<Report lg="MT" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0# iPlRp_v2-0.xsd"><Cover><Ref><Num-Report>A8-0000/2017</Num-Report></Ref><Date>31.3.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>RAPPORT</Title-Type><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2156(DEC))</p></Doc-Ref></Blk-Title-Cover><Body type="COMMITEE" id="812"><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</p></Body><Grp-Rap><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Rapporteur: <Rapporteur id="4751">Bart Staes</Rapporteur></p></Grp-Rap><Num-PE>PE 593.844v02-00</Num-PE></Cover><Toc><Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">WERREJ</span></p></Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  3</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW  5</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  9</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  10</p></Toc><Section><Title-Section><span font-weight="bold">1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW</span></Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/DEC-2016-2156" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/DEC-2016-2156">2016/2156(DEC)</ANCHOR>)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 69, 13.3.2015.</p></footnote>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2016-0475" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2016-0475">COM(2016)0475</ANCHOR> – C8-0274/2016)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.</p></footnote>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.</p></footnote>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.</p></footnote> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.</p></footnote>, u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0000/2017),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2015;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'<span font-style="italic">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</span> <span font-style="italic">(serje L)</span>.</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW</span></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/DEC-2016-2156" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/DEC-2016-2156">2016/2156(DEC)</ANCHOR>)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (<ANCHOR href="#reds:iPlRp/A-8-2017-0144" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRp/A-8-2017-0144">A8-0144/2017</ANCHOR>),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  <span font-style="italic" font-weight="bold">billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u governanza tajba tar-riżorsi umani</span>;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2015 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ("il-Kumitat") kienu ħielsa minn żbalji materjali; </p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali għall-2015, il-Qorti ma identifikat l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat; </p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinnota li fl-2015 il-baġit tal-Kumitat ammonta għal EUR 129 100 000 (meta mqabbel mal-EUR 128 559 380 tal-2014), b'rata ta' użu ta' 95,9 %; jinnota li kien hemm żieda żgħira fir-rata ta' użu fl-2015 meta mqabbla mal-2014;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinnota li l-baġit tal-Kumitat huwa fil-biċċa l-kbira wieħed amministrattiv, b'ammont kbir minnu użat għan-nefqa li tikkonċerna persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u kostijiet operattivi mixxellanji; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni ta' PBB ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-Kumitat kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, li jkunu realistiċi u bbażati fuq perjodu ta' żmien (SMART) għad-dipartimenti individwali, għall-unitajiet u għall-pjanijiet annwali tal-membri tal-persunal; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kumitat jintroduċi l-prinċipju ta' PBB aktar fil-wisa' fl-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinnota l-osservazzjonijiet ta' segwitu tal-Kumitat għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza 2014 tal-Parlament, mehmuża mar-rapport annwali tal-attività tiegħu; jilqa' t-twaqqif ta' servizz ta' appoġġ speċifiku għall-akkwist pubbliku fl-2015;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jinnota li l-2015 kienet l-ewwel sena tal-mandat il-ġdid tal-Kumitat, u dan seta' affettwa l-kisbiet, b'mod partikolari tad-direttorati leġiżlattivi, inklużi d-direttorati tal-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni u tar-riżorsi umani;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinnota li r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat ("il-Ftehim") jivvaluta f'waqtu u b'mod pożittiv il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinnota li, skont il-Kumitat, jenħtieġ li n-natura tal-koperazzjoni "intensifikata", imsemmija fil-Ftehim tiġi ċċarata aħjar, u li xi elementi għad iridu jiġu implimentati bis-sħiħ u jirrikjedu impenn sostnut miż-żewġ istituzzjonijiet; huwa konvint li permezz ta' sforzi ulterjuri favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim u l-iżvilupp ta' sinerġiji, se jkun hemm riżultati pożittivi għaż-żewġ partijiet;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Itenni t-talba tiegħu biex tiġi inkluża valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-Ftehim fir-rieżami ta' nofs it-terminu jew fir-rapport