Dokument ta' sessjoni

 

A8-0087/2017

28.3.2017

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

( 2016/2173(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender

PR_DEC_Agencies

WERREJ

Page

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  3

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  7

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu  12

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  16

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  17

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

( 2016/2173(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0059/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A8-0087/2017 ),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

( 2016/2173(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[6],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0059/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A8-0087/2017 ),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

( 2016/2173(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A8-0087/2017 ),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 204 907 790, li jfisser żieda ta' 11,58 % meta mqabbel mal-2014; billi 18,27 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tenfasizza l-importanza speċjali li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġittjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98 %, li tfisser żieda ta' 0,9 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 91 %;

2.  Josserva li t-tnaqqis marġinali tal-persunal fuq l-impenji ta’ EUR 539 000 kien dovut għall-effett ikkombinat tal-persunal li telqu l-Aġenzija matul is-sena (19-il aġent temporanju u 3 aġenti kuntrattwali), u d-dħul ta’ persunal ġdid (23 aġent temporanju u 3 aġenti kuntrattwali), li prinċipalment bdew jaħdmu hemm fl-aħħar 3 xhur tas-sena; jinnota, barra minn hekk, li n-nefqa fuq il-persunal, bħala perċentwal tal-baġit ġenerali 2015, naqset b’1,7 % u bħalissa tammonta għal madwar 53 % tal-baġit totali;

3.  Jinnota li l-impenji għal nefqa amministrattiva oħra żdiedu b’EUR 5 692 000 (3,8 %) f’termini assoluti għal EUR 21 949 000, ammont li jirrappreżenta 15,7 % mill-perċentwali globali tal-baġit tal-Aġenzija; jinnota li din iż-żieda hija, fil-biċċa l-kbira, minħabba l-ispejjeż tat-trasferiment imminenti tal-Aġenzija lejn is-sede l-ġdida tagħha fl-2016 u ż-żieda relatata f’investiment fl-IT;

4.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija matul l-2015 biex ittejjeb il-livell ta' ppjanar u ta' monitoraġġ, b'mod partikolari rigward ir-rata ta' implimentazzjoni baġitarja, il-ġestjoni tal-kuntratti qafas, u biex tipprovdi reazzjoni f'waqtha f'dak li jirrigwarda r-riskji u d-dewmien lid-diriġenza superjuri;

Impenji u riporti

5.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta’ EUR 4 400 000 (20.2 %) meta jitqabblu ma’ EUR 3 600 000 (22 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa amministrattiva) kienu ta’ EUR 2 000 000 (32,0 %) meta jitqabblu ma’ EUR 2 000 000 (38,1 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-iżviluppi tal-IT ordnati lejn tmiem is-sena, kif ukoll attivitajiet ta' tfassil tar-regoli u proġetti ta’ riċerka ta’ natura pluriennali li, għalhekk, imorru lil hinn mill-2015;

6.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew għal kollox ġustifikati min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk kienu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Josserva li, b’segwitu għar-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija, hija wettqet 24 reklutaġġ minn listi ta’ riżerva, barra milli organizzat 33 proċedura esterna u 80 proċedura interna ta’ selezzjoni, li wassal biex l-Aġenzija timla l-postijiet ta' impjieg kollha sa tmiem is-sena; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha tinkludi analiżi tal-persunal tagħha skont il-kategorija u s-settur kif ukoll skont is-sorsi ta’ finanzjament għall-attivitajiet tagħhom, fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

8.  Jinnota mill-Aġenzija li din adottat, fit-tieni nofs tal-2015, regoli ġodda dwar dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali dwar il-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-użu tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dawn ir-regoli l-ġodda qed jippromwovu l-mobilità interna, il-mobilità fost l-aġenziji esterni u qed jarmonizzaw ir-regoli u l-proċeduri ta' selezzjoni;

