Dokument ta' sessjoni

A8-0188/2017

8.5.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Morten Løkkegaard

Rapporteurs għall-opinjoni (*):

Ádám Kósa, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Keith Taylor, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

(*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

PR_COD_1amCom

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  116

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali  120

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu  205

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni  273

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi  288

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet  320

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  409

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  410

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2015)0615 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0387/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ( A8-0188/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta', u jtejjeb l-aċċessibbiltà u l-prattiċità ta' informazzjoni dwar, prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ("Il-Konvenzjoni"), se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u dan huwa prerekwiżit għal għajxien indipendenti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "L-aċċessibbiltà", "id-disinn għal kulħadd" u "l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi" għandhom jiġu żgurati fil-prodotti, l-għodod, it-tagħmir u s-servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni b'diżabilità.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà ta' xi prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu tagħhom u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. Għal prodotti oħrajn, id-disparitajiet x'aktarx jiżdiedu minħabba d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli, inklużi b'mod partikolari t-teknoloġiji ta' assistenza, u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ transfruntier, il-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi, u l-moviment liberu tal-persuni, inklużi persuni b'diżabilità, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi biex jiġu koperti spejjeż li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni frammentata.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq d-diżabilità meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha. L-Artikolu 19 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u ta' persuni anzjani, li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Aċċessibbiltà aħjar għall-prodotti u għas-servizzi se ttejjeb il-ħajjiet mhux biss tal-persuni b'diżabilità iżda wkoll tal-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali permanenti jew temporanji oħra, bħall-persuni anzjani, in-nisa tqal u l-persuni li jivvjaġġaw bil-bagalji. Madankollu, huwa importanti li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi limitat biss għall-persuni b'diżabilità u ma jiġix estiż għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali permanenti u temporanji b'mod ġenerali, sabiex din id-Direttiva ssir konformi mal-Konvenzjoni u biex tiġi żgurata ċertezza ġuridika għall-operaturi ekonomiċi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  Il-prevalenza tad-diżabilità fl-Unjoni Ewropea hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel. In-nisa b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' bosta forom ta' diskriminazzjoni u jħabbtu wiċċhom ma' ostakli sostanzjali fit-twettiq tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tagħhom. Dawn jinkludu vjolenza fiżika, emozzjonali, sesswali, ekonomika u istituzzjonali. Huma jinkludu wkoll diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, li tista' twassal għal iżolament soċjali u trawma psikoloġika. In-nisa huma wkoll affettwati b'mod sproporzjonat mid-diżabilità bħala indukraturi tal-membri tal-familja b'diżabilità u jesperjenzaw diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni aktar spiss mill-irġiel. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, hija meħtieġa azzjoni biex jiġi żgurat trattament ugwali filwaqt li miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u ommijiet ta' tfal b'diżabilità huma dritt fundamentali tal-bniedem u obbligu etiku.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, b'mod li jiffaċilita l-kummerċ u jsaħħaħ l-impjiegi fl-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni jeżiġi lill-Istati Partijiet iwettqu jew jippromwovu riċerka u żvilupp ta', u biex jippromwovu d-disponibbiltà u l-użu tat-teknoloġiji ġodda, inkluż it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-għajnuniet tal-mobbiltà, l-apparati u t-teknoloġiji ta' assistenza xierqa għall-persuni b'diżabilità. Il-Konvenzjoni titlob ukoll li tingħata prijorità lit-teknoloġiji li għandhom prezz raġonevoli.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jsiru sforzi għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw trasport tal-ajru, ferrovjarju, tax-xarabank u permezz ta' passaġġ fuq l-ilma intern. Jenħtieġ li tali sforzi jiffukaw fuq aspetti intermodali bl-għan li tiġi promossa aċċessibbiltà ħielsa mill-ostakoli inklużi aspetti bħall-infrastruttura u l-vetturi tat-trasport.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet urbani jintegraw l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għas-servizzi tat-trasport urban fil-Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) tagħhom kif ukoll li regolarment jippubblikaw listi tal-aħjar prattiki rigward l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli għat-trasport urban pubbliku u għall-mobbiltà.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(15)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà, prekundizzjoni bażika għal parteċipazzjoni fis-soċjetà, bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

__________________

33 COM(2010) 636 .

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u persuni anzjani, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'diżabilità, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a timponi numru ta' obbligi għall-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva. Għalhekk huwa aktar xieraq li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jiġu inklużi f'dik id-Direttiva. Madankollu, fir-rigward ta' siti web u servizzi abbażi ta' apparat mobbli, id-Direttiva 2010/13/UE tkopri biss il-kontenut tal-midja awdjoviżiva. Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża l-arkitettura tas-siti web u ta' servizzi abbażi ta' apparat mobbli u tal-kontenut kollu li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha tkopri rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tagħmir tas-servizzi tat-telefonija u għas-siti web. Din id-Direttiva għandha tkopri wkoll ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-servizzi tat-telefonija sakemm ma jkunux indirizzati f'att ieħor tal-Unjoni. F'dan l-aħħar każ, l-att tal-Unjoni kkonċernat għandu jieħdu preċedenza fuq din id-Direttiva.

__________________

1a Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull prodott u kull servizz irid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

(17)  Kull prodott u kull servizz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jitqiegħed fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont il-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 1(2) ta' din id-Direttiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Anki jekk servizz, jew parti minn servizz, jiġi sottokuntrattat lil parti terza, l-aċċessibbiltà ta' dan is-servizz m'għandux jiġi kompromess u l-fornituri ta' servizzi għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva. Il-fornituri ta' servizzi jenħtieġ li jiżguraw ukoll taħriġ xieraq u kontinwu tal-persunal tagħhom sabiex jiżguraw li dawn ikunu infurmati sew dwar kif jużaw prodotti u servizzi aċċessibbli. Dak it-taħriġ jenħtieġ li jkopri kwistjonijiet bħall-għoti ta' informazzjoni, pariri u reklamar.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(18)  Minn naħa, jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-aktar mod effettiv u ħafif għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa u li jitqiegħdu fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva b'mod effiċjenti, b'mod partikolari billi jitqies it-tul ta' ħajja tat-terminals self-service, tal-magni tal-biljetti u tal-magni taċ-check-in. Jenħtieġ li titqies ukoll il-pożizzjoni speċjali tal-SMEs fis-suq intern. Barra minn hekk, il-mikrointrapriżi, minħabba d-daqs, ir-riżorsi u n-natura tagħhom, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati f'din id-Direttiva jew ikunu obbligati jużaw il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 sabiex jiġu eżentati mill-obbligi ta' din id-Direttiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern, l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jagħmlu użu mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva meta japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà fl-atti legali tal-Unjoni msemmija f'din id-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tbiddilx in-natura obbligatorja jew volontarja tad-dispożizzjonijiet f'dawk l-atti legali l-oħra tal-Unjoni. Għalhekk, din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jintużaw f'konformità ma' dawk l-atti l-oħra, dawk ir-rekwiżiti jkunu l-istess madwar l-Unjoni kollha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tinkludi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal sett speċifiku ta' siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Barra minn hekk, din tipproponi li tistabbilixxi l-bażi għal metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar dwar il-konformità tas-siti web rilevanti mar-rekwiżiti mniżżla f'dik id-Direttiva. Kemm ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà kif ukoll il-metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar inklużi f'dik id-Direttiva, għandhom japplikaw għas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Bl-għan, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-awtoritajiet relevanti jimplimentaw l-istess rekwiżiti ta' aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta' sit web irregolat, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva proposta dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku tas-siti web tas-settur pubbliku li mhumiex koperti minn dik id-Direttiva, jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta, sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ onlajn tal-prodotti u tas-servizzi jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni anzjani, irrispettivament mill-bejgħ pubbliku jew privat tagħhom.

(21)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 tinkludi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal siti web u applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. Madankollu, dik id-Direttiva tinkludi lista speċifika ta' eċċezzjonijiet peress li l-aċċessibbiltà sħiħa ta' ċertu kontenut ta' siti web u ta' applikazzjonijiet mobbli u ta' ċerti tipi ta' siti web u ta' applikazzjonijiet mobbli toħloq piż sproporzjonat. Barra minn hekk, din tistabbilixxi l-bażi għal metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar dwar is-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli rilevanti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva. Kemm ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà kif ukoll il-metodoloġija ta' monitoraġġ u ta' rappurtar inklużi f'dik id-Direttiva, għandhom japplikaw għas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. Bl-għan, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-awtoritajiet relevanti jimplimentaw l-istess rekwiżiti ta' aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta' sit web u applikazzjonijiet mobbli regolati, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva (UE) 2016/2102. L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku tas-siti web u applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku mhux koperti minn dik id-Direttiva, jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ onlajn tal-prodotti u tas-servizzi jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni anzjani, irrispettivament mill-bejgħ pubbliku jew privat tagħhom.

__________________

__________________

34 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku COM(2012) 721.

34 Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Ċerti elementi tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Anness I b'rabta mal-għoti tal-informazzjoni, diġà huma koperti minn atti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport. Dawn l-atti jinkludu r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a u (UE) Nru 1300/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/20111c fir-rigward tat-trasport ferrovjarju; ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1d fir-rigward tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ; u r-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1e fir-rigward tat-trasport marittimu. Sabiex tiġi żgurata konsistenza regolatorja u prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi koperti minn dawk l-atti, ir-rekwiżiti rilevanti skont din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala milħuqa fejn il-partijiet rilevanti ta' dawk l-atti huma rrispettati. Madankollu, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mhumiex koperti minn dawk l-atti, pereżempju r-rekwiżit biex is-siti web tal-linji tal-arju jkunu aċċessibbli, din id-Direttiva għandha tapplika.

__________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

1c Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema "applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri" tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).

1d Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

1e Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b)  Din id-Direttiva hija intiża li tikkomplementa l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni li tkopri l-aspetti li mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 22c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22c)  Id-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti marbuta mad-drittijiet tal-passiġġieri. Meta din id-Direttiva ma tapplikax għal ċerti tipi ta' servizzi tat-trasport, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi japplikaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati f'din id-Direttiva.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, l-aċċessibbiltà għall-ambjent mibni hija prekundizzjoni għat-tgawdija xierqa tas-servizzi relatati mill-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tobbliga lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X. Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jemendaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà tal-ambjent mibni, jekk huma jkunu diġà adottaw liġi nazzjonali li tkopri b'mod adegwat l-ambjent mibni tas-servizzi relatati. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li jkunu applikabbli biss meta tinbena infrastruttura ġdida jew isiru rinnovazzjonijiet sinifikanti.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a)  Meta liġi eżistenti tal-Unjoni tipprovdi għal konformità volontarja b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, din m'għandhiex tiġi emendata minn din id-Direttiva.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Dan huwa l-każ tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,37 li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd".

(24)  Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Dawn l-atti jinkludu d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd".

__________________

__________________

35 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

35 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

36 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) .

36 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

37 Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  L-obbligu li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew huwa stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw ukoll għal ċerti elementi tal-infrastruttura tat-trasport irregolati minn dan ir-Regolament, sa fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva huma kkonċernati u l-infrastruttura u l-ambjent mibni b'rabta ma' dawn is-servizzi huma maħsuba biex jintużaw mill-passiġġieri.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 24b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24b)  Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tbiddilx in-natura obbligatorja jew volontarja tad-dispożizzjonijiet f'dawk l-atti leġiżlattivi l-oħra tal-Unjoni bħall-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE dwar il-kriterji tal-għoti tal-kuntratt, li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw biex jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża. Jekk dawn jiġu kkunsidrati bħala marbuta mas-suġġett tal-akkwist inkwistjoni, jistgħu jiġu inklużi aspetti soċjali possibbli. Din id-Direttiva jenħtieġ għalhekk li tiżgura li, meta r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jintużaw f'konformità ma' dawk l-atti leġiżlattivi l-oħra tal-Unjoni, dawn ir-rekwiżiti jkunu l-istess madwar l-Unjoni kollha.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(25)  L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". Skont il-Konvenzjoni, dak l-approċċ ifisser "id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni kollha, sal-iktar punt possibbli, mingħajr il-bżonn għal adattament jew disinn speċjalizzat". F'konformità mal-Konvenzjoni, "disinn universali" ma għandux jeskludi apparat ta' għajnuna għal gruppi partikolari ta' persuni b'diżabilità meta dan ikun meħtieġ". L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Il-fatt li prodott jew servizz jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma jfissirx awtomatikament li dan jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE1a.

__________________

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 li tikkonċerna apparat mediku (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25b)  Meta jkunu qed jiġu identifikati u klassifikati dawk il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilità li l-prodott jew is-servizz huma intiżi li jissodisfaw, il-prinċipju ta' disinn universali jenħtieġ li jiġi interpretat skont il-Kumment Ġenerali Nru 2 (2014) tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, dwar l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Din id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 billi tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, u b'dan il-mod tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(27)  Din id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 billi tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, u b'dan il-mod tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet relatati mas-sikurezza ta' dik id-Deċiżjoni, bħal dawk relatati mas-sejħiet lura, ma għandhomx jiffurmaw parti minn din id-Direttiva, peress li prodott mhux aċċessibbli mhuwiex prodott perikoluż.

__________________

__________________

38 Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (ĠU L 218, 13/08/2008, p. 82).

38 Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (ĠU L 218, 13/08/2008, p. 82).

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(28)  L-operaturi ekonomiċi kollha li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibbiltà u u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(29)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex tinkiseb aċċessibbiltà mtejba u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn il-manifattur.

(30)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-valutazzjoni tal-konformità kollha. Madankollu, ir-responsabbiltà għal dik il-valutazzjoni m'għandhiex taqa' biss fuq il-manifattur. Awtorità tas-sorveljanza tas-suq imsaħħa jista' jkollha rwol kruċjali fil-proċedura ta' valutazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  L-importauri għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(32)  L-importauri għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, billi jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq kompetenti għat-twettiq tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati.

(36)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati. Madankollu, għandhom ikunu fis-seħħ mekkaniżmi ta' kontroll sabiex jiġi verifikat id-dritt għad-deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36a)  Sabiex jiġi evalwat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponiex piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs, ir-riżorsi u n-natura ta' dawk l-operaturi ekonomiċi u l-ispejjeż stmati tagħhom u l-benefiċċji ta' konformità meta mqabbla mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità. Din l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji jenħtieġ li tqis b'mod partikolari l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku, inkluż in-numru stmat ta' persuni b'diżabilità li jużaw il-prodott jew is-servizz speċifiku, it-tul tal-ħajja tal-infrastruttura u l-prodotti użati fil-forniment ta' servizz u l-firxa ta' alternattivi li huma disponibbli bla ħlas, inkluż minn fornituri ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ma jistgħux jintlaħqu minħabba li jimponu piż sproporzjonat, huma biss raġunijiet leġittimi li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Nuqqas ta' prijorità, ħin jew għarfien m'għandhomx jitqiesu bħala raġunijiet leġittimi.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

__________________

__________________

39 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39a)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet formali għall-istandards armonizzati li huma kkunsidrati bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

(40)  L-istandards Ewropej jenħtieġ li jkunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku kif ukoll l-objettivi politiċi ddikkjarati b'mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar, biex tabbozza standards armonizzati u jkunu bbażati fuq il-kunsens. L-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għalhekk jenħtieġ li jkun biss l-aħħar soluzzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi pereżempju meta l-proċess ta' standardizzazzjoni huwa mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati, li joħloq dewmien fl-istabbiliment ta' rekwiżit li, mingħajr l-adozzjoni ta' standard xieraq, ikun impossibbli li jiġi implimentat, bħall-interoperabbiltà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħalli biżżejjed żmien bejn l-adozzjoni ta' talba lil organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tfassal standards armonizzati u l-adozzjoni ta' speċifikazzjoni teknika relatata mal-istess rekwiżit ta' aċċessibbiltà. Il-Kummissjoni m'għandhiex titħalla tadotta speċifikazzjoni teknika jekk preċedentement ma għamlitx tentattiv sabiex ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jkunu koperti mis-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea. Il-Kummissjoni m'għandhiex tuża l-proċedura għall-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex tevita s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40a)  Bl-għan li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet u standards tekniċi komuni armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva għall-prodotti u għas-servizzi bl-aktar mod effiċjenti, il-Kummissjoni għandha, fejn fattibbli, tinvolvi organizzazzjonijiet Ewropej umbrella tal-persuni b'diżabilità u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 42a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jeżaminaw mill-ġdid il-valutazzjoni f'kooperazzjoni mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lilhom u l-interessi tagħhom.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.

(44)  Din id-Direttiva jenħtieġ li ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Minbarra d-dikjarazzjoni ta' konformità, il-manifattur jenħtieġ li jinforma lill-konsumaturi b'mod kosteffikaċi dwar l-aċċessibbiltà tal-prodotti tagħhom, bl-inklużjoni ta' avviż fuq l-imballaġġ.

__________________

__________________

40 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.

(45)  Jenħtieġ li n-nuqqas ta' konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 3 fih innifsu ma jikkostitwixxix riskju serju skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V.

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V, u jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità b'mod regolari.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48a)  Databases nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi elenkati f'din id-Direttiva jippermettu l-inklużjoni aħjar tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet tagħhom fis-sorveljanza tas-suq.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  L-Istati Membri huma mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti indikati fl-Artikolu 22 jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1) kif ukoll jinkludu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (2) skont il-Kapitolu VI.

(49)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22. Il-valutazzjoni inizjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. Sabiex jiġi vvalutat jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà timponix piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-daqs, ir-riżorsi u n-natura ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-istima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-konformità meta mqabbla mal-istima tal-benefiċċju għall-persuni b'diżabilità. Din l-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji jenħtieġ li tqis b'mod partikolari l-frekwenza u t-tul ta' żmien ta' użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku, inkluż in-numru stmat ta' persuni b'diżabilitajiet li jużaw il-prodott jew is-servizz speċifiku, it-tul tal-ħajja tal-infrastruttura u l-prodotti użati fil-forniment ta' servizz u l-firxa ta' alternattivi disponibbli bla ħlas, inkluż minn fornituri ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jimponux piż sproporzjonat, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biss ir-raġunijiet leġittimi. In-nuqqas ta' prijorità, ta' ħin jew ta' għarfien ma għandhomx jitqiesu bħala raġunijiet leġittimi.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

(50)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din jenħtieġ li tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni kemm mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità kif ukoll mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Premessa 51a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51a)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u l-kriterji li jridu jintużaw meta jiġi vvalutat jekk il-konformità ma' obbligu skont din id-Direttiva timponix piż sproporzjonat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-perjodu li matulu l-operaturi ekonomiċi jeħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun ipprovdilhom prodott jew li lilu jkunu pprovdew prodott u biex tadotta l-linji gwida u tispeċifika aktar il-kriterji speċifiċi li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-prodotti u għas-servizzi kollha koperti b'din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż għandux jitqies sproporzjonat, mingħajr ma timmodifika dawk il-kriterji. Dak il-perjodu jenħtieġ li jiġi speċifikat b'mod proporzjonat għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b'mod sistematiku jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Premessa 51b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effikaċi sabiex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva u b'hekk jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll xierqa, bħall-kontroll a posteriori mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġi vverifikat li l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tkun ġustifikata. Meta jindirizzaw l-ilmenti relatati mal-aċċessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipju ġenerali ta' amministrazzjoni tajba, u b'mod partikolari mal-obbligu li l-uffiċjali jiżguraw li tittieħed deċiżjoni dwar kull ilment li jitressaq f'limitu ta' żmien raġonevoli.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Premessa 52a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji effikaċi u rapidi kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti dwar jekk kuntratt partikolari jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Fid-dawl tal-qafas ġuridiku eżistenti rigward ir-rimedji fl-oqsma koperti bid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, jenħtieġ li dawk l-oqsma jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-infurzar u l-penali. Din l-esklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattati li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Premessa 53a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53a)  Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà skont din id-Direttiva japplikaw għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara d-data ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, inklużi l-prodotti użati importati minn pajjiż terz u mqiegħda fis-suq tal-Unjoni wara dik id-data.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Premessa 53b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53b)  Madankollu, jenħtieġ li l-kuntratti pubbliċi għal provvisti, xogħlijiet jew servizzi soġġetti għad-Direttiva 2014/24/UE jew għad-Direttiva 2014/25/UE, u li jkunu ngħataw qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ikomplu jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, jekk ikun hemm, speċifikati f'dawk il-kuntratti pubbliċi.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Premessa 53c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53c)  Bl-għan li l-fornituri tas-servizzi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju, li matulu l-prodotti użati għall-forniment ta' servizz ma jkollhomx bżonn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta jitqiesu l-kostijiet u ċ-ċiklu twil tal-ħajja tal-magni awtomatiċi tal-ġbid tal-flus, tal-biljetti u taċ-check-in, huwa xieraq li jiġi previst li, meta tali magni jintużaw fl-għoti tas-servizzi, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw sa tmiem il-ħajja ekonomikament utli tagħhom.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Premessa 54a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54a)  L-użu ta' applikazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni abbażi ta' servizzi ta' dejta spazjali jikkontribwixxi għall-moviment indipendenti u sikur tal-persuni b'diżabilità. Jenħtieġ li d-dejta spazjali użata minn tali applikazzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi pprovduta informazzjoni adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu -1

Suġġett

Din id-Direttiva għandha l-għan li telimina u tipprevjeni l-ostakli li jirriżultaw minn rekwiżiti ta' aċċessibbiltà diverġenti għall-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi koperti b'din id-Direttiva fl-Istati Membri. Hija għandha wkoll l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal ċerti prodotti u servizzi.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

1.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]:

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;

(a)  il-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u s-sistemi operattivi inkorporati tiegħu intiżi għall-użu mill-konsumaturi;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  terminals tal-ħlas;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-tagħmir tat-terminals b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tat-telefonija;

(c)  it-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi b'rabta mas-servizzi tat-telefonija;

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-tagħmir tat-terminals b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

(d)  it-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  it-tagħmir għall-qari tal-kotba elettroniċi.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin:

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin ipprovduti wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva]:

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  sistemi operattivi meta dawn ma jkunux inkorporati fil-ħardwer tal-kompjuters u jkunu pprovduti bħala proprjetà intanġibbli lill-konsumaturi;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-servizzi tat-telefonija u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(a)  is-servizzi tat-telefonija u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat;

Emenda    70

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(b)  is-siti web u s-servizzi abbażi ta' apparat mobbli tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-servizzi bankarji;

(d)  is-servizzi bankarji għall-konsumatur;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kotba elettroniċi;

(e)  il-kotba elettroniċi u t-tagħmir relatat użat fl-għoti ta' dawk is-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizzi u l-aċċess għalihom;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE42 għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE.

(a)  kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE, għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE, li jkunu saru jew ingħataw wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];

__________________

42 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew43; u skont ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44.

(b)  it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u skont ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 adottati jew implimentati wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];

__________________

__________________

43 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

44 Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006.

44 Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  proċeduri ta' offerti għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45. 45

(c)  kuntratt għal servizzi pubbliċi li, wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], jingħataw permezz ta' proċeduri ta' offerti kompetittivi jew direttament għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45.

__________________

__________________

45 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46.

(d)  l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, imfassla jew mibnija wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];

__________________

46 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  ir-Regolamenti eżistenti li jittrattaw is-servizzi tat-trasport biex tinkiseb aktar koerenza bejniethom u biex jiġu inklużi aspetti intermodali li huma neċessarji biex tinkiseb l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli; dawk ir-Regolamenti għandhom ikunu l-bażi għal regoli dwar l-aċċessibbiltà għal servizzi ta' trasport u ta' mobilità.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-paragrafu 3 għandu japplika biss għall-prodotti u s-servizzi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Din id-Direttiva ma tapplikax għall-kontenut li ġej ta' siti web u applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli:

(a)   (a) formati ta' fajls tal-uffiċċju ppubblikati qabel ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva];

(b)  servizzi ta' mapep u mmappjar onlajn, jekk l-informazzjoni essenzjali tkun ipprovduta b'mod diġitali aċċessibbli għal mapep maħsuba għal użu ta' navigazzjoni;

(c)   kontenut ta' parti terza li la jkun iffinanzjat u lanqas żviluppat minn, u lanqas taħt il-kontroll ta', l-operatur ekonomiku jew l-awtorità kompetenti kkonċernata;

(d)  kontenut ta' siti web u applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli li jikkwalifika bħala arkivji, jiġifieri li jkun fihom biss kontenut li mhuwiex aġġornat jew editjat wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1a

Esklużjoni tal-mikrointrapriżi

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-mikrointrapriżi li jimmanifatturaw, jimportaw jew iqassmu prodotti u servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "prodotti u servizzi aċċessibbli" huma prodotti u servizzi li huma perċettibbli, operabbli u komprensibbli għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;

(1)  "prodotti u servizzi aċċessibbli" tfisser prodotti u servizzi li jistgħu jiġu pperċepiti, imħaddma u mifhuma mill-persuni b'diżabilità u li jkunu robusti biżżejjed biex jużawhom;

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "disinn universali" li tissejjaħ ukoll "disinn għal kulħadd" tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li jistgħu jintużaw minn kulħadd, kemm jista' jkun, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat; "disinn universali" ma teskludix l-apparat ta' assistenza għal gruppi ta' persuni partikolari b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità fejn ikun meħtieġ;

imħassar

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  "servizz" tfisser servizz kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

____________________

1a Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b)  "fornitur ta' servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri jew li tipprovdi servizz li jkun dirett lejn is-suq tal-Unjoni;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  "SME" tfisser intrapriża żgħira jew ta' daqs medju kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a;

____________________

1a Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "sejħa lura" tfisser kull miżura maħsuba biex jissejjaħ lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

imħassar

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  "servizzi bankarji għall-konsumatur" tfisser servizzi li jippermettu lill-konsumaturi jiftħu u jużaw kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

____________________

1a Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi.