ta' segwitu li jmiss tal-Ftehim;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jinnota li l-opinjonijiet tal-Kumitat mhumiex integrati sew fil-ħidma tal-Parlament u jappella lill-Kumitat biex flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jiżviluppaw proposti biex jiġu semplifikati l-proċeduri tal-Kumitat u tal-Parlament f'dan ir-rigward;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jinnota l-konklużjoni ta' ftehim bilaterali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-Kumitat tar-Reġjuni, iffirmat fl-2015; huwa fiduċjuż li dan il-ftehim jiżgura aktar effiċjenza fil-prestazzjoni taż-żewġ kumitati; huwa tal-fehma li funzjonijiet amministrattivi simili għandhom jitwaħħdu sabiex jiġi evitat l-irduppjar bla bżonn tal-attivitajiet;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jinnota li l-aċċess dirett bejn il-binjiet RMD u REM ingħalaq mill-Parlament minħabba tħassib dwar is-sigurtà wara l-attakk terroristiku ta' Pariġi f'Novembru 2015; huwa fiduċjuż li l-Parlament se jivvaluta mill-ġdid it-tħassib dwar is-sigurtà minħabba li l-ftuħ mill-ġdid tal-passaġġ ikun ta' benefiċċju għat-tliet istituzzjonijiet;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jilqa' l-bidliet amministrattivi applikati fl-2015, b'mod partikolari l-implimentazzjoni sħiħa ta' sistema bbażat fuq il-kost għar-rimborż tal-ispejjeż ta' vjaġġar tal-membri u t-tiġdid sħiħ tal-portal tal-membri; jistieden lill-Kumitat biex jipprovdi ħarsa ġenerali annwali komparattiva tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri għall-2014, 2015 u 2016;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jinnota li, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat, il-membri tiegħu huma totalment indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jingħaqad fil-Ftehim Interistituzzjonali futur dwar Reġistru Obbligatorju tat-Trasparenza;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jinsab imħasseb dwar in-numru għoli ta' karigi permanenti vakanti fl-2015 u jħeġġeġ lill-Kumitat biex jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex itejjeb il-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinnota bi tħassib l-iżbilanċ kontinwu bejn il-ġeneri f'karigi marbuta ma' maniġment superjuri u ma' dak intermedju (30 % / 70 % fil-każ ta' maniġment superjuri); jiddispjaċih wkoll li l-iżbilanċ ġeografiku fil-karigi maniġerjali intermedju u superjuri, b'mod partikolari n-nuqqas ta' persunal minn pajjiżi tal-Lvant; jistieden lill-Kumitat jieħu azzjoni biex jirranġa dawn l-iżbilanċi u biex jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jinnota l-pjan tal-Kumitat li jikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li jnaqqas il-persunal b'5 % fuq perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat dwar kif dan it-tnaqqis jikkorrispondi għas-sitwazzjoni fl-2016 li tinkludi tliet karigi ġodda; jissuġġerixxi li l-Kumitat jirrapporta lura lill-Parlament dwar kwalunkwe ffrankar alternattiv miksub biex jiġi kkumpensat id-dewmien possibbli fit-tnaqqis tal-persunal;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jilqa' l-fatt li r-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2016;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta' karigi ta' konsulenti tal-etika biex jgħinu f'sitwazzjonijiet relatati ma' fastidju possibbli u jipprovdu taħriġ speċifiku biex jitjiebu l-għarfien u l-ġestjoni tal-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; jiddispjaċih li tliet każijiet marbuta ma' fastidju kellhom jgħaddu minn azzjoni legali;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Ma jistax jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-livell ta' assenteiżmu marbut ma' liv minħabba mard peress li r-rapport ipprovdut mill-Kumitat dwar din il-kwistjoni huwa wieħed fjakk; jistieden lill-Kumitat jirrapporta dwar il-liv minħabba mard tal-persunal tiegħu diviż bin-numru ta' jiem ta' xogħol fuq liv minħabba mard għal kull membru individwali tal-persunal;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jinnota li l-Kumitat naqqas l-ispejjeż medji tal-"away days" tiegħu għal 35 % għal kull parteċipant meta mqabbla mal-2014 u li 218-il persuna biss ħadu sehem fl-avveniment, meta mqabbla ma' 415 fl-2014; jistieden lill-Kumitat jqiegħed fil-mira l-attivitajiet ta' benessri tiegħu sabiex dawn jinkludu kemm jista' jkun membri tal-persunal sabiex jikkontribwixxu għat-titjib ulterjuri tal-benessri tal-persunal; </p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jinnota b'sodisfazzjon it-tendenza ta' tnaqqis fir-rata tas-servizzi tal-interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati - minn 4,3 % fl-2014 għal 3,5 % fl-2015;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tad-data tat-traduzzjoni skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-kumitat interistituzzjonali għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jinnota r-reviżjoni attwali tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-Traduzzjoni li għandha ssir b'mod konġunt mal-Kumitat tar-Reġjuni;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jinnota li r-rata ta' esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni żdiedet għal kważi 10 % fl-2015 minħabba t-trasferiment ta' persunal lill-Parlament skont il-Ftehim; jistieden lill-Kumitat jagħmel valutazzjoni tal-kosteffettività tal-arranġament il-ġdid fis-seħħ;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jilqa' l-qafas