Dokument ta' sessjoni
28.3.2017
*
RAPPORT
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410
(13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Judith Sargentini
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_NLE-CN_ImplDec_app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410
(13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS) )
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13525/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0522/2016),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0091/2017 ),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-Artikolu 39(1) tal-ex-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Ġustizzja fis-16 ta' April 2015 fil-Kawżi konġunti C-317/13 u C-679/13 u fil-Kawża C-540/13 iddeċidiet li għadu japplika, f'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll 36, meta l-Kunsill jadotta miżuri ta' implimentazzjoni fuq il-bażi tal-acquis ibbażati fuq it-Titolu VI tal-ex-Trattat tal-UE, il-Kunsill jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-opinjoni tiegħu u fin-nuqqas ta' opinjoni f'dak il-limitu ta' żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi.
Sfortunatament, dan ma jirriflettix l-opinjoni tar-rapporteur rigward il-kontroll parlamentari. Ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni għadha ma pproponietx, bħala kwistjoni ta' prijorità, proposta leġiżlattiva li tissostitwixxi l-istrumenti adottati skont dak li kien it-tielet pilastru – inkluż wieħed dwar is-sostituzzjoni tal-hekk imsejħa Deċiżjoni Prüm (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[2]). Peress li l-bażi ġuridika l-iktar xierqa se tkun l-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE, il-Parlament se jieħu sehem fl-abbozzar ta' din il-leġiżlazzjoni fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | L-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju | |||
Referenzi | 13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 13.12.2016 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 15.12.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Judith Sargentini 9.2.2017 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 13.2.2017 | |||
Eżami fil-kumitat | 23.3.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 23.3.2017 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 28.3.2017 | |||