9.  Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija bidlet b’mod gradwali l-approċċ tagħha ta’ reklutaġġ minn wieħed reattiv(identifikazzjoni tal-ħtiġijiet marbuta mal-mili tal-postijiet vojta, sostituzzjoni awtomatika ta' dawk li jitilqu) għal wieħed proattiv (ippjanar bil-quddiem, prijoritizzazzjoni u tqassim mill-ġdid tar-riżorsi, u allinjament tal-bżonnijiet tar-riżorsi mal-objettivi strateġiċi globali);

10.  Jinnota mill-Aġenzija li tejbet il-livell tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-proċeduri tagħha ta’ akkwist; jinnota b’mod partikolari li l-Aġenzija implimentat eżerċizzji ta’ monitoraġġ trimestrali tal-baġit, laqgħat ad hoc ta’ ppjanar ta’ akkwist u li din tipprovdi feedback regolari lit-tmexxija għolja tagħha sabiex jiġi evidenzjat kwalunkwe dewmien jew riskji għall-implimentazzjoni; jieħu nota li l-Aġenzija żviluppat ftehim dwar il-livell ta' servizz ta’ ġestjoni tal-akkwist u tal-kuntratti mal-partijiet ikkonċernati fi ħdan l-Aġenzija, u li implimentat għodod ta’ monitoraġġ addizzjonali bħall-monitoraġġ tad-dati tal-għeluq jew tat-tiġdid tal-kuntratti, il-monitoraġġ ċentralizzat tal-użu tal-kuntratti qafas kif ukoll aċċess akbar għal dokumenti u informazzjoni permezz tas-sistema tal-IT tagħha;

11.  Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment għall-postijiet fl-Aġenzija, li wrew li 13,8 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-koordinament, 79,5 % għall-kompiti operattivi u 6,7 % għall-kompiti ta' kontroll u finanzjarji; jinnota wkoll trasferiment (+0,8 punti perċentwali) ta' postijiet minn kategoriji amministrattivi għal kategoriji operattivi; jikkunsidra li jkun tajjeb li tiġi inkluża wkoll lista analitika tal-persunal imqassma skont il-kategorija u s-settur, kif ukoll skont is-sors ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom (drittijiet u ħlasijiet fil-konfront ta' sussidji tal-Unjoni) fir-Rapport Annwali li jmiss, sabiex toffri stampa aktar dettaljata tar-riżorsi rikjesti; jinnota li għall-ewwel darba l-Aġenzija laħqet l-okkupanza sħiħa tal-karigi kollha skont l-organigramma;

12.  Jinnota li, fl-2015, l-Aġenzija nediet 33 proċedura ta’ akkwist b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000, inklużi 12-il proċedura b’appoġġ għall-proġett MOVE2016 ; jinnota, barra minn hekk, li ġew konklużi madwar 350 kuntratt speċifiku fl-ambitu tal-kuntratti qafas u 200 kuntratt ta’ valur baxx;

13.  Jindika li hemm lok għal titjib fl-ippjanar tal-akkwist tal-Aġenzija, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kuntratti qafas;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta' interessi u t-trasparenza

14.  Jilqa' l-prevenzjoni u l-ġestjoni adegwati tal-kunflitti ta' interess u jistenna li l-Parlament, il-Kunsill u l-pubbliku jiġu infurmati kull sena dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri u dwar kwalunkwe segwitu li jingħatalhom;

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat l-Istrateġija Kontra l-Frodi f’Novembru 2014 biex ittejjeb il-prevenzjoni effettiva u s-sejba tal-frodi, kif ukoll biex tiżviluppa kontroproċeduri; jinnota b’sodisfazzjon li l-ebda każ ta’ frodi ma ġie rrappurtat fl-2015;

16.  Jinnota li l-Aġenzija, fit-tieni nofs tal-2015 u matul l-2016, ivvalutatat mill-ġdid u qed tkompli tissorvelja s-sistema tagħha u l-ambjent ta’ kontroll tagħha; jinnota li bħala riżultat ewlieni ta’ dan l-eżerċizzju, l-Aġenzija pproduċiet kodiċi ta’ kondotta speċifiku għall-esperti esterni bħala appoġġa għall-ħidma tal-Aġenzija, inkluża politika dwar il-kunflitt ta’ interess u dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-kodiċi;