(21)  "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi min-negozji lill-konsumaturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

____________________

1a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  "servizzi ta' trasport bl-ajru ta' passiġġieri" tfisser servizzi pprovduti minn trasportaturi tal-ajru, operaturi turistiċi u l-korpi maniġerjali ta' ajruporti kif definit fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

____________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank" tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21c)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija" tfisser is-servizzi ta' passiġġieri tal-ferroviji koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1371/2007;

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21d)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma" tfisser is-servizzi għall-passiġġieri koperti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  It-terminals self-service li ġejjin: il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti, il-magni taċ-check-in u t-terminals tal-ħlas għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

5.  Is-siti web u s-servizzi abbażi ta' apparat mobbli tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I.

6.  Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I meta dawk ir-rekwiżiti ma jkunux diġà koperti b'dan li ġej:

(a)  għat-trasport bil-ferrovija, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 u r-Regolament (UE) Nru 454/2011;

(b)  għat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011;

(c)  għat-trasport bil-baħar u minn passaġġi fuq l-ilma interni, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010; or

(d)   għat-trasport bl-ajru, ir-Regolament (UE) Nru 1107/2006.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

7.  Is-servizzi bankarji għall-konsumaturi, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-kotba elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.

8.  Il-kotba elettroniċi u t-tagħmir relatat għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji għall-kunsumaturi, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-konsumaturi u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom, fir-rigward tal-bini ta' infrastruttura ġdida, jew rinnovamenti li jirriżultaw f'bidla sostanzjali fl-istruttura tal-bini eżistenti, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fit-Taqsima X tal-Anness I, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom mill-persuni b'diżabilità. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni u għal-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tat-teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku u arkeoloġiku.

L-Istati Membri li diġà għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward tal-ambjent mibni fuq it-territorju tagħhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-ambjent mibni stipulati f'din id-Direttiva biss sa fejn is-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux koperti minn tali leġiżlazzjoni.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jsiru disponibbli fis-suq fit-territorju tagħhom, prodotti u servizzi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva għal raġunijiet marbuta mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu għal raġunijiet relatati ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jsiru disponibbli fis-suq fit-territorju tagħhom, prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu għal raġunijiet relatati ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà il-forniment ta' servizzi fit-territorju tagħhom li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 3.

1.  Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 3, sakemm dawk ir-rekwiżiti ma jkunux jistgħu jintlaħqu minħabba li l-adattament tal-prodott ikkonċernat ikun jirrikjedi bidla fundamentali tan-natura bażika ta' dak il-prodott jew ipoġġi piż sproporzjonat fuq il-manifattur ikkonċernat kif previst fl-Artikolu 12.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.

Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli stipulati fl-Artikolu 3, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE li għandha tindika b'mod ċar li l-prodott huwa aċċessibbli.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

4.  Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti u ta' prodotti mhux konformi.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju relatat mal-aċċessibbiltà, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

(a)  wara talba minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

(b)  jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti koperti mill-mandat tagħhom ma' din id-Direttiva.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).

2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.  Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-importaturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'monitoraġġ ta' dan it-tip.

7.  L-importaturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti u ta' prodotti mhux konformi.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni jew li għandhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.  L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

9.  L-importaturi għandhom, wara li ssir talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jsir disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).

2.  Qabel ma prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikun konformi ma' din id-Direttiva u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, il-prodott ma għandux isir disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.  Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, il-prodott ma għandux jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkun sar disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

5.  Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi jew jirtirawh, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

6.  Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

2.  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu partikolari, li għandu jkun ta' mill-inqas ħames snin, wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott jew wara li jkunu fornew il-prodott.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a li jissupplimenta din id-Direttiva sabiex tispeċifika l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dan il-perjodu għandu jkun proporzjonali maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott ikkonċernat.

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

2.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba mmotivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati.

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati, imqiegħda għad-dispożizzjoni għal finijiet ta' titjib tal-aċċessibbiltà.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.

5.  Il-valutazzjoni inizjali dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tissupplimenta l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż huwiex sproporzjonat mingħajr ma timmodifika dawn il-kriterji.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat li jkopri l-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħha. L-SMEs għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda għandhom ikunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell ta' notifika għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(1a). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att ta' implimentazzjoni sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Għandu jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti prinċipji xierqa għall-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet ħalli jiġi żgurat li jkunu koerenti.

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6c.  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu inċentivi u linji gwida għall-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-proċeduri u l-linji gwida għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Kapitolu IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u konformità tal-prodotti u tas-servizzi

Standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi u konformità tal-prodotti u tas-servizzi

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prodotti u s-servizzi li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 3.

1.   Il-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jkunu koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.   Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew aktar biex jabbozza jew jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn it-talbiet sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Madankollu, biex tagħmel dan għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(b)  il-Kummissjoni tkun adottat talba skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u

(c)  il-Kummissjoni tosserva dewmien żejjed fil-proċedura ta' standardizzazzjoni.

Qabel ma tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c.   Meta ma jkunux ġew ippubblikati referenzi għall-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom jitqiesu li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom.

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni

1.  Meta l-ebda referenza għall-istandards armonizzati ma tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u fejn ikunu jinħtieġu, għall-armonizzazzjoni tas-suq, aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' ċerti prodotti u servizzi, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ("STK") għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.

2.  Il-prodotti u s-servizzi li jikkonformaw mas-STK imsemmija fil-paragrafu 1, jew ma' partijiet minnhom, għandhom jitqiesu li jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, koperti minn dawk is-STK jew minn partijiet minnhom.

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż sproporzjonat għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi mitluba mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli l-prodott.

2.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż sproporzjonat għall-intrapriżi żgħar u medji. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi mitluba mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli l-prodott.

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta prodott ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE waħda fir-rigward ta' dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

3.  Meta prodott ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE fir-rigward ta' dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Flimkien mad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jinkludi avviż fuq l-imballaġġ li jinforma lill-konsumaturi b'mod kosteffikaċi, sempliċi u preċiż li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà.

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE tal-prodotti

It-tikketta CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Artikolu -17 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu -17

Database nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxu database aċċessibbli għall-pubbliku biex jirreġistra prodotti mhux aċċessibbli. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jdaħħlu informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinfurmaw lill-konsumaturi jew lil partijiet ikkonċernati oħra dwar il-possibbiltà li jressqu lmenti. Għandha tiġi prevista sistema interattiva bejn id-databases nazzjonali, possibbilment taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni jew l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti, sabiex l-informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli tkun tista' tinxtered madwar l-Unjoni.

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'formati aċċessibbli fuq talba.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu f'formati aċċessibbli fuq talba min-naħa tal-membri tal-pubbliku kkonċernati.

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju marbut ma' aspetti ta' aċċessibbiltà koperti minn din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva ma jkunx f'konformità ma' din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, biex il-prodott jiġi rtirat mis-suq jew biex jissejjaħ lura f'perjodu ta' żmien raġonevoli, skont in-natura tar-riskju, kif jista' jiġi preskritt minnhom.

Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott ikkonċernat isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti. Jekk l-operatur ekonomiku rilevanti ma jieħu l-ebda azzjoni korrettiva adegwata, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jesiġu li l-operatur ekonomiku jirtira l-prodott mis-suq f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq jew biex isejħuh lura. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.

4.  Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom jew biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u tar-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prodott jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, jew

(a)  il-prodott jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, jew

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa u proporzjonati fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni jkollha evidenza raġonevoli li tissuġġerixxi li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20a

Grupp ta' Ħidma

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma.

Dan il-grupp ta' ħidma għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

2.  Il-grupp ta' ħidma għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)  jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(b)  jiżgura koerenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3;

(c)  jesprimi opinjoni dwar l-eċċezzjonijiet mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 f'każijiet meqjusa neċessarji, wara li jkun irċieva t-talba tal-Kummissjoni.

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta jiġu riveduti r-regolamenti tal-UE li jistabbilixxu d-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw it-trasport bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank u fuq l-ilma, inkluż l-aspetti intermodali tagħhom;

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà marbuta ma' kriterji soċjali u ta' kwalità stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri ta' offerti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

imħassar

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti jew fuq l-operaturi kuntrattati minnhom għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

3.  Il-valutazzjoni inizjali dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tissupplimenta l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu billi tispeċifika ulterjorment il-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti minn din id-Direttiva meta jiġi vvalutat jekk il-piż huwiex sproporzjonat mingħajr ma timmodifika dawn il-kriterji.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat li jkopri l-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    155

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fuq talba tagħha.

Emenda    156

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Jekk il-Kummissjoni jkollha raġuni biex tiddubita d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata, il-Kummissjoni tista' titlob lill-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19a jivverifika l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u joħroġ opinjoni.

Emenda    157

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu mudell ta' notifika għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(1a). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att ta' implimentazzjoni sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    158

Proposta għal direttiva

Kapitolu VII – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

ATTI DELEGATI, SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Emenda    159

Proposta għal direttiva

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23a

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(12), l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10, l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(12), l-Artikolu 12(5a) u l-Artikolu 22(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi zmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    160

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    161

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

2.  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda    162

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

(a)  il-possibbiltà, għall-konsumatur direttament affettwat min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz, li jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

Emenda    163

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra privati li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f'isem il-konsumaturi sabiex jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(b)  il-possibbiltà, għall-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra privati li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, biex jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f’isem il-konsumaturi sabiex jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dak l-interess leġittimu jista' jkun ir-rappreżentanza tal-konsumaturi li huma direttament affettwati min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz;

Emenda    164

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  il-possibbiltà, għall-konsumatur direttament affettwat min-nuqqas ta' konformità ta' prodott jew servizz, li juża mekkaniżmu tal-ilmenti. Dan il-mekkaniżmu jista' jkun ġestit minn korp eżistenti bħal ombudsman nazzjonali.

Emenda    165

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jinbdew proċeduri quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ikunu fis-seħħ mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattivi għat-tilwim biex jirriżolvu xi allegat nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva li ġie rrapportat permezz ta' mekkaniżmu tal-ilmenti msemmi fil-punt (ba) tal-paragrafu 1.

Emenda    166

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-kuntratti li huma soġġetti għad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE.

Emenda    167

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, iżda ma għandhomx iservu bħala alternattiva għall-eżekuzzjoni, min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, tal-obbligu tagħhom b'rabta mal-aċċessibbiltà tal-prodotti jew tas-servizzi tagħhom.

Emenda    168

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-penali għandhom iqisu l-livell ta' nuqqas ta' konformità, inkluż l-għadd ta' unitajiet tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex konformi kkonċernati, kif ukoll l-għadd ta' persuni affettwati.

4.  Il-penali għandhom iqisu l-livell ta' nuqqas ta' konformità, inkluż is-serjetà tiegħu, u l-għadd ta' unitajiet tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex konformi kkonċernati, kif ukoll l-għadd ta' persuni affettwati.

Emenda    169

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

Emenda    170

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2b ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin wara... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] li matulu l-fornituri tas-servizzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi tagħhom bl-użu ta' prodotti li jkunu ġew legalment użati minnhom biex jipprovdu servizzi simili qabel dik id-data.

Emenda    171

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-terminals self-service użati legalment minn fornituri ta' servizzi għall-forniment ta' servizzi qabel .... [sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] jistgħu jibqgħu jintużaw fil-forniment ta' servizzi simili sa tmiem il-ħajja ekonomikament utli tagħhom.

Emenda    172

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 3(10) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw għal dak l-għan u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.

5.  Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw skont l-Artikolu 3(10) u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    173

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa […daħħal id-data - ħames snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

-1. Sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    174

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rapport għandu, inter alia, jindirizza fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u ta' servizzi u l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jidentifika meta jkun possibbli, l-oqsma għal tnaqqis tal-piż, bl-għan li jivvaluta l-ħtieġa ta' rieżami ta' din id-Direttiva.

1.  Ir-rapporti għandhom, abbażi tan-nofitiki riċevuti skont l-Artikoli 12(6) u 22(4), jivvalutaw jekk din id-Direttiva laħqitx l-objettivi tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli. Barra minn hekk, dawk ir-rapporti għandhom fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, jindirizzaw l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta' prodotti u ta' servizzi, il-ħtieġa li jinkludu prodotti u servizzi ġodda fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jew jeskludu ċerti prodotti u servizzi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll l-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-operaturi ekonomiċi u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jidentifikaw meta jkun possibbli, l-oqsma għal tnaqqis tal-piż, bl-għan li jivvalutaw il-ħtieġa ta' rieżami ta' din id-Direttiva.

Emenda    175

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapport bħal dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapporti bħal dawn.

Emenda    176

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità u dawk li jirrappreżentaw lill-persuni anzjani.

3.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità.

Emenda    177

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – Parti A (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A.   Sistemi ta' tħaddim

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C, u għandu jinkludi:

(a)   informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu; kif ukoll

(b)   informazzjoni elettronika, inklużi s-siti web meħtieġa għall-għoti tas-servizz ikkonċernat.

Emenda    178

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – Parti B (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.   Il-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u s-sistemi operattivi integrati tiegħu

Emenda    179

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C.

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti għandhom ikunu aċċessibbli inkluż dan li ġej:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija): għandha tkun b'tali mod li tinftiehem u perċettibbli, sabiex tiġi mmassimizzata l-kwalità tagħha li tinqara fil-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Dik l-informazzjoni għandha wkoll tkun ipprovduta fuq formati diġitali aċċessibbli;

(i)   trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)   trid tkun tinftiehem;

(iii)   trid tkun perċettibbli;

(iv)   għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) sabiex tiġi mmassimizzata l-kwalità tagħha li tinqara fil-kundizzjonijiet tal-użu prevedibbli. Dik l-informazzjoni għandha wkoll tkun ipprovduta fuq formati diġitali aċċessibbli u għandha tinforma lill-utenti li l-prodott ikkonċernat jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u huwa kompatibbli ma' teknoloġiji ta' assistenza rilevanti;

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-installazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott. Dawk l-istruzzjonijiet għandhom ikunu pprovduti wkoll fuq formati diġitali aċċessibbli u għandhom jelenkaw il-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà tal-prodott ikkonċernat u jispjegaw kif jużawh u jindikaw li l-prodott huwa kompatibbli ma' teknoloġiji ta' assistenza rilevanti;

(i)   il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)   l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza u teknoloġiji meta huma rilevanti għall-użu tal-prodott.

Emenda    180

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[.....]

imħassar

Emenda    181

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – Parti C (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn u l-interfaċċja tal-utenti tagħhom isiru aċċessibbli, il-prodotti u s-servizzi għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  Użu mingħajr viżjoni

Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni.

(b)  Użu b'viżjoni limitata

Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippermetti lill-utenti jħaddmu l-prodott b'viżjoni limitata; li jista' jinkiseb, pereżempju, permezz ta' karatteristiċi relatati ma' kuntrast u luminanza flessibbli, tkabbir flessibbli mingħajr telf tal-kontenut jew tal-funzjonalitajiet ġodda, modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ.

(c)  Użu mingħajr perċezzjoni tal-kulur

Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-utent tal-kulur.

(d)  Użu mingħajr smigħ

Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ.

(e)  Użu bi smigħ limitat

Fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim b'funzjonalitajiet awdjo mtejba; dan jista' jinkiseb pereżempju permezz tal-kontroll tal-utent tal-volum u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw ħoss fuq quddiem minn ħoss fl-isfond fejn il-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati.

(f)  Użu mingħajr kapaċitajiet vokali

Fejn il-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi lill-utenti jiġġeneraw output vokali. Output vokali jinkludi kwalunkwe ħoss iġġenerat mill-fomm bħal diskors, tisfir jew klikkjaturi.

(g)  Użu b'manipulazzjoni jew saħħa limitati

Fejn il-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' azzjonijiet alternattivi li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar bħal manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin.

(h)  Użu b'moviment limitat

Fejn il-prodotti jkunu weqfin fl-art jew installati, l-elementi tat-tħaddim għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha;

(i)  Minimizzazzjoni tar-riskju li jiġu stimulati reazzjonijiet fotosensittivi

Fejn il-prodott jipprovdi modi viżwali ta' tħaddim, dan għandu jevita modi ta' tħaddim li huma magħrufa li jikkawżaw reazzjonijiet fotosensittivi;

(j)  Użu b'konjizzjoni limitata

Il-prodott għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tinkorpora karatteristiċi li jagħmlu l-użu aktar sempliċi u faċli.

(k)  Privatezza

Fejn il-prodott jinkorpora funzjonalitajiet previsti għall-aċċessibbiltà, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tippreżerva l-privatezza tal-utenti meta jużaw dawk il-funzjonalitajiet tal-ICT previsti għall-aċċessibbiltà.

Emenda    182

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – Parti D (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.  Servizzi ta' appoġġ

Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għal persuni b'diżabilità.

Emenda    183

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

it-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti u magni taċ-check-in

it-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti, magni taċ-check-in u terminals tal-ħlas

Emenda    184

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I. F'dak ir-rigward, il-prodotti ma għandhomx jirrikjedu li karatteristika ta' aċċessibbiltà tkun attivata sabiex utent li jkollu bżonn din il-karatteristika jkun jista' jattivaha.

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti għandhom ikunu aċċessibbli inkluż dan li ġej:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)   trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)   trid tkun tinftiehem;

(iii)   trid tkun perċettibbli;

(iv)   għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(c)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità; din tista' tinkiseb pereżempju billi tippermetti l-użu ta' kuffji tal-widna personali, fejn ikun meħtieġ rispons f'waqtu, billi l-utent jiġi avżat permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed u billi tingħata l-possibbiltà li jittawwal iż-żmien permess u billi jkun hemm kuntrast adegwat u buttuni u kontrolli identifikati mal-mess;

(d)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    185

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[....]

imħassar

Emenda    186

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi

Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals relatat

Emenda    187

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)   tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi"

(a)   il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti B ta' din it-Taqsima;

(b)   tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(b)   informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)   il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(ba)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat.

(c)   is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(ca)  applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli;

(d)   tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(d)   informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)   jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)   funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'dizabilità u jiżguraw interoperabbiltà; dan jista' jinkiseb pereżempju billi tiġi appoġġjata komunikazzjoni bit-test, bil-vuċi, bil-vidjo u f'ħin reali, waħedha jew f'kombinament (konverżazzjoni sħiħa), bejn żewġ utenti, jew bejn utent u servizz ta' emerġenza.

Emenda    188

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:

B.  Tagħmir terminali relatat użat mill-konsumaturi:

Emenda    189

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)   trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)   trid tkun tinftiehem;

(iii)   trid tkun perċettibbli;

(iv)   għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;

(i)   il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)   l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà, u dan jista' jinkiseb pereżempju billi jiġu appoġġjati awdjo b'fedeltà għolja, riżoluzzjoni vidjo li tippermetti l-lingwa tas-sinjali, test f'ħin reali waħdu jew f'kombinament ma' komunikazzjoni bil-vuċi jew b'vidjo jew billi tiġi żgurata konnessjoni mingħajr fili effikaċi għat-teknoloġiji għas-smigħ;

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    190

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[....]

imħassar

Emenda    191

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika

Is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir għall-konsumaturi relatat

Emenda    192

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A.  Servizzi:

A.  Siti web u applikazzjonijiet onlajn:

Emenda    193

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)   tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi"

(a)   is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)   tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(b)  l-applikazzjonijiet bankarji abbażi ta' apparat mobbli;

(i)   il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)   is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)   tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)   jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

Emenda    194

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:

B.  Tagħmir għall-konsumatur relatat:

Emenda    195

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)   l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)   trid tkun tinftiehem;

(iii)   trid tkun perċettibbli;

(iv)   għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)   l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)   l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)   l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)   l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)   il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;din tista' tinkiseb pereżempju billi tappoġġja l-possibbiltà li wieħed jagħżel, jippersonalizza u juri servizzi ta' aċċess bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, billi jiġu pprovduti mezzi għal fili effettivi għat-teknoloġiji għas-smigħ jew billi jiġu pprovduti l-kontrolli tal-utent biex jiġu aċċessati s-servizzi għal servizzi awdjoviżivi lill-utent fl-istess livell ta' prominenza bħall-kontrolli tal-midja primarji;

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)   l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    196

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[....]

imħassar

Emenda    197

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

Emenda    198

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)   tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(a)   informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)   il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(aa)   informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)   is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)   jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(c)   funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità; dawn jistgħu jinkisbu pereżempju billi jiġu pprovduti magni intelliġenti tal-biljetti (riżervazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta' biljetti, eċċ.), informazzjoni dwar il-passiġġieri f'ħin reali (skedi, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta' kollegament, vjaġġar 'il barra b'modi oħra ta' trasport, eċċ.), u informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. persunal ta' stazzjonijiet, lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli);

(ca)  servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti u informazzjoni f'ħin reali.

Emenda    199

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.   Is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

imħassar

(a)   is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    200

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti C

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.   servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali;

imħassar

1.   L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)   tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(i)   il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)   is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    201

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti D – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

D.  It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

Emenda    202

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti D – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli raġonevoli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    203

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti D – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[....]

imħassar

Emenda    204

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

is-servizzi bankarji; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji: is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji

is-servizzi bankarji tal-konsumatur; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji: is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji

Emenda    205

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt D:

(a)  il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti D ta' din it-Taqsima;

(b)  tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(b)  informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(ba)  informazzjoni elettronika, inklużi s-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat. Din tista' tirreferi pereżempju għal identifikazzjoni elettronika, sigurtà u metodi ta' pagament meħtieġa għall-provvista tas-servizz;

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(d)  funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;

(da)  is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli;

Emenda    206

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B. is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji:

imħassar

L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    207

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti C

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.  is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli;

imħassar

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    208

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti D – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.   It-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji

D.   It-terminals self-service, inklużi t-terminals tal-ħlas, il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji għall-konsumatur

Emenda    209

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti D – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Id-disinn u l-produzzjoni

1.   Id-disinn u l-produzzjoni

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali ta' prestazzjoni stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    210

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti D – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[....]

imħassar

Emenda    211

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-kotba elettroniċi

Il-kotba elettroniċi u tagħmir relatat

Emenda    212

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";

(a)  il-prodotti li l-fornituri tas-servizzi jużaw fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti B ta' din it-Taqsima;

(b)  tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(b)  informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(ba)  informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati u l-apparat tal-kotba elettroniċi, meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat.

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet abbażi ta' apparat mobbli jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  funzjonijiet, prattiki, politiki, proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità.

Emenda    213

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  "Il-prodotti"

B.  Il-prodotti

1.  Id-disinn u l-produzzjoni

1.  Id-disinn u l-produzzjoni

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (l-ittikkettar, l-istruzzjonijiet u t-twissija);

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    214

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    215

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)  tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(a)  informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz ikkonċernat u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(aa)  informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz ikkonċernat, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b); li tista' tirreferi pereżempju għal identifikazzjoni elettronika, sigurtà u metodi ta' pagament meħtieġa għall-provvista tas-servizz;

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    216

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni

1.  Id-disinn u l-produzzjoni

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandhom jinkludu:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija);

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott;

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output);

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

Emenda    217

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    218

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu raġonevolment prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità għandu jitwettaq billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali stabbiliti fil-Parti C tat-Taqsima I, u għandu jinkludi:

(a)  isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(a)  l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(b)  il-faċilitajiet isiru aċċessibbli, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:

(b)  il-faċilitajiet, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:

(i)  id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti skont il-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;

(i)  id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;

(ii)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(iii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut viżwali mhux testwali.

(c)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;

(c)  il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(d)  informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu;

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e).

(e)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(e)  is-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(f)  informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(g)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(g)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità.