strateġiku tal-Kumitat għat-tagħlim u l-iżvilupp, b'mod partikolari l-attenzjoni l-ġdida mogħtija lit-tagħlim mill-kollegi għall-kollegi; jitlob lill-Kumitat jipprovdi segwitu għal dak il-metodu partikolari fir-rapport ta' attività annwali li jmiss tiegħu;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jinnota b'sodisfazzjon kbir l-isforzi u r-riżultati miksuba s'issa fit-titjib tal-marka ambjentali tal-Kumitat u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi  (EMAS); </p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jinnota l-arranġamenti amministrattivi bejn il-Kumitat u l-<span font-style="normal" font-weight="normal">Uffiċċju</span> Ewropew Kontra l-Frodi bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas strutturat għall-kooperazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu tal-informazzjoni;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jilqa' l-informazzjoni dwar il-politika dwar il-bini tal-Kumitat fir-rapport ta' attività annwali tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati b'mod xieraq u ma jkunux eċċessivi;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jinnota l-isforzi u l-kisbiet tal-Kumitat fl-intensifikazzjoni tal-politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jenfasizza, madankollu, li huwa aktar importanti li l-effikaċja tal-opinjonijiet tiegħu dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni tiġi mtejba milli l-viżibilità ġenerali tagħha.</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI</span></p><table border-collapse="collapse" margin-left="3.95pt" width="481.85pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tal-adozzjoni</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>22.3.2017</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Riżultat tal-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>+:</p><p>–:</p><p>0:</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="45.89%" rowspan="1" colspan="3"><p>22</p><p>4</p><p>1</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Membri preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Notis Marias, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Richard Ashworth, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Markus Pieper, Patricija Šulin</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Raymond Finch, Jens Geier, Arne Lietz, Piernicola Pedicini, Lieve Wierinck</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI</span></p><table border-collapse="collapse" margin-left="7.25pt" width="453.60pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="middle" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">22</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">+</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">ALDE</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Martina Dlabajová, Hannu Takkula, Lieve Wierinck</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">GUE/NGL</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">PPE</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Markus Pieper, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Joachim Zeller</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">S&amp;D</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Inés Ayala Sender, Jens Geier, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Arne Lietz, Georgi Pirinski, Derek Vaughan</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Verts/ALE</p></td><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Benedek Jávor, Bart Staes</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><table border-collapse="collapse" margin-left="7.25pt" width="453.60pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="middle" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">4</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">-</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">ECR</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Notis Marias</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">EFDD</p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Raymond Finch, Piernicola Pedicini</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">ENF</p></td><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Jean-François Jalkh</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><table border-collapse="collapse" margin-left="7.25pt" width="453.60pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="middle" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">1</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 0.25pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="double #000000 0.75pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-weight="bold">0</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="double #000000 0.75pt" border-right="solid #000000 0.25pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">ECR</p></td><td border-bottom="double #000000 0.75pt" border-left="solid #000000 0.25pt" border-right="double #000000 0.75pt" border-top="solid #000000 0.25pt" padding="0 7.25pt 0 7.25pt" vertical-align="top" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Richard Ashworth</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="18.75%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="81.25%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Tifsira tas-simboli użati:</p><p>+  :  favur</p><p>-  :  kontra</p><p>0  :  astensjoni</p></Section></Report>