17.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta’ assenza ta’ kunflitti ta’ interess u s-CVs rispettivi tal-membri tal-Bord Amministrattiv fuq is-sit web tagħha; jiddispjaċih, madankollu, li xi CVs għadhom neqsin jew fihom xi inkonsistenzi; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija waqqfet politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess li tieħu kont tal-membri tal-persunal esterni tagħha, il-persunal interim u l-esperti nazzjonali ssekondati; jiddispjaċih, madankollu, li l-Aġenzija ma pprevediet ebda verifiki tal-korrettezza fattwali jew proċess għall-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni biex tiżgura s-sorveljanza pubblika u l-iskrutinju għall-ġestjoni tagħha meħtieġa; jinnota li l-Aġenzija stabbiliet u implimentat regoli interni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;

18.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma ħaditx inizjattivi speċifiċi sabiex tiżdied it-trasparenza dwar il-kuntatti tagħha mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jistieden lill-aġenzija biex tadotta politika proattiva ta’ trasparenza fl-illobbjar;

Verifiki interni

19.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami ta’ azzjonijiet pendenti li jirriżultaw minn verifiki preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li fil-konklużjoni tal-IAS, ġew implimentati 10 azzjonijiet minn 11 miftuħa taħt rieżami li jirriżultaw minn awditi preċedenti, bil-bqija tal-azzjoni skedata li tispiċċa permezz tal-ħruġ ta’ dokument ta’ ppjanar pluriennali 2017-2020 f’Diċembru 2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li dan l-azzjoni tal-aħħar ġiet ikkunsidrata bħala implimentata mill-IAS fi Frar 2016;

20.  Jinnota li l-Kapaċità ta’ Awditjar Intern (IAC) wettqet tmien inkarigi ta’ assigurazzjoni tal-awditjar fl-2015 fl-Aġenzija kollha; jirrimarka li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw mix-xogħol ta' awditjar tal-IAC fl-2015 kellhom jiġu implimentati matul l-2016; jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Aġenzija u għal aktar dettalji dwar dawn il-verifiki;

Kontroll Intern

21.  Jinnota li, fl-2015, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni annwali tal-istandards ta' ġestjoni tal-EASA, li kienu jintegraw kemm standards ta’ ġestjoni tal-ICS, kif ukoll dawk tal-ISO; jirrikonoxxi li, bħala konklużjoni tal-valutazzjoni is-sistema ta’ ġestjoni tal-Aġenzija tikkonforma mal-istandards ta’ ġestjoni rilevanti, bis-saħħa ta' sistema ta’ monitoraġġ soda li ġiet stabbilita kemm fil-livell tal-ġestjoni kif ukoll fil-livell tal-proċess; josserva li ġie identifikat xi titjib potenzjali fir-rigward tal-kontinwità tal-operat u tal-ġestjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħarġet pjan ta’ azzjoni biex tiddefinixxi l-qafas politiku u l-punti saljenti tal-pjan ta’ implimentazzjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija lestiet l-ingaġġ ta’ uffiċjal tal-kontinwità tal-attivitajiet tagħha fl-ewwel nofs tal-2016;

22.  Jinnota li matul l-2015 twettqu 18-il eżerċizzju ta' kontroll ex post, li jkopru l-oqsma tar-rimborżi tal-missjonijiet, il-proċeduri ta' akkwist, il-fornituri ta' servizzi ta' ċertifikazzjoni u t-tranżazzjonijiet tas-servizzi korporattivi; jilqa' l-fatt li t-tranżazzjonijiet kollha vverifikati kienu legali u regolari;

Kummenti oħra

23.  Jirrileva r-rwol fundamentali li l-Aġenzija tiżvolġi biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jisħaq fuq il-bżonn ta' sistema komuni Ewropea ta' valutazzjoni u ta' twissija fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-kuntest tat-titjiriet minn fuq żoni ta' kunflitt; jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest ta' settur tal-avjazzjoni ċivili li qed jiżviluppa rapidament, kif jixhed l-użu dejjem ikbar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ('droni'), ikun tajjeb li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha, fl-oqsma tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali, mingħajr qatt ma jkunu kompromessi l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

24.  Jindika li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija u li, għaldaqstant, ir-rwol li jiżvolġu t-teknoloġiji l-ġodda bħalma huma s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod irid jitqies kompletament meta jiġu assenjati kompetenzi ġodda; jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-Aġenzija biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabilitajiet l-ġodda jiġu assorbiti b'suċċess, kif ukoll li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' persunal sabiex iwettaq kompiti addizzjonali; jisħaq fuq il-fatt li l-impjiegi tal-Aġenzija (inklużi l-pensjonijiet relatati) li huma kompletament iffinanzjati mill-industrija, u għaldaqstant m'għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, ma jmisshom jiġu suġġetti għall-ebda tnaqqis obbligatorju tal-persunal;

25.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Bord Amministrattiv tad-dokument ta' Programmazzjoni Pluriennali 2016-2020, li jinkludi l-istrateġija, l-objettivi pluriennali u l-azzjonijiet annwali tal-Aġenzija;

26.  Jinnota li l-Aġenzija u l-Ministeru tat-Trasport Ġermaniż reċentement qablu dwar test ta’ ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija, li sussegwentement ġie ffirmat f’Diċembru 2016; jirrikonoxxi li l-ftehim qed jistenna r-ratifika min-naħa tal-Bundestag Ġermaniż, kif meħtieġ skont l-ordinament ġuridiku nazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-ispejjeż annwali għal kull metru kwadru wara t-trasferiment hija mistennija li jkunu ta’ 20 % anqas mill-bini preċedenti; jirrikonoxxi li dan it-tnaqqis jippermetti l-għoti ta’ faċilitajiet aħjar li jippermettu li jiġu reintegrati attivitajiet li qabel kienu mikrija fi spazji ta’ laqgħat ad hoc;

27.  Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ bejn is-sessi ta’ 23 % nisa u 77 % irġiel fi ħdan il-Bord Amministrattiv tagħha u l-membri supplenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

°

°  °

28.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017][12] [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

28.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

( 2016/2173(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Claudia Schmidt

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2015 huma regolari;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għall-2015 kien ta' EUR 185,4 miljun, li minnhom EUR 36,4 miljun ġew mis-sussidji tal-UE, EUR 91,9 miljun minn ħlasijiet u imposti waqt li EUR 2,2 miljun kienu kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi; jinnota ulterjorment li l-ammonti li rċeviet verament l-Aġenzija, inkluż id-dħul assenjat impenjat fis-snin preċedenti, kienu jammontaw għal EUR 207,2 miljun;

3.  Jinnota li l-ammonti riportati fl-2015 (mill-2015 għall-2016) kienu ta' EUR 6,8 miljun, jiġifieri 6,6 % tal-impenji;

4.  Jinnota li matul l-2015 twettqu 18-il eżerċizzju ta' kontroll ex post, li jkopru l-oqsma tar-rimborż tal-missjonijiet, il-proċeduri ta' akkwist, il-fornituri ta' servizzi ta' ċertifikazzjoni u t-tranżazzjonijiet tas-servizzi korporattivi; jilqa' l-fatt li t-tranżazzjonijiet kollha vverifikati kienu legali u regolari;

5.  Jilqa' l-prevenzjoni u l-ġestjoni xierqa tal-kunflitti ta' interess u jistenna li l-Parlament, il-Kunsill u l-pubbliku jiġu infurmati kull sena dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri u dwar kwalunkwe segwitu li jingħatalhom;

6.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija matul l-2015 biex ittejjeb il-livell ta' ppjanar u ta' monitoraġġ, b'mod partikolari rigward ir-rata ta' implimentazzjoni baġitarja, il-ġestjoni tal-kuntratti qafas, u biex tipprovdi reazzjoni f'waqtha f'dak li jirrigwarda r-riskji u d-dewmien lid-diriġenza superjuri;

