Dokument ta' sessjoni

 

A8-0177/2017

3.5.2017

***

RAKKOMANDAZZJONI

dwar abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022

(14423/2016 – C8-0528/2016 – 2016/0204(APP) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur għal opinjoni: Angelika Mlinar

 

PR_APP

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  6

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  9

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  10

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022

(14423/2016 – C8-0528/2016 – 2016/0204(APP) )

 

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14423/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0528/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u l-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0177/2017 ),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-15 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 (ir-Regolament) li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA). L-għan tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, b'assistenza u b'għarfien espert relatati mad-drittijiet fundamentali biex tappoġġjahom meta jieħdu miżuri u jfasslu strateġiji ta' azzjoni fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom ħalli jirrispettaw għal kollox id-drittijiet fundamentali. Id-dmirijiet fdati lill-Aġenzija jirrigwardaw il-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni u data; l-għoti ta' pariri permezz ta' rapporti u opinjonijiet; u l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-ħolqien ta' kuxjenza dwar id-drittijiet fundamentali.

 

Qafas Pluriennali

 

L-oqsma tematiċi tal-attività tal-Aġenzija huma determinati permezz ta' Qafas Pluriennali ta' ħames snin. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fl-oqsma tematiċi stabbiliti f'dak il-Qafas Pluriennali. Il-programmi ta' ħidma tal-Aġenzija huma adottati kull sena mill-Bord tat-Tmexxija tagħha fl-oqsma tematiċi determinati mill-Qafas Pluriennali u wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni. Wara talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1)(c) u (d) tar-Regolament, l-Aġenzija tista' taħdem barra minn dawn l-oqsma tematiċi, sakemm ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jkunu jippermettu.

 

Il-Qafas Pluriennali attwali (2013-2017) jiskadi fi tmiem l-2017.

 

Fil-5 ta' Lulju 2016 il-Kummissjoni ressqet quddiem il-Kunsill proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022.

 

Il-Kunsill iddeċieda fid-19 ta' Diċembru 2016 li jitlob lill-Parlament Ewropew li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.

 

Oqsma tematiċi

 

Skont l-Artikolu 5(1) tar-regolament tat-twaqqif, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Bord tat-Tmexxija tal-FRA meta tipproponi Qafas Pluriennali ġdid.

 

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għar-reviżjoni tal-Qafas Pluriennali attwali kienu bbażati fuq l-esperjenza istituzzjonali tal-aġenzija sa mill-bidu tagħha fl-2007, inklużi l-provi li jirriżultaw mit-talbiet u l-valutazzjonijiet minn partijiet interessati, l-eżekuzzjoni ta' proġetti tal-FRA u r-riżultati u l-impatti miksuba. F'Settembru 2015 saret konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati fuq l-internet.

 

L-oqsma tematiċi identifikati mill-Bord tat-Tmexxija jikkorrispondu għall-oqsma tematiċi proposti mill-Kummissjoni għall-Qafas Pluriennali għas-snin 2018-2022.

 

  l-aċċess għall-ġustizzja u l-vittmi tal-kriminalità;

  l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

  is-soċjetà tal-informazzjoni u, b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

  kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija;

  il-migrazzjoni, il-fruntieri, l-asil u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti;

  ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata;

  id-drittijiet tat-tfal;

  l-integrazzjoni tar-Rom u l-inklużjoni soċjali.

 

Fl-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill ippropona l-oqsma tematiċi li ġejjin:

 

  il-vittmi tar-reati u l-aċċess għall-ġustizzja;

  ugwaljanza u diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe bażi bħas-sessi, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali jew abbażi tan-nazzjonalità;

  is-soċjetà tal-informazzjoni u, b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

  il-kooperazzjoni ġudizzjarja, ħlief fi kwistjonijiet kriminali;

  il-migrazzjoni, il-fruntieri, l-asil u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti;

  ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata;

  id-drittijiet tat-tfal;

  l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-Rom.

 

Ir-Rapporteur tqis li huwa importanti li fil-qasam tematiku tal-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-Rom, l-Aġenzija se jkollha tiffoka fuq l-anti-Żingariżmu, (razziżmu dirett lejn ir-Rom u l-kawża bażika tad-diskriminazzjoni u l-emarġinazzjoni).

 

Ir-Rapporteur jiddispjaċiha bil-kbir minħabba n-nuqqas ta' qbil li hemm fil-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-oqsma tematiċi tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-Qafas Pluriennali l-ġdid.

 

L-inklużjoni tal-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fil-Qafas Pluriennali ma tirriflettix biss il-bżonnijiet fuq il-post, iżda wkoll jippermetti li l-Aġenzija tipprovdi analiżi komprensiva fuq inizjattiva proprja f'oqsma li huma rilevanti b'mod ovvju għad-drittijiet fundamentali.

 

Barra minn hekk jibgħat ukoll sinjal li l-UE tieħu ħsieb l-aspetti tad-drittijiet fundamentali tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, inkluż fi kwistjonijiet kriminali, xi ħaġa li hija mixtieqa u mistennija, kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-komunità tad-drittijiet tal-bniedem kif muri fil-konsultazzjoni tal-partijiet interessati mwettqa mill-Aġenzija.

 

Fin-nuqqas ta' Qafas Pluriennali ġdid sal-bidu tal-2018, l-Aġenzija tkun tista' taħdem biss jekk ikun hemm talba speċifika minn istituzzjoni u mhux fuq inizjattiva tagħha stess.

 

Ir-Rapporteur tqis li wieħed mill-aspetti fundamentali tal-ħidma tal-Aġenzija huwa li tipprovdi pariri relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, u li dan jitlob li l-attivitajiet tal-Aġenzija ma għandux ikollhom interruzzjoni.

Għalhekk, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jikkunsidraw bir-reqqa li jemendaw ir-regolament tat-tmexxija tal-FRA sabiex:

 

1.  Jissostitwixxi r-referenza għal "Komunità Ewropea" fir-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("FRA tar-Regolament ta' stabbiliment") b'referenza għal "Unjoni Ewropea" (f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona),

 

2.  Jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-FRA biex tinkludi wkoll kwistjonijiet tal-"ex-tielet pilastru" ("kooperazzjoni tal-pulizija").

 

3.  Itejjeb il-proċeduri għall-governanza u l-funzjonament tal-Aġenzija.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni ġew mistiedna jehmżu dikjarazzjoni f'dan ir-rigward mad-deċiżjoni tal-Kunsill.

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022

Referenzi

14423/2016 – C8-0528/2016 – COM(2016)0442 – 2016/0204(APP)

Data ta' konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni

20.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

16.1.2017

BUDG

16.1.2017

FEMM

16.1.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

30.1.2017

BUDG

31.8.2016

FEMM

1.9.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Angelika Mlinar

14.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.1.2017

12.4.2017

25.4.2017

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Maria Grapini, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karoline Graswander-Hainz, Stefano Maullu, Momchil Nekov, Dariusz Rosati, Marco Valli, Julie Ward

Data tat-tressiq

2.5.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Sophia in 't Veld

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Helga Stevens, Branislav Škripek

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jeroen Lenaers, Stefano Maullu, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Dariusz Rosati, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Momchil Nekov, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Bodil Valero

 

4

-

EFDD

Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni