Dokument ta' sessjoni
23.3.2017
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali
( COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD) )
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Iskra Mihaylova
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 7
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 9
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali
( COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0778 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0489/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2017[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A8-0070/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 120 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-ammont allokat għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaqbeż 5 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR fi Stat Membru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. |
NOTA SPJEGATTIVA
L-aħħar serje ta' terremoti fl-Italja kellhom effett devastanti fir-reġjuni affettwati. Xogħlijiet kbar ta' rikostruzzjoni huma meħtieġa sabiex jgħinu lin-nies tal-post jgħixu f'kundizzjonijiet deċenti u jippreżervaw il-wirt kulturali. Minbarra l-appoġġ inizjali offrut mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), ammonti addizzjonali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jistgħu jingħataw lill-Istati Membri biex jappoġġjaw ir-rikostruzzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali maġġuri.
Sabiex jipprovdi tali għajnuna addizzjonali lill-Istati Membri milquta minn diżastri naturali, il-qafas ġuridiku ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) għandu jiġi aġġustat. B'mod aktar konkret, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi emendat l-Artikolu 120 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)[2], li jintroduċi assi ta' prijorità separat għal proġetti ta' rikostruzzjoni appoġġjati mill-FEŻR fi programm operattiv. Meta wieħed iqis il-kobor potenzjali li jista' jkollhom id-diżastri naturali, hija proposta rata ta' kofinanzjament sa 100 % għall-proġetti tal-FEŻR. L-operazzjonijiet magħżula mill-awtoritajiet ta' ġestjoni se jkunu ffinanzjati fi ħdan dan l-assi prijoritarju biss jekk ikunu suġġetti għal rikostruzzjoni wara diżastri naturali kbar kif definiti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-miżuri ġodda għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, b'kunsiderazzjoni tad-data meta jkun seħħ id-diżastru bħala d-data ta' bidu tal-eliġibilità tal-infiq.
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tikkomplementa fil-prattika l-appoġġ diġà offrut mill-FSUE, kif definit fir-Regolament tiegħu.[3] Din il-proposta hija kkunsidrata bħala newtrali minn perspettiva baġitarja, filwaqt li tibqa' fil-limiti tal-allokazzjoni totali għall-perjodu 2014-2020. Iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament sa 100% se twassal għal forniment minn qabel parzjali ta' pagamenti, segwit minn pagamenti iktar baxxi fi stadju iktar tard hekk kif il-pakkett ġenerali jibqa' l-istess.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala soluzzjoni ffukata u newtrali fuq il-baġit. Hija tqis li l-politika ta' koeżjoni trid tadatta għall-isfidi l-ġodda u tipprovdi reazzjoni mgħaġġla għall-Istati Membri kollha li r-reġjuni tagħhom huma milquta minn diżastri naturali maġġuri.
Proċedura sempliċi, effiċjenti u effikaċi għandha tiġi stabbilita għal dawn il-każijiet speċifiċi sabiex jużaw l-appoġġ tal-FEŻR b'mod trasparenti u responsabbli.
Wara diversi diskussjonijiet mal-Membri tal-Kumitat REGI, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Kumitat u l-Parlament fl-istadju tas-sessjoni plenarja jaċċettaw il-proposta tal-Kummissjoni b'sett ta' emendi, inklużi hawnhekk. Dawn l-emendi jgawdu minn appoġġ wiesa' fi ħdan il-Kumitat u għalhekk l-approvazzjoni tal-Parlament fil-plenarja hija meħtieġa sabiex jibdew in-negozjati mal-Kunsill.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali | |||
Referenzi | COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 30.11.2016 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | REGI 15.12.2016 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 15.12.2016 | ENVI 15.12.2016 | AGRI 15.12.2016 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 12.1.2017 | ENVI 31.1.2017 | AGRI 12.12.2016 |
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Iskra Mihaylova 16.2.2017 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 16.2.2017 | |||
Data tal-adozzjoni | 17.3.2017 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 23.3.2017 | |||