Emenda    219

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti C – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aċċessibbiltà b'mod indipendenti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età, tal-ambjent mibni għall-użu prevedibbli tiegħu, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

1.  L-aċċessibbiltà b'mod indipendenti għal persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età tal-ambjent mibni għall-użu prevedibbli tiegħu, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

Emenda    220

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima X – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aċċessibbiltà għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età, tal-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 3(10) għall-użu prevedibbli tiegħu b'mod indipendenti, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

L-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u l-persuni b'diżabilità marbuta mal-età tal-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 3(10) għall-użu prevedibbli tiegħu b'mod indipendenti, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta' żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

Emenda    221

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 4 – punt 4.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.1.  Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE kif stabbilit f'din id-Direttiva ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

imħassar

NOTA SPJEGATTIVA

Rimarki introduttorji

L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (EAA), minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-Att", għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern għal prodotti u servizzi aċċessibbli billi jneħħi l-ostakli maħluqa minn leġiżlazzjoni diverġenti u jimpedixxi l-ħolqien ta' ostakli ġodda li x'aktarx ikun hemm minħabba l-obbligi li l-Istati Membri għandhom fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRD), minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni". Ħafna drabi, l-Unjoni tintervjeni a posteriori biex tneħħi l-ostakli maħluqa mill-Istati Membri matul is-snin. Din il-leġiżlazzjoni hija eżempju ta' azzjoni preventiva.

Il-proposta tal-Kummissjoni tikkostitwixxi bażi ta' ħidma tajba iżda teħtieġ diversi aġġustamenti sabiex jiġi żgurat li l-Att jilħaq l-objettivi tiegħu: li jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità – bil-ħolqien ta' possibbiltajiet ta' innovazzjoni għal prodotti u servizzi ġodda – u t-tnaqqis, fl-istess ħin, tal-ispejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji. Ir-Rapporteur huwa konxju li dan l-Att diġà tħabbar fl-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-Diżabilità tal-2010 u jħoss li wasal iż-żmien li jitwettaq.

Konsistenza mal-kuntest internazzjonali

Ir-Rapporteur ħa ħsieb jallinja l-Att mal-kuntest internazzjonali. Pereżempju, il-proposta tal-Kummissjoni kienet tipprevedi li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jiġi estiż għal "persuni b'limitazzjonijiet funzjonali". Minħabba l-fatt li l-UNCRD tirreferi biss għall-ewwel kategorija u li l-objettiv tal-Att huwa li jiġi limitat il-ħolqien ta' ostakli ġodda minħabba l-Konvenzjoni, ir-Rapporteur ma adottax din il-proposta tal-Kummissjoni. Id-definizzjoni ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali hija kompetenza esklużiva tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u għalhekk ma ntmessitx. Madankollu, l-użu tagħha huwa limitat għal premessa ġdida.

Din il-premessa tispjega li l-Att se jkollu effett pożittiv fuq persuni b'limitazzjonijiet funzjonali bħall-anzjani jew in-nisa tqal. Huwa tabilħaqq ippruvat li l-aċċessibbiltà aħjar tal-prodotti u s-servizzi fil-fatt ittejjeb il-ħajja tal-persuni kollha, mhux tal-persuni b'diżabilità biss.

Approċċ speċifiku għas-settur kull meta possibbli

Ir-Rapporteur jifhem il-ħtieġa ta' approċċ orizzontali għal ċerti prodotti u servizzi, iżda jemmen li – kull meta jkun possibbli – approċċ speċifiku għas-settur ikun aħjar. Għalhekk, ir-Rapporteur ħa nota tal-intenzjoni tar-Rapporteurs tal-Proposta għal Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD) li jinkludu xi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Ir-Rapporteur iddeċieda li ma jeskludix tali servizzi u tagħmir mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-abbozz ta' rapport. Madankollu, huwa se janalizza l-progress tan-negozjati fil-Kunsill għall-Kultura u jneħħihom jekk jidhirlu li huma koperti biżżejjed fl-AVMSD.

Bl-istess mod, is-servizzi u t-tagħmir tat-telefonija huma rregolati wkoll fid-Direttiva proposta reċentement dwar Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC). Ir-Rapporteur iddeċieda li ma jeskludix tali servizzi u tagħmir mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-abbozz ta' rapport u li ma jallinjax id-definizzjoni tagħhom. Jekk tali prodotti u servizzi jistgħu jiġu koperti biżżejjed fl-EECC, ir-Rapporteur se jipproponi wkoll li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu ttrasferiti lejn din tal-aħħar.

Qafas legali Ewropew koerenti

Il-proposta tal-Kummissjoni ssuġġeriet li l-Att jintuża bħala xibka ta' sikurezza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà billi l-Att japplika flimkien mal-leġiżlazzjonijiet eżistenti sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-istess livell ta' rekwiżiti fl-Ewropa kollha għal ċerti prodotti u servizzi. Ir-Rapporteur jemmen li dan l-approċċ huwa ġustifikat meta l-leġiżlazzjoni eżistenti ma tkun tagħti l-ebda dettalji dwar kif teħtieġ tintlaħaq l-aċċessibbiltà iżda ma jappoġġjax dan l-approċċ fir-rigward ta' setturi li implimentaw rekwiżiti Ewropej ġodda jew li huma diġà rregolati f'termini ta' aċċessibbiltà, pereżempju s-settur tat-trasport. It-tibdil tar-regoli f'nofs il-proċess mhuwiex eżempju tajjeb ta' regolamentazzjoni aħjar u jista' jagħmel ħafna ħsara.

Għaldaqstant, ir-Rapporteur żgura li meta l-operaturi kienu diġà soġġetti għal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-aċċessibbiltà, din il-leġiżlazzjoni ma tikkostitwixxix saff addizzjonali. Ir-Rapporteur neħħa wkoll id-duplikazzjonijiet tar-rekwiżiti għall-operaturi ekonomiċi u l-inkonsistenzi li jista' jkun hemm bejn ir-rekwiżiti. Huwa importanti wkoll li jiġi ċċarat li din id-Direttiva mhijiex se tbiddel in-natura obbligatorja jew volontarja tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Għandha biss l-intenzjoni li tiċċara liema huma r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà meta l-leġiżlazzjoni jkun fiha rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

Il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid adattat għall-aċċessibbiltà

Ir-Rapporteur jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża l-Qafas Leġiżlattiv Ġdid f'din id-Direttiva.[2] Madankollu, dan il-qafas jeħtieġ li jiġi adattat ftit sabiex ikun konformi mal-Att. Pereżempju, sejħiet lura ta' prodotti normalment jintalbu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq meta prodott ma jkunx sikur għall-konsumaturi jew jagħmel ħsara lill-ambjent. Prodott li ma jkunx aċċessibbli ma jaqa' fl-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji. Azzjonijiet korrettivi u penali oħra xorta jibqgħu applikabbli fil-każ li manifattur jikser id-Direttiva, u dawn jinkludu – bħala s-soluzzjoni tal-aħħar – l-irtirar tal-prodott jekk, pereżempju, minkejja t-talbiet tal-awtorità, manifattur jibqa' jpoġġi fis-suq prodott li ma jkunx aċċessibbli u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, prodott mhux aċċessibbli ma jippreżentax riskju bħala tali. Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet adattata sabiex tirrifletti din ir-realtà.

Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir

Il-mikrointrapriżi ma jkunux kapaċi jlaħħqu mal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, bejjiegħ bl-imnut indipendenti żgħir jew bejjiegħ tal-kotba li jiddeċiedi li joħloq sit web biex ibigħ il-prodott tiegħu jkun obbligat jagħmlu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Ir-Rapporteur ma jemminx li dan huwa proporzjonat. Lanqas l-użu tal-klawżola ta' deroga fl-Artikoli 12 u 22 ma tkun soluzzjoni għal bejjiegħ żgħir bħal dan għaliex huwa jkun obbligat jagħmel, fuq talba tal-awtorità, analiżi "tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku".

Jeħtieġ nillimitaw il-piż li se jkollhom l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju minħabba din id-Direttiva. Madankollu, huwa importanti li jinżammu fil-kamp ta' applikazzjoni. Għaldaqstant, qed jiġi propost li jingħataw reġim eħfef. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi, għalhekk, li jitneħħa l-obbligu li l-SMEs jinnotifikaw lill-awtoritajiet meta jkunu jridu jagħmlu użu mill-Artikoli 12 u 22.

Rimarki konklużivi

Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv tal-Kummissjoni li tikseb aktar aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità. Is-Suq Uniku jikkostitwixxi l-bażi ta' din il-proposta. Bit-tneħħija tal-ostakli u bl-evitar ta' ostakli fil-futur, is-Suq Uniku se jkompli jissaħħaħ għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha. Il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar għandhom jikkostitwixxu l-mutur li jiżgura leġiżlazzjoni Ewropea li tkun adatta għall-iskop maħsuba għalih.

L-innovazzjoni hija assolutament kruċjali biex jintlaħaq l-għan tal-proposta, u għalhekk ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jitħalla biżżejjed spazju għan-negozji innovattivi. Għalhekk, bħalma ġara b'suċċess fil-passat, huwa jipproponi li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jkunu bbażati fuq il-funzjonalità, aktar milli fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

6.4.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Rapporteur (*): Ádám Kósa

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDA

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta', u jtejjeb l-aċċessibbiltà u l-prattiċità ta' informazzjoni dwar, prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, b'konformità mal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u dan huwa prerekwiżit għal għajxien indipendenti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali.

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali, il-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi jiffaċċjaw inċertezzi fir-rigward kemm tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-servizzi transfruntieri potenzjali, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tal-qafas politiku dwar l-aċċessibbiltà.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli, inklużi b'mod partikolari t-teknoloġiji ta' assistenza, u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni għalhekk tippromwovi aħjar il-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati kemm il-kummerċ transfruntier kif ukoll il-moviment mingħajr ostakli tal-prodotti, tas-servizzi u tal-persuni u l-mobilità tal-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni anzjani li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li twassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, filwaqt li tiffaċilita l-kummerċ u tippromwovi l-impjiegi fi ħdan l-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi u l-ambjent mibni relatat mal-provvista ta' oġġetti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-Unjoni jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabbilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, li hija prekundizzjoni bażika għal parteċipazzjoni fis-soċjetà, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

__________________

__________________

33 COM(2010)636 .

33 COM(2010)636 .

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull prodott u kull servizz irid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

(17)  Għal kull prodott u servizz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun hemm disponibbli rapport ta' aċċessibbiltà, li jiddeskrivi liema mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I ġew implimentati biex jagħmlu l-prodott jew is-servizz aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. Ir-rapport ta' aċċessibbiltà huwa lista jew dikjarazzjoni tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà li tagħmel parti mid-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott kif meħtieġ fl-Anness II u tas-servizzi kif meħtieġ fl-Anness III. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(18)  Huwa meħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jippermettu li l-persuni kollha b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, jużaw bis-sħiħ il-prodotti u s-servizzi u l-infrastruttura koperti b'din id-Direttiva. Jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

(23)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni huma importanti għall-prodotti u huma essenzjali sabiex jiġu żgurati servizzi aċċessibbli u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva timpenja lill-Istati Membri jinkludu b'mod sħiħ l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Meta jiġu identifikati u kklassifikati l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità li l-prodott jew is-servizz huwa maħsub biex jissodisfa, il-prinċipju ta' disinn universali jenħtieġ li jitqies f'konformità mal-Kumment Ġenerali Nru 2(2014) dwar l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità1a.

__________________

1a https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/033/13/PDF/G1403313.pdf?OpenElement

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(28)  L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti ta' rapportar. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipju "l-ewwel aħseb fiż-żgħir" u għandha tqis il-piżijiet amministrattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Għandha tistabbilixxi r-regoli ħfief f'termini tal-valutazzjoni tal-konformità u għandha tistabbilixxi klawżoli ta' salvagwardja għall-operaturi ekonomiċi, minflok ma tistipula eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawn l-intrapriżi. Konsegwentement, meta jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom jiġu limitati sal-punt li dawn ma joħolqux piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom joperaw b'mod proporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-intrapriżi u tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interessi pubbliċi.

(37)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun wiesgħa, filwaqt li tqis ukoll il-piżijiet amministrattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Jenħtieġ li tistabbilixxi regoli preċiżi u effikaċi f'termini ta' valutazzjoni tal-konformità. L-eċċezzjonijiet għar-regoli ta' valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jiġu interpretati strettament f'konformità ma' din id-Direttiva. Konsegwentement, meta jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li jiġu limitati sal-punt li dawn ma joħolqux piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jenħtieġ li joperaw b'mod proporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-intrapriżi u tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interessi pubbliċi.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli fir-rigward tal-aċċessibbiltà, hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

__________________

__________________

39 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

39 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn neċessarju għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti, din id-Direttiva għandha tuża l-kontroll intern tal-produzzjoni tal-"Modulu A", deskritt fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, billi din tgħin lill-operaturi ekonomiċi biex juru, u lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw, li l-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, filwaqt li ma jimponux piż sproporzjonat.

(42)  Għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti, din id-Direttiva jenħtieġ li tuża l-Kontroll Intern tal-Produzzjoni tal-"Modulu A", deskritt fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, billi din tgħin lill-operaturi ekonomiċi biex juru, u lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw, li l-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà f'konformità mar-rapport tal-manifattur dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà inklużi fl-apparat inkwistjoni, filwaqt li ma jimponux piż sproporzjonat.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.

(44)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva jenħtieġ li ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40. L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw prattiki tajba fir-rigward tal-proċeduri għall-evalwazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, u jenħtieġ li jżommu lil xulxin infurmati dwar id-disponibbiltà ta' esperti fil-qasam ta' oġġetti u prodotti aċċessibbli f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet umbrella li joperaw fil-qasam tal-aċċessibbiltà u li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità.

__________________

__________________

40 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

40 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu -1

Objettivi

Sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, din id-Direttiva għandha l-għan li tapprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u li telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;

(a)  is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u l-apparati domestiċi mħaddma minn interfaċċja tal-utent b'teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT);

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-terminals self-service li ġejjin:

(b)  terminals self-service, bħalma huma:

(i)  il-Magni Awtomatiċi għall-Ġbid tal-Flus;

(i)  il-Magni Awtomatiċi għall-Ġbid tal-Flus;

(ii)  it-terminals tal-pagamenti;

(ii)  il-magni tal-biljetti;

(iii)  il-magni tal-biljetti;

(iii)  il-magni taċ-check-in.

(iv)  il-magni taċ-check-in.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(b)  is-servizzi tal-midja awdjoviżiva, midja u siti web tal-aħbarijiet kummerċjali u ffinanzjati pubblikament u t-tagħmir relatat tal-konsumaturi b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma;

(c)  is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma u l-infrastruttura relatata;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "disinn universali" li tissejjaħ ukoll "disinn għal kulħadd" tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li jistgħu jintużaw minn kulħadd, kemm jista' jkun, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat; "disinn universali" ma teskludix l-apparat ta' assistenza għal gruppi ta' persuni partikolari b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità fejn ikun meħtieġ;

(2)  "disinn universali", li tissejjaħ ukoll "disinn għal kulħadd", tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li jistgħu jintużaw minn kulħadd, kemm jista' jkun, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat; "disinn universali" ma teskludix l-apparat ta' assistenza għal gruppi ta' persuni partikolari, inklużi persuni b'diżabilità fejn ikun meħtieġ;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "prodott" tfisser sustanza, preparat jew oġġett, prodott permezz ta' proċess ta' manifattura, li ma jkunx ikel, għalf, pjanti jew annimali ħajjin, prodotti ta' oriġini umana u prodotti tal-pjanti u tal-annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

(5)  "prodott" tfisser sustanza, preparat jew oġġett, prodott permezz ta' proċess ta' manifattura, li ma jkunx ikel, għalf, pjanti jew annimali ħajjin, prodotti ta' oriġini umana u prodotti tal-pjanti u tal-annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill46a, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva;

_____________________________

46a Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  "fornitur ta' servizz" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u stabbilita fi Stat Membru, li toffri jew tforni servizz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi.

(21)  "kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi, inkluż kwalunkwe element ta' parti terza meħtieġ għall-provvediment tal-bejgħ onlajn.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  "teknoloġija ta' assistenza" tfisser kwalunkwe prodott, parti minn tagħmir jew sistema ta' prodott użati biex jiżdiedu, jinżammu jew jitjiebu l-kapaċitajiet funzjonali ta' individwi b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  "servizz ta' aċċess" tfisser servizz bħall-awdjodeskrizzjoni, is-sottotitoli għal persuni torox u dawk neqsin mis-smigħ, u l-lingwa tas-sinjali li ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv għall-persuni b'diżabilità;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21c)  "awdjodeskrizzjoni" tfisser narrattiva akustika addizzjonali, flimkien mad-djalogu, li tiddeskrivi aspetti sinifikanti tal-kontenut viżiv ta' midja awdjoviżiva li ma jistgħux jinftiehmu mill-kolonna sonora prinċipali waħidha;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21d)  "sottotitoli għal persuni torox u dawk neqsin mis-smigħ" jew SDH tfisser testi viżivi alternattivi sinkronizzati tal-informazzjoni awdjo, kemm bi kliem kif ukoll mingħajr, meħtieġa biex jinftiehem il-kontenut tal-midja;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21e)  "sottotitoli mitkellma" jew sottotitoli awdjo tfisser il-qari b'vuċi għolja ta' sottotitoli bil-lingwa nazzjonali meta d-dikors awdjo jkun b'lingwa differenti;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21f)  "test f'ħin reali" tfisser komunikazzjoni li tuża t-trażmissjoni ta' test meta l-karattri jiġu trażmessi minn terminal kif inhuma ttajpjati b'tali mod li l-komunikazzjoni hija meqjusa kontinwa mill-utenti;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21g)  "għodda tal-awtur" tfisser kwalunkwe softwer jew ġabra ta' komponenti ta' softwer li jistgħu jintużaw mill-awturi, individwalment jew f'kollaborazzjoni, sabiex jinħoloq jew jiġi modifikat il-kontenut għall-użu minn oħrajn inklużi awturi oħra;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21h)  "servizzi ta' trażmissjoni" tfisser servizzi ta' telefonija mwettqa minn interpretu(i) jew softwer ta' interpretazzjoni li jippermettu lill-persuni torox jew neqsin mis-smigħ jew li għandhom problemi fil-lingwaġġ mitkellem, jikkomunikaw bit-telefon permezz ta' interpretu (softwer) ma' persuna li tista' tisma'/tikkomunika b'mod li huwa "funzjonalment ekwivalenti" għall-kapaċità ta' individwu mingħajr diżabilità;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

2.  Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u apparati domestiċi mħaddma minn interfaċċja tal-utent b'teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  Terminals self-service: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti, it-terminals tal-pagamenti u l-magni taċ-check-in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' mill-inqas servizz ta' trażmissjoni bbażat fuq test u servizz ta' trażmissjoni bbażat fuq vidjo, fit-territorju kollu tal-Istat Membru u f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, u għandhom jiżguraw li dawn is-servizzi tat-trażmissjoni huma interoperabbli mas-servizzi tat-telefonija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-disponibilità ta' komunikazzjoni awdjo, vidjo u testwali f'ħin reali mas-servizzi ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali u lokali abbażi tal-approċċ ta' Konversazzjoni Totali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5  Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

5.  Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva, midja u siti web tal-aħbarijiet kummerċjali u ffinanzjati pubblikament u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sad-data stipulata fl-Artikolu 27(2), il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva li jxandru fl-UE għandhom jagħmlu aċċessibbli s-servizzi tagħhom kif ġej:

– mill-inqas 75 % tal-ipprogrammar totali għandu jinkludi sottotitoli għal persuni torox u neqsin mis-smigħ (SDH);

– mill-inqas 75 % tal-ipprogrammar totali sottotitolat fil-lingwa nazzjonali għandu jinkludi sottotitoli mitkellma;

– mill-inqas 5 % tal-ipprogrammar totali għandu jinkludi awdjodeskrizzjoni;

– mill-inqas 5 % tal-ipprogrammar totali għandu jinkludi interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I.

6.  L-infrastruttura u s-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsimiet V u X tal-Anness I.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, it-terminals tal-pagamenti u s-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontenut maħluq mill-utent huwa eżentat mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Anness I, filwaqt li l-għodod tal-awtur disponibbli għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għandhom jiffaċilitaw il-ħolqien ta' kontenut aċċessibbli f'konformità mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, inkluż l-ambjent li huwa ġestit mill-fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tiegħu minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun intwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.

Meta jintwera, permezz ta' dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE. Huma għandhom jinkludu referenza ċara addizzjonali għall-aċċessibbiltà bħal "Prodott aċċessibbli".

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

4.  Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta' lmenti b'referenza għal gruppi identifikati ta' persuni b'diżabilità, ta' prodotti mhux konformi u ta' prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ ta' dan it-tip.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat, li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija f'formati aċċessibbli multipli.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju relatat mal-aċċessibbiltà, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

8.  Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, skont kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ikun ikkaratterizzat minn nuqqas ta' aċċessibbiltà, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).

2.  Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II, abbażi tar-rapport ta' aċċessibbiltà tal-manifattur, tkun twettqet mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

2.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'formati aċċessibbli multipli. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz inkwistjoni.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jiggarantixxu li l-provvista kontinwa ta' servizzi tibqa' konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. It-tibdil fil-karatteristiċi tal-forniment tas-servizz u t-tibdil fir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl- Artikolu 3, għandhom jitqiesu b'mod xieraq mill-fornituri tas-servizzi. F'każ ta' nuqqas ta' konformità, il-fornituri tas-servizzi għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

3.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jiggarantixxu li l-provvista kontinwa ta' servizzi tibqa' konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 u għandhom jiżguraw li, fi ħdan il-portafoll li jipprovdu, il-gruppi kollha ta' persuni b'diżabilità jkollhom aċċess, kemm jista' jkun possibbli, għas-servizzi disponibbli li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' aċċessibbiltà. It-tibdil fil-karatteristiċi tal-forniment tas-servizz u t-tibdil fir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, għandhom jitqiesu b'mod xieraq mill-fornituri tas-servizzi. F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, il-fornituri tas-servizzi għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jwasslux għal bidla sinifikanti f'aspett jew f'karatteristika ta' prodott jew servizz li jirriżulta fi trasformazzjoni tan-natura bażika tal-prodott jew tas-servizz.

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 għandhom japplikaw sa fejn dawn ma jwasslux għal bidla sinifikanti f'aspett jew f'karatteristika ta' prodott jew servizz li tirriżulta fi trasformazzjoni tan-natura bażika tal-prodott jew tas-servizz ikkonċernat. Il-manifattur jista' jagħżel li jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà permezz tal-inkorporazzjoni ta' komponenti kompatibbli ta' parti terza, meta tali inkorporazzjoni ssir parti integrali tal-prodott u ma tirriżultax fi spiża addizzjonali għall-utenti.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

(-b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati.

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati. In-nuqqas ta' prijorità, ta' skeda jew ta' għarfien ma għandux jitqies bħala skuża leġittima sabiex jiġi allegat il-piż sproporzjonat.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.

5.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti u mal-esperti dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-awtorità nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Sabiex tingħata eżenzjoni skont tali eċċezzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tivverifika l-valutazzjonijiet kollha, ħlief jekk l-operatur ekonomiku jkun ipprovda valutazzjoni maħruġa minn organizzazzjoni terza indipendenti li tkun awtorizzata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Għandu jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment ta' prinċipji adegwati u koerenti għall-valutazzjoni tal-eżenzjonijiet.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  L-Istati Membri mħeġġa jipprovdu inċentivi u linji gwida għall-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-proċeduri u l-linji gwida għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju marbut ma' aspetti ta' aċċessibbiltà koperti minn din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva huwa kkaretterizzat definittivament u b'mod ċar f'kull rispett minn nuqqas ta' aċċessibbiltà kif previst minn din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Meta applikabbli, għal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni jew għad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jirreferu għall-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

3.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. In-nuqqas ta' prijorità, ta' ħin jew ta' għarfien ma għandux jitqies bħala raġuni leġittima sabiex jiġi allegat piż sproporzjonat.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u din għandha tkun disponibbli għall-pubbliku f'formati aċċessibbli.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Jekk il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tiddubita d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti kkonċernata, il-Kummissjoni tista' titlob lill-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 25(2a) joħroġ opinjoni dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni fi ħdan il-qafas ta' mekkaniżmu tal-ilmenti aċċessibbli u komprensiv, skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Meta l-Kummissjoni tqis li jkun neċessarju, il-grupp ta' ħidma għandu jagħti opinjoni dwar l-eċċezzjonijiet ġustifikati minn dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 2 – Taqsima I – kolonna 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;

is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali u l-apparati domestiċi mħaddma minn interfaċċja tal-utent b'teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 2 – Taqsima I – kolonna 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jinkisbu permezz ta' konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) li:

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a);

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandhom ikunu disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun jinftiehem, perċettibbli u operabbli; u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif tuża l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu mat-teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  għandhom ikunu pprovduti fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

(d)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(g)  meta rilevanti, il-kompatibbiltà ma' teknoloġiji u tagħmir ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u t-tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 2 – Taqsima I – kolonna 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ: Meta jkunu disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodotti u l-kompatibbiltà tagħhom mat-teknoloġiji ta' assistenza, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 2 – Taqsima I – kolonna 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (e) u (f) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista,

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi s-smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament.

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, luminanza u kuntrast flessibbli, u meta jkun possibbli, jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-elementi viżivi fuq quddiem minn dawk fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' volum, ta' ċarezza u ta' awdjo mtejba inklużi u b'modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-awdjo fuq quddiem minn dak fl-isfond meta l-vuċi u l-awdjo tal-isfond ikunu disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li la jirrikjedu kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott ikun free-standing jew installat, l-elementi informattivi u ta' tħaddim tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li timminimizza l-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 3 – Taqsima II – kolonna 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti u magni taċ-check-in

Terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti, magni taċ-check-in u terminals tal-pagamenti

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 3 – Taqsima II – kolonna 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u t-tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 3 – Taqsima II – kolonna 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, meta applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista;

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi s-smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament.

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, luminanza u kuntrast flessibbli, u meta jkun possibbli, jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-elementi viżivi fuq quddiem minn dawk fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' volum, ta' ċarezza u ta' awdjo mtejba inklużi u b'modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-awdjo fuq quddiem minn dak fl-isfond meta l-vuċi u l-awdjo tal-isfond ikunu disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li la jirrikjedu kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott ikun free-standing jew installat, l-elementi informattivi u ta' tħaddim tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li timminimizza l-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà;

(k)  ma għandux jirrikjedi l-attivazzjoni ta' karatteristika ta' aċċessibbiltà sabiex utent li jkollu bżonn din il-karatteristika jkun jista' jattivaha;

(l)  meta tkun meħtieġa tweġiba f'waqtha, l-utent għandu jingħata twissija b'mod viżiv, kif ukoll bil-mess jew b'ħoss, u għandu jingħata l-possibbiltà li jestendi l-ħin permess;

(m)  il-prodott għandu jkun operabbli, inklużi l-partijiet operabbli tal-prodott, bħall-buttuni u l-kontrolli, għandu jkollu kuntrast adegwat bejn il-buttuni u l-kontrolli u l-isfond tagħhom, u għandu jkun identifikat mal-mess;

(n)  meta jiġu pprovduti buttuni, biljetti, jew kards, dawn għandu jkollhom orjentazzjoni li tiġi identifikata mal-mess jekk l-orjentazzjoni tkun importanti għal użu ulterjuri tal-buttuna, tal-biljett jew tal-kard;

o)  meta l-prodott juża l-karatteristiċi bijoloġiċi tal-utent, dan ma għandux jibbaża fuq l-użu ta' karatteristika bijoloġika partikolari bħala l-uniku mezz ta' identifikazzjoni tal-utent jew għall-kontroll tal-prodott.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 3 – Taqsima II – kolonna 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ:

Meta jkunu disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodotti u l-kompatibbiltà tagħhom mat-teknoloġiji ta' assistenza, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 4 – Taqsima III – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq permezz ta' dan li ġej:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi"

(a)  il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi għandhom ikunu skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi";

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun jinftiehem, perċettibbli u operabbli;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif tuża l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu mat-teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (c);

(iv)  għandhom ikunu pprovduti fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità:

(i)  meta servizz jipprovdi komunikazzjoni bil-vuċi f'żewġ direzzjonijiet, huwa għandu jappoġġja wkoll test f'ħin reali b'mod parallel u fl-istess sejħa;

(ii)  meta servizz jappoġġja komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet u dak is-servizz jiġi speċifikat għall-użu ma' servizz ta' trażmissjoni, għandu jiġi pprovdut appoġġ għal vuċi, test u/jew vidjo f'ħin reali, waħdu jew fi kwalunkwe kombinament, kemm f'sejħiet deħlin kif ukoll f'dawk ħerġin;

(iii)  meta servizz jappoġġja komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet u huwa speċifikat għall-użu ma' servizzi ta' emerġenza, għandu jiġi pprovdut appoġġ għal vuċi, test u/jew vidjo f'ħin reali, waħdu jew fi kwalunkwe kombinament, kemm f'sejħiet deħlin kif ukoll f'dawk ħerġin;

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 4 – Taqsima III – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 4 – Taqsima III – kolonna 2 – punt B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu bil-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt a;

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti kif il-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu mat-teknoloġija ta' assistenza;

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandu jkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun kemm perċettibbli kif ukoll operabbli; u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  għandhom ikunu pprovduti f'formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara;

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 4 – Taqsima III – kolonna 2 – punt B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1,għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista;

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-elementi viżivi fuq quddiem minn dawk fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' awdjo, ta' ċarezza u ta' volum imtejba inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond meta l-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u ta' tħaddim tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 4 – Taqsima III – kolonna 2 – punt B – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi"

(a)  il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi għandhom ikunu skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi";

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati, għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir intelliġibbli, perċettibbli u operabbli;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (c);

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  F'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-utenti, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità, il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva għandhom jiżguraw, abbażi ta' skeda ta' żmien progressiva u raġonevoli, il-kwalità tas-servizzi ta' aċċess; meta servizz jappoġġja komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet u dak is-servizz jiġi speċifikat għall-użu ma' servizz ta' trażmissjoni, għandu jiġi pprovdut appoġġ għal vuċi, test u/jew vidjo f'ħin reali, waħdu jew fi kwalunkwe kombinament, kemm f'sejħiet deħlin kif ukoll f'dawk ħerġin;

(i)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li s-sottotitoli għal persuni torox u neqsin mis-smigħ (SDH) ikunu sinkronizzati tajjeb mal-vidjo korrispondenti u li jkunu leġġibbli, eżatti u intelliġibbli sabiex jirriflettu b'mod effettiv l-informazzjoni awdjo. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet ta' kwalità li jkopru mill-inqas it-tip ta' font, id-daqs tal-font, il-kuntrast u l-kuluri li għandhom jintużaw kif ukoll, meta possibbli, ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utenti fuq is-sottotitoli għall-SDH.

(ii)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li d-deskrizzjoni bl-awdjo u s-sottotitoli mitkellma jkunu sinkronizzati mal-vidjo. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet ta' kwalità relatati mal-inklużjoni tal-awdjo u ċ-ċarezza tad-deskrizzjoni bl-awdjo u s-sottotitoli mitkellma, kif ukoll ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utenti fuqhom.

(iii)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali tkun eżatta u intelliġibbli sabiex tirrifletti b'mod effettiv l-informazzjoni awdjo. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' rekwiżiti professjonali għall-interpreti kkonċernati u speċifikazzjonijiet ta' kwalità tal-mod ta' kif il-lingwa tas-sinjali tiġi provduta. Meta ikun teknikament possibbli, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utenti fuq il-provvista tal-iffirmar.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt A – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt a;

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandu jkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun kemm perċettibbli kif ukoll operabbli; u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  għandhom ikunu pprovduti fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed fosthom:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista,

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' awdjo, ta' ċarezza u ta' volum imtejba inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond meta l-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u operattivi tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 5 – Taqsima IV – kolonna 2 – punt B – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir intelliġibbili, perċettibbli u operabbli.

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (b);

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(c)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt B – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(a)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt C – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir intelliġibbli, perċettibbli u operabbli;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (b);

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt D – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – kolonna 2 – punt D – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

MMeta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 6 – Taqsima V – kolonna 2 – punt D – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista;

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi awdjo mtejba, ċarezza u volum inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond meta l-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u operattivi tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizzi bankarji; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji; is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji

Servizzi bankarji; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji; is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta' servizzi bankarji u t-terminals ta' pagament

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt D:

(a)  il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz għandhom ikunu skont ir-regoli stabbiliti fil-punt D;

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir perċettibbli u operabbli.

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (c);

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(d)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt B – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(a)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt C – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati, għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir perċettibbli u operabbli.

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (b);

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web u s-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt D – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(b)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ;

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt D – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 7 – Taqsima VI – kolonna 2 – punt D – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista;

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi awdjo mtejba, ċarezza u volum inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond meta l-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u operattivi tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 8 – Taqsima VII – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";

(a)  il-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz għandhom ikunu skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir perċettibbli u operabbli;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (c);

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 8 – Taqsima VII – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 8 – Taqsima VII – kolonna 2 – punt B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt 1(a);

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandu jkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun kemm perċettibbli kif ukoll operabbli; u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  għandhom ikunu pprovduti fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 8 – Taqsima VII – kolonna 2 – punt B – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 8 – Taqsima VII – kolonna 2 – punt B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista,

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' awdjo, ta' ċarezza u ta' volum imtejba inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond fejn tal-vuċi u sfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  fejn il-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  fejn il-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u operattivi tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  fejn il-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  fejn il-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà;

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 9 – Taqsima VIII – kolonna 2 – punt A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati, għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir perċettibbli u operabbli;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (b);

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Anness I – ringiela 9 – Taqsima VIII – kolonna 2 – punt A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ: Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

1.  Id-disinn u l-produzzjoni: Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandhom jitwettqu b'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li għandha tiġi pprovduta f'formati aċċessibbli multipli u li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi mmassimizzata l-leġġibilità tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) u indikazzjoni tal-marka, l-isem u t-tip tal-prodott li:

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt 1a;

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandu jkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet li jkun kemm perċettibbli kif ukoll operabbli; u

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  il-manifattur għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  għandhom ikunu pprovduti fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

(c)  l-istruzzjonijiet għall-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(d)  l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(e)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  meta rilevanti, kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat li jgħin is-smigħ, it-telecoils, l-impjanti kokleari, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  L-interfaċċja tal-utent u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni funzjonali

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi l-vista,

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw output vokali;

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti b'vista limitata jagħmlu użu aħjar minn dik il-vista, anke billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, li jinkludi modi flessibbli għas-seperazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' tħaddim il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-kulur mill-utent;

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet ta' tħaddim awditorji, il-kontroll mill-utent tal-volum jew ta' karatteristiċi awdjo mtejba biex tittejjeb iċ-ċarezza tal-awdjo, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità ta' tħaddim waħda b'karatteristiċi ta' awdjo, ta' ċarezza u ta' volum imtejba inklużi u modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond meta l-vuċi u l-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(f)  meta l-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi modalità ta' tħaddim waħda li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modalitajiet alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas t-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(g)  meta l-prodott huwa free-standing jew installat, l-elementi informattivi u operattivi tiegħu għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha jew għandu jkun possibbli għall-utenti kollha li jqegħduh f'post aċċessibbli, inklużi l-utenti b'firxa ta' moviment u b'saħħa limitati;

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu skattati reazzjonijiet fotosensittivi;

(i)  il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li tagħmilha aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża mill-utenti kollha, inklużi l-utenti b'konjizzjoni limitata;

(j)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà, għandu jipprovdi mill-inqas modalità waħda ta' tħaddim li tħares il-privatezza tal-utenti meta jużaw il-karatteristiċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

1.  L-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(a)  isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(b)  isiru aċċessibbli l-faċilitajiet, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:

(b)  isiru aċċessibbli l-faċilitajiet, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:

(i)  id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti skont il-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;

(i)  id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti skont il-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;

(ii)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(iii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut viżiv mhux testwali;

(iii)   għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut viżiv mhux testwali;

(c)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti użati fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;

(c)  il-prodotti użati fl-għoti tas-servizz għandhom ikunu skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;

(d)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(d)  l-informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu għandhom jiġu pprovduti f'formati diġitali u aċċessibbli kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux aċċessibbli fuq l-internet billi ssir perċettibbli u operabbli.

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  l-operatur ekonomiku għandu jelenka u jispjega kif jintużaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e).

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet u s-siti web onlajn u mobbli relatati, meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandhom jiġu pprovduti skont il-punt (e);

(e)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(e)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(g)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(g)  funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi persuni b'diżabilità.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima – IX – Parti C – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  In-numru minimu ta' kmamar aċċessibbli għal kull stabbiliment għandu jkun:

(a)  kamra aċċessibbli għal stabbilimenti b'total ta' inqas minn 20 kamra;

(b)  żewġ kmamar aċċessibbli għal stabbilimenti b'aktar minn 20 kamra iżda b'inqas minn 50 kamra;

(c)  kamra supplementari aċċessibbli għal kull 50 kamra addizzjonali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

15.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ádám Kósa

8.6.2016

Eżami fil-kumitat

1.9.2016

26.9.2016

5.12.2016

28.2.2017

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Elmar Brok, Karima Delli, Tania González Peñas, Sergio Gutiérrez Prieto, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Helga Stevens, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Grossetête, Andrejs Mamikins

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

ECR

EFDD

EPP

Green/EFA

GUE/NGL

NI

S&D

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Anthea McIntyre, Helga Stevens, Jana Žitňanská

Laura Agea

Georges Bach, Elmar Brok, Françoise Grossetête, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Sven Schulze, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

Karima Delli, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

Tania González Peñas, Kostadinka Kuneva, João Pimenta Lopes

Lampros Fountoulis

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Jan Keller, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Maria João Rodrigues, Joachim Schuster, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog

0

-

3

0

ENF

Mara Bizzotto, Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

19.4.2017

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Rapporteur għal opinjoni (*): Keith Taylor

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva proposta tappoġġja lill-Istati Membri fit-twettiq tal-impenji nazzjonali tagħhom kif ukoll tal-obbligi tagħhom rigward l-aċċessibbiltà skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), li l-UE hija parti għaliha, flimkien ma' 25 mill-Istati Membri tagħha.

Fis-settur tat-Trasport, id-Direttiva tiffoka fuq in-nondiskriminazzjoni u l-għoti ta' assistenza għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jużaw it-trasport b'mod speċjali fuq ir-Regolamenti tad-Drittijiet tal-Passiġġieri għall-mezzi kollha tat-trasport.

Billi teżisti leġiżlazzjoni tal-UE li tikkonċerna l-aċċessibbiltà tal-vetturi tat-trasport tal-passiġġieri u standards tekniċi biex jiżgurawha għal xi mezzi ta' trasport, id-Direttiva mhix se taffettwa l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

Definizzjonijiet

Ir-Rapporteur jestendi d-definizzjoni ta' "persuni b'limitazzjonijiet funzjonali" għal "persuni b'mobbiltà mnaqqsa" kif mitlub mill-NGO.

Kamp ta' applikazzjoni

Xi emendi jipproponu l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Il-mezzi tat-trasport jeħtieġ li jiġu estiżi wkoll għat-trasport urban. Inkella l-intermodalità ma tkunx effettiva. Il-mobbiltà libera mhix possibbli jekk l-aċċessibbiltà ma tasalx fiċ-ċentri urbani.

L-ambjent mibni jrid jiġi adattat ukoll sabiex l-aċċessibbiltà verament tasal fis-sistemi tat-trasport prinċipali. Ir-Rapporteur jipproponi li d-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu dan.

Is-servizzi tat-turiżmu huma msemmija wkoll bħala objettiv prinċipali għall-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Il-leġiżlazzjoni ferrovjarja Ewropea hija s-settur tat-trasport l-aktar adattat għall-kriterji l-ġodda ta' aċċessibbiltà, iżda l-fini ta' din l-Opinjoni huwa li dawn ir-regolamenti nazzjonali jiġu estiżi għall-bqija tas-setturi tat-trasport, inkluż f'xi każijiet is-settur privat.

Data ta' limitu

Jenħtieġ li l-limitu ta' sitt snin għad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jitnaqqas għal erba' snin, ħlief għall-adattament tal-ambjent mibni u tal-vetturi (li jibqa' sitt snin).

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabbiltajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u dan huwa prerekwiżit għal għajxien indipendenti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabbiltà, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-UE hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ transfruntier, il-libertà ta' moviment ta' prodotti u servizzi, il-moviment liberu tal-persuni u l-mobbiltà, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-UE.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Billi l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jobbliga lill-UE tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq d-diżabbiltà meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha u l-Artikolu 19 tat-TFUE jagħti s-setgħa li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali, id-dinjità u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità bl-għan tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà ("il-Konvenzjoni") li espliċitament tipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba d-diżabbiltà, u tipprevedi l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabbiltajiet fis-soċjetà.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Fis-settur tat-trasport ferrovjarju, id-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea1a u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (TSI għall-PMM)1b espliċitament isemmu, u jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni. Konsegwentement, l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa fis-settur tat-trasport ferrovjarju hija regolata skont dawn l-istrumenti. Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn id-Direttiva (UE) 2016/797 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 minn naħa u l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà1c min-naħa l-oħra, jenħtieġ ukoll li kwalunkwe reviżjoni futura tat-TSI għall-PMM tikkunsidra r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà li jirriżultaw mill-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà.

__________________

1a  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44–101).

1b  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110–178).

1c  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi COM(2015)0615 .

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Filwaqt li titqies l-eżistenza ta' servizzi għall-persuni b'diżabbiltà, xi ħaġa li jenħtieġ ukoll li titqies.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni jitlob li ssir riċerka dwar id-disponibbiltà u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, inkluż it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-għajnuniet tal-mobbiltà, l-apparati u t-teknoloġiji ta' assistenza, u l-iżvilupp u l-promozzjoni tagħhom, xierqa għall-persuni b'diżabbiltà. Il-Konvenzjoni titlob ukoll li tingħata prijorità lit-teknoloġiji li għandhom prezz raġonevoli;

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi u l-ambjent mibni fir-rigward tal-forniment ta' oġġetti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet rilevanti, inkluż fil-livell lokali, jinkludu aċċessibbiltà mingħajr ostakoli għas-servizzi tat-trasport urban fil-pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jsiru sforzi għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw trasport tal-ajru, ferrovjarju, tax-xarabank u permezz ta' passaġġ fuq l-ilma intern. Jenħtieġ li tali sforzi jiffukaw fuq aspetti intermodali bl-għan li tiġi promossa aċċessibbiltà ħielsa mill-ostakoli inklużi aspetti bħall-infrastruttura u l-vetturi tat-trasport.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet urbani jintegraw l-aċċessibbiltà mingħajr ostakoli għas-servizzi tat-trasport urban fil-Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) tagħhom u regolarment jippubblikaw listi tal-aħjar prattiki rigward l-aċċessibbiltà mingħajr ostakoli għat-trasport urban pubbliku u għall-mobbiltà.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u persuni anzjani, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, il-persuni anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Kull prodott u kull servizz irid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

(17)  Kull prodott u kull servizz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jitqiegħed fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jrid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jippermettu lin-nies kollha jagħmlu użu sħiħ mill-prodotti u s-servizzi u l-infrastruttura, inkluż l-ambjent mibni, koperti minn din id-Direttiva bl-aktar mod effettiv u l-anqas oneruż għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa u li tqiegħdu fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva b'mod effiċjenti, b'mod partikolari billi jitqies it-tul ta' ħajja funzjonali u ekonomika tat-terminals self-service, tal-magni tal-biljetti u tal-magni taċ-check in.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(19)  Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll għall-ambjent mibni marbut mal-forniment ta' dawk il-prodotti u servizzi, sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Ċerti elementi tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva huma diġà koperti minn atti leġiżlattivi eżistenti tal-UE fil-qasam tat-trasport. Dawn l-atti jinkludu r-Regolament (KE) Nru 1371/20071a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/20141b u (UE) Nru 454/20111c; Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1d; u r-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1e u r-Regolament (UE) Nru 1107/20061f. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza regolatorja u l-prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi koperti minn dawn l-atti, it-twettiq ta' dawn ir-rekwiżiti dwar l-aċċessibbiltà fid-Direttiva (UE) 2016/797 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 jenħtieġ li jitqiesu li jirrappreżentaw it-twettiq tar-rekwiżiti rilevanti definiti f'din id-Direttiva. Madankollu, meta r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/797 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 ma jkunux koperti, jenħtieġ li tapplika din id-Direttiva.

__________________

1a  Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

1b  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

1c  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema "applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri" tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).

1d  Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

1e  Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

1f  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Filwaqt li titqies l-importanza tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew bl-għan li jsiru possibbli l-mobbiltà u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħtu kunsiderazzjoni debita lill-applikazzjoni tal-kriterji ta' aċċessibbiltà relatati mal-ambjent mibni meta jkun hemm investiment fl-infrastruttura tat-trasport fin-netwerk tat-TEN-T.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabbiltajiet, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Sabiex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mir-rekwiżiti komuni għall-ambjent mibni, is-setgħa li jadottaw atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà previsti fit-Taqsima X tal-Anness I. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 42a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42a)  Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jeżaminaw mill-ġdid il-valutazzjoni f'kooperazzjoni ma' persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V.

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V u li dawn jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabbiltà b'mod regolari.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48a)  Il-bażijiet tad-data nazzjonali li fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell tal-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) jippermettu inklużjoni aħjar fis-sorveljanza tas-suq ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 54a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54a)  It-tnedija ta' applikazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni abbażi ta' servizzi tad-data ġeografika tikkontribwixxi għall-moviment indipendenti u sikur tal-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u persuni b'diżabbiltajiet. Jenħtieġ li d-data ġeografika għal tali applikazzjonijiet tipprovdi informazzjoni adattata għall-bżonnijiet speċifiċi ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u persuni b'diżabbiltajiet.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

1.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti ġodda li ġejjin imqiegħda fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;

(a)  is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali intiżi għall-użu mill-konsumaturi;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  terminals ta' pagament;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-terminals self-service li ġejjin:

(b)  it-terminals self-service li ġejjin jekk is-servizzi offruti ma jiġux offruti bla ħlas lill-persuni kollha msemmija fl-Artikolu 2(3) u (4):

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin:

(2)  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin ipprovduti wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(b)  is-servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-midja awdjoviżiva, inkluż it-tagħmir għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat għall-għoti ta' dawk is-servizzi;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma;

(c)  it-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, il-mobbiltà u s-servizzi ta' konnessjoni intermodali tagħhom, inkluż it-trasport urban pubbliku bħal sistemi ta' metro, ferrovija, tramm, trolleybus u xarabank fir-rigward ta':

(i)  terminals self-service, li jinsabu fit-territorju tal-UE, inklużi magni tal-biljetti, terminals ta' pagament u magni taċ-check in;

(ii)  is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u l-informazzjoni f'ħin reali;

(iii)  il-vetturi, l-infrastruttura relatata u l-ambjent mibni, inkluż aċċess mingħajr taraġ fl-istazzjonijiet pubbliċi kollha;

(iv)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, il-flotot tat-taksis u tal-karozzi tal-kiri jinkludu proporzjon adegwat ta' vetturi adattati.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  servizzi tat-turiżmu, inkluż il-provvista ta' akkomodazzjoni u l-forniment tal-ikel.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE42 għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE.

(a)  kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet ta' kull tip li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE42, għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE.

__________________

__________________

42 Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

42  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  proċeduri ta' offerti għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.45

(c)  il-proċeduri ta' offerti kollha għal kuntratti, inkluż l-għoti dirett ta' kuntratti għal servizz pubbliku, mogħtija wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fir-rigward tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.45

__________________

__________________

45 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315 3.12.2007, p. 1).

45 Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(d)  l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolamenti (UE) Nri 1315/201346 u 1316/201346a, kif ukoll skont ir-Regolament (UE) Nru 1300/201446b. Kwalunkwe reviżjoni futura tat-TSI għall-PMM għandha wkoll tikkunsidra r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jirriżultaw mid-Direttiva.

__________________

__________________

46 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

46  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

46aIr-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE)Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

46bIr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Ir-Regolamenti numerużi eżistenti li jittrattaw is-servizzi tat-trasport għandhom ikunu l-bażi għar-regoli dwar l-aċċessibbiltà għas-servizzi tat-trasport u tal-mobbiltà u jiksbu koerenza akbar bejn dawn l-atti leġiżlattivi kif ukoll jinkludu aspetti intermodali li huma meħtieġa għall-ksib ta aċċessibbiltà mingħajr ostakoli.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri f'konformità mad-dritt tal-UE li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi għall-aċċessibbiltà stabbiliti b'din id-Direttiva.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  "mingħajr ostakoli" tfisser perċettibbli, li tista' tintuża u li tinftiehem mingħajr ma tiltaqa' ma' ebda ostakolu speċifiku, u li ma tirriżulta fl-ebda indipendenza mnaqqsa;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "persuni b'limitazzjonijiet funzjonali" tfisser persuni li jkollhom xi diżabbiltà fiżika, mentali, intellettwali jew sensorja, indeboliment relatat mal-età, jew kawżi relatati mal-prestazzjoni tal-ġisem tal-bniedem, permanenti jew temporanji, li meta jinteraġixxu ma' ostakoli differenti jirriżultaw f'anqas aċċess għall-prodotti u s-servizzi, u dan iwassal għal sitwazzjoni li tirrikjedi adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

(3)  "persuni b'limitazzjonijiet funzjonali" tfisser persuni li jkollhom xi diżabbiltà fiżika, mentali, intellettwali jew sensorja, mobbiltà mnaqqsa (PMM), indeboliment relatat mal-età, jew kawżi relatati mal-prestazzjoni tal-ġisem tal-bniedem, permanenti jew temporanji, li meta jinteraġixxu ma' ostakoli differenti jirriżultaw f'anqas aċċess għall-prodotti u s-servizzi, u dan iwassal għal sitwazzjoni li tirrikjedi adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru" tfisser servizzi li jipprovdu t-trasportaturi tal-ajru li jipprovdu servizzi tal-ajru skedati fit-territorju tal-UE jew lejn/mit-territorju tal-UE jew servizzi oħra relatati mas-servizzi tal-ajru pprovduti mis-sidien tat-terminals self-service;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank" tfisser servizzi koperti bl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7c)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija" tfisser is-servizzi tal-passiġġieri bil-ferrovija kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1371/2007;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7d)  "servizzi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma" tfisser servizzi tal-passiġġieri koperti bl-Artikolu 2(1) bl-eċċezzjoni tas-servizzi definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "irtirar" tfisser kull miżura maħsuba biex prodott fil-katina tal-provvista ma jitħalliex isir disponibbli fis-suq;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija); .

