatizzat tal-fruntieri, il-kontroll fuq il-fruntiera mal-ħruġ għandu jinkludi l-kontrolli previsti fl-Artikolu 8(3)(h). |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8d – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fejn persuna tingħata aċċess għal programm ta' faċilitazzjoni nazzjonali stabbilit minn Stat Membru skont l-Artikolu 8e, il-kontrolli fuq il-fruntieri mwettqa permezz ta' sistema self-service mad-dħul ma jistgħux jinkludu eżami tal-aspetti msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) (iv) u (v) meta jinqasmu l-fruntieri esterni ta' dak l-Istat Membru jew il-fruntieri esterni ta' Stat Membru ieħor li jkun ikkonkluda ftehim ma' dak l-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 8e(4). |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8e – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi programm volontarju li jippermetti ċittadini ta' pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 2(6) jew ċittadini ta' pajjiż terz speċifiku li ma jgawdux mid-dritt ta' moviment liberu, li jibbenefikaw mill-faċilitazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu meta jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntiera esterna ta' Stat Membru. | 1. Kull Stat Membru jista' jistabbilixxi programm volontarju li jippermetti ċittadini ta' pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 2(6) jew ċittadini ta' pajjiż terz speċifiku li ma jgawdux id-dritt ta' moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni, li jibbenefikaw mill-faċilitazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu meta jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntiera esterna ta' Stat Membru. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8e – paragrafu 2 – punt c – punt iv
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iv) l-applikant juri integrità u affidabbiltà, b'mod partikolari, jekk ikun applikabbli, li l-viżi preċedenti b'validità territorjali limitata jkunu ntużaw skont il-liġi, dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina li jħalli t-territorju tal-Istati Membri fil-ħin dovut. Skont l-Artikolu 23 tar-(Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)), l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu b) ta' dan l-Artikolu għandhom ikollhom aċċess sabiex jikkonsultaw l-EES biex jivverifikaw li l-applikant ma jkunx preċedentement qabeż it-tul massimu tal-permanenza awtorizzata fit-territorju tal-Istati Membri; | (iv) l-applikant jagħti prova tal-integrità u l-affidabbiltà tiegħu, b'mod partikolari, jekk applikabbli, l-użu legali ta' viżi preċedenti jew viżi b'validità territorjali limitata, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża, jekk applikabbli, jew tmiem il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat. Skont l-Artikolu 23 tar-(Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)), l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu b) ta' dan l-Artikolu għandhom ikollhom aċċess sabiex jikkonsultaw l-EES biex jivverifikaw li l-applikant ma jkunx preċedentement qabeż it-tul massimu tal-permanenza awtorizzata fit-territorju tal-Istati Membri; |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8e – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn programm ta' faċilitazzjoni nazzjonali, il-gwardji tal-fruntiera jistgħu jwettqu verifiki mad-dħul skont l-Artikolu 8(3)(a) u (b) u mal-ħruġ skont l-Artikolu 8(3)(g) mingħajr ma titqabbel il-bijometrika elettronikament iżda billi jitqabblu x-xbieha tal-wiċċ meħuda miċ-ċippa u l-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz fil-fajl individwali tal-EES maċċ-ċittadin tal-pajjiż terz. Verifika sħiħa għandha ssir b'mod aleatorju u abbażi ta' analiżi tar-riskju. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8e – paragrafu 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4b. Livell adegwat ta' sigurtà għandu jkun stabbilit bejn il-programmi ta' faċilitazzjoni nazzjonali u l-EES wara li titwettaq valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tal-informazzjoni xierqa. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 8e – paragrafu 4c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4c. Meta jkun qed jiġi stabbilit programm ta' faċilitazzjoni nazzjonali ta' dan it-tip, l-Istati Membri għandhom, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' eu-LISA, jiżguraw standards ta' sigurtà tad-dejta ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 39 ta' [Ir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]. L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tal-informazzjoni u r-responsabilitajiet ta' sigurtà għandhom ikunu magħmula ċari għall-istadji kollha tal-proċess. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 10 – paragrafu 3aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu 3aa li ġej: |
| 3aa. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu programm ta' faċilitazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 8e, huma jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-korsiji speċifiċi għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn tali programm ta' faċilitazzjoni nazzjonali." |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 37 – paragrafu 2
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (14a) Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien mhux determinat." | "2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 8aa, l-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien mhux determinat." |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (14b) Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
“3. Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 13(5) u 36 jistgħu' jiġu revokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ. | “3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 8aa, l-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14c) Fl-Artikolu 37, jiżdied il-paragrafu 3a li ġej: |
| 3a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. |
| __________ |
| * ĠU J L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14d (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Artikolu 37 – paragrafu 5
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (14d) Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"5. Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 13(5) u 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." | "5. Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 8aa, l-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Anness VII – punt 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (15a) Fl-Anness VII, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Kapijiet ta' Stat | 1. Kapijiet ta' Stat u kapijiet tal-gvern |
B'deroga mill-Artikoli 8 sa 14, il-Kapi ta' Stat u l-membri tad-delegazzjoni tagħhom, li l-wasla u t-tluq tagħhom ikunu ġew imħabbra uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi lill-gwardji tal-fruntiera, ma jistgħux ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntiera. | B'deroga mill-Artikoli 6 u l-Artikoli 8 sa 14, Kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' gvern u l-membri tad-delegazzjonijiet tagħhom, li l-wasla u t-tluq tagħhom ikunu ġew imħabbra uffiċjalment permezz tal-kanali diplomatiċi lill-gwardji tal-fruntiera, ma jistgħux ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-fruntieri. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Regolament (UE) 2016/399
Anness IV – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| imħassar |
"1. Fejn previst espressament mil-liġi nazzjonali tiegħu, Stat Membru jista' jittimbra d-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi mad-dħul u mal-ħruġ li għandhom permess ta' residenza maħruġ minn dak l-Istat Membru stess skont l-Artikolu 11. Barra minn hekk, skont l-Anness V, il-Parti A, fejn ċittadini minn pajjiżi terzi huma rrifjutati d-dħul skont l-Artikolu 14, il-gwardja tal-fruntiera għandu jittimbra timbru tad-dħul fuq il-passaport, maqtugħ b'salib b'linka sewda li ma titħassarx u biswitu fuq in-naħa tal-lemin, ukoll b'linka li ma titħassarx, l-ittra/i li tikkorrispondi/jikkorrispondu għar-raġuni(jiet) għar-rifjut ta' dħul, li l-lista tagħhom hija mogħtija fuq il-formola standard għal dħul miċħud li tidher fil-Parti B tal-Anness V." " | "1. Fejn previst espressament mil-liġi nazzjonali tiegħu, Stat Membru jista' jittimbra d-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi mad-dħul u mal-ħruġ li għandhom permess ta' residenza maħruġ minn dak l-Istat Membru stess skont l-Artikolu 11." |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (UE) 2016/399
Anness IV – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej: | (c) il-punt 3 qed jiġi mħassar. |
"3. F'każ ta' rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz soġġett għall-obbligu li jkollhom viża, it-timbru għandu, bħala regola ġenerali, isir fuq il-paġna faċċata tal-paġna li fuqha jkun hemm imwaħħla l-viża. |
|
Jekk dik il-paġna ma tistax tintuża, it-timbru għandu jiddaħħal fuq il-paġna li jmiss. Iż-żona li tinqara mill-magna m'għandhiex tiġi ttimbrata. " |
|
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (UE) 2016/399
Anness V – parti A – punt 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"(b) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul għal soġġorn qasir [jew abbażi ta' viża itineranti] ġiet irrifjutata, id-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul għandha tiġi rreġistrata fis-sistema ta' dħul u ħruġ skont l-Artikolu 6a(2) ta' dan ir-Regolament u tal-Artikolu 16 ta' [ir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]. Barra minn hekk, il-gwardja tal-fruntiera għandu jittimbra timbru tad-dħul fuq il-passaport, maqtugħ b'salib b'linka sewda li ma titħassarx u biswitu fuq in-naħa tal-lemin, ukoll b'linka li ma titħassarx, jikteb l-ittra/i li tikkorrispondi/jikkorrispondu għar-raġuni(jiet) għar-rifjut ta' dħul, li l-lista tagħhom hija mogħtija fuq il-formola standard għal dħul miċħud li tidher fil-Parti B ta' dan l-Anness;" | "(b) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul għal soġġorn qasir [jew abbażi ta' viża itineranti] ġiet irrifjutata, id-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul għandha tiġi rreġistrata fis-sistema ta' dħul u ħruġ skont l-Artikolu 6a(2) ta' dan ir-Regolament u tal-Artikolu 16 ta' [ir-Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)];" |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I– paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) 2016/399
Anness V - parti B
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Fl-Anness V, parti B, dan li ġej huwa miżjud taħt it-taqsima intitolata "kummenti": |
| "Il-persuna kkonċernata hija b'dan infurmata li d-dejta personali tagħha u informazzjoni dwar dan ir-rifjut tad-dħul jiddaħħlu fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ skont l-Artikolu 16 tar-[Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]. |
| Skont l-Artikolu 46 tar-[Regolament li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], il-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tikseb id-dejta li għandha x'taqsam magħha rreġistrata fl-EES u tista' titlob li d-dejta li għandha x'taqsam magħha li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata u li d-dejta rreġistrata illegalment titħassar." |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Dan l-abbozz ta' rapport jikkomplementa l-abbozz ta' rapport dwar regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata dejta ta' dħul u ħruġ u dejta ta' rifjut tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-EES għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Bl-istess mod, hu marbut mill-qrib mal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta' bażijiet tad-dejta rilevanti.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Jeħtieġ li jsir iktar biex jiġi faċilitat il-qsim tal-fruntiera u biex jiġu ssodisfati l-objettivi ġenerali tal-EES. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw programmi nazzjonali ta' faċilitazzjoni bħall-Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP), ibbażati fuq leġiżlazzjoni komuni.
Fi sforz biex tinkiseb l-armonizzazzjoni legali, ir-regoli dwar l-użu ta' sistemi ta' self-service u sistemi awtomizzati ta' qsim tal-fruntiera.
Ir-rapporteur hu tal-fehma li jeħtieġ li d-diversi testi leġiżlattivi jiġu allinjati teknikament sabiex ir-regoli li jirregolaw iż-żona ta' Schengen ikunu iktar koerenti u biex jiġu evitati kontradizzjonijiet legali. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-diversi negozjati li qed jiżviluppaw bħalissa, peress li r-riżultati tagħhom jista' jkollhom impatt kbir fuq dan l-abbozz ta' rapport. Għaldaqstant, mhumiex esklużi l-emendi sussegwenti għal dan id-dokument skont il-qbil li jintlaħaq fuq livell interistituzzjonali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Regolament ta' Emenda (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ | |||
Referenzi | COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 6.4.2016 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 9.5.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Agustín Díaz de Mera García Consuegra 20.4.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 27.2.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 38 7 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Raymond Finch, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Brice Hortefeux, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Carlos Iturgaiz, Josu Juaristi Abaunz, Seán Kelly, Verónica Lope Fontagné, Antonio López-Istúriz White, Ivana Maletić, Christel Schaldemose, Martina Werner | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
38 | + |
ALDE | Nathalie Griesbeck, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström |
ECR | Jussi Halla-aho, Branislav Škripek |
EFDD | Ignazio Corrao, Kristina Winberg |
PPE | Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Carlos Iturgaiz, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Antonio López-Istúriz White, Ivana Maletić, Roberta Metsola, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Jaromír Štětina |
S&D | Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Christel Schaldemose, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer, Martina Werner |
7 | - |
EFDD | Raymond Finch |
GUE/NGL | Josu Juaristi Abaunz, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat |
Verts/ALE | Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero |
1 | 0 |
ECR | Daniel Dalton |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni