Dokument ta' sessjoni
28.3.2017
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015
( 2016/2196(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Miroslav Poche
PR_DEC_JointUndertakings
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 7
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 12
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 13
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015
( 2016/2196(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0087/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A8-0094/2017 ).
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015
( 2016/2196(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta[6],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0087/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A8-0094/2017 ).
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti , u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015
( 2016/2196(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A8-0094/2017 ).
A. billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;
B. billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ("l-Impriża Konġunta") li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014[11] ħadet post l-Impriża Konġunta Clean Sky b'seħħ mis-27 ta' Ġunju 2014 skont l-adattament tar-regolament fundatur il-ġdid taħt Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;
C. billi l-għan tal-Impriża Konġunta huwa l-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-ġestjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020, u billi l-ħajja tal-Impriża Konġunta ġiet estiża għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;
D. billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata, tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi u tal-Attivitajiet Trasversali, flimkien mal-membri assoċjati tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;
E. billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta hija ta' EUR 1 755 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020;
Segwitu għall-kwittanza 2014
1. Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li hija żvelat l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-indikaturi għall-monitoraġġ ta' kwistjonijiet trasversali fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha kif rikjest mir-regoli dwar Orizzont 2020, u jinnota li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, laħqet l-objettivi tagħha;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
2. Jinnota li l-Qorti ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-2015 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;
3. Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky ("ir-Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
4. Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2015 kien jinkludi EUR 440 705 606 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 245 990 262 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; josserva b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta rnexxielha taffaċċja l-isfida li timmaniġġja l-akbar baġit li qatt kellha (li kien jammonta għal 192 % tal-impenji fil-baġit tal-2014 u 166 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014);
5. Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,47 % (imqabbla ma' 82,59 % fl-2014) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,44 % (imqabbla ma' 90,19 % fl-2014); jinnota barra minn hekk li r-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet speċifikament dovuta għad-dewmien biex jinbdew il-proġetti minħabba l-allinjament tekniku neċessarju ta' dawn il-proġetti mad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi, u minħabba l-pagamenti ta' prefinanzjament li ġew riportati għall-2016;
6. jinnota li 52,7 % (EUR 226 000 000) tal-impenji operattivi li saru fl-2015 kellhom x'jaqsmu mal-impenji individwali bbażati fuq il-proċeduri konklużi għall-konċessjoni ta' għotjiet, u li s-47,3 % li fadal (EUR 203 500 000) kienu għall-impenji globali taħt Orizzont 2020 għal żewġ sejħiet għal sħab ewlenin u żewġ sejħiet għal proposti li għalihom il-proċeduri ta' għoti kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2015;
7. Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 800 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 756 956 027 (94,6 %) u l-pagamenti kienu ta' EUR 740 274 715 (92,5 %) sa tmiem l-2015; jinnota barra minn hekk li, peress li l-Impriża Konġunta m'għadhiex intitolata tniedi sejħiet għal proposti taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li fadal kellhom jintużaw skont il-każ għall-ftehimiet ta' għotja mal-membri;
8. Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 550 909 549 għall-attivitajiet operattivi tas-Seba' Programm Kwadru ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra sa tmiem l-2015, EUR 501 609 427 (91 %) ġew ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, EUR 37 880 240 kienu qed jistennew li jiġu vvalidati mis-snin preċedenti (2008-2014), EUR 12 578 796 kienu kontribuzzjonijiet in natura mill-membri fl-2015, u EUR 13 507 539 kienu l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;
9. Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 1 755 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, l-impenji operattivi li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 436 682 680 u l-pagamenti kienu ta' EUR 89 799 324; jinnota barra minn hekk li l-kontribuzzjoni fi flus tal-UE għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontat għal EUR 3 319 723;
10. Jinnota li, minn ammont totali minimu ta' EUR 1 229 000 000 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet in natura u l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż operattivi u amministrattivi (għajr għall-attivitajiet addizzjonali) ta' Orizzont 2020 sa tmiem l-2015, ġew irrapportati lill-Impriża Konġunta EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi; jinnota li l-ammont ta' EUR 3 537 520 kien il-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;