7.  Jirrileva r-rwol fundamentali li l-Aġenzija tiżvolġi biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jisħaq li hemm bżonn ta' sistema Ewropea komuni ta' valutazzjoni u ta' twissija fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-kuntest tat-titjiriet minn fuq żoni ta' kunflitt; jisħaq li, fil-kuntest ta' settur tal-avjazzjoni ċivili li qed jiżviluppa rapidament, kif jixhed l-użu dejjem ikbar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ('droni'), ikun tajjeb li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq b'suċċess il-kompiti regolatorji u eżekuttivi tagħha, fl-oqsma tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali, mingħajr ma qatt tikkomprometti l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha;

8.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Bord Amministrattiv tad-dokument ta' Programmazzjoni Pluriennali 2016–2020, li jinkludi l-istrateġija, l-objettivi pluriennali u l-azzjonijiet annwali tal-Aġenzija;

9.  Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju biex jiġu stabbiliti parametri ta' riferiment għall-impjiegi fl-Aġenzija, li wrew li 13,8 % tal-impjiegi kienu ddedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-koordinament, 79,5 % għall-kompiti operattivi u 6,7 % għall-kompiti ta' kontroll u finanzjarji; jinnota wkoll trasferiment (+0,8 punti perċentwali) ta' impjiegi minn kategoriji Amministrattivi għal kategoriji Operattivi; jikkunsidra li jkun tajjeb li lista tal-persunal imqassma skont il-kategorija u s-settur, kif ukoll skont is-sors ta' finanzjament għall-attivitajiet tagħhom (ħlasijiet u imposti jew sussidji tal-Unjoni) tiġi inkluża wkoll fir-Rapport Annwali li jmiss, sabiex toffri stampa aktar dettaljata tar-riżorsi rikjesti; jinnota li għall-ewwel darba l-Aġenzija laħqet l-okkupanza sħiħa tal-karigi kollha skont il-pjan stabbilit;

10.  Jindika li r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] tipprevedi t-twessigħ tal-ambitu ta' kompetenza tal-Aġenzija u li, għaldaqstant, ir-rwol li jiżvolġu t-teknoloġiji l-ġodda bħalma huma s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod irid jitqies kompletament meta jiġu assenjati kompetenzi ġodda; jisħaq fuq l-importanza li jiġi allokat finanzjament adegwat lill-Aġenzija biex jiġi żgurat li dawn ir-responsabilitajiet ġodda jiġu assorbiti b'suċċess, kif ukoll li jkun hemm allokazzjoni adegwata ta' persunal sabiex iwettaq kompiti addizzjonali; jisħaq li l-impjiegi tal-Aġenzija (inklużi l-pensjonijiet relatati) li huma kompletament iffinanzjati mill-industrija, u għaldaqstant m'għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, ma jmisshom jiġu suġġetti għall-ebda tnaqqis obbligatorju tal-persunal;

11.  Jiddeplora l-fatt li minkejja l-isforzi tal-Aġenzija, għadu ma kienx possibbli, 16-il sena wara li twaqqfet, li jiġi konkluż il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tagħha; ifakkar li, skont l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE miftiehem bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kull aġenzija "għandu jkollha ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali, li għandhom jiġu konklużi qabel ma tibda l-fażi operattiva tal-aġenzija"; jinnota f'dan ir-rigward li aġenzija oħra, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, iffirmat ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Gvern Ġermaniż fl-2011; jiddispjaċih profondament dwar in-nuqqas ta' ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u jħeġġeġ lill-pajjiż ospitanti jikkonkludi ftehim mal-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bl-għan li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-Aġenzija, biex b'hekk l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompiti legali tagħha mingħajr xkiel; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-Att li jistabbilixxi l-Aġenzija, li jinkludi dispożizzjoni għall-iżgurar tal-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali;

12.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015.

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Markus Ferber, Karoline Graswander-Hainz, Kateřina Konečná, Franck Proust

 

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan

Benedek Jávor, Bart Staes

 

5

-

ECR

EFDD

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

 

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

[1] ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.
[2] ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.
[3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
[4] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1
[5] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42
[6] ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.
[7] ĠU C 449, 1.12.2016, p. 56.
[8] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
[9] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1
[10] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42
[11]   Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
[12] Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].
[13]   Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).