Dokument ta' sessjoni

 

A8-0065/2017

13.3.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz

( COM(2016)0434 – C8-0247/2016 – 2016/0198(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jussi Halla-aho

 

PR_COD_1app

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  6

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  7

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  8

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz

( COM(2016)0434 – C8-0247/2016 – 2016/0198(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0434 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0247/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0065/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

 

Din il-proposta tal-Kummissjoni hija fin-natura tagħha pjuttost teknika milli politika. Hija bbażata fuq l-istrumenti preċedenti dwar il-kwistjoni (ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 380/2008[2]).

 

Il-proposta mhux qed tfittex permess ta' residenza kompletament armonizzat, peress li dan għandu jkun newtrali mil-lat ta' spejjeż, u peress li tqies xieraq li, dawk l-Istati Membri li jixtiequ jagħtu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi l-istess vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini tagħhom stess, ikunu jistgħu jżidu ċippa ta' kuntatt għal skopijiet tal-gvern elettroniku.

Dan ir-Regolament jaġġorna l-Anness biex jipprevedi aktar armonizzazzjoni. Anki jekk l-uniformità sħiħa għadha ma ntlaħqitx, u għad hemm xi diverġenzi, l-istrument jippreżenta pass ’il quddiem. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li jkun hemm għamla uniformi u xi karatteristiċi ta' sigurtà standard, li magħhom jistgħu jiżdiedu karatteristiċi fakultattivi.

 

Aktar armonizzazzjoni tal-permess ta' residenza tgħin lill-gwardji tal-fruntiera u awtoritajiet relevanti oħra biex iwettqu l-kompiti tagħhom u tikkontribwixxi għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u r-residenti legali.

Nikkunsidra l-Artikolu 79 TFUE bħala l-bażi legali adegwata b'parteċipazzjoni possibbli tar-Renju Unit u l-Irlanda abbażi tal-Protokoll 21. Uniformità akbar tista' tintlaħaq biss jekk kull Stat Membru jipparteċipa fil-qafas ta' strument wieħed.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz

Referenzi

COM(2016)0434 – C8-0247/2016 – 2016/0198(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.7.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.7.2016

PETI

7.7.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

1.2.2016

PETI

13.7.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jussi Halla-aho

12.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.10.2016

30.1.2017

9.3.2017

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Frank Engel, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Beatrix von Storch, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Petr Ježek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, John Procter, Petri Sarvamaa, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Olle Ludvigsson, Monika Smolková, Auke Zijlstra

Data tat-tressiq

13.3.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Cecilia Wikström

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, John Procter, Branislav Škripek

EFDD

Kristina Winberg, Beatrix von Storch

GUE/NGL

Malin Björk

PPE

Heinz K. Becker, Andrea Bocskor, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Petri Sarvamaa, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský, Jaromír Štětina

S&D

Inés Ayala Sender, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Dietmar Köster, Olle Ludvigsson, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Monika Smolková

VERTS/ALE

Jean Lambert, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

 

1

-

ENF

Auke Zijlstra

 

2

0

ENF

Lorenzo Fontana, Harald Vilimsky

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

 

[1] Regolament tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz, ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.
[2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008 tat-18 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, ĠU L 115, 29.4.2008, p.1.