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  "servizzi ta' data ġeografika" kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (KE) 2007/2/KE tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu permezz ta' applikazzjoni tal-kompjuter, fuq data ġeografika li tinsab f'ġabriet ta' data ġeografika jew f'metadata relatata;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  "servizzi ta' akkomodazzjoni" tfisser servizzi li jipprovdu akkomodazzjoni għal żmien qasir u servizzi oħra tal-ospitalità bħal-lukandi, hostels, siti tal-ikkampjar u appartamenti għall-kiri, kif ukoll faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni privata.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni ta' pagament, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I.

6.  Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-kowċ, bil-ferrovija, bil-vapur u s-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri intermodali, inklużi servizzi relatati mat-trasport urban, il-mobbiltà u l-ambjent mibni, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service bħall-magni ta' pagament, il-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, servizzi relatati mat-turiżmu, inter alia, servizzi ta' akkomodazzjoni u tal-forniment tal-ikel, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I biss meta dawn ir-rekwiżiti ma jkunux diġà koperti mil-leġiżlazzjoni speċifika li ġejja:

-   -   Fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 u r-Regolament (UE) Nru 454/2011,

-   -   Fir-rigward tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011,

-   -   Fir-rigward tat-trasport bil-baħar u minn passaġġi fuq l-ilma interni, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 u

-   -   Fir-rigward tat-trasport bl-ajru, ir-Regolament (UE) Nru 1107/2006.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva relatati mas-siti web għandhom jitqiesu li jkunu rispettati meta s-servizzi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva relatati mal-għoti ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-faċilitajiet ta' aċċessibbiltà għandhom jitqiesu li jkunu rispettati meta s-servizzi jkunu konformi mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 181/2011.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6c.  Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva relatati mal-għoti ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-faċilitajiet tas-servizzi għandhom jitqiesu li jkunu rispettati meta s-servizzi jkunu konformi mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi t-terminals ta' pagament u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji u ta' pagament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, kif ukoll kwalunkwe servizz jew post ieħor għax-xiri ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti koperti minn din id-Direttiva, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u persuni b'diżabbiltajiet.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri sabiex jittrasponu din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-fini ta' dan il-paragrafu kif previst fl-Anness 1, Taqsima X fir-rigward tal-ambjent mibni.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10a.  Is-servizzi ta' akkomodazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet VIII u X tal-Anness I.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

9.  Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kkonċernata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

9.  L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta' prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità kkonċernata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

6.  Id-distributuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw mal-awtorità kkonċernata, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Is-servizzi u l-prodotti użati għall-forniment tas-servizzi għandhom jiġu kkunsidrati li jikkonformaw mal-Artikolu 3 meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti f'leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

(2)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Għal dan l-għan, il-fornituri tas-servizzi jistgħu jirreferu għad-dispożizzjonijiet eżistenti li jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f'format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabbiltà. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 ma għandhomx japplikaw jekk alternattivi xierqa, bħalma huma prodotti jew servizzi aċċessibbli, li għalihom il-konsumaturi kollha għandhom aċċess bl-istess jew kważi bl-istess kundizzjonijiet, ikunu disponibbli.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

2.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw f'perjodu raġonevoli u ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  il-tul ta' ħajja tal-magni li huma meħtieġa għall-għoti ta' servizz.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt (bb) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  alternattivi li huma offruti mingħajr ħlas u huma disponibbli mill-fornituri tas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu inċentivi u linji gwida biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-proċeduri u l-linji gwida għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati b'mod sistematiku bħala parti mill-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta jiġu riveduti r-Regolamenti tal-UE li jistabbilixxu d-drittijiet ta' passiġġieri li jużaw it-trasport bl-ajru, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bix-xarabank, inkluż l-aspetti intermodali tagħhom;

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà marbuta ma' kriterji soċjali u ta' kwalità stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri ta' offerti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

(c)  Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mingħajr ostakoli marbuta ma' kriterji soċjali u ta' kwalità stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri ta' offerti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Meta l-UE tikkofinanzja proġetti ta' trasport u ta' infrastruttura tat-telekomunikazzjoni aċċessibbli mingħajr ostakoli, jenħtieġ li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-fondi ta' koeżjoni u l-fondi strutturali reġjonali kif ukoll il-FEIS iqiegħdu enfasi aktar qawwi fuq l-appoġġ finanzjarju għal dawn il-proġetti.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

(1)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti jew fuq l-operaturi kuntrattati minnhom għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-ambjent mibni, it-topografija u d-drittijiet ta' sjieda u proprjetà eżistenti;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku f'format aċċessibbli.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' lmenti, komprensiv u mgħammar b'riżorsi xierqa għall-konsumaturi biex jikkomplementa sistema ta' implimentazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, iżda ma għandhomx iservu bħala alternattiva għall-eżekuzzjoni min-naħa tal-operaturi ekonomiċi tal-obbligu tagħhom b'rabta mal-aċċessibbiltà tal-prodotti jew tas-servizzi tagħhom.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Ir-rikavati miġbura mill-impożizzjoni tal-penali għandhom jiġu investiti mill-ġdid f'miżuri relatati mal-aċċessibbiltà.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ambjent mibni għandhom jiġu applikati għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għat-terminals self-service (inklużi pagament, check in u magni tal-biljetti) għandhom jiġu applikati tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27a

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(10) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn (id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva).

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(10) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika ta' dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(10) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, għandhom ikunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż:

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni,

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt a – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-anqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi l-modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi karatteristiċi li jippermettu lill-utenti jagħmlu użu aħjar mill-viżjoni limitata tagħhom, inkluż billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, jenħtieġ li jinkludi modi flessibbli għas-separazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  jipprovdu modalità viżiva ta' tħaddim li ma tirrikjedix il-perċezzjoni tal-utent tal-lewn;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum u b'karatteristiċi tal-awdjo msaħħa biex itejbu ċ-ċarezza tal-awdjo, inklużi modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw il-ħsejjes fuq quddiem minn dawk fl-isfond, fejn il-leħen u l-ħsejjes fl-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(f)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, inkluż fejn il-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi karatteristiċi li jippermettu lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modi alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar bħal manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas it-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(g)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati, inkluż fejn prodott ikun wieqaf waħdu jew ikun installat, l-elementi ta' informazzjoni u tħaddim għandhom jitqiegħdu f'firxiet ta' moviment standard aċċessibbli jew għandu jkun possibbli għal utent li jpoġġih fejn jista' jintlaħaq;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(i)  jipprovdu karatteristiċi li jagħmlu l-komunikazzjoni u t-tħaddim tal-utent tiegħu aktar sempliċi u faċli biex jintuża;

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li huma pprovduti għall-aċċessibbiltà, il-privatezza tal-utenti għandha tiġi ppreżervata meta jintużaw dawn il-karatteristiċi.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima I – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'modi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabbiltà.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-kowċ, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri: servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri, ta' servizzi ta' mobbiltà u ta' turiżmu

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  tingħata informazzjoni f'formati aċċessibbli dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà mingħajr ostakoli relatati kif ġej:

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkun disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format elettroniku li mhuwiex accessibbli fuq l-internet, li tagħmilha perċettibbli, operabbli u komprensibbli u b'saħħitha f'konformità mal-punt (b),

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jiġu elenkati u spjegati l-użu tal-karatteristiċi tal-aċċessibbiltà tas-servizz inkluż l-aċċessibbiltà tal-vetturi u tal-infrastruttura tal-madwar u l-ambjent mibni kif ukoll informazzjoni dwar għajnuna mogħtija skont ir-Regolament 1107/2006, ir-Regolament 1177/2010, ir-Regolament 1371/2007 u r-Regolament 181/2011;

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  għandha tkun ipprovduta fuq formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  għandha tkun ipprovduta fuq kontenut alternattiv mhux testwali bħal skrins tattili u alternattivi kkontrollati permezz tal-vuċi

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iiib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiib)  il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà disponibbli għas-servizz jenħtieġ li jkunu elenkati u spjegati

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inklużi l-applikazzjonijiet online meħtieġa għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, tat-turiżmu, tal-akkomodazzjoni u tal-forniment tal-ikel. Dan jinkludi l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenuti, bil-forniment, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli meta dan ikun meħtieġ; b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-forniment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bil-forniment, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(c)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u ta' persuni b'diżabbiltajiet:

(i)  ħruġ ta' biljetti intelliġenti (prenotazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta' biljetti, eċċ.);

(ii)  informazzjoni għall-passiġġieri f'ħin reali (skedi ta' żmien; informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta' kollegament, vjaġġar 'il-barra b'modi oħra ta' trasport, eċċ.);

(iii)  informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. l-allokazzjoni ta' persunal fl-istazzjonijiet; lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli).

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-ambjent mibni meħtieġ għall-forniment tas-servizz għandu jikkonforma mat-Taqsima X ta' dan l-Anness

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti A – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabbiltà.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

imħassar

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti B – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

imħassar

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti B – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  Bħala minimu, il-kontenut ta' siti web relatati mal-operazzjonijiet li ġejjin irid jikkonforma mar-rekwiżiti skont (a):

(i)  l-aċċess għall-iskedi ta' żmien, tariffi speċjali mnaqqsa u biljetti għan-netwerk kollu, kif ukoll dettalji ta' spejjeż ta' prenotazzjoni u prezzijiet tal-biljetti;

(ii)  il-booking jew bidla fil-booking jew prenotazzjoni inklużi l-faċilitajiet kollha tat-trasport;

(iii)  iċ-check in;

(iv)  l-aċċess għal itinerarju personali tal-vjaġġi;

(v)  l-aċċess għall-istatus ta' titjira;

(vi)  l-aċċess għal kont personali ta' klijent;

(vii)  l-aċċess għall-informazzjoni ta' kuntatt ta' trasportatur;

(viii)  l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-assistenza fit-trasport disponibbli.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.  Servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali:

imħassar

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-forniment ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, għandu jitwettaq billi:

imħassar

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

imħassar

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

imħassar

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

imħassar

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

imħassar

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti C – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

imħassar

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri u ta' servizzi ta' turiżmu:

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltajiet u dawk b'indeboliment relatat mal-età u mas-saħħa, għandhom jitwettqu billi jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà mingħajr ostakoli li ġejjin:

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  għandha telenka u tispjega l-attivazzjoni u l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji ta' assistenza;

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandu jkollha daqs adegwat u tip ta' tipa b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibbiltà tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(d)  il-prodott għandu jipprovdi kompatibbiltà ma' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparati tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti fil-cochlea, u tagħmir ta' assistenza tas-smigħ. Il-prodott għandu jippermetti wkoll l-użu ta' kuffji personali.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, f'konformità mat-Taqsima I, Punt 2, kif ukoll:

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  Ma għandux jirrikjedi l-attivazzjoni ta' karatteristika ta' aċċessibbiltà sabiex utent li jkollu bżonn din il-karatteristika jkun jista' jattivaha;

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  fejn tkun meħtieġa tweġiba f'waqtha, l-utent għandu jingħata twissija b'mod viżiv, kif ukoll bil-mess jew b'ħoss, u għandu jingħata l-possibbiltà li jestendi l-ħin permess;

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  il-prodott għandu jkun operabbli, inklużi l-partijiet operabbli tal-prodott, bħall-buttuni u l-kontrolli, għandu jkollu kuntrast adegwat bejn il-buttuni u l-kontrolli u l-isfond tagħhom, u għandu jkun identifikabbli bil-mess;

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  meta jiġu pprovduti buttuni, biljetti, jew kards, dawn għandu jkollhom orjentazzjoni identifikabbli bil-mess jekk l-orjentazzjoni tkun importanti għal użu ulterjuri tal-buttuna, biljett jew kard;

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – parti D – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  fejn il-prodott juża karatteristiċi bijoloġiċi tal-utent, dan ma għandux jibbaża fuq l-użu ta' karatteristika bijoloġika partikolari bħala l-uniku mezz ta' identifikazzjoni tal-utent jew għall-kontroll tal-prodott.

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkun disponibbli f'format elettroniku aċċessibbli billi tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u b'saħħithom f'konformità mal-punt (b);

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jiġu elenkati u spjegati l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji ta' assistenza.

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

imħassar

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online meħtieġa għall-għoti tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti tas-servizz jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' pagament meħtieġa għall-forniment tas-servizz għandhom ikunu jinftiehmu, perċettibbli, operabbli u b'saħħithom, mingħajr ma jimminaw is-sigurtà u l-privatezza tal-utent.

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VIII – parti A – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Fejn disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji u servizzi ta' assistenza, b'mezzi aċċessibbli ta' komunikazzjoni għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali u għall-persuni b'diżabbiltajiet.

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Anness I - taqsima VIIIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA VIIIa

Servizzi ta' akkomodazzjoni

Servizzi

1.  Il-forniment ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltajiet, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(i)  għandhom ikunu disponibbli f'format elettroniku aċċessibbli billi jsiru perċettibbli, operabbli, komprensibbli u b'saħħithom f'konformità mal-punt (b);

(ii)  għandhom jiġu elenkati u spjegati l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tas-servizz u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji ta' assistenza.

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online meħtieġa għall-forniment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

(c)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mobbli meħtieġa għall-għoti ta' servizzi ta' kummerċ elettroniku jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod b'saħħtu li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u internazzjonali;

(d)  il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' pagament meħtieġa għall-għoti tas-servizz għandhom ikunu komprensibbli, perċettibbli, operabbli u b'saħħithom, mingħajr ma jimminaw is-sigurtà u l-privatezza tal-utent;

(e)  l-ambjent mibni jsir aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima X.

(i)  iż-żoni komuni kollha (akkoljenza, id-dħul, il-faċilitajiet ta' rikreazzjoni, swali tal-konferenzi, eċċ.)

(ii)  il-kmamar skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima X fejn l-għadd minimu ta' kmamar aċċessibbli għal kull stabbiliment għandu jkun:

–  kamra aċċessibbli għal stabbilimenti b'total ta' anqas minn 20 kamra

–  żewġ kmamar aċċessibbli għal stabbilimenti b'aktar minn 20 kamra iżda b'anqas minn 50 kamra

–  kamra addizzjonali aċċessibbli għal kull 50 kamra addizzjonali.

2.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza, b'mezzi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-utenti b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabbiltajiet.

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b'diżabbiltajiet u dawk b'indeboliment relatat mal-età, għandhom jitwettqu billi jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li ġejjin:

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs u tip adegwati b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibbiltà tagħha għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt a – punt iva(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  għandha tkun disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'dokumenti elettroniċi li mhumiex aċċessibbli fuq l-internet, billi jsiru perċettibbli, operabbli, komprensibbli u b'saħħithom;

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) li;

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt b – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(a)

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt b – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibbiltà u l-kompatibbiltà tiegħu ma' teknoloġiji ta' assistenza;

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-installazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

imħassar

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

imħassar

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – punt iia(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  għandhom ikunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li jagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u b'saħħithom;

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – punt iib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iib)  għandhom jiġu elenkati u spjegati l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji ta’ assistenza disponibbli fil-livell tal-UE u f'dak internazzjonali

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt c – punt iic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iic)  għandha tkun ipprovduta fuq formati alternattivi mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew test faċli biex jinqara.

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  il-prodott għandu jipprovdi l-kompatibbiltà ma' għadd ta' tagħmir u teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-UE u f'dak internazzjonali, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti fil-cochlea, u t-tagħmir ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    155

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott:

Emenda    156

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(a)  jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed inkluż;

Emenda    157

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt a – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni,

Emenda    158

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt a – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta' informazzjoni u tħaddim, il-prodott għandu jipprovdi mill-anqas modalità waħda ta' informazzjoni u tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ;

Emenda    159

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(b)  jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament. Meta l-prodott jirrikjedi input vokali mill-utenti, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' tħaddim li ma tirrikjedix li l-utenti jiġġeneraw ħsejjes bil-fomm bħall-kliem, tisfir jew klikkjaturi;

Emenda    160

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(c)  meta l-prodott jipprovdi l-modalitajiet viżivi ta' komunikazzjoni u tħaddim, jipprovdi karatteristiċi li jippermettu lill-utenti jagħmlu użu aħjar mill-viżjoni limitata tagħhom, inkluż billi jipprovdi tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità, kuntrast u luminanza flessibbli, u meta possibbli, jenħtieġ li jinkludi modi flessibbli għas-separazzjoni u l-kontroll tal-informazzjoni fuq quddiem minn elementi viżivi fl-isfond u kontroll flessibbli fuq il-kamp viżiv meħtieġ;

Emenda    161

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(d)  jipprovdu modalità viżiva ta' tħaddim li ma tirrikjedix il-perċezzjoni tal-utent tal-lewn;

Emenda    162

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(e)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum u b'karatteristiċi tal-awdjo msaħħa biex itejbu ċ-ċarezza tal-awdjo, inklużi modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw il-ħsejjes fuq quddiem minn dawk fl-isfond, fejn il-leħen u l-ħsejjes fl-isfond huma disponibbli bħala flussi tal-awdjo separati;

Emenda    163

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(f)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar, inkluż fejn il-prodott jirrikjedi azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi karatteristiċi li jippermettu lill-utenti jagħmlu użu tal-prodott permezz ta' modi alternattivi ta' tħaddim li ma jirrikjedux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar bħal manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas it-tħaddim ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

Emenda    164

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(g)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati, inkluż fejn prodott ikun wieqaf waħdu jew ikun installat, l-elementi ta' informazzjoni u tħaddim għandhom jitqiegħdu f'firxiet ta' moviment standard aċċessibbli jew għandu jkun possibbli għal utent li jpoġġih fejn jista' jintlaħaq;

Emenda    165

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jipprovdu modalitajiet ta' tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(h)  meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżivi ta' informazzjoni, il-prodott għandu jipprovdi tal-anqas modalità waħda ta' informazzjoni li tnaqqas il-potenzjal li jiġu stimulati reazzjonijiet fotosensittivi;

Emenda    166

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

(i)  jipprovdu karatteristiċi li jagħmlu l-komunikazzjoni u t-tħaddim tal-utent tiegħu aktar sempliċi u faċli biex jintuża;

Emenda    167

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  meta l-prodott jipprovdi karatteristiċi li huma pprovduti għall-aċċessibbiltà, il-privatezza tal-utenti għandha tiġi ppreżervata meta jintużaw dawn il-karatteristiċi;

Emenda    168

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti A – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(a)  isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport transfruntier u intermodali, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

Emenda    169

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima IX – parti B – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  jiġi garantit it-trasport bla ħlas u xieraq tas-siġġijiet tar-roti u tal-klieb li jakkompanjaw persuni neqsin mid-dawl fis-servizzi tat-trasport.

Emenda    170

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima X – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-użu ta' faċilitajiet u żoni esterni relatati taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz;

(a)  l-użu ta' faċilitajiet u żoni esterni;

Emenda    171

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima X – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet użati fl-għoti tas-servizz;

(g)  l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet użati fil-prodott ta' forniment tas-servizz;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

18.1.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

15.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Keith Taylor

25.2.2016

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

25.1.2017

22.3.2017

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

19

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Werner Kuhn, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

GUE/NGL

Jiří Maštálka

PPE

Deirdre Clune

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

19

0

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

PPE

Georges Bach, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

14.7.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Petra Kammerevert

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta hu li jiġu implimentati b'mod uniformi, mal-UE kollha, id-dispożizzjonijiet ta' aċċessibbiltà tal-Konvenzjoni tan-NU[3] dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, li jippromwovi l-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fl-UE. Id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà għandhom jiġu promossi u protetti.

Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-kotba elettroniċi huma koperti mill-proposta b'mod komprensiv.

Għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, madankollu, id-direttiva[4] hija rilevanti peress li toffri numru ta' regoli speċifiċi. Id-dispożizzjonijiet tagħha, inklużi dawk dwar l-aċċessibilità għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, huma f'sintonija mal-libertà ta' informazzjoni u tal-midja, mal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u d-diversità kulturali u jirrispettaw il-kompetenza tal-politika tal-Istati Membri għall-midja u l-arti.

Id-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva qed tiġi riveduta attwalment mill-Kummissjoni, u wisq probabbli se tiġi ppubblikata proposta fil-25 ta' Mejju 2016. Fir-rigward tal-libertajiet fundamentali msemmija u l-kompetenza tal-Istati Membri, jidher li l-promozzjoni ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli permezz ta' mudell ta' inċentivi fil-qafas tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva hija aktar vantaġġjuża mill-approċċ restrittiv u ripressiv li ġie magħżul f'din il-proposta. Dan huwa l-uniku mod kif jista' jittieħed kont tal-mod partikolari inerenti fis-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jiġifieri l-kapaċità li jwasslu prodotti kulturali. Dawn il-karatteristiċi jiġġustifikaw fl-istess ħin ir-regolazzjoni finali fid-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

Il-mudell magħżul f'din il-proposta għal Direttiva jista', fir-rigward tal-midja awdjoviżiva, jirriżulta bħala riskjuż għad-diversità.

Regolazzjonijet li jimmassimizzaw l-aċċessibilità ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva huma indubbjament mixtieqa. Il-leġiżlazzjoni għandha tirrikonċilja, bl-aħjar mod possibbli, l-interessi konfliġġenti ġejjin mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u mill-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' Espressjonijiet Kulturali[5]. L-UE saret parti miż-żewġ Konvenzjonijiet bħala entità legali: fit-23 ta' Diċembru 2010 l-Konvenzjoni dwar id-Diżabbiltajiet, u fit-18 ta' Diċembru 2006 l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Kulturali. Il-proposta għal Direttiva, madankollu, ma tevidenzjax din il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni ta' interessi.

L-Artikolu 167 tat-TFUE jistipula li l-UE għandha tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-attivitajiet kollha tagħha, u fl-istess waqt tosserva l-prinċipju ta' sussidjarjetà. B'mod korrispondenti, barra l-qasam ta' kompetenza esklużiva tagħha, l-UE tista' taġixxi biss jekk u sal-punt li l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, la f'livell ċentrali u lanqas reġjonali jew lokali (Artikolu 5(3) tat-TUE). L-Istati Membri stess jistgħu jiżguraw li l-kotba elettroniċi u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva jkunu aċċessibbli b'mod adegwat sakemm l-impatt pożittiv mixtieq fuq is-suq intern tal-UE jkun jista' jintlaħaq mingħajr intervent fil-livell tal-UE. M'huwiex possibbli li jiġi spjegat mod ieħor għaliex id-domanda għal midja awdjoviżiva u l-kotba elettroniċi qed tiżdied madwar il-pajjiżi; u din it-tip ta' midja, min-naħa tagħha, issaħħet b'mod li jinħass sew fl-aċċessibilità tagħha f'dawn l-aħħar snin. Mal-UE kollha kien hemm żieda fil-kwantità ta' deskrizzjoniiet awdjo u s-sottotitli. Għaldaqstant, hawnhekk qed jiġi propost li l-kotba elettroniċi u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva jinħarġu mill-proposta għal Direttiva u li tiġi inkorporata fiha deroga tal-kultura u l-midja. L-istess jgħodd għas-servizzi tar-radju u servizzi li jakkumpanjaw lis-servizzi tal-midja awdjoviżiva jew lis-servizzi tar-radju u li mhumiex koperti mill-proposta għal Direttiva.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-Artikolu 12(2) b'rabta mal-paragrafu 5 tal-Proposta, jibqa' d-dubju dwar jekk il-proposta għal Direttiva jkollhiex impatt fit-totalità tagħha. Dawn id-dispożizzjonijiet jistipulaw li operatur ekonomiku jkollu jiġġustifika l-fatt li l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità fissru piż sproporzjonat għalih u li sempliċement dan jinnotifikah lill-"awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti". Il-valutazzjoni ta' kemm l-isforz għall-konformità jkun sproporzjonat, hawnhekk, taqa' espressament fuq l-operatur ekonomiku waħdu (ara l-paragrafu 5). Valutazzjoni potenzjalment żbaljata tista' tiġi analizzata mill-awtorità (ara l-Artikolu 17(2)). Iżda jibqa' mhux ċar x'jiġri f'każ ta' valutazzjoni differenti bejn l-operatur ekonomiku u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

Madankollu, jidher li huwa xieraq li jinżammu l-isforzi ta' standardizzazzjoni fir-rigward tat- "tagħmir tat-terminals b’kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva", p.e. is-smart TVs u l-tagħmir ta' qari ta' kontenuti ta' kotba maħżuna elettronikament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta’ ċittadini b’diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b’mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta’ ċittadini b’diżabilità u/jew limitazzjoni funzjonali se jiżdied b’mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli jgħin biex ikun hemm soċjetà aktar inklużiva, jiffaċilita l-għajxien indipendenti u jnaqqas ir-riskju tal-esklużjoni soċjali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, speċjalment il-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fl-Artikolu 9 tagħha, il-Konvenzjoni tobbliga lill-Partijiet tagħha għall-Konvenzjoni biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inklużi għas-sistemi u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f’żoni urbani kif ukoll rurali, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità wera l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġiżlattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibbiltà.