11. Jinnota li, mis-EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura li ġew irrapportati u li kienu relatati mal-ispejjeż operattivi ta' Orizzont 2020, EUR 27 776 996 ġew iċċertifikati bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill, iżda kienu għadhom ma ġewx ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, u EUR 19 326 985 kienu għadhom iridu jiġu ċċertifikati u vvalidati; jinnota f'dan ir-rigward li l-Impriża Konġunta rċeviet il-biċċa l-kbira tar-rapporti finanzjarji tal-membri sa Settembru 2016 u li l-kontribuzzjonijiet in natura li ġew ivvalidati kienu EUR 17 400 000 ogħla meta mqabbla mal-istimi; jindika li l-membri mis-settur privat esperjenzaw diffikultajiet biex jippreżentaw iċ-ċifri tal-kontribuzzjoni in natura tagħhom sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar u jinsab imħasseb li din il-kwistjoni tista' ssir waħda rikorrenti;
Sejħiet għal proposti
12. Jinnota li, għall-ewwel darba, l-Impriża Konġunta mexxiet żewġ programmi ta' riċerka kontemporanjament fl-2015, speċifikament il-programm Clean Sky taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-programm Clean Sky 2 taħt Orizzont 2020;
13. Jinnota li, fl-2015, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 230 proposta eliġibbli (minn total ta' 232) u għażlet 68 proposta biex jiġu ffinanzjati;
14. Jirrikonoxxi li, fi ħdan il-programm Clean Sky, ġew ipprovduti aktar minn 10 dimostraturi sinifikanti (ittestjati mal-art u fl-ajru) u ġew ikkompletati/tlestew 106 proġetti fl-2015;
15. Japprezza li, f'termini ta' parteċipazzjoni aktar estensiva, matul l-ewwel sena tal-programm Clean Sky 2, 76 sieħeb ewlieni ngħaqdu mal-programm (imqabbla ma' 66 Assoċjat fil-programm oriġinali Clean Sky) u li din it-tendenza qed tkompli (133 sieħeb ewlieni sa tmiem l-2016); barra minn hekk, mill-ewwel erba' sejħiet kompettitivi għal proposti, ħarġu 294 sieħeb, u dan irriżulta biex l-għadd nett totali ta' parteċipanti fil-Programm kien ta' 384;
16. Jinnota li l-parteċipazzjoni mill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fis-sejħa għal proposti mnedija fl-2015 kienet anqas mir-rata ppjanata ta' 35 %, iżda jinnota l-progress li għamlet l-Impriża Konġunta biex tinvolvi lill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fil-Programm meta kisbet rata ta' parteċipazzjoni ta' 36 % sa tmiem l-2016, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tagħmel progress ulterjuri fl-attivitajiet ta' disseminazzjoni tagħha;
Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji
17. Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante abbażi ta' eżamijiet dokumentarji fil-livell finanzjarju u operattiv, u awditi ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet.
18. Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll intern fi ħdan l-Impriża Konġunta sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;
19. Jinnota li r-rata tal-iżball residwu għall-awditi ex post li ġiet irrapportata mill-Impriża Konġunta kienet ta' 1,52 %;
Strateġija kontra l-frodi
20. Jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta jiddikjaraw li jkun tajjeb li l-baġit tagħha jiġi implimentat f'konformità ma' kontroll intern effikaċi u effiċjenti, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;
21. Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta approva l-Istrateġija aġġornata kontra l-Frodi fil-qasam tar-Riċerka f'April 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet introdotti minn Orizzont 2020;
22. Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta implimentat proċeduri ta' kontroll intern li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet (il-verifiki ex ante tal-pagamenti, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess, l-awditjar ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet) u kienet qed timplimenta l-miżuri fil-pjan ta' azzjoni, bħal pereżempju li tuża d-databażijiet tal-Kummissjoni biex tidentifika l-organizzazzjonijiet esklużi jew finanzjament doppju potenzjali;
Sistemi ta' kontroll intern
23. Jinnota mir-rapport tal-Qorti li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu rigward id-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni; jinnota barra minn hekk li, bħala riżultat ta' dan, l-IAS irrakkomanda titjib, inklużi l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-membri taħt il-ftehimiet ta' għotja mal-membri, il-valutazzjoni tar-rapportar mis-sħab ewlenin dwar id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha, u d-disseminazzjoni ċentrali mill-Impriża Konġunta tar-riżultati tar-riċerka u l-kontroll tal-kwalità tal-pubblikazzjonijiet tal-benefiċjarji; jinnota barra minn hekk li l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u li l-Impriża Konġunta fasslet pjan ta' azzjoni ddedikat għall-implimentazzjoni tagħhom;
24. Jinnota li l-IAS għalaq parzjalment il-kwistjoni li tikkonċerna l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-benefiċjarji u pprogramma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni sħiħa matul l-2017; jinnota li l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha;
Varji
25. Jinnota li r-rappreżentanza tal-ġeneri għadha estremament żbilanċjata, b'mod speċjali fil-proċeduri ta' rieżami tekniku (3,2 % nisa mqabbla ma' 96,8 % rġiel), u żbilanċjata ħafna fil-kumitati xjentifiċi u fil-kumitati għall-koordinament tal-programmi (14,3 % nisa mqabbla ma' 85,7 % rġiel u 16,7 % nisa mqabbla ma' 83,3 % rġiel rispettivament); iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri bid-diversi korpi tagħha u tippreżenta pjan biex tikseb dak l-objettiv;
26. Jilqa' l-progress li sar fil-qasam tal-kooperazzjoni mar-Reġjuni u biex il-Fondi Strutturali u ta' Investiment jintużaw għall-ingranaġġ tal-finanzjament taħt Clean Sky 2, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tkompli b'dawn l-isforzi;
27. Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020 fil-kuntest ta' semplifikazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri tal-impriżi konġunti.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni | 23.3.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 3 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Karin Kadenbach, Younous Omarjee, Julia Pitera, Miroslav Poche | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Ignazio Corrao, Raymond Finch, Ildikó Gáll-Pelcz, Lieve Wierinck | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
20 | + |
ALDE | Hannu Takkula, Lieve Wierinck |
EFDD | Ignazio Corrao, |
GUE/NGL | Younous Omarjee, Dennis de Jong |
PPE | Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Ildikó Gáll-Pelcz, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller |
S&D | Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche, Derek Vaughan |
VERTS/ALE | Bart Staes, Indrek Tarand |
3 | - |
ECR | Notis Marias |
EFDD | Raymond Finch |
ENF | Jean-François Jalkh |
0 | 0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni