Dokument ta' sessjoni

 

A8-0186/2017

10.5.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Sophia in 't Veld

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_1recastingam

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  74

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  76

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  78

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali  79

ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN  110

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  112

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  113

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).

( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0465 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0323/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjun tat-8 ta' Frar 2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[3],

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-12 ta' Jannar 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A8-0186/2017 ),

A.  billi, skont il-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jirrigwarda l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal standard ta’ għajxien adegwat tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex jiżguraw li jinżammu l-istandards ta' akkoljenza għoljin tagħhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-aktar esposti qed iħabbtu wiċċhom b'mod sproporzjonat mal-piż ta' wasliet voluminużi ta' migranti u persuni li jfittxu l-asil, b'tali mod li jpoġġi l-akkoljenza tagħhom taħt pressjoni kbira u jirriskjaw aktar deterjorament fil-kwalità tal-istandards offruti. Standards ta' akkoljenza ekwi u għoljin fost l-Istati Membri kollha se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17.

imħassar

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Għandhom ikunu stipulati standards għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta’ ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta’ ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta’ applikanti influwenzati mill-varjetà ta’ kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom.

(10)  Għandhom ikunu stipulati standards għall-akkoljenza tal-applikanti li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta’ għajxien adegwat u kondizzjonijiet ta’ għajxien komparabbli fl-Istati Membri kollha. L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta’ applikanti influwenzati mill-varjetà ta’ kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju.

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, fil-mument meta l-persuna kkonċernata tressaq applikazzjoni jew l-aktar tard qabel il-mument ta’ reġistrazzjoni, bid-drittijiet u bl-obbligi kollha li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza. Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji taċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, ta' kwalunkwe benefiċċju, assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, garanziji ta’ ħtiġijiet speċifiċi, dritt għal reviżjoni jew appell kontra d-detenzjoni jew deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza u tal-proċeduri tal-asil rilevanti.

 

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata għall-finijiet jew għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu Raġuni ta' dan it-tip tista' tkun, pereżempju, li applikant ikollu bżonn jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil membri tal-familja jew qraba stretti oħra li jkunu morda serjament, jew biex jattendi żwiġijiet jew funerali ta' membri tal-familja jew qraba stretti oħra. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(13)  L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ].

 

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-applikanti huma meħtieġa jkunu preżenti fl-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. F'każ li applikant jaħrab mill-Istat Membru u, mingħajr awtorizzazzjoni, jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(14)  L-applikanti huma meħtieġa jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fejn jagħmlu l-applikazzjoni jew fl-Istat Membru fejn jiġu trasferiti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin]. Meta applikant jaħrab u jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, huwa vitali, sabiex tiġi żgurata Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li taħdem tajjeb, li l-applikant jiġi rritornat malajr lejn l-Istat Membru fejn ikun marbut li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

 

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

imħassar

 

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku.

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, għall-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, jew biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab meta jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet rilevanti li hemm riskju serju u imminenti li applikant jaf jaħrab, jenħtieġ li l-Istati Membri, meta meħtieġ, ikunu jistgħu jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun marbut ikun preżenti, jew, f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun marbut ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. Fejn l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku.

 

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Meta jkun hemm raġunijiet biex jitqies li jkun hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom jitolbu li l-applikanti jirraportaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' spiss skont kemm meħtieġ sabiex isir monitoraġġ tal-applikant b'tali mod li ma jaħrabx. Sabiex jiskoraġġixxu lill-applikanti milli jaħarbu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss.

(17)  Meta jkun hemm raġunijiet speċifiċi u oġġettivi biex jitqies li jkun hemm riskju serju u imminenti li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu jistgħu, fejn ikun meħtieġ, proporzjonat u ġġustifikat kif jixraq wara valutazzjoni individwali mwettqa minn awtorità ġudizzjarja, jitolbu lill-applikanti jirraportaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' spiss skont kemm meħtieġ sabiex isir monitoraġġ tal-applikant b'tali mod li ma jaħrabx. Sabiex jiskoraġġixxu lill-applikanti milli jaħarbu, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħtu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, meta l-applikant ikun intitolat għal dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, in natura biss. L-applikanti għandhom ukoll ikunu jistgħu jappellaw kontra deċiżjonijiet li jitolbuhom jirrappurtaw quddiem l-awtoritajiet kompetenti.

 

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

(18)  Kwalunkwe restrizzjoni fuq il-libertà ta' moviment tal-applikant għandha tkun adottata biss bħala l-aħħar miżura u jeħtieġ li tkun ibbażata fuq id-deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja, li tqis l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, inkluż kull ħtieġa ta' akkoljenza speċifika ta' applikanti u l-prinċipji ta' neċessità u ta' proporzjonalità. L-applikanti għandhom ikunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ ukoll li jiġu pprovduti bil-possibbiltà ta' appell jew ta' rieżami kontra tali deċiżjonijiet.

 

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti.

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita b'mod strett, bi qbil mal-istandards żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, bħala li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti. Id-dħul irregolari, in-nuqqas ta' indirizz jew ta' dokumenti li jagħtu prova tal-identità ta' applikant mgħandhomx jikkostitwixxu kriterji validi għad-determinazzjoni tar-riskju ta' ħarba.

 

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m’għandiex tinżamm f’detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta’ neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta’ tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut huwa għandu jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju quddiem awtorità ġudizzjarja nazzjonali.

(20)  Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostanti li persuna m’għandiex tinżamm f’detenzjoni għall-unika raġuni li huwa jew hija qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. L-applikanti jistgħu jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar stipulati fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta’ neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta’ tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva għandha tkun ordnata bil-miktub biss minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi u jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni li timponi detenzjoni tinkludi riferiment għall-kunsiderazzjoni tal-alternattivi disponibbli u r-raġunijiet li minħabba fihom ma setgħux jiġu applikati effettivament. Meta applikant jinżamm detenut huwa jew hija għandu jkolluhom aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħar-rimedju ġudizzjarju u d-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jeħtieġ li jkun hemm riskju ppruvat li l-applikant jista' jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

(21)  Meta applikant jiġi assenjat post ta' residenza speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu, jeħtieġ li jkun hemm riskju ppruvat, iġġustifikat b'mod individwali, imminenti u serju li l-applikant jista' jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, trid issir attenzjoni speċjali sabiex it-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonali u jintemm hekk kif l-obbligu tal-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġuni biex wieħed jemmen li mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. L-applikant ukoll irid ikun konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru, b’mod partikolari permezz tal-provvediment ta’ akkomodazzjoni adattata għat-tfal, u tal-kura fiżika u emozzjonali tagħhom, li kollha għandhom jiġu pprovduti b'mod li jħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom Detenzjoni jew kwalunkwe restrizzjoni ta’ tfal, kemm jekk mhux akkumpanjati jew fil-familji, qatt mhi fl-aħjar interess tagħhom u dejjem tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tat-tfal. Din għalhekk għandha tkun ipprojbita.

 

 

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu aċċess sħiħ u mingħajr ħlas għal servizzi tas-saħħa meħtieġa li għandhom jinkludu, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u primarja, kura tal-ommijiet u trattament essenzjali għall-mard, inklużudisturbi mentali serji bħal disturbi post-trawmatiċi relatati mat-tensjoni, u aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva. Sabiex tingħata tweġiba għat-tħassib relatat mas-saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u jiġu salvagwardjati s-saħħa u d-drittijiet tal-applikanti individwali, jenħtieġ li l-aċċess tal-applikanti għas-servizzi tas-saħħa jinkludi wkoll kura preventiva fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u trattament mediku preventiv, bħat-tilqim u kura sekondarja. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għall-applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, bi qbil mal-linji gwida żviluppati b'mod konġunt mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

 

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

(32)  L-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' għajxien adegwat għall-applikanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċifiċi. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti li jkunu esperjenzaw vjolenza sesswali jew abbażi tas-sess tagħhom, b'mod partikolari n-nisa, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. Tali applikanti jenħtieġ li jitqiesu bħala persuni bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċifiċi.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja għandu jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. Għaldaqstant, id-definizzjoni għandha tinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla fit-territorju tal-Istati Membri.

(33)  L-ambitu tad-definizzjoni ta' membru tal-familja jenħtieġ li ma jkunx diskriminatorju u jenħtieġ li jirrifletti r-realtà tat-tendenzi migratorji attwali, li skonthom l-applikanti ta' spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu mtawwal ta' żmien fi tranżitu. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjoni ta’ membru tal-familja, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ familja. Għalhekk għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi differenti tad-dipendeza u l-attenzjoni partikolari li għandha tingħata għall-aħjar interessi tat-tfal, filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tal-protezzjoni ta’ applikanti nisa li huma vittmi ta’ żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri jew żwieġ furzat. Jenħtieġ li ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-koppji mhux miżżewġin minħabba raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru.

 

 

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. ï

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet, inklużi restrizzjonijiet settorjali, restrizzjonijiet fuq il-ħin tax-xogħol jew formalitajiet amministrattivi mhux raġonevoli, li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jieħdu passi effettivi biex jiżguraw li d-dħul ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali fis-suq tax-xogħol ma jinkisibx permezz ta' tnaqqis tas-salarji applikabbli, li mbagħad jista' jwassal għal prattiki ta' dumping tal-pagi. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli. ï

 

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata.

(35)  Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun ipprovdut lill-applikant mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data ta’ meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun saret.

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

(39)  Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  Applikanti li ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal Karta Blu tal-UE skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol għandhom ukoll jitħallew japplikaw għal permess ta’ residenza għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ studenti jew proġetti edukattivi u au pairing skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

 

 

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 40b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b)  Il-ħiliet lingwistiċi huma indispensabbli sabiex ikun żgurat li l-applikanti jkollhom livell ta' għajxien adegwat. It-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat iżid l-awtodipendenza u l-possibilità ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti. Huwa jikkostitwixxi wkoll deterrent kontra movimenti sekondarji. Jenħtieġ għalhekk li jingħata aċċess effettiv għall-korsijiet lingwistiċi lill-applikanti kollha mid-data meta ssir l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.

 

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f’din id-Direttiva.

(41)  Sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu f'konformità mal-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta' dawn il-kundizzjonijiet, inkluż mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti essenzjali li mhumiex ikel bħal oġġetti sanitarji, apparati mediċi jew materjal edukattiv. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta' referenzi relevanti biex jiżguraw standards ta' għajxien adegwati għaċ-ċittadini, bħal benefiċċji ta' introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta' qgħad u benefiċċji ta' assistenza soċjali. Dan ma jfissirx li l-ammont mogħti għandu jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta' akkoljenza, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha.

(42)  L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta' applikant u jitolbu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità jew l-integrita personali tiegħu, inkluż il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċifiċi tal-applikant. L-applikanti ma għandhomx ikunu meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta wkoll billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn l-akkomodazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali li mhumiex ikel ipprovduti fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew vawċers jistgħu jiġu sostitwiti b'kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti in natura u ċ-ċirkustanzi li fihom il-gratifiki għal kull jum jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja adegwat għall-applikanti kollha.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddikjarat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(49)  Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards komuni dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddikjarat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

Ġustifikazzjoni

Standards minimi komuni fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza huma vitali sabiex jiġu skoraġġiti l-movimenti sekondarji tal-migranti irregolari.

 

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali": tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu [4(2)(a)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri];

(1)  "applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali": tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu [(2)(7)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar];

 

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "applikant": tfisser applikant kif definit fl-Artikolu [4(2)(b)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri];

(2)  "applikant": tfisser applikant kif definit fl-Artikolu [(2)(8)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar] ;

 

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "membri tal-familja": tfisser membri tal-familja kif definit fl-Artikolu [2(9)] tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Ikkwalifikar];

(3)  "membri tal-familja" tfisser membri tal-familja kif definit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin];

 

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali": tfisser kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-applikanti fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom, bħal oġġetti sanitarji, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f’vawċers, jew kombinazzjoni tat-tlieta, u konċessjoni għal spejjeż ta’ kuljum;

(7)  "kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali": tfisser kundizzjonijiet ta' akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ u oġġetti oħrajn essenzjali mhux tal-ikel li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-applikanti fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom, bħal oġġetti sanitarji, apparat mediku jew materjal edukattiv, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f'vawċers, jew kombinazzjoni tat-tlieta, u konċessjoni għal spejjeż ta' kuljum;

 

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "standard ta' għajxien adegwat": tfisser il-kwalità tal-ħajja b’tali mod li jiġu ggarantiti s-saħħa u l-benesseri għall-applikant u għall-familja tiegħu, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ikel, il-ħwejjeġ, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali meħtieġa;

 

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

(10)  "ħarba"; tfisser azzjoni deliberata ta’ applikant bl-għan li jevita l-proċeduri applikabbli ta’ asil billi ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet rilevanti;

 

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza bil-provi ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi, bi qbil mal-istandards żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mad-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab, imma ma tinkludix kriterji bħal sempliċement li l-persuna hija applikant fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], jew in-nazzjonalità tal-persuna, li huma ta' natura ġenerali;

 

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  “applikant bi ħtiġijiet ta’ akkoljenza speċjali”: tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

(13)  “applikant bi ħtiġijiet ta’ akkoljenza speċifiċi”: tfisser applikant li huwa meqjus li jeħtieġ kondizzjonijiet jew garanziji speċifiċi sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, li potenzjalment jaqgħu taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin: applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, nisa mhux f'koppja, tfajliet adolexxenti, familji mmexxija minn nisa, persuni lesbjani, omosesswali, bisesswali, transġeneru u intersesswali, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, vittmi ta' żwieġ tat-tfal, żwieġ bikri jew furzat, persuni li ma jemmnux, apostati u minoranzi reliġjużi, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali, inklużi disturbi minn stress postrawmatiku, u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, immotivata minn preġudizzju, sesswali jew abbażi ta' sess, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

 

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Din id-Direttiva ma tapplikax meta tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE .

imħassar

__________________

 

31 Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalita' ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 1).

 

 

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għall-minorenni kollha mhux akkumpanjati mill-mument tal-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru sal-mument tal-kwalifika tagħhom bħala rifuġjati jew l-għoti ta' status ta' protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ikkwalifikar], jew l-għoti ta' xi forma oħra ta' protezzjoni umanitarja, jew it-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz, skont l-aħjar interessi tagħhom, taħt id-dritt nazzjonali.

 

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-applikanti u l-qraba stretti tagħhom dipendenti fuqhom li huma preżenti fl-istess Stat Membru , jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-applikanti u l-membri tal-familja tagħhom jew qraba stretti oħra li huma preżenti fl-istess Stat Membru, jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

 

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b’xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] .

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti, fiż-żmien meta l-persuna kkonċernata tagħmel applikazzjoni jew l-aktar tard qabel il-mument ta’ reġistrazzjoni, bi kwalunkwe benefiċċju stabbilit u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw konnessi mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza. Bħala minimu, għandhom jindikaw fl-informazzjoni pprovduta, liema kundizzjonijiet ta' akkoljenza l-applikanti huma intitolati għalihom, il-konsegwenzi ta' ħarba, ir-raġunijiet għad-detenzjoni, ir-raġunijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta' kwalunkwe kundizzjoni materjali ta' akkoljenza u d-dritt ta' appell tal-applikant kontra d-detenzjoni jew deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni, it-tnaqqis jew l-irtirar tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza. L-informazzjoni minima għandha tinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti għaċ-ċirkostanzi personali tal-applikant li tista’ tirriżulta f’li l-applikant jitqies bħala applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi jew li jkun jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali kif previst f’din id-Direttiva u [fir-Regolament dwar il-Proċeduri] rispettivament.

 

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kundizzjonijiet ta’ lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika, assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kundizzjonijiet ta’ lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.

 

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u tintuża formola standard li tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f’lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub, b'mod konċiż, trasparenti, jinftiehem u faċilment aċċessibbli, u jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi abbażi ta' formola standard li għandha tiġi żviluppata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u f'lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment maħsub li jifhem. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija bil-fomm u f’forma viżiva permezz ta’ filmati jew stampi, u għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet tal-minorenni jew persuni bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi, u għandha tqis iċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant.

 

 

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu;

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar mingħajr dewmien, meta l-preżenza tal-applikant hija rekwiżita fi Stat ieħor. Dan jinkludi ċirkostanzi fejn applikant jeħtieġ li jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

 

(a)   għal trattament mediku;

 

(b)   biex iżuru qraba f’każijiet partikolari, bħal żjarat lil membri tal-familja jew qraba stretti oħra li huma morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta’ membri tal-familja jew qraba stretti oħra;

 

(c)  f’każijiet fejn l-applikanti jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, sabiex jagħmlul-ivvjaġġar essenzjali għal skopijiet ta’ xogħol;

 

(d)   fejn hemm rekwiżit li l-applikanti jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikuli tal-istudju;

 

(e)   il-minorenni għandhom bżonn jivvjaġġaw ma’ foster family.

 

Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet jew għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Id-dokument tal-ivvjaġġar għandu jippermetti diversi daħliet mill-ġdid fit-territorju tal-Istat Membru emittenti fi żmien il-perjodu ta’ validità tiegħu.

 

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li l-applikanti jipprovdu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew jimponu obbligi amministrattivi oħra fuq applikanti għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew fuq il-bażi waħdanija ta’ nazzjonalità tal-applikant, qabel ma jingħataw id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva.

 

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – test introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku bħal ċentru ta' akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew binjiet oħra li jiġu adattati biex jakkomodaw l-applikanti, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi definiti mid-dritt nazzjonali u ta' deċiżjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

 

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin];

imħassar

 

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, b'mod partikulari:

(d)  biex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab fejn ikun ġie stabbilit mill-awtoritajiet rilevanti li hemm riskju ta' ħarba, b'mod partikulari:

 

 

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; or

–  għall-applikanti li deliberatament ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] sabiex jevitaw il-proċeduri tal-asil applikabbli, u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; or

 

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab.

3.  Meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed iqis li hemm riskju li applikant jista' jaħrab, l-Istati Membri jistgħu, meta meħtieġ u proporzjonat u fuq il-bażi ta' deċiżjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji, jitolbu lill-applikant jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti, jew jidher quddiemhom fiżikament, mingħajr dewmien jew fi żmien speċifikat ta' spiss skont kemm meħtieġ biex jipprevjenu b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab iżda mhux iktar minn darba kull jum ta' xogħol. Deċiżjoni bħal din għandha tkun suġġetta għal appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 25.

 

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta’ residenza tagħhom. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza tagħhom u li jirrisjedu xi mkien ieħor. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod oġġettivt u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi.

 

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.

5.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post ta' residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom jew b'numru tat-telefon jew, fejn applikabbli, bl-indirizz tal-posta elettronika fejn ikunu jistgħu jinqabdu u jinnotifikaw kull tibdil fin-numru tat-telefon jew fl-indirizz tal-posta elettronika jew fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.

 

 

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni.

8.  L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, meta rilevanti, fil-liġi fi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan l-Artikolu. L-applikanti għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-miktub, f'lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment maħsuba li jifhmu b'mod konċiż, trasparenti, jinftiehem u faċilment aċċessibbli, u jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi, bl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 25 u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformita mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni.

 

 

 

 

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu persuna f’detenzjoni għall-unika raġuni li hija applikant.

1.  L-Istati Membri m’għandhomx iżommu persuna f’detenzjoni għall-unika raġuni li hija applikant jew fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-applikant. Id-detenzjoni għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, għandha tkun strettament meħtieġa għall-fini li tiżgura t-twettiq ta' obbligu speċifiku u konkret li għandu l-applikant, għandha tintemm hekk kif l-obbligu speċifiku u konkret jkun twettaq, u ma għandiex tkun ta' natura punittiva.

 

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-applikanti ma għandhomx jiġu detenuti qabel ma ssir valutazzjoni tal-bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 21.

 

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata.

2.  Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u bi dritt li fuqhom hija bbażata. Hija għandha wkoll tinkludi riferiment għall-kunsiderazzjoni tal-alternattivi disponibbli u r-raġunijiet li minħabba fihom ma setgħux jiġu applikati effettivament.

 

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżami ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio u/jew fuq talba tal-applikant. Meta jitwettaq ex officio tali eżami għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq talba tal-applikant, huwa għandu jiġi deċiż mill-aktar fis possibbli wara t-tnedija tal-proċedimenti rilevanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-perjodu li fih għandhom jitwettqu l-eżami ex officio u/jew l-eżami fuq talba tal-applikant.

imħassar

 

 

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f’intervalli raġonevoli ta’ żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b’mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista’ jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni.

5.  Id-detenzjoni għandha tiġi eżaminata minn awtorità ġudizzjarja f’intervalli raġonevoli ta’ żmien, ex officio u/jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat, b’mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi relevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista’ jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. Meta, b’riżultat tar-rieżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih.

 

 

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet ta’ eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f’isem l-applikant.

Fil-każijiet ta’ eżami ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(2) sa (6).

 

 

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif ammess jew permess skont il-liġi nazzjonali li l-interessi tagħhom ma jkunux f’kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f’kunflitt potenzjali mal-interessi ta’ dawk tal-applikanti.

imħassar

 

 

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw :

imħassar

(a)  biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew

 

(b)  biss permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew konsulenti oħrajn nominati speċifikament mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lil applikanti.

 

 

 

 

 

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri jistgħu wkoll:

imħassar

(a)  jimponu limiti taż-żmien u/jew monetarji dwar l-għoti ta’ assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b’mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali;

 

(b)  jipprovdu li, fir-rigward ta’ tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m’għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f’materji li jikkonċernaw l-assistenza legali.

 

 

 

 

 

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

imħassar

 

 

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Il-proċeduri għal aċċess għall-assistenza legali u r-rappreżentanza għandhom ikunu stipulati fil-liġi nazzjonali.

imħassar

 

 

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, tal-applikanti f’detenzjoni li jkollhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali għandha tkun it-tħassib ewlieni tal-awtoritajiet nazzjonali.

1.  Is-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, tal-applikanti f’detenzjoni li jkollhom bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi għandha tkun it-tħassib ewlieni tal-awtoritajiet nazzjonali.

 

 

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali jinżammu f’detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża saħħithom.

Meta applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi jinżammu f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari u jingħata appoġġ adegwat li jikkunsidra l-qagħda partikolari tagħhom, inkluża s-saħħa fiżika u mentali tagħhom.

 

 

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-minorenni għandhom jinżammu biss f’detenzjoni bħala miżura aħħarija u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b’mod effettiv. Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta’ żmien u għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minorenni jinħelsu u jitqiegħdu f’akkomodazzjoni adatta għal tali minorenni.

Il-minorenni ma għandhomx jiġu detenuti; L-Istati Membri għandhom minflok jistabbilixxu arranġamenti ta’ kura xierqa u jipprovdu akkomodazzjoni lil minorenni u lil familji bi tfal minorenni skont l-Artikolu 22(5) filwaqt li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun qed tiġi eżaminata.

 

 

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aħjar interessi tal-minorenni, kif imsemmi fl-Artikolu 22 (2), għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri.

L-aħjar interessi tal-minorenni, kif imsemmi fl-Artikolu 22 (2), għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri. Arranġamenti xierqa ta' indukrar u miżuri ta' akkoljenza għat-tfal minorenni u għall-familji tagħhom għandhom ikunu bbażati fil-komunità, ikunu l-inqas intrużivi possibbli u jirrispettaw id-dritt għall-privatezza u għall-ħajja tal-familja.

 

 

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-minorenni jkunu detenuti, id-dritt għal edukazzjoni jrid ikun assigurat u huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta’ rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.

imħassar

 

 

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jinżammu f’detenzjoni biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Għandu jsir kull sforz biex il-minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu detenuti jinħelsu malajr kemm jista’ jkun.

imħassar

Il-minorenni mhux akkumpanjati m’għandhom qatt jinżammu f’akkomodazzjoni f’ħabs.

 

Sakemm ikun possibbli, minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw akkomodazzjoni f’istituzzjonijiet li jkollhom persunal li jqis id-drittijiet u ï l-ħtiġijiet tal-persuni tal-età tagħhom u l-faċilitajiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati.

 

Meta jiġu detenuti minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu akkomodati b'mod separat mill-adulti.

 

 

 

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Familji detenuti għandhom ikunu provduti b’akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa.

imħassar

 

 

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta applikanti nisa jiġu detenuti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jiġu akkomodati separatament mill-applikanti irġiel, ħlief jekk dawn tal-aħħar ikunu membri ta’ familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti rġiel u nisa detenuti jiġu akkomodati separatament, ħlief jekk dawn ikunu membri ta' familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.

 

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, paragrafu 4 u l-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew fiż-żona ta' transitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

6.  F'każijiet ġustifikati kif xieraq u għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, meta l-applikant ikun f'detenzjoni fil-fruntiera jew f'żona ta' transitu.

Ġustifikazzjoni

Emendi mmirati lejn il-projbizzjoni tad-detenzjoni tal-minorenni huma intrinsikament marbuta mal-emendi ammissibbli taħt l-abbozz ta’ rapport bl-għan li jissaħħu l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw iċ-ċaħda tal-libertà personali, kif ukoll biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta’ persuni vulnerabbli, fosthom il-minorenni, Din l-emenda hija marbuta mill-qrib mal-Emenda ammissibbli tar-Rapporteur dwar l-Artikolu 8 paragrafu 3(d) (Emenda 31 tal-abbozz ta’ rapport).

 

 

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta’ tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista’ tkun ipprovduta f’ċentri ta’ akkomodazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini. Tali edukazzjoni għandha tingħata għat-tul ta’ żmien kollu tal-preżenza tal-minorenni fit-territorju tal-Istat Membru. Din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni, bħala miżura temporanja sakemm jiġi żgurat aċċess għas-sistemi edukattivi nazzjonali.

 

 

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aċċess għas-sistema edukattiva m’għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew f’ismu/isimha.

2.  L-aċċess għas-sistema edukattiva m’għandux ikun pospost għal iktar minn xahar mill-mument li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun saret.

 

 

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn xahrejn mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata.

 

 

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax.

Meta l-Istat Membru jistabbilixxi li l-applikant ma jkollux dritt għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax.

 

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għamlu jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jipprovdu taħriġ adegwat dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg u n-nondiskriminazzjoni lill-applikanti u lill-awtoritajiet, sabiex jevitaw l-isfruttament fuq il-post tax-xogħol permezz ta' prattiki ta' xogħol mhux iddikjarat u forom oħra ta' sfruttament gravi tal-ħaddiema, u biex jevitaw id-diskriminazzjoni mid-data meta tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjoni.

 

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti jimteliex minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru.

Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, u speċjalment rigward il-livelli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk post tax-xogħol battal setax jimtela, permezz ta' aċċess preferenzjali, minn ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati jew minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn jew minn ċittadini legalment residenti f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri mfassla sabiex jiżguraw li tingħata attenzjoni ikbar liċ-ċittadini tagħhom u liċ-ċittadini tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għas-suq tax-xogħol. Hija tenfasizza wkoll ix-xewqa li jiġu kkunsidrati b’mod xieraq il-problemi relatati mal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Din hija kwistjoni sensittiva ħafna għaċ-ċittadini tal-UE, u l-firmatarji jixtiequ jagħmluha ċara li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess tas-suq tax-xogħol, mhuwa se jkun hemm ebda miżura speċjali jew kwota mfassla sabiex jassistu lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jsibu xogħol b'mod aktar faċli miċ-ċittadini tal-Istati Membri.

 

 

 

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga u t-tkeċċija, il-liv u s-sensja, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

(a)  il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga u t-tkeċċija, is-sigħat tax-xogħol, il-liv u s-sensja, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

 

 

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ħlief għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħrajn relatati mal-edukazzjoni mat-taħriġ vokazzjonali;

(c)  l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

 

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatata mal-impjieg għall-adulti, inklużi korsijiet ta' taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet u esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

 

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  aċċess għal servizzi ta' gwida edukazzjonali u vokazzjonali li jistgħu jingħataw mis-servizzi tal-impjiegi;

 

 

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-aċċess għal xogħol volontarju;

 

 

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika;

imħassar

 

 

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iiI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

imħassar

 

 

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol skont il-paragrafu 1 u li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali tagħhom ikunu ġew miċħuda, il-possibbiltà li japplikaw fil-pajjiż għal permess ta' residenza maħruġ bl-użu ta' format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/20021a f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

 

_____________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).

 

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Fejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol ikun ingħata skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikanti jiġu infurmati bil-miktub dwar id-drittijiet ta’ impjieg tagħhom taħt il-liġi nazzjonali, f’lingwa li jistgħu jifhmu.

 

 

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Korsijiet tal-lingwa

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti aċċess effettiv għal korsijiet tal-lingwa u korsijiet ta' edukazzjoni ċivika mingħajr ħlas mid-data meta tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' korsijiet bħal dawn, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(4) u (5).

 

 

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 15b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Taħriġ vokazzjonali

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti aċċess għal taħriġ vokazzjonali irrispettivament minn jekk huma jkollhomx aċċess għas-suq tax-xogħol. Aċċess għal taħriġ vokazzjonali relatat ma' kuntratt ta' xogħol jaf jiddependi minn kemm l-applikant għandu aċċess għas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 15.

 

 

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta’ ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta’ ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u l-familji tagħhom, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali.

 

 

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifika, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni.

 

 

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdi għalihom il-paragrafu 3, unikament meta l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

 

 

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant.

Jekk Stati Membri jsibu li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali fiż-żmien li dawk il-ħtiġijiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, huma jistgħu jitolbu rimborż mingħand l-applikant.

 

 

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

5.  Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċifika tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

 

 

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din tipprovdi standard adegwat tal-għajxien u tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin:

1.  Meta akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din tipprovdi standard adegwat tal-għajxien. Hija għandha tkun adattata għal applikanti fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom matul il-proċedura tal-applikazzjoni u mgħandhiex tirrikjedi li jagħmlu ċaqliq bla bżonn bejn it-tipi differenti ta’ akkomodazzjoni. Hija għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin:

 

 

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifika meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.

 

 

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali meta tiġi pprovduta akkomodazzjoni.

4.  Meta jipprovdu akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakki u vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk u l-fastidju sesswali u l-forom kollha ta' vjolenza mwettqa abbażi ta' preġudizzju u motiv diskriminatorju relatat mal-karatteristiċi personali tal-vittmi kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1aDirettiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57).

 

 

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet sanitarji separati għall-applikanti nisa kif ukoll post sikur fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għalihom u għat-tfal minorenni tagħhom.

 

 

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw bħala regola ġenerali li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma’ qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru u li jkunu responsabbli minnhom sew jekk bil-liġi jew bi prassi tal-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw bħala regola ġenerali li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċifika ta’ akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma’ qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru u li jkunu responsabbli minnhom sew jekk bil-liġi jew bi prassi tal-Istat Membru kkonċernat.

 

 

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi dawk li jaħdmu f’ċentri ta’ akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma’ kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

7.  Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inklużi l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u dawk li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali inkonnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

 

 

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha.

 

 

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu.

Meta jdur għal dawk il-miżuri eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil mingħajr dewmien, fejn jitniżżlu r-raġunijiet għal dawk il-miżuri. Huwa għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil hekk kif ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ma jibqgħux jeżistu.

 

 

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

imħassar

Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti

 

1.  Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin].

 

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

 

3.  Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa.

 

 

 

 

 

 

 

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż disturbi mentali serji.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa primarja u sekondarja meħtieġa taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini tagħhom mill-mument meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun saret. Din il-kura tas-saħħa għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż disturbi mentali serji u l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva.

 

 

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal minorenni tal-applikanti u l-applikanti li huma minorenni jirċievu l-istess aċċess għall-kura tas-saħħa bħaċ-ċittadini tagħhom li jkunu minorenni. Trattament mogħti skont dan il-paragrafu ma għandux jiġi interrott għall-unika raġuni li l-minorenni joqorbu lejn l-età.

 

 

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet ta’ akkoljenza speċifiċi, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ u servizzi ta' riabilitazzjoni.

 

 

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

1.  Rigward l-applikanti l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2, u fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji:

 

 

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  inaqqsu jew, f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum.

(b)  inaqqsu jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċji għal kull jum, filwaqt li xorta waħda jiggarantixxu standard tal-għajxien adegwat.

 

 

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu [4(2)(i)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]; or

(c)  ikun ressaq applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu [4(2)(i)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]; or

 

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ikun naqas jattendi miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; or

(f)  ikun naqas jattendi intenzjonalment miżuri ta' integrazzjoni obbligatorji; or

 

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

3.  Deċiżjonijiet għal sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifika, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha.

 

 

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifika, kif definit mill-Artikolu 2(13), fil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva.

 

 

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta’ tali bżonnijiet.

Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 20 b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw sistematikament jekk l-applikant hux applikant bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali, bl-assistenza ta' interpretu kkwalifikat fejn meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta' tali bżonnijiet, il-miżuri li għandhom jittieħdu bħala tweġiba u l-awtoritajiet responsabbli għal tali tweġiba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikanti jistgħu jindikaw huma stess li għandhom bżonnijiet speċjali u li dawk l-indikazzjonijiet huma vvalutati.

 

 

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dik il-valutazzjoni għandha tibda malajr kemm jista' jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tista’ tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali jkunu wkoll indirizzati skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil.

Dik il-valutazzjoni għandha tinbeda minn awtorità responsabbli malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn 15-il jum wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, hija għandha titlesta fi żmien 30 jum u jeħtieġ li tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċifiċi jkunu wkoll indirizzati skont din id-Direttiva, jekk dawn jirriżultaw fi stadju iktar tard tal-proċedura tal-asil, jew jekk l-applikant jesprimi talba motivata biex il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi tiegħu jiġu vvalutati mill-ġdid.

 

 

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali skont din id-Direttiva jieħu kont tal-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali tagħhom matul il-proċedura tal-asil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċifiċi skont din id-Direttiva jieħu kont tal-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċifiċi tagħhom matul il-proċedura tal-asil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

 

 

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fejn id-detenzjoni tista' tpoġġi f'riskju l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom, l-applikanti bi bżonnijiet speċifiċi m'għandhomx jiġu detenuti.

 

 

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun imħarreġ u jkompli jitħarreġ biex isib l-ewwel sinjali li applikant jeħtieġ kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċjali u biex jindirizza dawk il-ħtiġijiet meta jiġu identifikati;

(a)  ikun imħarreġ u jkompli jitħarreġ biex isib l-ewwel sinjali li applikant jeħtieġ kundizzjonijiet ta' akkoljenza speċifiċi u biex jindirizza dawk il-ħtiġijiet meta jiġu identifikati;

 

 

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jinkludi infomazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali fil-fajl tal-applikant, flimkien mal-indikazzjoni tas-sinjali msemmija fil-punt (a) kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-tip ta' appoġġ li jista' jkun meħtieġ mill-applikant;

(b)  jinkludi infomazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' akkoljenza speċifiċi fil-fajl tal-applikant, flimkien mal-indikazzjoni tas-sinjali msemmija fil-punt (a) u l-osservazzjonijiet tal-applikant dwar il-ħtieġa li jibbenefika minn appoġġ ta' akkoljenza speċifiku kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-tip ta' appoġġ li jista' jkun meħtieġ mill-applikant;

 

 

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant. u;

(c)  jirreferi lil applikanti għand tabib jew psikoloġista għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-applikanti setgħu kienu vittma ta' tortura, stupru jew forma serja oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika, sesswali, motivata mill-preġudizzju jew vjolenza abbażi tas-sess u li dan jista' jaffettwa l-ħtiġijiet ta' akkoljenza tal-applikant; f’każijiet bħal dawn, it-tabib jew psikologu għandu jitħarreġ fit-twettiq ta’ dawn il-valutazzjonijiet u għandu jkun appoġġat minn interpretu kwalifikat; u;

 

 

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iqis ir-riżultat ta' dak l-eżami meta jiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ ta' akkoljenza speċjali li jista' jingħata lill-applikant.

(d)  iqis ir-riżultat ta' dak l-eżami, inklużi l-osservazzjonijiet tal-applikant dwar il-ħtieġa li jibbenefika minn appoġġ ta' akkoljenza speċifiku, meta jiddeċiedi dwar it-tip ta' appoġġ ta' akkoljenza speċifiku li jista' jingħata lill-applikant.

 

 

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Huma biss l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ speċifiku mogħti skont din id-Direttiva.

4.  Huma biss l-applikanti bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċifiċi li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ speċifiku mogħti skont din id-Direttiva.

 

 

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal.

1.  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jistgħu jaffettwaw lil minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal.

 

 

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi titqies b'mod partikolari l-oriġini tal-minorenni;

(b)  il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi titqies b'mod partikolari l-oriġini tal-minorenni, bħall-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku u billi jitqies ukoll il-bżonn għall-istabbiltà u t-tkomplija fil-kura u fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni;

 

 

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal ikunu vittmi ta' traffikar tal-bnedmin;

(c)  konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li l-minorenni jkunu vittmi ta' xi forma ta' vjolenza jew sfruttament, inkluż it-traffikar tal-bnedmin;

 

 

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minorenni ta’ applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħho kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minorenni ta’ applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minorenni mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li jkun fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati. Għal dik ir-raġuni, u bi qbil mal-prinċipju tal-unità tal-familja, il-ġenituri jew il-kuraturi primarji legali jew abitwali m'għandhomx jiġu detenuti. Il-minorenni u l-familji bi tfal minorenni għandhom jingħataw akkomodazzjoni flimkien, f'postijiet mhux ta' kustodja u bbażati fil-komunità, sakemm l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun qed tiġi eżaminata.

 

 

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru vverifikat ta' reati jew offiżi relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

6.  Dawk li jaħdmu ma' minorenni, inklużi minorenni mhux akkompanjati, ma għandux ikollhom reġistru kriminali, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe reat jew offiża relatati ma' tfal u għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' minorenni mhux akkumpanjati, inkluż dwar kull standard applikabbli ta' salvagwardja tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta' konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

 

 

 

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m’għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

L-Istati Membri għandhom mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jasal fi Stat Membru, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva.  Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa, għandu jirċievi taħriġ kontinwu u xieraq u ma għandux ikollu reġistru kriminali, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe reat jew offiża relatati mat-tfal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu b’mod regolari r-rekords kriminali ta’ gwardjani maħturin sabiex jidentifikaw inkompatibilitajiet potenzjali mar-rwol tagħhom. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m’għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

 

 

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn 20. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan l-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom ikunu infurmati b’mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u li jkun faċilment aċċessibbli, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, kemm oralment u kemm f’forma viżiva, b’mod li jifhmuh it-tfal u f’lingwa li huma jifhmu, dwar min huma dawn l-entitajiet jew persuni u kif jistgħu jressqu lmenti kontra l-gwardjani tagħhom b’fiduċja u sigurtà.

 

 

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mal-wasla tal-minorenni mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jipprovdulhom:

 

(a)  aċċess immedjat għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħall-minorenni ċittadini tagħhom;

 

(b)  l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet, il-proċeduri u l-opportunitajiet ta' protezzjoni tagħhom b'mod adattat għat-tfal u b'lingwa li huma jifhmu. Għal dan l-għan, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu jgħin lill-Istati Membri jipproduċu materjal ta’ informazzjoni għat-tfal dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tagħhom.

 

 

 

 

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara abbażi tas-sess tagħhom, tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għad-danni kkawżati b’tali atti b’mod partikolari aċċess għal servizzi ta’ trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għal ħsara sesswali jew abbażi tas-sess tagħhom, forom oħra ta' vjolenza immotivata minn preġudizzju, tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali oħra jipprovdu minn servizzi integrati u olistiċi ta' riabilitazzjoni għad-danni kkawżati b’tali atti. Dawn is-servizzi għandhom jinkludu b’mod partikolari aċċess għal servizzi ta’ trattament jew kura mediċi u psikoloġiċi adatti kif ukoll konsulenza kkwalifikata, bl-għajnuna ta’ interpretu kwalifikat u fejn meħtieġ. L-aċċess għal dawn is-servizzi għandu jingħata kmieni kemm jista' jkun wara li tkun ġiet identifikata l-vittma.

 

 

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawk li jaħdmu mal-vittmi ta’ tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta’ konfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali, rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

2.  Dawk li jaħdmu mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-professjonisti tas-saħħa responsabbli mill-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom ikunu ħadu u jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġijiet tagħhom u metodi xierqa ta' riabilitazzjoni. Huma wkoll għandhom jintrabtu bir-regoli tal-kunfidenzjalità pprovduti fil-liġi nazzjonali u l-kodiċijiet ta’ etika professjonali applikabbli rigward kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

 

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet konnessi mal-għotja, is-sostituzzjoni, l-irtirar jew it-tnaqqis ta’ benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu lill-applikanti individwalment jistgħu jkunu suġġetti għal appell fi ħdan il-proċedura stipulata fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibilità ta’ appell jew eżami, fil-fatt u bi dritt, quddiem awtorità ġudizzjarja.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet konnessi mal-għotja, is-sostituzzjoni, l-irtirar jew it-tnaqqis ta’ benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 9 li jolqtu lill-applikanti individwalment jistgħu jkunu suġġetti għal appell fi ħdan il-proċedura stipulata fil-liġi nazzjonali. Għandha tingħata l-possibilità ta’ appell jew eżami, fil-fatt u bi dritt, quddiem awtorità ġudizzjarja. Meta deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 9 tapplika għal perjodu itwal minn xahrejn, l-eżamijiet għandhom jitwettqu minn awtorità ġudizzjarja ex officio f’intervalli raġonevoli.

 

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każijiet ta’ appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli fuq talba sa fejn tali għajnuna tkun meħtieġa biex jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja. Dan għandu jinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f’isem l-applikant.

F’każijiet ta’ appell jew eżami quddiem awtorità ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli fuq talba, sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja. Din l-assistenza u rappreżentanza legali għandha tinkludi, tal-anqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, it-tħejjija tal-appell u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f'isem l-applikant.

 

 

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn persuni kwalifikati kif adatt, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali, li l-interessi tagħhom ma jkunux f’kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f’kunflitt potenzjali mal-interessi tal-applikant.

L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandha tingħata minn konsulenti legali jew minn persuni oħra kwalifikati kif adatt, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali biex jassistu jew jirrappreżentaw lill-applikanti, li l-interessi tagħhom ma jkunux f’kunflitt jew li ma jistgħux ikunu f’kunflitt potenzjali mal-interessi tal-applikant. Dawn il-persuni jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi ta’ konsulenza jew rappreżentanza.

 

 

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw :

3.  L-għoti tal-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura tal-appell jista' jiġi eskluż biss fejn:

 

 

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew

(a)  l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti; or

 

 

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  biss permezz tas-servizzi mogħtija minn konsulenti legali jew konsulenti oħrajn nominati speċifikament mil-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lil applikanti.

(b)  l-appell ikun fit-tieni livell tal-appell jew ogħla skont il-liġi nazzjonali kif previst skont il-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew reviżjonijiet tal-appell, u dak it-tieni livell tal-appell jitqies li ma għandu ebda prospettiva tanġibbli ta' suċċess.

 

 

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux disponibbli jekk l-appell jew l-eżami jkunu meqjusa minn awtorità kompetenti li ma jkollhom ebda prospettiva tanġibbli ta’ suċċess. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ma jkunux limitati b’mod arbitrarju u li l-aċċess effettiv tal-applikant għall-ġustizzja ma jkunx ostakolat.

Fejn tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal minħabba li jkun meqjus li l-appell ma għandux prospettiva tanġibbli ta' suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak l-iskop hu jew hi għandu jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

 

 

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu wkoll:

4.  L-Istati Membri għandhom ukoll:

 

 

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jimponu limiti taż-żmien u/jew monetarji dwar l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali;

(a)  jimponu limiti taż-żmien jew monetarji dwar l-għoti ta' assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm limiti bħal dawn ma jillimitawx b'mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jew ifixklu l-aċċess effettiv tal-applikanti għall-ġustizzja;

 

 

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdu li, fir-rigward ta’ tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m’għandux ikun aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f’materji li jikkonċernaw l-assistenza legali.

(b)  jipprovdu li, fir-rigward ta’ tariffi u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti m’għandux ikun inqas favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f’materji li jikkonċernaw l-assistenza legali.

 

 

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż imħallsa jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment jew jekk id-deċiżjoni li ttieħdet biex jingħataw tali spejjeż tkun ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

5.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż sħiħ jew parzjali ta' kwalunkwe spejjeż imġarrba meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

 

 

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-proċeduri għal aċċess għall-assistenza legali u r-rappreżentanza għandhom ikunu stipulati fil-liġi nazzjonali.

6.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi dwar il-modalitajiet għat-tressiq u l-ipproċessar ta' talbiet għall-għoti ta' assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, jew għandhom japplikaw ir-regoli eżistenti għal talbiet domestiċi ta' natura simili, diment li dawk ir-regoli ma jagħmlux l-aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

 

 

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-identità ta’ dawn l-awtoritajiet.

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, pjan ta’ kontinġenza għal sitwazzjonijiet ta’ pressjoni sproporzjonata li jistabbilixxu l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

 

 

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil].

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli riżorsi suffiċjenti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u internazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw il-possibbiltà li jkollhom aċċess tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni permezz ta’ programmi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu Ewropew tal-asil żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil]. Huma għandhom jiżguraw li taħriġ bħal dan jagħti importanza speċjali lill-proċess ta’ identifikazzjoni attiva ta’ bżonnijiet ta’ akkoljenza speċifiċi (l-Approċċ Età, Ġeneru u Diversità) u attivitajiet ta’ prevenzjoni u rispons adegwat fir-rigward tal-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u l-vjolenza immotivata minn preġudizzju, mid-data meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun saret. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), bħal, pereżempju, l-Għodda tal-EASO għall-Identifikazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċifiċi meta jiġu żviluppati tali taħriġ.

 

 

 

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa.

Sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa.

 

 

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin minn dak iż-żmien 'il quddiem.

L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull sentejn snin minn dak iż-żmien 'il quddiem.

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li kienet tinkludi tibdil ta' xi direttivi f'regolamenti armonizzati bis-sħiħ u għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza l-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tad-direttiva eżistenti b'xi armonizzazzjoni ulterjuri. Ir-rapporteur tilqa' l-għażla ta' dan l-istrument legali mill-Kummissjoni iżda tqis li hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni fi ħdan id-direttiva.

L-elementi ewlenin tal-proposta riformulata tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jnaqqsu applikanti għall-asil li jitilqu mill-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom (movimenti sekondarji) billi tipproponi miżuri punittivi u tiżdied l-integrazzjoni ta' applikanti għall-asil. L-abbozz ta' rapport tar-rapporteur jiffoka wkoll fuq it-tnaqqis ta' movimenti sekondarji iżda huwa msejjes fuq inċentivi u mhux fuq miżuri ta' punizzjoni. Fir-rigward tal-integrazzjoni, ir-rapporteur tipproponi aċċess għall-korsijiet tal-lingwa u għas-suq tax-xogħol mill-ewwel jum tal-applikazzjoni, biex jiżdiedu l-awtonomija u l-opportunitajiet ta' integrazzjoni tal-applikanti fis-soċjetà ospitanti. Element kruċjali ieħor f'dan l-abbozz ta' rapport għandu l-għan li jiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-applikanti kollha għal asil jiġu salvagwardjati u biex dan jinkiseb, ir-rapporteur tikkjarifika d-dispożizzjonijiet għal applikanti bi bżonnijiet speċifiċi.

It-tnaqqis tal-movimenti sekondarji

Ir-rapporteur ma taqbilx mal-approċċ ta' punizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni imma taċċetta li jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġu diżinċentivati applikanti għall-asil milli jħallu l-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom. Ir-rapporteur hija tal-fehma li d-dispożizzjoni ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza ta' kwalità għolja, fuq l-istess livell madwar l-UE, se jkunu l-iktar fattur importanti biex jiġu evitati movimenti sekondarji.

L-abbozz ta' rapport iżomm il-possibbiltà li l-libertà ta' moviment tiġi ristretta f'ċerti każijiet speċifiċi għall-prevenzjoni ta' moviment sekondarju, iżda dawn il-każijiet ġew limitati u għadd ta' salvagwardji, bħal stħarriġ ġudizzjarju, ġew miżjuda. Ir-rapporteur tiċċara d-definizzjoni ta' ħarba u tneħħi l-possibilità li jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta' akkoljenza ta' livell aktar baxx (standard ta' ħajja dinjituż). L-abbozz ta' rapport jillimita bil-kbir l-użu tad-detenzjoni u dan se jkun possibbli biss bl-ogħla salvagwardji u taħt kondizzjonijiet stretti.

Integrazzjoni

Ir-rapporteur tqis li l-awtosuffiċjenza u l-possibilitajiet ta' integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti tal-applikanti jiżdiedu tassew jekk dawn ikollhom aċċess għal korsijiet ta' lingwa mill-ewwel jum tal-proċedura.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-perjodu massimu għal aċċess għas-suq tax-xogħol minn applikanti jitnaqqas minn disa' xhur għal sitt xhur. Ir-rapporteur tipproponi li jiġi previst aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u li titneħħa l-possibilità li jintuża test tas-suq tax-xogħol. Il-proposta tar-rapporteur se tfisser li, fil-każ ta' applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom x'aktarx se tintlaqa', se jkunu aktar awtosuffiċjenti mill-bidu nett minħabba li se jkunu jistgħu jiġu integrati b'mod effettiv, jitgħallmu l-lingwa tal-post, u jikkontribwixxu għas-soċjetà li tilqagħhom fi ħdanha.

Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal trattament ugwali tal-applikanti għall-asil ma' ċittadini tal-UE fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tar-rikonoxximent ta' diplomi. Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu korsijiet tal-lingwa mill-bidu tal-proċedura ta' applikazzjoni biex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni għall-applikant fl-Istat Membru fejn ikun qed jgħix.

Biex tiżdied l-integrazzjoni u l-istabbiltà għall-applikanti, ir-rapporteur tintroduċi l-obbligu għall-Istati Membri biex isibu akkomodazzjoni xierqa mill-bidu nett biex b'hekk jiġi evitat li l-applikant jiġi alloġġat f'diversi ċentri ta' akkoljenza u ta' akkomodazzjoni temporanja.

Nissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali

Ir-rapporteur temmen li l-applikanti kollha għall-asil għandhom ikunu siguri matul il-proċess ta' applikazzjoni tagħhom u fattur biex dan jinkiseb hu billi jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-applikanti kollha jiġu mħarsa fi ħdan il-proċess ta' akkoljenza. Miżuri addizzjonali huma meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali ta' applikanti bi bżonnijiet speċjali u r-rapporteur tilqa' l-proposti tal-Kummissjoni għal regoli speċifiċi għal applikanti bi bżonnijiet speċjali, li huma ċċarati ulterjorment fl-abbozz ta' rapport.

Ir-rapporteur tenfasizza l-importanza ta' identifikazzjoni rapida ta' persuni bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza u ta' monitoraġġ matul il-proċedura ta' applikazzjoni, taħriġ ta' persunal fuq l-identifikazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, kundizzjonijiet ta' akkoljenza tat-tfal kif ukoll aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa neċessarja, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi u tas-saħħa mentali.

Barra minn hekk, il-proposta tar-rapporteur tenfasizza l-obbligi tal-Istati Membri skont il-liġi internazzjonali, il-valuri komuni tal-UE kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) biex tipprevjeni u tiġġieled kontra l-vjolenza sesswali u dik abbażi tas-sess, kif ukoll il-forom l-oħra kollha ta' reati ta' mibegħda meta jkunu qed jiġu pprovduti servizzi ta' akkomodazzjoni.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

 

Ref. D(2017)9399

 

 

Claude Moraes

President, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

ASP 13G205

Brussell

 

 

 

Suġġett:   Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) ( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

 

Sur President,

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

 

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

 

F’dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

 

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

 

Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv billi eżaminaw il-proposta ta' tfassil mill-ġdid, u billi qiesu r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk identifikati bħala tali fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti ma' dawk il-bidliet, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom.

 

Bħala konklużjoni, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Frar 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda b’21 vot favur, b'0 voti kontra u b'2 astensjonijiet[4] li jirrakkomanda li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżaminazzjoni tiegħu tal-proposta t'hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 104.

 

 

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

Pavel Svoboda

 

 

 

 

 

 

 

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-12 ta' Jannar 2017

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

COM(2016)465 of 13.7.2016 – 2016/0222(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-22 u d-29 ta' Settembru 2016 kellu laqgħat ddedikati, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat[5], l-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

 

F. DREXLER      H. LEGAL     L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

 

12.4.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni).

( COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri.

 

Il-kwalità tal-istandards ta' akkoljenza hija fundamentali biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-persuni li jfittxu l-asil u għar-rifuġjati, li jaslu f'numri mingħajr preċedent, biex jintegraw b'mod effettiv u b'hekk titnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-pajjiż ospitanti. Madankollu, is-sostenibbiltà tal-proċess kollu tiddependi fuq serje ta' elementi essenzjali, bħal qafas leġiżlattiv li jiffunzjona sewwa u amministrazzjonijiet effiċjenti; impenn politiku deċiżiv minn atturi politiċi u istituzzjonali kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej; koeżjoni soċjali, inklużività u l-benesseri soċjoekonomiku tal-pajjiżi tagħna.

 

Fid-dawl ta' dan, ir-regoli ġodda kollha dwar l-akkoljenza jridu jkunu validi għall-futur, jiġifieri mfassla biex jaħdmu barra mil-loġika tal-emerġenza li sa issa kienet qed tiddefinixxi r-rispons għall-kriżi tar-rifuġjati. Dan huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet biex l-isfida tal-integrazzjoni tiddawwar f'opportunità u riżorsa għas-soċjetà fuq medda twila ta' żmien. Fl-istess ħin, ir-riformi jridu jkunu wkoll realistiċi, validi għall-preżent, jiġifieri kapaċi jqisu kif xieraq is-sitwazzjoni makroekonomika tal-kontinent tagħna wara snin ta' kriżi protratta.

 

Fil-fehma tar-rapporteur, l-għan ta' din l-opinjoni tal-Kumitat EMPL għandu jkun li tiġi ppreżentata valutazzjoni globali dwar jekk il-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija jkunu bbilanċjati sewwa fil-proposta leġiżlattiva taħt skrutinju u joffru xi aġġustamenti skont dan. Valutazzjoni bħal din hija pożittiva biss b'mod parzjali.

 

Ir-rapporteur jilqa' s-sett ta' proposti ambizzjuż fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi mressaq mill-Kummissjoni. It-tnaqqis tal-livell limitu tal-aċċess għas-suq tax-xogħol lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali għal sitt xhur huwa titjib sostanzjali għar-regoli attwali, u huwa koerenti mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol. Huwa jappoġġja wkoll l-inkoraġġiment lill-Istati Membri biex iħaffu aktar dan l-aċċess fejn l-applikanti jkollhom prospetti tajba ta' integrazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa mhuwiex favur il-possibbiltà li jiċċaħħad l-aċċess meta dawn jaqgħu taħt il-proċedura aċċellerata u, għalhekk, bis-suppożizzjoni ta' allegazzjoni infondata. Fl-opinjoni tiegħu, tali dispożizzjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-ispirtu tagħha. Ir-rapporteur jilqa' wkoll il-kjarifiki dwar il-ħtieġa li dan l-aċċess huwa effettiv, u jipproponi żieda lit-test billi jissemmew uħud mill-eżempji ewlenin tal-kundizzjonijiet restrittivi osservati fl-Istati Membri, jiġifieri restrizzjonijiet settorjali u tal-ħinijiet tax-xogħol u formalitajiet amministrattivi eċċessivi.

 

Dispożizzjonijiet ġodda għall-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza huma titjib sinifikanti ħafna għas-sitwazzjoni attwali, u r-rapporteur jaqbel għal kollox mal-proposti mmirati li jiżguraw li l-Istati Membri, b'mod sistematiku, jivvalutaw dwar jekk l-applikant għandux bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza.

 

Fuq nota negattiva, ir-rapporteur ma jaqbel assolutament xejn mal-miżuri mmirati biex inaqqsu movimenti sekondarji billi jċaħħdu kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali lill-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali jekk mhumiex fl-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom skont ir-regoli tal-asil riveduti attwalment. Fl-opinjoni tiegħu, dan jirrappreżenta tnaqqis inaċċettabbli tad-drittijiet tar-rifuġjati meta mqabbel ma' dawk li hemm bħalissa, li b'mod ċar imur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, dan jidher li jissuġġerixxi li l-movimenti sekondarji huma fil-biċċa l-kbira mmexxija mill-kwalità differenti tal-istandards ta' akkoljenza fost l-Istati Membri. Fil-fatt, l-istandards ta' akkoljenza għandhom ikunu mtejba fl-UE kollha. Madankollu, il-korrelazzjoni qawwija bejn, minn naħa, is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Istati Membri, il-prospetti ta' impjieg li dawn jistgħu joffru u l-kwalità ġenerali tas-servizzi tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-preferenzi individwali tar-rifuġjati għall-asil, tidher li hi l-fattur predominanti li jiddetermina dawn il-movimenti sekondarji. Xi pajjiżi ġew esposti b'mod sproporzjonat għal wasliet minħabba raġunijiet ġeografiċi, filwaqt li ġarrbu - għal darb'oħra b'mod sproporzjonat - l-effetti tal-kriżi ekonomika, li rriżultaw fi tnaqqis tar-riżorsi tar-riżorsi pubbliċi disponibbli għall-miżuri ta' akkoljenza. Ir-rata għolja ta' qgħad u l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi terribbli fi Stat Membru jirrappreżentaw impediment għall-għan stess tar-riforma, peress li jnaqqsu l-prospetti ta' integrazzjoni tal-applikanti. Hemm ukoll ir-riskju li l-kompetizzjoni tiżdied fi ħdan is-suq tax-xogħol fil-konfront għaċ-ċittadini lokali u dawk tal-UE, li jista' jwassal għal żieda ulterjuri fis-sentimenti kontra l-immigranti. It-tentattiv li jiġu mblukkati movimenti sekondarji b'approċċ punittiv kontra dawk li jfittxu l-asil, minflok ma tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji, jista' biss jaggrava sitwazzjonijiet diġà diffiċli. Approċċ bħal dan, aktar milli tweġiba razzjonali u funzjonali għal problema kumplessa ħafna, jidher li qed jindika nuqqas kontinwu ta' fiduċja reċiproka u n-nuqqas ta' rieda li tiġi stabbilita sistema ta' asil verament ġusta u ġenwinament Ewropea.

 

Għalkemm ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tar-riformulazzjoni, ir-rapporteur jipproponi modifika għar-regoli dwar id-detenzjoni: minorenni u minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt ikunu detenuti

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b'mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) hija bbażata fuq sistema li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u standards komuni għal proċeduri ta' asil, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u proċeduri u drittijiet ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress sinifikanti li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta' proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza pprovduti lill-applikanti, ir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diverġenzi, flimkien mal-fatt li hemm sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna fl-Istati Membri, jimminaw l-objettiv li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' akkoljenza standardizzati għall-applikanti kollha irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Standards ta' akkoljenza aktar ekwi stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

(5)  Il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jkomplu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri kemm f'termini ta' kif inhi organizzata s-sistema ta' akkoljenza kif ukoll f'termini tal-istandards ipprovduti lill-applikanti. Il-problemi persistenti fl-iżgurar tal-aderenza mal-istandards ta' akkoljenza meħtieġa għal trattament dinjituż tal-applikanti f'ċerti Stati Membri kkontribwew għal piż sproporzjonat fuq ftit Stati Membri bi standards ta' akkoljenza ġeneralment għolja li mbagħad jitpoġġew taħt pressjoni biex inaqqsu l-istandards tagħhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-aktar esposti qed iħabbtu wiċċhom b'mod sproporzjonat mal-piż ta' wasliet voluminużi ta' migranti u persuni li jfittxu l-asil, b'tali mod li jpoġġi l-akkoljenza tagħhom taħt pressjoni kbira u jirriskjaw aktar deterjorament fil-kwalità tal-istandards offruti. Standards ta' akkoljenza aktar armonizzati stabbiliti f'livell xieraq fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar dinjituż u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-UE.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-applikant ma għandux ikun intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17.

imħassar

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju.

(11)  Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mill-konsegwenzi jekk jaħarbu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti b'mod uniformi, malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, bl-obbligazzjonijiet kollha li l-applikanti jridu jikkonformaw magħhom li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, inkluż iċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrestrinġu l-għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u bi kwalunkwe benefiċċju. L-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni permezz ta' interpretazzjoni u traduzzjoni adegwata fejn meħtieġ sabiex l-applikanti jifhmu bis-sħiħ u jkunu konxji ta' drittijiethom u tar-rekwiżiti ġuridiċi li huma jridu jirrispettaw.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta kun hemm raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu, pereżempju, meta applikant inkun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

(12)  Ir-regoli armonizzati tal-UE dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jagħmluha iktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b'mod mhux awtorizzat. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandha tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu. Raġuni bħal din tista' tkun, pereżempju, li applikant ikun jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament, jew biex jattendu żwiġijiet jew funerali ta' qraba stretti. Raġunijiet oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta' applikazzjoni. Applikant irid japplika għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali. Applikant li ma jkunx ikkonforma ma' dan l-obbligu aktarx li, wara li jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin ], ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni u konsegwentement aktarx li jaħrab. Għaldaqstant, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

(13)  Applikant li deliberatament m'applikax għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew, f'każ ta' preżenza legali, fl-Istat Membru ta' residenza legali, aktarx li ma jitħalliex jibqa' fl-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fatt importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista' jaħrab. Sabiex jiġi żgurat li l-applikant ma jerġax jaħrab u jibqa' għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' fejn ikun qiegħed.

imħassar

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew ordni pubbliku, minħabba proċessar malajr u monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, minħabba l-ipproċessar malajr u l-monitoraġġ effettiv tal-proċedura tiegħu biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew sabiex jipprevjenu b'mod effettiv li l-applikant jaħrab, l-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. Din id-deċiżjoni tista' tkun meħtieġa biex tipprevjeni b'mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, b'mod partikolari f'każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex: japplika fl-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari jew legali; jibqa' fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti; jew f'każijiet fejn l-applikant ikun intbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn ikun meħtieġ ikun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll bil-patt li l-applikant ikun joqgħod f'dak il-post speċifiku.

(16)  Minħabba raġunijiet serji ġustifikati b'mod dovut li jirrigwardjaw interess pubbliku jew ordni pubbliku, l-Istati Membri jenħtieġ ikunu kapaċi jassenjaw ir-residenza tal-applikant f'post speċifiku, bħal ċentru tal-akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattat biex jilqa' lill-applikanti. F'każ li l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, dawn il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali għandhom jingħataw ukoll lill-applikant li jkun qed joqgħod f'dak il-post speċifiku.

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikulari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

(18)  Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tal-applikant jeħtieġ li dejjem ikunu mmotivati mill-awtoritajiet kompetenti bbażati fuq l-imġiba individwali u s-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, filwaqt li titqies kull ħtieġa ta' akkoljenza speċjali ta' applikanti u l-prinċipji ta' proporzjonalità. L-applikanti jridu jkunu infurmati kif xieraq b'dawn id-deċiżjonijiet u bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritjaiet rilevanti, inkluż billi jitlaq mit-territorju fejn l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti.

(19)  Fid-dawl ta' konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu f'riskju li jaħarbu, it-tifsira ta' ħarba għandha tiġi definita li tkopri kemm azzjoni deliberata biex jiġu evitati l-proċeduri ta' asil applikabbli kif ukoll iċ-ċirkustanzi fattwali li applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 30

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà tagħhom u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u pprovduta b'mod li tħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

(30)  Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-għaqda tal-familja, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b'attenzjoni speċjali għas-sigurtà, l-akkomodazzjoni u n-nutrizzjoni, il-kura fiżika u emozzjonali, u l-edukazzjoni tagħhom, li lkoll jenħtieġ li jiġu pprovduti b'mod li effettivament jippermetti l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Minorenni mhux akkompanjati jenħtieġ li jkunu protetti b'mod adegwat meta jkunu fl-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' identifikazzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati meta jiżbarkaw, jirreġistrawhom, titwettaq valutazzjoni preliminari u jiġi żgurat riferiment għas-servizzi rilevanti ta' protezzjoni tat-tfal.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 31

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali serji. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Dawn għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

(31)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura medika tal-maternità u servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard u ta' disturbi mentali. Sabiex iwieġbu għat-tħassib ta' saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u s-salvagwardja tal-applikanti individwali, l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa għandu jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħat-tilqim. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jenħtieġ li r-riżultati tal-kontrolli mediċi ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, li għandhom dejjem isiru b'mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Id-dritt ta' applikant għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali skont din id-Direttiva jista' jitnaqqas f'ċerti ċirkustanzi bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, l-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikulari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. Iridu jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikulari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta minorenni jkun fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-minorenni b'aċċess għal attivitajiet edukattivi xierqa sakemm jiġu trasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

(32)  L-Istati Membri, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandhom jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa u standard ta' ħajja dinjituż għall-applikanti kollha skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari billi jipprovdu s-sussistenza u l-ħtiġijiet bażiċi tal-applikant kemm f'termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità kif ukoll f'termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b'attenzjoni partikolari għad-dgħufijiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-kustodju tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikanti bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali. L-Istati Membri jridu jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b'mod partikolari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal u l-aċċess għal edukazzjoni, kif ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kura tat-tfal. Għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-applikanti nisa li jkunu esperjenzaw trawma abbażi tas-sess tagħhom, anke permezz ta' żgurar ta' aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura tal-asil, għal kura medika, appoġġ legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali. Għandu jitqies il-fatt li kull applikant għal asil jista' jkun esperjenza vjolenza fiżika, inkluża vjolenza sesswali, u/jew trawma mentali u għalhekk ikollu bżonn kura xierqa.

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 34

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

(34)  Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet, inkluż restrizzjonijiet għas-settur, restrizzjonijiet għall-ħinijiet tax-xogħol u formalitajiet amministrattivi stretti mhux dovuti, li effettivament ixekklu lil applikant milli jfittex impjieg. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jieħdu passi effettivi biex jiżguraw li d-dħul ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali fis-suq tax-xogħol ma tinkisibx permezz ta' tnaqqis tas-salarji applikabbli, li mbagħad dan jista' jwassal għal prattiki ta' dumping tal-pagi. Sabiex jiżdiedu l-prospetti tal-integrazzjoni u l-awtosuffiċjenza tal-applikanti, l-aċċess immedjat għas-suq tax-xogħol u għall-korsijiet tal-lingwa għandu jiġi mħeġġeġ mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ġiet ippreżentata. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew lil ċittadini ta' pajjiż terz legalment residenti fl-Istat Membru kkonċernat ma għandhomx ixekklu l-aċċess effettiv għall-applikanti lejn is-suq tax-xogħol u għandhom jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-perjodu ta' żmien massimu għall-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jkun allinjat mat-tul tal-proċedura ta' eżami dwar il-merti. Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta' integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess għas-suq tax-xogħol fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ġie prijoritizzat skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom iqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta' żmien kemm jista' jkun bil-ħsieb li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'każijiet fejn l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu aċċess għas-suq tax-xogħol lil applikanti li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali aktarx tkun bla bażi u li tkun ġiet applikata proċedura ta' eżami aċċellerata.

imħassar

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom ikunu intitolati għal sett komuni ta' drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikopru mill-inqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

(36)  Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, huma għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u r-rekwiżiti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. L-applikanti għandhom igawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg għall-adulti, inkluż tagħlim tal-lingwi u korsijiet ta' taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet u l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza li jingħataw mill-uffiċċji tal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u sigurta soċjali.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji u għandhom ikunu kapaċi jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni jista' jkun limitat ukoll billi jiġu esklużi applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Restrizzjonijiet ibbażati fuq "in-natura temporanja possibbli tar-residenza" jonqsu milli jagħtu lill-applikanti li jfittxu l-asil - li huma preżunti bħala rifuġjati tul l-eżami tat-talba tagħhom - "it-trattament l-aktar favorevoli mogħti lil ċittadini ta' pajjiż barrani fl-istess ċirkostanzi", li jmur kontra l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni dwar ir-Rifuġjati.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni li biha applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil, jitlaq mit-territorju fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX32 [ir-Regolament ta' Dublin] jew ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

(10)  "ħarba"; tfisser l-azzjoni deliberata minn applikant, sabiex jevita l-proċeduri tal-asil u ma jibqax għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-qorti jew tat-tribunal;

__________________

__________________

32 ĠU C […], […], p. […].

32 ĠU C […], […], p. […].

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mid-dritt nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

(11)  "riskju ta' ħarba": tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet speċifiċi f'każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u speċifiċi ddefiniti mid-dritt nazzjonali skont il-linji gwida tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, biex wieħed jemmen li applikant jista' jaħrab;

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

(13)  "applikant bi ħtiġijiet ta' akkoljenza speċjali": tfisser applikant li jeħtieġ garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex josserva l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, bħal applikanti li huma minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri singoli bi tfal minorenni, vittmi ta' traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'diżordnijiet mentali u bi problemi ta' saħħa mentali u persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jenfasizzaw fl-informazzjoni pprovduta li l-applikant mhuwiex intitolat għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-istess Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr fejn huwa jkun meħtieġ li jkun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] .

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, mill-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza . Għandhom jindikaw ukoll lill-applikanti l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-possibbiltà ta' sostituzzjoni, tnaqqis jew irtirar tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali stabbiliti fl-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva.

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħrajn jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar mingħajr dewmien, meta l-preżenza tal-applikant hija meħtieġa fi Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għal raġunijiet bħal meta l-applikant jeħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku jew biex iżur qraba f'każijiet partikolari, bħal żjarat lill-qraba intimi li huma morda serjament, jew biex jattendi żwiġijiet jew funerali ta' qraba intimi. Raġunijiet imperattivi oħrajn jistgħu jinkludu każijiet fejn l-applikanti li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ikunu meħtieġa jivvjaġġaw b'mod essenzjali minħabba raġunijiet ta' xogħol, jew fejn l-applikanti jkunu jeħtieġu jivvjaġġaw bħala parti mill-kurrikula tal-istudju jew meta l-minorenni jkunu qed jivvjaġġaw ma' familji tar-rispett. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu dokumentazzjoni mhux meħtieġa jew sproporzjonata jew obbligi amministrattivi oħra fuq l-applikanti qabel ma jikkonċedulhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva għar-raġuni unika li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri, fejn meħtieġ, jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'post speċifiku għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

2.  L-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, b'mod proporzjonat u ġustifikat kif dovut, jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' applikant f'ċentru miftuħ ta' akkoljenza jew f'akkoljenza speċifika għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  għall-applikanti li ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkunu għamlu applikazzjoni hemm; jew

-  għall-applikanti li deliberatament ma jkunux ikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu applikazzjoni fl-ewwel Stat Membru ta' daħla kif stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ikunu vvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor.

-  għall-applikanti li jkunu ntbagħtu lura lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] wara li jkunu ħarbu.

 

Emenda    28

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jekk deċiżjoni amministrattiva ma titteħidx mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata.

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-punti [(a) sa (f)] tal-Artikolu [40(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax.

imħassar

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata, sabiex jiġu integrati u jkunu jistgħu jikkapitalizzaw bis-sħiħ fuq il-kwalifika formali tagħhom u b'hekk jikkontribwixxu lejn is-soċjetà.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu taħriġ adegwat dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg u n-nondiskriminazzjoni lill-applikanti u lill-awtoritajiet, sabiex jevitaw l-isfruttament fuq il-post tax-xogħol permezz ta' prattiki ta' xogħol mhux iddikjarat u forom ta' sfruttament gravi tax-xogħol, u biex jevitaw id-diskriminazzjoni mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b)  il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatata mal-impjieg għall-adulti, inklużi korsijiet ta' taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  aċċess għal servizzi ta' gwida edukazzjonali u vokazzjonali li jistgħu jingħataw mis-servizzi tal-impjiegi;

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività ta' xogħol speċifika;

imħassar

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  skont il-punt (e) ta' dan il-paragrafu billi jiġu esklużi l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

imħassar

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-restrizzjonijiet għal trattament ugwali msemmija fil-punti (ii) u (iii) m'għandhomx jiġi applikati għal minorenni, ġenituri ta' tfal minorenni u kuraturi primarji legali jew abitwali.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 15 għal minorenni (jew għal ġenituri tal-minorenni jew għal kuraturi primarji legali jew abitwali, b'impatt sussegwenti fuq il-minorenni) tikkostitwixxi diskriminazzjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (l-Artikolu 2(1) [nondiskriminazzjoni] flimkien mal-Artikoli 26(1) u (2) [id-dritt għas-sigurtà soċjali] u 28(1)(b) [id-dritt għal aċċess ugwali għal edukazzjoni vokazzjonali]." Artikolu 2 1. L-Istati Partijiet għandhom jirrispettaw u jiżguraw id-drittijiet stabbiliti f'din il-Konvenzjoni lil kull tifel/tifla fil-ġurisdizzjoni tagħhom mingħajr diskriminazzjoni ta' ebda għamla, irrispettivament mir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali, etnika jew soċjali, il-proprjetà, id-diżabbiltà, it-twelid jew status ieħor. "Artikolu 26 1. L-Istati Partijiet għandhom jagħrfu d-dritt ta' kull tifel u tifla li jgawdu minn sigurtà soċjali, inklużi l-assigurazzjoni soċjali, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb it-twettiq sħiħ ta' dan id-dritt skont id-dritt nazzjonali tagħhom. 2. Il-benefiċċji għandhom, fejn xieraq, ikunu mogħtija, b'kunsiderazzjoni għar-riżorsi u ċ-ċirkostanzi tat-tfal u l-persuni li għandhom ir-responsabbiltà għall-manteniment tat-tfal..." "Artikolu 28 1.  L-Istati Partijiet jagħrfu d-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni, u bil-ħsieb li jinkiseb dan id-dritt b'mod progressiv u fuq bażi ta' opportunitajiet indaqs, huma għandhom, b'mod partikolari: (b) Iħeġġu l-iżvilupp ta' forom differenti ta' edukazzjoni sekondarja, inklużi l-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali, jagħmluhom disponibbli u aċċessibbli għat-tfal kollha, u jieħdu miżuri xierqa, bħall-introduzzjoni ta' edukazzjoni bla ħlas u joffru għajnuna finanzjarja f'każ ta' bżonn;"

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tx-xogħol skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokument tal-applikant kif imsemmi fl-Artikolu [29] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jiddikjara li l-applikant ikollu permess jimpjega ruħu bi qligħ.

imħassar

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Fejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol ikun ingħata skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-applikanti jiġu infurmati bil-miktub, b'lingwa li jifhmu, dwar id-drittijiet ta' impjieg tagħhom f'konformità mad-dritt nazzjonali.

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-minorenni u l-familji bi tfal minorenni, il-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza għandhom jiżguraw ukoll standard ta' għajxien adegwat għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. F'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-minorenni u l-familji bi tfal minorenni li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-istess servizzi għall-familji bħat-tfal u l-familji bit-tfal ċittadini tal-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

It-tfal ma jistgħux jiġu pprovduti biss bi standard ta' għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom u jipproteġilhom saħħithom: huma intitolati għal standard tal-għajxien li jippromwovi l-iżvilupp tagħhom (fiżiku, mentali, spiritwali, eċċ.), sabiex ikunu jistgħu jippjanaw il-futur tagħhom [l-Artikolu 27, UNCRC].

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta' applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jew meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

5.  Meta applikant jintalab għal rimborż skont il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta' proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali tal-applikant. Fiċ-ċirkustanzi kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata standard tal-għajxien li jiggarantixxi s-sussistenza tiegħu u jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tiegħu.

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

Tali kundizzjonijiet differenti għandhom fi kwalunkwe ċirkustanza jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa skont l-Artikolu 18 u standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti kollha.

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17a

imħassar

Kundizzjonijiet ta' akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti

 

1.   Applikant ma għandux ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta' akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 17 fi kwalunwe Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ ikun preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin].

 

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' għajxien dinjituż għall-applikanti kollha.

 

3.   Sakemm minorenni jiġi trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri għandhom jipprovdulu aċċess għall-attivitajiet edukattivi xierqa.

 

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa fiżika u mentali meħtieġa li għandha tinkludi, bħala minimu, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard, inkluż disturbi mentali serji.

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Rigward l-applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin], l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

1.  Abbażi ta' deċiżjoni minn awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu, fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2:

 

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] u jkun ivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata u jkun għamel applikazzjoni hemm; jew

(g)  ma jkunx ikkonforma mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta' Dublin] jew ikun ivvjaġġa deliberatament lejn Stat Membru ieħor mingħajr ġustifikazzjoni adegwata; jew

 

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  ikun kiser serjament l-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru fejn huwa jkun applika għall-protezzjoni internazzjonali;

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor.

(h)  ikun intbagħat lura wara li jkun ħarab.

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mill-mument meta minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati jew offiżi relatati mat-tfal. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

L-Istati Membri għandhom, hekk kif minorenni mhux akkumpanjat jagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jieħdu miżuri biex jiżguraw li gwardjan jirrappreżenta u jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati sabiex jgħinuhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-gwardjan maħtur skont l-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jwettaq dawn il-kompiti. Il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu infurmati immedjatament bil-ħatra tal-gwardjan. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq l-obbligi tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni akkumpanjati, skont din id-Direttiva. Il-gwardjan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, kif preskritt fl-Artikolu 22 (2), għal dan il-għan għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u jirċievi taħriġ kontinwu u adegwat, u ma għandux ikollu rekord kriminali verifikat fir-rigward partikolari ta' kwalunkwe reati jew offiżi relatati mat-tfal. Wara l-ħatra tiegħu/tagħha, ir-rekord kriminali tal-gwardjan għandu jiġi rivedut b'mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu identifikati inkompatibilitajiet potenzjali mar-rwol tiegħu jew tagħha. Sabiex ikun assigurat il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni msemmija flArtikolu 22 (2)(b), il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx ikunu maħtura bħala gwardjani.

 

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex il-minorenni mhux akkumpanjati jiġu protetti minn sfruttament u traffikar, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw it-tfal mhux akkumpanjati meta jiżbarkaw, jirreġistrawhom, iwettqu valutazzjoni preliminari tar-riskju rilevanti u jiżguraw li jkunu riferuti lis-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal.

 

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardjani jitpoġġew responsabbli ta' għadd adegwat u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin biex jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom il-kompetenza wkoll li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan l-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw informazzjoni, b'mod u f'lingwa li jifmuhom it-tfal, dwar min huma dawn l-entitajiet jew il-persuni u kif ikunu jistgħu jirrapportaw ilmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'sikurezza u b'mod anonimu.

Ġustifikazzjoni

Meta jissemmew il-kompetenzi li l-gwardjan jenħtieġ ikollu, huwa importanti li jiġi speċifikat, bħal kif tispeċifika d-Direttiva dwar l-Akkoljenza, li dawn il-kompetenzi jkunu jippermettu lill-gwardjan iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha fl-aħjar interessi tat-tfal. Kompetenza bħal din trid tiġi kkombinata ma' taħriġ adatt u kontinwu provdut mill-awtoritajiet kompetenti. Li kandidat għal pożizzjoni ta' tutela ma jkollux rekord verifikat ta' delitti jew offiżi relatati mat-tfal mhux biżżejjed. Delitti jew reati oħra jenħtieġ iwasslu wkoll biex kandidat jitwarrab, peress li l-gwardjan huwa responsabbli għall-benessri ġenerali tal-minorenni mhux akkumpanjat u jenħtieġ, għaldaqstant, ikun persuna b'integrità sħiħa u nadifa. Anki wara l-ħatra, in-natura sensittiva tar-rwol tenħtieġ verifiki regolari tar-rekord kriminali tiegħu/tagħha. L-espressjoni "numru sproporzjonat" tħalli wisq lok għal interpretazzjoni, li tista' twassal għal użu ħażin. Hija teħtieġ tkun aktar preskrittiva: l-espressjoni "għadd adegwat u limitat ta' minorenni mhux akkumpanjati" għandha dan l-għan. Iż-żieda fl-aħħar tas-subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha l-għan li tħeġġeġ u tippermetti lit-tfal biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu fil-monitoraġġ tas-sistemi ta' tutela.

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ u appoġġ adegwat għall-persunal li x'aktarx ser jiltaqa' ma' ħtiġijiet relatati mas-saħħa fiżika u mentali tal-applikanti li jidħlu fis-suq tax-xogħol.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brando Benifei

9.9.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

22.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

9

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Deirdre Clune, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis, Anders Primdahl Vistisen, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Sergio Gaetano Cofferati, Andrejs Mamikins

 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

GUE/NGL

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Yana Toom, Renate Weber

Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Gabriele Zimmer

Pilar Ayuso, Georges Bach, Deirdre Clune, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Sergio Gaetano Cofferati, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Tatjana Ždanoka

 

9

-

ECR

ENF

NI

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Ulrike Trebesius, Anders Primdahl Vistisen

Mara Bizzotto, Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

 

4

0

ALDE

EFDD

PPE

Martina Dlabajová

Laura Agea

David Casa, Romana Tomc

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

Ref: D(2017) 16954

 

 

Is-Sur Claude Moraes

President

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

 

Sur President,

 

Fil-15 ta’ Settembru 2016, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) ġiet proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) — 2016/0222 (COD) . LIBE mbagħad ħatar lis-Sinjura Sophia In’ t Veld bħala rapporteur.

 

Waqt il-laqgħa tagħhom fis-27 ta' Ottubru 2016, il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) iddeċidew li kellha tingħata lill-Kumitat u lir-rapporteur tiegħek, f'forma ta' ittra, opinjoni tal-Kumitat AFET dwar il-proposta msemmija hawn fuq. Fil-kapaċità tiegħi bħala President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, għandi l-pjaċir nibgħatlek din l-opinjoni.

 

Kif speċifikat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta mfassla mill-ġdid tal-Kummissjoni, id-diskrepanzi ta’ proċeduri għall-ażil, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza provduti lill-applikanti, ir-rati ta’ rikonoxximent u bejn l-Istati Membri jeħtieġ li jkomplu jiġu limitati sabiex tiġi stabbilita Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil ġenwina u biex jiġi evitat il-piż amministrattiv u l-kwistjonijiet ta’ sigurtà ikkawżata minn movimenti sekondarji.

 

Għal AFET, huwa ta’ importanza kbira li l-ħolqien ta’ tali sistema komuni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll it-trattament xieraq dwar applikanti l-aktar vulnerabbli, speċjalment il-minorenni mhux akkumpanjati jew jekk fil-familji, ikunu garantiti mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Għal AFET, il-gruppi ta’ nies l-aktar vulnerabbli għandhom jingħataw għajnuna speċjali u aktar protezzjoni umanitarja bħala parti tal-proċess ta’ integrazzjoni tagħhom, għandhom jingħataw prijorità fil-proċeduri ta’ akkoljenza sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi. Huma għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni partikolari kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni waqt il-proċess tal-asil u jiġu pprovduti b’aċċess għal status ta’ residenza u servizzi bażiċi, inkluża l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, f’konformità mal-liġi applikabbli (ara § 14 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ April 2017 dwar “Nindirizzaw il-moviment tar-refuġjati u l-migranti: ir-Rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE).

F’kuntest fejn il-mobilità umana tilħaq livell bla preċedent, b’ 244 miljun migrant internazzjonali, u fil-65.3 b’ 2015 miljun persuni spustati bil-forza minħabba konflitti, vjolenza u destabbilizzazzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà jikkostitwixxi wkoll waħda l-vulnerabbiltajiet prinċipali tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Permezz tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni eżistenti aktar effiċjenti tal-għodda u fuq kollox f’koerenza ma’ strumenti esterni u interni oħra għandhom ikunu fil-qalba tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE b’saħħitha u azzjoni esterna (ara § 2 u § 5 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Novembru 2016 dwar “L-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni”).

 

Kif ġie vvotat mill-Parlament fil-5 ta’ April li għadda, is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha tippermetti wkoll talbiet għal ażil, kif ukoll l-ipproċessar ta’ talbiet għall-asil, li jseħħu barra l-UE jew fil-fruntieri tagħha (cf. § 47 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar “Nindirizzaw il-moviment tar-refuġjati u l-migranti: ir-Rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE

 

Nixtieq ukoll nenfasizza l-importanza li jinbnew sħubijiet mill-qrib, ma’ pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE mir-reġjun tal-Balkani tal-Punent dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ u l-kooperazzjoni biex jiġu ġestiti l-flussi ta’ migrazzjoni fir-reġjun, f’konformità mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (cf. § 50 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar “Nindirizzaw il-moviment tar-refuġjati u l-migranti: ir-Rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE

 

Il-proposta tal-Kummissjoni tiddikjara li hija konsistenti mal-politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni billi jnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari, is-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, kif ukoll l-iżgurar ta’ politika dwar l-asil b’saħħitha u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Madankollu, m’hemm l-ebda referenza li titjieb il-konsistenza, f’konformità mal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bid-delegazzjoni tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi terzi u l-politika tat-tkabbir.

Għalhekk, nixtieq niġbed l-attenzjoni tar-rapporteur, is-Sinjura In’ t Veld, u tal-Membri tal-Kumitat LIBE għal dawn l-aspetti bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament għal riformulazzjoni tad-Direttiva msemmija hawn fuq.

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

David McAllister

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2016)0465 – C8-0323/2016 – 2016/0222(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.9.2016

EMPL

15.9.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

8.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sophia in ‘t Veld

5.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.1.2017

23.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Maria Grapini, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonás Fernández, Karoline Graswander-Hainz, Momchil Nekov, Marco Valli, Julie Ward

Data tat-tressiq

8.5.2017

 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Sophia in 't Veld

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský, Jaromír Štětina

S&D

Tanja Fajon, Jonás Fernández, Monika Flašíková Beňová, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Momchil Nekov, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Bodil Valero

 

9

-

ECR

Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens, Branislav Škripek

EFDD

Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

 

3

0

PPE

József Nagy, Emil Radev, Csaba Sógor

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

[1] ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.
[2] Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
[3] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[4] Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Pál Csáky, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Evelyne Gebhardt, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tiemo Wölken, Tadeusz Zwiefka.
[5] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.