(12)  L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni jobbliga lill-Partijiet tagħha jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għas-servizzi turistiċi, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inkluż għas-sistemi u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f’żoni urbani kif ukoll rurali, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità wera l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġiżlattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibbiltà.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tal-ambjent mibni hija prerekwiżit għall-persuni b'diżabilità, biex ikunu jistgħu jużaw tabilħaqq is-servizzi relatati. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà spjegati fl-Anness X.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ tali prodotti.

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ tali prodotti.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-tagħmir tat-terminals b’kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

(d)   it-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

________________

1aId-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)   it-tagħmir ta' qari ta' kontenuti ta' kotba maħżuna elettronikament;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

imħassar

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kotba elettroniċi

imħassar

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-servizzi tar-radju, għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u għas-servizzi li jakkumpanjawhom, u għall-prodotti u s-servizzi kulturali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "servizzi tal-midja awdjoviżiva" tfisser servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1;

imħassar

______________

1 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.04.2010, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi hawnhekk m'għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jnaqqsu r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti u l-istandards li jirregolaw l-aċċessibbiltà.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

5.  It-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-kotba elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.

8.  Tagħmir ta' qari ta' kontenuti ta' kotba maħżuna elettronikament għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 ma japplikawx jekk alternattivi adattati, bħalma huma prodotti jew servizzi aċċessibbli, ikunu disponibbli għall-konsumaturi kollha bl-istess kundizzjonijiet.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu talbu d-dritt li jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità kompetenti rilevanti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar korrett u l-iskrutinju tal-eċċezzjonijiet kif previst mill-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jistabbilixxu djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’formati aċċessibbli fuq talba.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom stess u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu f'formati aċċessibbli fuq talba mill-membri tal-pubbliku kkonċernati.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċedura fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju marbut mal-aċċessibbiltà fil-livell nazzjonali

Proċedura fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-regoli relatati mal-aċċessibbiltà

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b'mod progressiv, b'referenza għaċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi

It-tagħmir tat-terminals tal-konsumaturi relatat ma' servizzi tal-midja awdjoviżiva

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A.  Servizzi

imħassar

1.  L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar “Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi”

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, l-operat u l-fehim tal-utenti, inkluż bl-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – punt B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:

imħassar

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kotba elettroniċi

Tagħmir ta' qari ta' kontenuti ta' kotba maħżuna elettronikament;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – punt A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A.  Servizzi

imħassar

1.  L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)  tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii)   l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet online jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, l-operat u l-fehim tal-utenti, inkluż bl-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – punt B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  "Prodotti"

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

18.1.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Petra Kammerevert

2.2.2016

Data tal-adozzjoni

13.7.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

10

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Joulaud, Dietmar Köster, Monika Smolková

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Reid, Helga Stevens

23.3.2017

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Rosa Estaràs Ferragut

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-pubblikazzjoni tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, proposta li tikkonferma l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà fl-Unjoni Ewropea.

Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-għan ewlieni ta' dak li huwa magħruf ukoll bħala "l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà" huwa li jallinja u jarmonizza l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-aċċessibbiltà. L-inklużjoni ta' miżuri ta' aċċessibbiltà fil-leġiżlazzjoni nazzjonali hija obbligu li dawk il-pajjiżi li ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà diġà aċċettaw skont l-Artikolu 9 tagħha. L-Unjoni Ewropea, għaldaqstant, qed tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi jarmonizzaw ir-regolamenti f'dan il-qasam, u b'hekk tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq intern tal-UE.

F'dan ir-rigward, huwa importanti li l-proposta tiġi kkuntestwalizzata fil-qafas tar-rieżami tal-Unjoni Ewropea mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, li matulu sar djalogu kostruttiv fl-14-il perjodu ta' sessjonijiet (fis-27 u t-28 ta' Awwissu 2015, f'Ġinevra). B'segwitu għal dan id-djalogu, il-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà adotta l-osservazzjonijiet finali tiegħu dwar l-UE, fejn saret referenza partikolarment prominenti għad-Direttiva proposta u l-kwistjonijiet relatati, kif nistgħu naraw fil-paragrafu 29 fit-taqsima dwar l-Artikolu 9 (l-Aċċessibbiltà). F'dan il-paragrafu, il-Kumitat tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà jitlob lill-Unjoni Ewropea tadotta Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà emendat, li jinkludi mekkaniżmi effikaċi u aċċessibbli għall-infurzar u t-tressiq tal-ilmenti u li jsegwi l-linji gwida stabbiliti fil-kumment ġenerali Nru 2 tal-Kumitat, f'konsultazzjoni mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data.

F'termini ġenerali, "l-Att" jista' jitqies li jipprovdi kopertura wiesgħa għall-prodotti u s-servizzi relatati mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), punt importanti li għandu jintlaqa' pożittivament. Madankollu, jeżisti lok għal titjib reali fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, biex dan ikopri firxa aktar estensiva ta' prodotti u servizzi inklużi t-trasport, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, it-turiżmu, il-poloz tal-assigurazzjoni, it-tagħmir elettroniku, is-settur tal-bejgħ bl-imnut, il-kwistjonijiet ġuridiċi, il-ġustizzja, il-kultura, l-attivitajiet tal-ħin ħieles u l-isport.

Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà

Irid jiġi żgurat li r-rekwiżiti jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti u spjegazzjonijiet aktar komprensivi u dettaljati fl-Anness tal-proposta, u li dawn jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni kollha b'diżabbiltà, inklużi n-nisa u l-bniet b'diżabbiltà u l-persuni b'diżabbiltà li jeħtieġu appoġġ aktar intensiv.

Ir-rekwiżiti għall-ambjent mibni mhumiex biżżejjed. Huwa ddikjarat li l-Istati Membri "jistgħu jiddeċiedu" li jinkludu l-ambjent mibni jekk dan ikun relatat mal-forniment tal-prodott jew tas-servizz. Dan l-aspett jeħtieġ jissaħħaħ permezz tal-obbligu li l-ambjent mibni relatat irid ikun aċċessibbli għaliex servizz jew prodott għalxejn ikun aċċessibbli jekk il-persuni b'diżabbiltà ma jkollhomx aċċess fiżiku għalih.

L-obbligi tal-manifatturi, ir-Rappreżentanti Awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri

Dawn għandhom ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-prodotti fi kwalunkwe mument u mhux biss wara li ssir "talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti".

Sorveljanza tas-suq tal-prodotti

L-informazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li hija miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi għandha ssir disponibbli għall-pubbliku b'mod sistematiku u mhux biss meta tintalab.

Infurzar

Huwa pożittiv il-fatt li l-abbozz tad-direttiva proposta jsemmi li konsumaturi u/jew il-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet privati jistgħu jieħdu azzjoni legali fil-qorti nazzjonali tagħhom f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-Direttiva. Madankollu, fid-dawl tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom bosta persuni b'diżabbiltà meta jippruvaw jaċċessaw is-sistema tal-ġustizzja nnifisha, din id-dispożizzjoni mhijiex sodisfaċenti biex tittieħed azzjoni suffiċjenti kontra l-operaturi ekonomiċi. Il-piż tal-infurzar għaldaqstant m'għandux jistrieħ fuq l-azzjonijiet individwali tal-konsumaturi iżda l-ewwel u qabel kollox għandu jsir permezz ta' sistema komprensiva ta' implimentazzjoni u monitoraġġ, flimkien ma' mekkaniżmu tal-ilmenti mill-konsumaturi. L-Istati Membri jkollhom jagħtu setgħat qawwija lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex dawn ikunu jistgħu jissorveljaw u jinforzaw l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva.

Penali

Il-fondi li jinġabru għandhom jiġu investiti mill-ġdid f'miżuri relatati mal-aċċessibbiltà. Jeħtieġ ukoll li jiġi evitat li l-ħlas tal-penali jitqies bħala alternattiva "rħisa" sabiex ma jiġux applikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà deskritti fl-Artikolu 3.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 23 u 26 tagħha,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan ser jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan ser jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern liċ-ċittadini kollha u joħloq il-prekundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni inklużiva u mhux diskriminatorju.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' persuni b'diżabilitajiet u persuni b'indebolimenti relatati mal-età jew kwalunkwe indeboliment ieħor se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli jaqdi l-ħtiġijiet tal-konsumaturi, jagħti lok għal soċjetà aktar inklużiva u huwa prerekwiżit għall-għajxien indipendenti għaċ-ċittadini kollha.

(L-ewwel parti ta' din l-emenda (bidla fid-definizzjoni ta' "ċittadini b'diżabbiltà u/jew limitazzjonijiet funzjonali" għal "persuni b'diżabbiltà u persuni b'indebolimenti marbuta mal-età jew indebolimenti oħrajn") tapplika għat-test leġiżlattiv kollu u teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-Istati Membri jadottaw perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet dwar il-miżuri u r-rekwiżiti rigward l-aċċessibbiltà u parteċipazzjoni akbar fis-suq intern għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'indebolimenti relatati mal-età jew kwalunkwe indeboliment ieħor.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)  Fl-Unjoni jgħixu 'l fuq minn 80 miljun persuna b'diżabbiltà li jeħtieġu urġentement ambjent aċċessibbli. Il-persuni b'diżabbiltà isibu diffikultà biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u f'attivitajiet rikreattivi, u skont in-Nazzjonijiet Uniti, il-prevalenza tad-diżabbiltà hija fil-fatt ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2c)  Il-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabbiltà jħabbtu wiċċhom ma' bosta forom ta' diskriminazzjoni u l-iżbilanċ li jeżisti bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-indokrar jirrikjedu li l-aċċessibbiltà tiżdied fis-setturi kollha.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2d)  Il-proċess ta' tixjiħ tal-popolazzjoni tal-Unjoni, li kulma jmur qiegħda jiżdied, qed iwassal għal żieda sinifikanti ta' persuni b'indebolimenti relatati mal-età li jeħtieġu prodotti u servizzi aċċessibbli kif ukoll ambjent intern iddiżinjat tajjeb li jippermettilhom ikomplu bl-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta' kuljum.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2e)  L-emarġinazzjoni tan-nisa b'diżabbiltà hija akbar meta mqabbla mal-iżolament li jħabbtu wiċċhom miegħu l-irġiel b'diżabbiltà.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2f)  Id-diskriminazzjoni multipla ta' forom u suriet differenti abbażi tas-sess u d-diżabbiltà tippersisti, u twassal għal esklużjoni soċjali (bħal awtostima baxxa, dipendenza ekonomika, iżolament soċjali), edukattiva (bħal rati għolja ta' illitteriżmu, livell edukattiv inferjuri, speċjalment għan-nisa) kif ukoll esklużjoni mis-suq tax-xogħol (parteċipazzjoni iktar baxxa fis-suq tax-xogħol, tendenza li jagħmlu xogħol li mhux imħallas tajjeb, temporanju jew prekarju), u b'hekk tikkawża stress u piż psikoloġiku ulterjuri fuq il-persuni b'diżabbiltà, il-familji tagħhom u l-persuni li jindukrawhom.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 2g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2g)  Minkejja diversi Konvenzjonijiet internazzjonali u dispożizzjonijiet tad-Dritt Ewropew, iċ-ċittadini għadhom mhumiex igawdu minnhom għalkollox u d-drittijiet soċjali tal-persuni b'diżabbiltà mhumiex jiġu rispettati għalkollox peress li, pereżempju, mhumiex jingħataw possibbiltajiet ġusti u ugwali biex jipparteċipaw fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika. In-nisa u l-bniet b'diżabbiltà għadhom mhux qed jiġu involuti fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-progress u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 2h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2h) L-aċċessibbiltà, id-disinn għal kulħadd u l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom jiġu żgurati fil-prodotti, l-għodod, it-tagħmir u s-servizzi biex ikunu jistgħu jintużaw mill-irġiel, subien, nisa u bniet b'diżabbiltà.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'diżabbiltà, b'indebolimenti relatati mal-età jew kwalunkwe indeboliment ieħor, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

Din l-emenda tapplika għat-test kollu u jeħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-test kollu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali.

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali, il-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi jħabbtu wiċċhom ma' inċertezzi dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-provvista potenzjali ta' servizzi transfruntiera u l-qafas ta' politika applikabbli għall-aċċessibbiltà.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  L-SMEs u l-mikrointrapriżi joħolqu l-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-Unjoni, anke jekk dawn iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet u ostakli għall-iżvilupp tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, speċjalment f'kuntest transfruntier. L-Istati Membri għandhom, għaldaqstant, jiffaċilitaw il-ħidma tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi billi jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà filwaqt li jżommu s-salvagwardji neċessarji.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

(5)  Il-konsumaturi ta' prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta' servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma' prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri u n-nuqqas ta' regoli minimi komuni għall-aċċessibbiltà fis-suq intern, li jwassal biex jillimita l-possibbiltà li jsir użu minn dawn il-prodotti u jitgawdew dawn is-servizzi, b'mod partikolari għal dawk b'introjtu baxx u li jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex isir kontibut għall-ħolqien tal-impjiegi, jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera u jitnaqqsu u jiġu evitati l-ostakli transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni u biex jiżviluppaw ulterjorment l-ekonomija tagħhom, minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'indebolimenti relatati mal-età jew kwalunkwe indeboliment ieħor permezz ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bil-għan li dawn ikunu jistgħu jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(L-ewwel parti ta' din l-emenda (bidla fid-definizzjoni ta' "persuni b'diżabbiltà" għal "persuni b'diżabbiltà u persuni b'indebolimenti marbuta mal-età jew indebolimenti oħrajn") tapplika għat-test leġiżlattiv kollu u teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Il-prevalenza tad-diżabbiltà fl-Unjoni Ewropea hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel; in-nisa b'diżabbiltà jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni multipla, u jiltaqgħu ma' ostakli sostanzjali fit-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tagħhom bħal vjolenza fiżika, emozzjonali, sesswali, ekonomika u istituzzjonali, diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjieg, li jistgħu jwasslu għal iżolament soċjali u trawmi psikoloġiċi; in-nisa huma wkoll milquta b'mod sproporzjonat mid-diżabbiltà bħala l-indokraturi ta' qrabathom b'diżabbiltà u jesperjenzaw diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni aktar ta' spiss mill-irġiel; it-trattament ugwali u miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabbiltà u l-ommijiet ta' tfal b'diżabbiltà huma dritt tal-bniedem fundamentali u obbligu etiku.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, b'mod li jiffaċilita l-kummerċ u jsaħħaħ l-impjiegi fl-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'indebolimenti relatati mal-età jew kwalunkwe indebliment ieħor. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Fl-Artikolu 6 tagħha, il-UNCRPD tirrikjedi li l-partijiet jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw l-iżvilupp sħiħ, l-avvanz u l-emanċipazzjoni sħiħa tan-nisa, filwaqt li l-Artikolu 9 jirrikonoxxi li jridu jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li l-bniet u n-nisa b'diżabbiltà jkollhom aċċess reali għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà, id-disinn għal kulħadd, l-ambjent mibni. Il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi trid tkun żgurata fi prodotti, għodda, apparat u servizzi biex dawn ikunu jistgħu jintużaw b'mod komuni mill-irġiel, is-subien, in-nisa u l-bniet b'diżabbiltà, li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jbatu minħabba d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabbilixxi l-aċċessibbiltà bħala waħda mit-tmien oqsma ta' azzjoni u li hija prekundizzjoni fundamentali għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

__________________

__________________

33 COM(2010) 636 .

33 COM(2010) 636 .

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(18)  Ir-rekwiżiti stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva jridu jiżguraw il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni sħiħa fis-suq intern għal kulħadd u jfittxu li jnaqqsu l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabbiltà sabiex jiġi żgurat suq intern li jiffunzjona tajjeb, kundizzjonijiet tal-għajxien ġusti u soċjetà aċċessibbli fl-Unjoni Ewropea kollha. Billi jżidu l-parteċipazzjoni fis-suq intern għal kulħadd, l-operaturi ekonomiċi se jkunu jistgħu jfittxu opportunitajiet ġodda ta' negozju.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  L-inklużjoni ta' dimensjoni tal-perspettiva tas-sessi għall-proposta għad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi, se tikkontribwixxi għal approċċ integrat lejn l-eliminazzjoni ta' aktar diskriminazzjoni kontra nisa b'diżabbiltà, ommijiet bil-pramm u nisa li jindokraw persuni dipendenti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(25)  L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz tal-implimentazzjoni ta' disinn universali jew tal-approċċ "disinn għal kulħadd". L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta' soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn il-manifattur.

(30)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn il-manifattur. Madankollu, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi relattivi għandu jkollhom l-opportunità li jirrapportaw kwalunkwe abbuż relatat mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva min-naħa tal-operaturi ekonomiċi, speċjalment jekk il-prodotti jew is-servizzi pprovduti joħolqu impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-persuni b'diżabbiltà u/jew il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fis-suq intern, jew jiksru l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

__________________

__________________

39Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ddikjarata l-konformità mal-atti applikabbli kollha tal-Unjoni, għandha tkun disponibbli f'dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dawn għandhom ikunu jistgħu jinkludu fid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika, dikjarazzjonijiet ta' konformità individwali.

(41)  Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ddikjarata l-konformità mal-atti applikabbli kollha tal-Unjoni, għandha tkun disponibbli f'dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE, permezz tal-faċilitazzjoni ta' aċċess liberu għall-informazzjoni, u primarjament għall-għarfien tekniku tal-Istati Membri. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dawn għandhom ikunu jistgħu jinkludu fid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika, dikjarazzjonijiet ta' konformità individwali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 42a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42a)  Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-valutazzjoni f'kooperazzjoni ma' persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.

(45)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, u billi jipprovdi informazzjoni addizzjonali għall-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45a)  Id-dritt tal-persuni b'indeboliment u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut mal-forniment ta' servizzi awdjoviżivi tal-midja aċċessibbli. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonali biex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu l-kontenut aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà fil-vista jew fis-smigħ sal-2022.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V.

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V u li dawn jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabbiltà b'mod regolari.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48a)  Bażijiet tad-data nazzjonali li fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell tal-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) jippermettu inklużjoni aħjar fis-sorveljanza tas-suq ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà, mal-organizzazzjonijiet favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli biex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda minħabba d-definizzjoni tar-regoli u tar-rekwiżiti komuni ta' aċċessibbiltà għall-funzjonament tas-suq uniku, jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

(54)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli biex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u taqdi l-ħtiġijiet tal-konsumaturi kollha, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda minħabba d-definizzjoni tar-regoli u tar-rekwiżiti komuni ta' aċċessibbiltà għall-funzjonament tas-suq uniku, jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  il-magni tal-biljetti;

(ii)  il-magni tal-biljetti, il-magni tal-bejgħ tal-ikel u x-xorb;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  tagħmir elettroniku tad-dar, inkluż l-imballaġġ tiegħu

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kotba elettroniċi;

(e)  il-kotba elettroniċi, il-kontenut tad-data diġitali fuq mezz tanġibbli, korsijiet online u materjal relatat mal-edukazzjoni;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  servizzi postali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  "format aċċessibbli" tfisser formati xierqa għal tipi differenti ta' diżabbiltà, inkluż l-użu tal-lingwa tas-sinjali, il-Braille u l-komunikazzjoni awmentattiva u alternattiva;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  "servizz ta' aċċess" tfisser servizz bħad-deskrizzjoni tal-awdjo, is-sottotitli għall-persuni torox u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, u l-lingwa tas-sinjali li ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv għal persuni kemm nisa kif ukoll irġiel b'diżabbiltà;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti, il-magni tal-bejgħ tal-ikel u x-xorb kif ukoll il-magni taċ-check-in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  It-tagħmir elettroniku tad-dar, inkluż l-imballaġġ tiegħu, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima X tal-Anness I.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' mill-inqas servizz ta' trażmissjoni ibbażat fuq kitba u servizz ta' trażmissjoni ibbażat fuq filmat, fit-territorju kollu tal-Istat Membru u jiżguraw kontinwament, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà, li dawn is-servizzi ta' trażmissjoni jkunu interoperabbli mas-servizzi tat-telefonija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-disponibbiltà ta' komunikazzjoni awdjo, vidjo u testwali f'ħin reali (Konversazzjoni Totali) mas-servizzi ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi linji ta' appoġġ (bħal dawk li joffru protezzjoni lil nisa vittmi ta' vjolenza).

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jużaw is-servizzi awdjoviżivi tal-midja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà għal dawn is-servizzi anke fil-lingwa tas-sinjali, b'sottotitoli, deskrizzjonijiet awdjo u gwida komprensibbli tal-programmi, b'enfasi speċjali fuq l-aċċessibbiltà tas-servizzi awdjoviżivi tal-midja għat-tfal.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji u postali, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u l-anzjani.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u aġġornati kontinwament bil-miżuri meħuda mill-manifattur fir-rigward tal-prodotti mhux konformi u l-prodotti msejħa lura.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

9.  Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità kkonċernata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a.  Dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u aġġornati kontinwament bil-miżuri meħuda mill-importatur fir-rigward tal-prodotti mhux konformi u l-prodotti msejħa lura.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

9.  L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità kkonċernata. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

6.  Id-distributuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw mal-awtorità jew awtoritajiet ikkonċernati, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba mmotivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 3. Meta tkun intużat l-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 12, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara liema rekwiżiti ta' aċċessibbiltà huma suġġetti għal dik l-eċċezzjoni.

1.  Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 3. Meta tkun intużat l-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 12, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara liema rekwiżiti ta' aċċessibbiltà huma soġġetti għal dik l-eċċezzjoni flimkien ma' motivazzjoni.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi bir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 12, issir disponibbli lill-konsumaturi fuq talba u f'format aċċessibbli, ħlief meta din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kif stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi bir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 12, issir disponibbli lill-konsumaturi f'format aċċessibbli, ħlief meta din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kif stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

Bażijiet tad-data nazzjonali

L-Istati Membri għandhom joħolqu u jaġġornaw b'mod regolari databażi nazzjonali, aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha, li tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell tal-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2).

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

(a)  dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista' jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa; il-mekkaniżmi tal-ilmenti għandhom ikunu effikaċi, trasparenti u aċċessibbli, f'konformità mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  dispożizzjonijiet li jipprevedu l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ilmenti mill-konsumaturi li jkun komprensiv u mgħammar bir-riżorsi adegwati, intiż sabiex jikkomplementa sistema ta' implimentazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed li ma jikkostitwixxux, għall-operaturi ekonomiċi, alternattiva għall-qadi tal-obbligu tagħhom li jagħmlu l-prodotti jew servizzi tagħhom aċċessibbli.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Ir-rikavati miġbura mill-impożizzjoni tal-penali għandhom jiġu investiti mill-ġdid f'miżuri relatati mal-aċċessibbiltà.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

daħħal id-data - ħames snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

daħħal id-data - tliet snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità u dawk li jirrappreżentaw lill-persuni anzjani.

3.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabbiltà u dawk li jirrappreżentaw lill-persuni anzjani.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;

(e)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti, standardizzat u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX –parti B – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza, bħall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà online tal-interpreti għal persuni li jbatu minn impedimenti funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabbiltà;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

10.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rosa Estaràs Ferragut

18.2.2016

Eżami fil-kumitat

7.11.2016

29.11.2016

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Krisztina Morvai, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Ildikó Gáll-Pelcz, Kostadinka Kuneva, Constance Le Grip, Clare Moody, Mylène Troszczynski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ECR

Arne Gericke, Jadwiga Wiśniewska, Jana Žitňanská

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, Kostadinka Kuneva

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Ildikó Gáll-Pelcz, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Constance Le Grip, Angelika Niebler, Marijana Petir, Michaela Šojdrová, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Anna Záborská

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Clare Moody, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Terry Reintke, Ernest Urtasun

1

-

ALDE

Angelika Mlinar

3

0

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

NI

Krisztina Morvai

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

6.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Kostadinka Kuneva

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta ta' "Att Ewropew dwar l-aċċessibilità" (EAA) hija att leġiżlattiv li jista' jtejjeb l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilitajiet, l-anzjani u kull persuna b'insuffiċjenza għal lista konkreta ta' prodotti u servizzi madwar l-UE, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD).

Il-Kumitat PETI jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass pożittiv lejn suq intern iktar inklużiv li qed jippruva jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet taċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli. Il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati minkejja l-fatt li mhijiex prevista applikazzjoni obbligatorja tal-UNCRPD mill-Istati Membri u għalhekk il-problema globali tat-tneħħija ta' ostakoli għal persuni b'diżabilità mhijiex solvuta.

Fid-dawl tal-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta huwa limitat għal aspetti speċifiċi ta' servizzi u prodotti u b'hekk ikopri parzjalment biss id-dritt relatat mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità, għandu jiġi kkunsidrat approċċ olistiku sabiex tiġi rimedjata kwalunkwe ommissjoni li ċċaħħad il-miżuri rilevanti mill-utilità sħiħa tagħhom.

L-Att Ewropew dwar l-aċċessibilità għandu neċessarjament jinkludi, minbarra d-disinni u l-ispeċifikazzjonijiet tal-lista konkreta ta' prodotti u servizzi, l-obbligu li jinbena ambjent aċċessibbli, inkella dawn ma jkunux jistgħu jintużaw verament.

B'kont meħud tal-fatt li l-adattamenti meħtieġa sabiex l-intrapriżi jagħmlu l-prodotti tagħhom disponibbli huma għoljin, u filwaqt li l-maġġoranza tal-persuni b'insuffiċjenza jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji serji, m'għandhomx aċċess għall-impjieg u ħafna drabi jinsabu qrib il-faqar jew f'riskju tiegħu, għandu jkun garantit li mhux se jkunu huma li se jkollhom iġarrbu l-ispejjeż tal-adattament tal-prodotti u s-servizzi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-modi ta' kif jistgħu jieħdu vantaġġ mill-finanzjament tal-UE li jappoġġja partikolarment l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju li se jkollhom diffikultà akbar biex idaħħlu l-bidliet meħtieġa.

Jekk se tintuża d-definizzjoni ta' "persuni b'diżabilità jew b'limitazzjonijiet funzjonali", id-direttiva l-ġdida mhux se tkun inklużiva kemm tista' tkun peress li la tirrifletti l-portata u lanqas il-varjetà u l-kumplessità tal-problemi tal-persuni kkonċernati. Barra minn hekk, id-definizzjoni ssuġġerita hija bbażata fuq mudell mediku u ma taqbilx mal-UNCRPD, li hija bbażata fuq il-mudell soċjali. Għalhekk qed tiġi proposta d-definizzjoni li ġejja: "persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra".

Sabiex jiġu evitati lakuni regolatorji mhux intenzjonati, huwa rrakkomandat li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva l-infrastruttura tat-trasport u l-vetturi li mhumiex koperti b'mod espliċitu mir-Regolament tal-UE dwar l-aċċessibilità.

Għalkemm il-proposta qed tindirizza prodotti ġodda ta' produzzjoni, il-ħtieġa għall-adattament ta' prodotti li diġà jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni hija ovvja u kkonfermata minn numru kbir ta' petizzjonijiet li juri li ħafna affarijiet neċessarji għall-ħajja u għaċ-ċaqliq ta' kuljum jibqgħu inaċċessibbli u mhux imtejba. Bħala segwitu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, wara evalwazzjoni u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, għandha tiġi riveduta u għandha tiġi prevista estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha sabiex gradwalment tkopri wkoll prodotti li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni.

Għalkemm il-proposta fl-Anness I tinkludi "komprensibbli" bħala kriterju bil-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-persuni b'diżabilitajiet intellettwali, il-Kumitat PETI jirrakkomanda li tiġi kkunsidrata l-inklużjoni ta' "komprensibbli" bħala rekwiżit fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi rilevanti kollha koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-Annessi tagħha.

Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'diżabilità ma jirrikonoxxix il-kunċett ta' "piż sproporzjonat", u jekk dan jitqies bħala raġuni biex ma tiġix applikata d-direttiva jista' jirriżulta perikoluż li jiġi permess li xi partijiet interessati jeħilsu mill-obbligi tagħhom. Il-kriterji li jiddefinixxu x'għandu jitqies bħala "piż sproporzjonat" għandhom ikunu stabbiliti b'attenzjoni kbira.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 26 tagħha,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibilità ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(2)  Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja. Dan huwa rifless fin-numru kbir ta' petizzjonijiet li waslu għandu l-Parlament Ewropew fejn jitqajjem tħassib fir-rigward tal-aċċessibilità ta' prodotti u servizzi. L-għadd ta' persuni b'diżabilità u ta' persuni b'insuffiċjenzi relatati mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra se jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli jagħmel possibbli soċjetà aktar inklużiva u huwa kundizzjoni essenzjali għal għajxien indipendenti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  In-nisa u l-bniet b'diżabiltà huma soġġetti għal forom multipli ta' diskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kollha.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(3)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċessibilità tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'diżabilità, b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta' dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali.

(4)  Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibilità, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f'termini ta' kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta' dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali, il-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi jiffaċċjaw inċertezzi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għas-servizzi transfruntiera potenzjali, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-qafas regolatorju rigward l-aċċessibilità.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(6)  L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, billi jitnaqqsu u jiġu evitati l-ostakli, u biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ta' prodotti, servizzi u persuni b'diżabilità, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma' rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-benefiċċji tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-suq intern intwerew mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liftijiet1 u r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 fil-qasam tat-trasport.

(7)  Il-benefiċċji tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għas-suq intern intwerew mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liftijiet1 u r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 fil-qasam tat-trasport – madankollu, l-Istati Membri mhumiex qed jimplimentaw bis-sħiħ din id-Direttiva u mhumiex qed japplikaw bis-sħiħ dan ir-Regolament u, fejn jimplimentawha u japplikawh, dan ma jagħmluhx bl-istess mod.

____________________

____________________

1Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).

2Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

2Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjara dwar id-drittijiet tal-anzjani

li "l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali".

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(10)  L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali", huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness, b'mod li jiffaċilita l-kummerċ u jsaħħaħ l-impjiegi fl-Unjoni. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta' prezzijiet u għażla li jista' joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità u l-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta' aċċessibilità fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abilitajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fl-Artikolu 9 tagħha, il-Konvenzjoni tobbliga lill-Partijiet tagħha għall-Konvenzjoni biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inklużi għas-sistemi u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f'żoni urbani kif ukoll rurali, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità wera l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġiżlattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibbiltà.

(12)  Fl-Artikolu 9 tagħha, il-Konvenzjoni tobbliga lill-Partijiet tagħha għall-Konvenzjoni biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom l-istess aċċess bħal persuni oħra għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inklużi għas-sistemi u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f'żoni urbani kif ukoll rurali, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità wera l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġiżlattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibilità.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(13)  Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali anke għall-ambjent mibni relatat mal-provvista ta' prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta' azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(15)  L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli33 – f'konformità mal-Konvenzjoni, tistabbilixxi l-aċċessibilità bħala waħda mit-tmien oqsma ta' azzjoni, li hija kundizzjoni fundamentali għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibilità tal-prodotti u tas-servizzi.

__________________

__________________

33 COM(2010)636 .

33 COM(2010)636 .

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u persuni anzjani, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

(16)  Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma r-riżultat ta' eżerċizzju ta' skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b'diżabilità u l-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew bi kwalunkwe insuffiċjenza oħra, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta' aċċessibilità nazzjonali diverġenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta' applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(18)  Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibilità li jagħmluha possibbli li n-nies kollha jagħmlu użu sħiħ mill-prodotti, u s-servizzi u l-infrastuttura koperti minn din id-Direttiva, bl-iktar mod effettiv u bl-inqas ta' piż għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(19)  Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta' aċċessibilità għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi kif ukoll l-ambjent mibni marbut mal-forniment ta' dawn il-prodotti u s-servizzi, li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern u l-mobilità tal-persuni.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li, fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti, il-moviment liberu tagħhom fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ostakolat minħabba raġunijiet ta' aċċessibbiltà.

(22)  L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li, fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità rilevanti, il-moviment liberu tagħhom fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ostakolat minħabba raġunijiet ta' aċċessibilità.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

(23)  F'ċerti sitwazzjonijiet, l-aċċessibilità tal-ambjent mibni hija prerekwiżit għall-persuni b'diżabilità li tagħmel l-użu sħiħ tas-servizzi koperti possibbli. Huwa mistenni li r-rekwiżiti ta' aċċessibilità komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tinkludi l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità stabbiliti fl-Anness X.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Dan huwa l-każ tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd".

(24)  Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibilità mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta' aċċessibilità jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibilità tkun definita b'referenza għar-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva. Dan huwa l-każ tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3, li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta' aċċessibilità għal persuni b'diżabilità jew utenti tal-kunċett "disinn għal kulħadd". Bl-istess mod id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3a, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3b kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fis-seħħ iridu jieħdu kont tal-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra. Jenħtieġ li kwalunkwe leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni b'riferiment għall-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità tgħin lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jqisu l-aċċessibilità meta jkunu qed jirrevedu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

____________________

____________________

1Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

1Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

2Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

2Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

3Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

3aId-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

3bId-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 201 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p.64).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-Unjoni huma pprovduti mill-SMEs u mill-mikrointrapriżi. Dawn għandhom rwol kruċjali għat-tkabbir futur, iżda ħafna drabi jiffaċċjaw diffikultajiet u ostakli meta jiġu biex jiżviluppaw il-prodotti jew is-servizzi tagħhom, speċjalment fil-kuntest transfruntier. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi billi jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji.

(26)  Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-Unjoni huma pprovduti mill-SMEs u mill-mikrointrapriżi. Dawn għandhom rwol kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku futur, iżda ħafna drabi jiffaċċjaw diffikultajiet u ostakli meta jiġu biex jiżviluppaw il-prodotti jew is-servizzi tagħhom, speċjalment fil-kuntest transfruntier. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi billi jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċessibilità filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibbiltà u u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(29)  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, billi jiżguraw il-grad neċessarju ta' aċċessibilità, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibilità, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn il-manifattur.

(30)  Il-manifattur jipprovdi l-għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, , filwaqt li jassisti fl-implimentazzjoni tal-proċedura kompluta ta' valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f'idejn l-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, b'konsiderazzjoni dovuta għall-kunfidenzjalità u s-sigrieti kummerċjali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  L-importauri għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(32)  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, billi jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq sabiex jagħmluha possibbli li jitwettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati.

(36)  Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati. Madankollu, il-mekkaniżmi ta' kontroll iridu jkunu fis-seħħ sabiex, meta jkun meħtieġ, tiġi verifikata d-deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "piż sproporzjonat" jidher wisq ġenerali u vag. Dan iħalli ħafna lok biex binjiet, anki binjiet pubbliċi kbar, jibqgħu inaċċessibbli jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'isem "stima ta' benefiċċji għal persuni b'diżabilità" u "spejjeż stmati ta' aġġustament", pereżempju, irendu aċċessibbli servizz wieħed.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipju "l-ewwel aħseb fiż-żgħir" u għandha tqis il-piżijiet amministrattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Għandha tistabbilixxi r-regoli ħfief f'termini tal-valutazzjoni tal-konformità u għandha tistabbilixxi klawżoli ta' salvagwardja għall-operaturi ekonomiċi, minflok ma tistipula eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawn l-intrapriżi. Konsegwentement, meta jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom jiġu limitati sal-punt li dawn ma joħolqux piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom joperaw b'mod proporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-intrapriżi u tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interessi pubbliċi.

(37)  Jenħtieġ li din id-Direttiva jkollha ambitu wiesa' filwaqt li ssegwi l-prinċipju "l-ewwel aħseb fiż-żgħir" u tqis il-piżijiet amministrattivi u d-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Jentħieġ li din tistabbilixxi r-regoli ħfief f'termini tal-valutazzjoni tal-konformità u għandha tistabbilixxi klawżoli ta' salvagwardja għall-operaturi ekonomiċi, minflok ma tistipula eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawn l-intrapriżi. Għalkemm jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet għar-regoli ta' valutazzjoni tal-konformità jiġu interpretati b'mod restrittiv, jenħtieġ li dawn jiġu wkoll applikati b'mod proporzjonali, b'tali mod li ma jiddikjarawx null l-iskop tal-appoġġ lill-SMEs. Konsegwentement, meta jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità ma għandhomx joħolqu piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom joperaw b'mod proporzjonat fir-rigward tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interessi pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Kien hemm kontradizzjoni f'dan il-każ peress li, minn naħa waħda, aħna nitolbu li ma jitqigħedx piż sproporzjonat fuq l-SMEs, filwaqt li min-naħa l-oħra niddikjaraw li l-eċċezzjonijiet mir-regoli għandhom jiġu interpretati b'mod restrittiv. B'din iż-żieda qed nipprovaw nagħmluha ċara li għalkemm irridu li l-SMEs jiġu appoġġjati, il-possibilità tagħhom ta' eċċezzjonijiet m'għandhiex tintuża b'mod abbużiv min-naħa tagħhom.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 37 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37a)  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw klawsoli ta' salvagwardja għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinformaw lill-konsumaturi li l-prodott jew is-servizz inkwistjoni ma jikkonformax, jew għalkollox jew parzjalment, ma' wieħed mir-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità jew il-konformità parzjali. Jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment lill-konsumaturi.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(39)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibilità applikabbli hemm bżonn ta' dispożizzjoni għal preżunzjoni ta' konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f'konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta' talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni dwar l-aċċessibilità li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ħruġ ta' talbiet ta' standardizzazzjoni ulterjuri dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati ma' din id-Direttiva peress li l-istandards armonizzati jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri u mis-settur privat. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jkunu direttament involuti jew ikkonsultati fl-iżvilupp ta' dawk l-istandards.

__________________

__________________

39Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

39Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

(40)  Fin-nuqqas ta' standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta' armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibilità stabbiliti f'din id-Direttiva bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 42 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42a)  Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom janalizzaw il-valutazzjoni tal-konformità f'kooperazzjoni ma' persuni b'diżabilità u organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Fir-rigward tas-servizzi, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandha tingħata fit-termini u fil-kundizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti.

(43)  Fir-rigward tas-servizzi, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għandha tingħata fit-termini u fil-kundizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra (eż. braille, awjdo għall-persuni neqsin mid-dawl jew persuni b'insuffiċjenza viżiva).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti.

(44)  It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Jenħtieġ li tiddaħħal sistema ta' mmarkar separata sabiex ikun aktar ċar għall-konsumaturi kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità, b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, li prodotti u servizzi konkreti jkunu konformi ma' din id-Direttiva. L-immarkar CE b'hekk ikun kumplimentat minn informazzjoni dwar l-imballaġġ li tindika l-aċċessibilità għall-utenti.

____________________

____________________

1Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

1Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.

(45)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, u informazzjoni addizzjonali għall-prodotti u s-servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibilità applikabbli u li jieħu r-responsabilità sħiħa tal-prodott.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V.

(48)  L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f'konformità mal-Kapitolu V u li dawn jikkonsultaw b'mod regolari lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48a)  Il-bażijiet tad-data nazzjonali li fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-grad ta' aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) għandhom jippermettu inklużjoni aħjar tal-persuni b'diżabilitajiet, b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra u l-organizzazzjonijiet tagħhom, fis-sorveljanza tas-suq tal-prodotti.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49a)  Jenħtieġ li l-bażijiet tad-data dwar prodotti mhux aċċessibbli jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

(50)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' salvagwardja li tapplika biss f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u fejn il-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta' tali prodotti.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli biex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda minħabba d-definizzjoni tar-regoli u tar-rekwiżiti komuni ta' aċċessibbiltà għall-funzjonament tas-suq uniku, jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

(54)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-moviment liberu ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli biex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi kollha, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda minħabba d-definizzjoni tar-regoli u tar-rekwiżiti komuni ta' aċċessibilità għall-funzjonament tas-suq uniku, jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 54a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54a)  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Direttiva spiss jirreferu għal termini ġeneralment użati għal raġunijiet ta' aċċessibilità u f'leġiżlazzjoni armonizzata oħra tal-Unjoni, bħalma hija d-Direttiva (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 20161a. Dawn it-termini huma "perċettibbli", "komprensibbli", "operabbli" u "robust". Perċettibiltà tfisser li l-informazzjoni, inklużi l-komponenti tal-interfaċċa tal-utent, trid tkun preżentabbli għall-utenti b'mod li huma jistgħu jipperċepixxu; operabilità tfisser li l-partijiet operabbli, inklużi l-komponenti tal-interfaċċa tal-utent u n-navigazzjoni, iridu jkunu jistgħu jiġu utilizzati; komprensibilità tfisser li l-informazzjoni, inkluż l-operat tal-interfaċċa tal-utent, trid tkun tinftiehem; u rubust tfisser li l-kontenut għandu jkun robust biżżejjed li jkun jista' jiġi interpretat b'mod affidabbli minn varjetà wiesgħa ta' aġenti li huma utenti, inklużi t-teknoloġiji assistivi.

____________________

1aDirettiva (UE 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L...).

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Recital 54 b (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54b)  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-forom kollha ta' provvista ta' oġġetti u servizzi, inkluż il-bejgħ mill-bogħod.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' aċċessibilità tal-Unjoni għall-prodotti msemmija f'dan il-paragrafu u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 u sussegwenti, bil-għan li jiġi żgurat il-moviment liberu ta' tali prodotti fis-suq intern filwaqt li fl-istess ħin tiżdied l-aċċessibilità ta' tali prodotti u servizzi għall-persuni b'diżabilitajiet u għall-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw, fuq bażi mhux esklużiva, għall-prodotti li ġejjin:

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-Magni Awtomatiċi għall-Ġbid tal-Flus;

(i)  il-Magni Awtomatiċi għall-Ġbid tal-Flus u t-terminals tal-pagamenti;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-apparat domestiku, inkluż dak imħaddem minn interfaċċa tal-utent.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-servizzi tat-telefonija u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(a)  is-servizzi tat-telefonija u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika, kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti taċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma;

(c)  is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma u l-infrastrutturi relatati, inkluż l-ambjent li huwa ġestit mill-fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-servizzi bankarji;

(d)  is-servizzi bankarji u tal-ħlas, kif ukoll l-ambjent mibni użat mill-klijenti tas-servizzi bankarji;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-kummerċ elettroniku;

(f)  il-kummerċ elettroniku, il-media u websajts tal-aħbarijiet ta' pjattaformi onlajn u tal-media soċjali;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Article 1 – paragraph 2 – point f a(new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  is-servizzi ta' akkomodazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "prodotti u servizzi aċċessibbli" huma prodotti u servizzi li huma perċettibbli, operabbli u komprensibbli għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;

(1)  "prodotti u servizzi aċċessibbli" huma prodotti u servizzi li huma perċettibbli, operabbli u komprensibbli għal persuni b'diżabilità, inklużi l-persuni b'diżabilità, inklużi l-persuni b'insuffiċjenza minħabba l-età jew fatturi oħra, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizzah f'isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

(10)  "manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, timmodifikaw b'tali mod li tibdel b'mod fundamentali n-natura u l-iskop tiegħu, jew li tqabbad lil min jiddisinjalha jew jimmanifatturalha prodott, u li tikkummerċjalizzah f'isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "konsumatur" tfisser kull persuna fiżika li tixtri l-prodott rilevanti jew li tirċievi s-servizz rilevanti għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(15)  "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tixtri l-prodott rilevanti jew li hija l-utent aħħari ta' prodott jew li tirċievi s-servizz rilevanti fil-livell personali jew dak tal-komunità u għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  "fornitur ta' servizzi" tfisser kwalunkwe ċittadin jew persuna ġuridika fl-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 48 tat-Trattat u stabbilita fi Stat Membru, li joffru jew ifornu servizz li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  "teknoloġija assistiva" tfisser kwalunkwe prodott, parti minn apparat, jew sistema ta' prodott użati biex iżidu, iżammu jew itejbu l-kapaċitajiet funzjonali ta' persuni b'diżabilità u ta' persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21c)  "servizz ta' aċċess" tfisser servizz bħad-deskrizzjoni tal-awdjo, is-sottotitli għall-persuni torox u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ, u l-lingwa tas-sinjali li ttejjeb l-aċċessibilità tal-kontenut awdjoviżiv għal persuni b'diżabilità;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21d)  "sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ" tfisser testi viżivi alternattivi sinkronizzati kemm għall-informazzjoni awdjo, kemm bi kliem kif ukoll mingħajr kliem, meħtieġa biex jinftiehem il-kontenut tal-media;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21e)  "deskrizzjoni awdjo" tfisser narrattiva akustika addizzjonali, flimkien mad-djalogu, li tiddeskrivi aspetti sinifikanti tal-kontenut viżiv ta' media awdjoviżiva, li ma jistax jinftiehem mill-kolonna sonora prinċipali;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21f)  "sottotitoli mitkellma" jew "sottotitoli awdjo" tfisser il-qari b'vuċi għolja ta' sottotitoli bil-lingwa nazzjonali meta d-dikors awdjo jkun b'lingwa differenti;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21g)  "servizzi ta' trażmissjoni" tfisser servizzi ta' telefonija mwettqa minn interpreti li jippermettu lin-nies li huma neqsin mis-smigħ jew dawk b'diffikultajiet ta' smigħ jew li għandhom problemi fil-lingwaġġ mitkellem, jikkomunikaw bit-telefon permezz ta' interpretu ma' persuna li tista' tisma' b'mod li huwa "funzjonalment ekwivalenti" għall-kapaċità ta' individwu mingħajr diżabilità;

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21h)  "test fi żmien reali" tfisser komunikazzjoni li tuża t-trażmissjoni ta' test fejn il-karattri jiġu trażmessi minn terminal kif inhuma ttajpjati b'tali mod li l-komunikazzjoni tkun meqjusa kontinwa mill-utenti;

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21i)  "strument ta' kreazzjoni" tfisser kwalunkwe softwer jew ġabra ta' komponenti ta' softwer li jistgħu jintużaw mill-awturi, individwalment jew f'kollaborazzjoni, sabiex joħolqu jew jimmodifikaw il-kontenut għall-użu minn oħrajn inklużi awturi oħra;

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

2.  Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali, kif ukoll l-apparat domestiku mħaddem minn interfaċċa tal-utent, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

3.  It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in, u t-terminals ta' pagament, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

4.  Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta' emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibilità ta' mill-inqas servizz ta' trażmissjoni ibbażat fuq test u servizz ta' trażmissjoni ibbażat fuq filmat, fit-territorju kollu tal-Istat Membru u jiżguraw b'mod kontinwu, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, li dawn is-servizzi tat-trażmissjoni jkunu interoperabbli mas-servizzi tat-telefonija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-disponibilità ta' komunikazzjoni awdjo, vidjo u testwali f'ħin reali (Konversazzjoni Totali) mas-servizzi ta' emerġenza nazzjonali, reġjonali u lokali.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

5.  Is-servizzi tal-media awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

Sad-data stipulata fl-Artikolu 27(2), il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżivi għax-xandir fl-Unjoni għandhom irendu aċċessibbli s-servizzi tagħhom kif ġej:

-  mill-inqas 75 % tal-ipprogrammar totali għandu jinkludi sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet ta' smigħ (SDH)

-mill-inqas 75 % tal-ipprogrammar totali sottotitolat fil-lingwa nazzjonali għandu jinkludi sottotitoli mitkellma

-mill-inqas 5 % tal-ipprogrammar totali għandu jinkludi interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' kodiċi ta' kondotta applikabbli għal fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tal-media awdjoviżiva jsiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità mingħajr dewmien żejjed.

Tali kodiċijiet ta' kondotta jistgħu jkunu miżura awtoregolatorja jew koregolatorja. Il-Kummissjoni u l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva għandhom jappoġġjaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva għall-iskop imsemmi fit-tieni subparagrafu.

Tali kodiċijiet ta' kondotta għandhom jinkludu rekwiżit li l-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri tagħhom dwar il-passi meħuda u l-progress li sar fir-rigward tal-iskop imsemmi fit-tieni subparagrafu.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

7.  Is-servizzi bankarji u ta' pagament, is-siti web, is-servizzi bankarji u ta' pagament ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi t-terminals ta' pagament u l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta' servizzi bankarji u ta' pagament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-kummerċ elettroniku għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Anness I.

9.  Il-kummerċ elettroniku, il-websajts tal-media u tal-aħbarijiet, il-pjattaformi onlajn u l-media soċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Anness I.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, kif ukoll kwalunkwe servizz jew post ieħor għax-xiri ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn il-manifattur jista' jiġi kkuntattjat.

6.  Il-manifatturi għandhom jindikaw għall-inqas isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u d-dettalji telefoniċi tagħhom għall-inqas fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn il-manifattur jista' jiġi kkuntattjat.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

7.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għall-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tat-territorju tal-Istat fejn ikun qed jiġi offert għall-użu jew għall-konsum.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

9.  Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott fi kwalunkwe mument, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

(a)  jipprovdi lil awtorità kompetenti nazzjonali bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta' prodott;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

4.  L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u detallji oħra tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ estern tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tat-territorju tal-Istat Membru, kif stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

9.  L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

1.  Meta prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jsir disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).

2.  Qabel ma prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4), li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jsir disponibbli fis-suq u dan għall-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tat-territorju tal-Istat Membru, kif determinat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

6.  Id-distributuri għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

2.  L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu reġistru fiżiku jew elettroniku u jkunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba mmotivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

4.  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma' dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jwasslux għal bidla sinifikanti f'aspett jew f'karatteristika ta' prodott jew servizz li jirriżulta fi trasformazzjoni tan-natura bażika tal-prodott jew tas-servizz.

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jwasslux għal bidla sinifikanti għal prodott jew servizz li tirriżulta fi trasformazzjoni tan-natura bażika tal-prodott jew tas-servizz.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

(b)  l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità u l-persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-importanza tal-volum tal-bejgħ u tal-kummerċ fl-Unjoni skont l-aktar ċifri riċenti disponibbli.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Fil-kuntest ta' programmi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u d-ditti żgħar ħafna, il-Kummissjoni għandha tqis l-inizjattivi li jgħinu lill-SMEs u lid-ditti żgħar ħafna jintegraw aspetti ta' aċċessibilità meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom jew jipprovdu s-servizzi tagħhom.

Jistgħu jiġu żviluppati linji gwida li jkopru speċifiċitajiet ta' SMEs attivi fis-settur affettwat tal-prodott u tas-servizz. Jekk meħtieġ, u b'konformità mal-paragrafu 3, jista' jiġi prodott aktar materjal speċjalizzat mill-Kummissjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-SMEs.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta' netwerks u strutturi ta' appoġġ, li jinkoraġġixxu lill-SMEs u d-ditti żgħar ħafna biex jadottaw approċċ sod għall-aċċessibilità sa mill-istadju tad-disinn tal-prodott u l-għoti tas-servizz.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati.

4.  Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b'finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati. In-nuqqas ta' prijorità, ħin jew għarfien m'għandux jitqies bħala raġuni leġittima sabiex jiġi allegat piż sproporzjonat.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Kumment Ġenerali Nru 2 (2014) tal-Kumitat tan-NU dwar l-aċċessibilità, kwalunkwe kunċett ta' "piż sproporzjonat" mhuwiex aċċettabbli bħala prinċipju. Dan jiddikjara li l-obbligu tal-implimentazzjoni tal-aċċessibilità huwa inkondizzjonat.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.

5.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku f'kooperazzjoni mal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilità.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

6.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Id-deċiżjoni finali dwar jekk tingħatax eċċezzjoni għandha ssir mill-awtorità ta' sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jittieħed kont tal-valutazzjoni minn partijiet terzi indipendenti li setgħet ġiet provduta mill-operatur ekonomiku.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Għandu jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti prinċipji xierqa għall-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet ħalli dawn ikunu koerenti.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinformaw lill-konsumaturi li l-prodott jew is-servizz inkwistjoni ma jikkonformax, għalkollox jew parzjalment, ma' wieħed mir-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità jew il-konformità parzjali.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment lill-konsumaturi. L-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni addizzjonali possibbli dwar l-aċċessibilità, għandha tingħata fuq il-prodott innifsu kull meta possibbli u fil-punt jew il-mument tal-bejgħ jew tal-għoti tas-servizz sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6c.  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu inċentivi u linji gwida għall-mikrointrapriżi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-proċeduri u l-linji gwida għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati b'mod sistematiku bħala parti mill-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Flimkien mad-dikjarazzjoni ta' konformità, avviż fuq l-imballaġġ għandu jinforma lill-konsumaturi b'mod sempliċi u preċiż li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibilità.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi bir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 12, issir disponibbli lill-konsumaturi fuq talba u f'format aċċessibbli, ħlief meta din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kif stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi bir-rekwiżiti ta' aċċessibilità applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 12, issir disponibbli lill-konsumaturi f'format aċċessibbli, ħlief meta din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità kif stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru ta' bażi ta' data aċċessibbli lill-pubbliku ta' prodotti mhux aċċessibbli. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jdaħħlu informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinfurmaw lill-konsumaturi jew lil partijiet interessati oħra dwar il-possibilità li jressqu lmenti. jenħtieġ li tiġi prevista sistema interattiva bejn il-bażijiet ta' data nazzjonali possibbilment taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni jew l-organizzazzjoni rappreżentattiva rilevanti ħalli l-informazzjoni dwar prodotti mhux aċċessibbli tista' tixxerred fl-Ewropa kollha.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Jista' jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiġi żgurat li jiġu stabbiliti prinċipji xierqa u koerenti għall-valutazzjoni tat-talbiet għal eċċezzjonijiet f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità fir-rigward ta' prodotti u servizzi.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jaġġornaw perjodikament proċeduri adegwati sabiex:

1.  L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jaġġornaw perjodikament proċeduri dettaljati u komprensivi adegwati sabiex:

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18a

L-Istati Membri għandhom joħolqu u jaġġornaw b'mod regolari bażi tad-data nazzjonali li tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-livell ta' aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2). Il-bażijiet tad-data nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u sabiex tiġi żgurata koerenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jew fejn ikun meqjus neċessarju, wara talba mill-Kummissjoni, biex tiġi espressa opinjoni dwar l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi grupp ta' ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

imħassar

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jivvalutaw jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom iqisu dan li ġej:

imħassar

(a)   id-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(b)   l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta' żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

3.  Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. In-nuqqas ta' prijorità, ħin jew għarfien m'għandux jitqies bħala raġuni leġittima sabiex jiġi allegat piż sproporzjonat.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Meta l-awtorità kompetenti tkun użat eċċezzjoni għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika lill-Kummissjoni kif ukoll tinforma lill-konsumaturi li l-prodott jew is-servizz inkwistjoni ma jikkonformax, għalkollox jew parzjalment, ma' wieħed mir-rekwiżiti ta' aċċessibilità ta' din id-Direttiva u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità jew konformità parzjali.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment lill-konsumaturi. L-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni addizzjonali possibbli dwar l-aċċessibilità, għandha tingħata fuq il-prodott innifsu kull meta possibbli u fil-punt jew il-mument tal-bejgħ jew tal-għoti tas-servizz sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  dispożizzjonijiet li jipprevedu l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ilmenti mill-konsumaturi li huwa komprensiv u mgħammar b'riżorsi adegwati, intiż sabiex jikkomplementa sistema ta' implimentazzjoni u monitoraġġ.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi iżda m'għandhomx jikkostitwixxu alternattiva għall-attur ekonomiku fir-rigward tal-issodisfar tar-responsabilitajiet tiegħu li jagħmel il-prodotti u s-servizzi tiegħu aċċessibbli.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-penali jiġu imposti u miġbura. Id-dħul li joriġina mill-penali jista' jiġi investit mill-ġdid f'miżuri relatati mal-aċċessibilità.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn [... daħħal id-data - ħames snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Mhux aktar tard minn [...daħħal id-data - tliet snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali

Il-ħardwer tal-kompjuter għal skop ġenerali, is-sistemi operattivi u l-apparat domestiku mħaddma minn interfaċċa tal-utent

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 1:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew insuffiċjenza oħra, għandhom jitwettqu bl-osservanza tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità li ġejjin:

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, istruzzjonijiet, twissija), li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun tinftiehem;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun perċettibbli;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandu jkollha daqs adegwat u tip ta' tipa b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, billi jkunu perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti;

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) li;

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a)

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti;

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandhom ikunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li jagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti;

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jelenkaw u jispjegaw l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tal-prodott u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;

(iia)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott:

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta l-prodott jipprovdi l-modi viżivi ta' komunikazzjoni u l-operat, jipprovdu karatteristiċi li jippermettu lill-utenti jagħmlu użu aħjar mill-viżjoni limitata tagħhom, inkluż billi jipprovdu tkabbir flessibbli mingħajr telf ta' kontenut jew funzjonalità jew kuntrast u luminanza flessibbli;

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  jipprovdu modalitajiet tal-operat f'każ li l-utent ikollu firxa u saħħa ta' moviment limitati;

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(g)  jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar inkluż meta l-prodott ikun jeħtieġ azzjonijiet manwali, il-prodott għandu jipprovdi elementi li jgħinu lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta' modi alternattivi ta' operat li ma jeħtiġux kontroll bil-ħiliet motorji żgħar bħal manipulazzjoni jew saħħa bl-idejn, u lanqas l-operat ta' aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin;

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-utenti b'diżabilità u utenti b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti u magni taċ-check-in

It-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti, magni taċ-check-in u terminals ta' pagament

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandhom jitwettqu bl-osservanza tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità li ġejjin:

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, istruzzjonijiet, twissija), li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun tinftiehem;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandha tkun perċettibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tal-prodott u l-kompatibilità tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi;

(iva)   għandu jkollha daqs adegwat u tip ta' tipa b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, f'konformità mal-punt 2;

(c)  il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra f'konformità mal-punt 2;

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandu jitwettaq billi:

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (c);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, l-operat u l-fehim tal-utenti, inkluż bl-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u l-fehim tal-utenti, inkluż bl-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti A – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra:

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandhom jitwettqu b'osservanza tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità li ġejjin:

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, istruzzjonijiet, twissija), li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun tinftiehem;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun perċettibbli;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandu jkollha daqs adegwat u tip ta' tipa b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli f'format li jkun aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li tagħmilhom perċettibbli u operabbli;

(iva)  komprensibbli u robusti;

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) li;

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a);

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibilità u l-kompatibilità tiegħu ma' teknoloġiji assistivi;

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandhom ikunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li jagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti;

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jelenkaw u jispjegaw l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tal-prodott u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;

(iia)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  il-prodott għandu jipprovdi l-kompatibilità ma' għadd ta' tagħmir u teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u t-tagħmir tas-smigħ assistiv.

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

2.  Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott:

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  il-prodott għandu jkun kapaċi jikkodifika u jiddekowdja komunikazzjoni vokali f'żewġ direzzjonijiet ma' awdjo high-fidelity;

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib)  il-prodott li jappoġġja komunikazzjoni vokali f'żewġ direzzjonijiet għandu jippermetti wkoll li l-utent jikkomunika ma' utent ieħor permezz ta' test f'ħin reali (RTT), biex b'hekk l-RTT ikun jista' jintuża waħdu jew flimkien ma' telefonati bil-vuċi fuq l-istess sejħa;

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ic)  meta l-prodott jinteropera f'netwerk speċifiku għal komunikazzjoni vokali f'żewġ direzzjonijiet, huwa għandu jinteropera wkoll għat-trażmissjoni ta' test f'ħin reali fl-istess komunikazzjoni vokali bl-għajnuna ta' format ta' test f'ħin reali speċifiku għal tali netwerk;

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – punt id (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(id)  meta l-prodott li jipprovdi komunikazzjoni vokali f'żewġ direzzjonijiet jinkludi l-funzjonalità bil-vidjo f'ħin reali, il-prodott għandu jappoġġja riżoluzzjoni vidjo li tippermetti li l-utenti jikkomunikaw permezz tal-lingwa tas-sinjali u tal-qari tax-xufftejn;

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2 – punt ie (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ie)  meta l-prodott jagħti l-output permezz ta' transducer awdjo, il-prodott għandu jipprovdi mezz ta' konnessjoni mingħajr fili effikaċi għat-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u t-tagħmir assistiv tas-smigħ, u għandu jnaqqas l-interferenzi ma' dawn it-teknoloġiji għas-smigħ għall-aktar livell baxx possibbli.

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima III – Parti B – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tal-prodott u l-kompatibilità tiegħu ma' servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-utenti b'diżabilità u b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati li:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u fil-gwidi ta' programmar elettroniċi (EGP), li tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (c);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizz flimkien mat-tagħmir tat-terminals relatat, u l-kompatibilità tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  għandha tipprovdi informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' aċċess oħra pprovduti minn parti terza.

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, il-fornitur tas-servizz għandu jipprovdi tal-anqas is-servizzi ta' aċċess li ġejjin:

(i)  sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ (SDH);

(ii)  deskrizzjoni awdjo;

(iii)  sottotitoli mitkellma;

(iv)  interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali,

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  meta l-kontenut awdjoviżiv jinkludi aċċess għal servizzi, dawn għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-kontenut ta' informazzjoni, kif ukoll fl-EPG;

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)  f'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-utenti, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità, il-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva għandhom jiżguraw il-kwalità tas-servizzi ta' aċċess:

(i)  il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li s-sottotitoli għall-SDH ikunu sinkronizzati sew mal-vidjo, leġġibbli, preċiżi u komprensibbli sabiex jirriflettu b'mod effettiv l-informazzjoni awdjo. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet ta' kwalità li jkopru mill-inqas t-tipa, id-daqs tat-tipa, il-kuntrast u l-użu tal-kuluri kif ukoll, fejn possibbli, ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utenti fuq is-sottotitoli għall-SDH.

(ii)  il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li d-deskrizzjoni bl-awdjo u s-sottotitoli mitkellma jkunu sinkronizzati mal-filmat. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet ta' kwalità relatati mat-tqegħid awdjo u ċ-ċarezza tad-deskrizzjoni bl-awjo u s-sottotitoli mitkellma, kif ukoll ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utent fuqhom.

(iii)  il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali tkun preċiża u komprensibbli sabiex tirrifletti b'mod effettiv l-informazzjoni awdjo. Dan jinkludi l-istabbiliment ta' rekwiżiti professjonali għall-interpreti u speċifikazzjonijiet ta' kwalità tal-mod ta' kif il-lingwa tas-sinjali hija provduta. Meta possibbli, ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat il-kontroll tal-utenti fuq il-provvista tal-lingwa bis-sinjali għandhom jiġu adottati.

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità u dawk b'diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandhom jitwettqu b'osservanza tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità li ġejjin:

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(a)  l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, istruzzjonijiet, twissija), li:

(i)  trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(i)  għandha tkun tinftiehem;

(ii)  trid tkun tinftiehem;

(ii)  għandha tkun perċettibbli;

(iii)  trid tkun perċettibbli;

(iii)  għandu jkollha daqs adegwat u tip ta' tipa b'kuntrast suffiċjenti bejn il-karattri u l-isfond tagħhom sabiex tiġi massimizzata l-leġġibilità tagħha f'kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta' użu prevedibbli;

(iv)  għandha tkun disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, billi jkunu perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti;

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(b)  l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi) li;

(i)  għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a)

(ii)  għandu b'mod sempliċi u preċiż jinforma lill-utenti li l-prodott jinkorpora karatteristiċi ta' aċċessibilità u l-kompatibilità tiegħu ma' teknoloġiji assistivi;

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(c)  l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott, kemm jekk ipprovduti b'mod separat jew integrati fil-prodott, li għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)  il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f'formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(i)  għandhom ikunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li jagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti;

(ii)  l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandhom jelenkaw u jispjegaw l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tal-prodott u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali;.

(iia)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-interfaċċjar tal-prodott ma' tagħmir ta' assistenza.

(f)  il-prodott għandu jipprovdi l-kompatibilità ma' għadd ta' tagħmir u teknoloġiji assistivi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali, inklużi t-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u t-tagħmir tas-smigħ assistiv.

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Ir-rekwiżiti tal-funzjonalità għall-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-prodott:

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  (ia) meta l-prodott juri kontenut awdjoviżiv, għandu jkollu mezz ta' operat li juri s-sottotitoli disponibbli għall-SDH għall-kanal vidjo preimpost;

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib)  meta l-prodott juri kontenut awdjoviżiv, għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu biex jintgħażel u tintuża d-deskrizzjoni awdjo disponibbli tal-kanal awdjo preimpost;

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ic)  meta l-prodott juri kontenut awdjoviżiv, għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu biex jintgħżlu u jintużaw is-sottotitoli mitkellma disponibbli tal-kanal awdjo preimpost;

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt id (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(id)  meta l-prodott juri kontenut awdjoviżiv, meta jkun possibbli għandu jiġi pprovdut mekkaniżmu biex jintgħażel u tintuża l-lingwa bis-sinjal disponibbli tal-kanal awdjo preimpost;

Emenda    155

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ie (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ie)  il-prodott għandu jappoġġja l-provvista tas-servizzi ta' aċċess disponibbli waħidhom u f'kombinazzjoni ma' xulxin;

Emenda    156

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt if (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(if)  il-prodott għandu jippermetti l-personalizzazzjoni kemm tas-servizzi ta' aċċess sa fejn possibbli, inkluż permezz ta' aċċess għas-servizzi ta' aċċess permezz ta' mezzi oħra bħas-sinkronizzazzjoni ma' apparat ieħor;

Emenda    157

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ig (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ig)  il-kontrolli tal-utenti għall-attivazzjoni tas-servizzi tal-aċċess għandhom jingħataw lill-utent fuq l-istess livell ta' importanza bħall-kontrolli tal-media primarja;

Emenda    158

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2 – punt ih (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ih)  il-prodott għandu jipprovdi mezz ta' konnessjoni effikaċi mingħajr fil għat-teknoloġiji għas-smigħ, bħalma huma l-apparat tas-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u t-tagħmir assistiv tas-smigħ.

Emenda    159

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti B – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tal-prodott u l-kompatibilità tiegħu ma' teknoloġiji assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-utenti b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    160

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità, għandu jitwettaq billi:

L-għoti ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandu jitwettaq billi:

Emenda    161

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (b);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi tal-aċċessibilità tas-servizz inkluż l-aċċessibilità tal-vetturi u tal-infrastruttura tal-madwar u l-ambjent mibni kif ukoll informazzjoni dwar għajnuna mogħtija skont ir-Regolament 1107/2006, ir-Regolament 1177/2010, ir-Regolament 1371/2007 u r-Regolament 181/2011.

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(iii)  għandha tkun ipprovduta fuq formati mhux elettroniċi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

Emenda    162

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn, meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli;; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    163

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)   is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    164

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(c)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra:

(i)  biljetti intelliġenti (prenotazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta' biljetti, eċċ.)

(ii)  informazzjoni għall-passiġġieri f'ħin reali (skedi ta' informazzjoni, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta' kollegament, vjaġġar 'il-barra b'modi oħra ta' trasport, eċċ.)

(iii)  informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. l-allokazzjoni ta' personal fl-istazzjonijiet; lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli)

Emenda    165

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima V – Parti A – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-ambjent mibni meħtieġ għall-għoti ta' servizz għandu jikkonforma mat-Taqsima X ta' dan l-Anness:

Emenda    166

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IV – Parti A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    167

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima V – Parti D – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II:

Emenda    168

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (c);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizz flimkien mat-tagħmir tat-terminals relatat;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

(iiia)  għandha tkun tinftiehem, mingħajr ma jinqabeż livell ta' kumplessità ogħla minn livell B2 (intermedju għoli) tal-Qafas Ewropew Komuni ta' Riferenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.

Emenda    169

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    170

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi bankarji, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    171

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(d)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra:

(i)  il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' pagament meħtieġa għall-provvediment tas-servizz għandhom ikunu jinftiehmu, perċettibbli, operabbli u robusti, mingħajr ma jiddgħajfu s-sigurtà u l-privatezza tal-utent.

Emenda    172

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-ambjent mibni għall-forniment tas-servizz għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima X.

Emenda    173

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VI – Parti A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    174

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima VI – Parti D – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

D.  It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II.

Emenda    175

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(b)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkunu disponibbli f'format li huwa aċċessibbli fuq l-internet u f'format ta' dokument elettroniku mhux fuq l-internet, li tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (c);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizz flimkien mat-tagħmir tat-terminals relatat, u l-kompatibilità tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi;

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(iii)  għandhom jiġu pprovduti b'formati mhux elettroniċi alternattivi fuq talba. Il-formati alternattivi mhux elettroniċi jistgħu jinkludu tipa kbira, Braille jew ikunu faċli biex jinqraw.

Emenda    176

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; ; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    177

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    178

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'limitazzjonijiet funzjonali.

(e)  jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operat tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, billi tiġi żgurata navigazzjoni dinamika fid-dokument kollu, formati, il-possibilità li jissinkronizzaw test u kontenut awdjo, tekonoloġija text-to-speech, li jippermettu rendimenti alternattivi tal-kontenut u l-interoperabilità tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi b'tali mod li l-informazzjoni tista' tkun perċettibbli, komprensibbli, operabbli u li jimmassimizza l-kompatibilità ma' aġenti utenti attwali u tal-futur.

Emenda    179

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – Parti A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    180

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VII – punt B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Prodotti

B.  Il-prodotti għandhom jikkonformaw mat-Taqsima I

Emenda    181

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kummerċ elettroniku

Il-kummerċ elettroniku, is-siti web tal-fornituri ta' prodotti u servizzi, is-siti web tal-media u tal-aħbarijiet, il-pjattaformi onlajn u l-media soċjali

Emenda    182

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f'formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta' assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b'modi differenti mill-utenti u permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(i)  għandha tkun disponibbli f'format elettroniku aċċessibbli billi tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (b);

(ii)  għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizz u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi.

(iii)  l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

Emenda    183

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    184

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz ta' kummerċ elettroniku, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    185

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' pagament meħtieġa għall-provvediment tas-servizz għandhom ikunu jinftiehmu, perċettibbli, operabbli u robusti, mingħajr ma jiddgħajfu s-sigurtà u l-privatezza tal-utent.

Emenda    186

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIII – Parti A – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    187

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima VIIIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA VIIIa

Servizzi ta' akkomodazzjoni

A.  Servizzi

1.   Il-forniment ta' servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra, għandu jitwettaq billi:

(a)  tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibilità relatati kif ġej:

(i)  għandha tkun disponibbli f'format elettroniku aċċessibbli billi tagħmilhom perċettibbli, operabbli, komprensibbli u robusti f'konformità mal-punt (b);

(ii)  għandha telenka u tispjega l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizz u l-komplementarjetà tiegħu ma' għadd ta' teknoloġiji assistivi;

(b)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

(c)  is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz ta' kummerċ elettroniku, isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, meta jkun meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

(d)  il-metodi ta' identifikazzjoni elettronika, ta' sigurtà u ta' pagament meħtieġa għall-provvediment tas-servizz għandhom ikunu jinftiehmu, perċettibbli, operabbli u robusti, mingħajr ma jiddgħajfu s-sigurtà u l-privatezza tal-utent;

(e)  l-ambjent mibni jsir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima XI;

(f)  iż-żoni komuni kollha (akkoljenza, id-dħul, il-faċilitajiet ta' rekreazzjoni, swali tal-konferenzi, eċċ.);

(g)   Il-kmamar skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima XI fejn l-għadd minimu ta' kmamar aċċessibbli għal kull stabbiliment għandu jkun:

-  kamra aċċessibbli għal stabbilimenti b'total ta' anqas minn 20 kamra

-żewġ kmamar aċċessibbli għal stabbilimenti b'aktar minn 20 kamra iżda b'inqas minn 50 kamra

-kamra addizzjonali aċċessibbli għal kull 50 kamra addizzjonali.

2.  Servizzi ta' appoġġ

Meta disponibbli, is-servizzi ta' appoġġ (help desks, ċentri fejn iċċempel, appoġġ tekniku, servizzi ta' trażmissjoni u servizzi ta' taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u l-kompatibilità tagħhom ma' teknoloġiji u s-servizzi assistivi, b'modi ta' komunikazzjoni aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u persuni b'insuffiċjenza relatata mal-età jew kwalunkwe insuffiċjenza oħra.

Emenda    188

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(e)  is-siti web u l-applikazzjonijiet onlajn meħtieġa għall-provvediment tas-servizz isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    189

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)   is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, inklużi l-applikazzjonijiet mowbajl meħtieġa għall-provvediment tas-servizz jsiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għall-operat u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabilità tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabilità ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali.

Emenda    190

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima IX – Parti B – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza;

(f)  tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta' assistenza u t-teknoloġiji, inklużi teknoloġiji tas-smigħ, bħalma huma l-apparat għall-għajnuna fis-smigħ, it-telecoils, l-impjanti cochlear, u l-apparat ta' assistenza tas-smigħ.

Emenda    191

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima X – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-fini tal-Artikolu 3(10) dwar l-ambjent mibni fejn jiġu pprovduti s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva Emenda

Rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-fini tal-Artikolu 3(10) dwar l-ambjent mibni fejn jiġu pprovduti l-prodotti u s-servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva

Emenda    192

Proposta għal direttiva

Anness I - sezzjoni X - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet użati fl-għoti tas-servizz;

(g)  l-użu ta' tagħmir u faċilitajiet użati fil-provvista tal-prodott jew is-servizz;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

18.1.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostadinka Kuneva

23.2.2016

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Notis Marias, Roberta Metsola, Julia Pitera, Virginie Rozière, Josep-Maria Terricabras, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

Referenzi

( COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD) )

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

18.1.2016

EMPL

18.1.2016

ITRE

18.1.2016

TRAN

18.1.2016

REGI

18.1.2016

CULT

18.1.2016

JURI

18.1.2016

LIBE

18.1.2016

FEMM

10.3.2016

PETI

18.1.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

21.1.2016

ITRE

28.1.2016

REGI

14.1.2016

JURI

28.1.2016

LIBE

2.2.2016

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.12.2016

TRAN

15.12.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Morten Løkkegaard

2.2.2016

Eżami fil-kumitat

14.3.2016

30.5.2016

9.11.2016

6.3.2017

20.3.2017

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

17

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antanas Guoga, Franz Obermayr, Ulrike Trebesius

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Pál Csáky, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch

Data tat-tressiq

8.5.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

ECR

EFDD

PPE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Daniel Dalton, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Andor Deli, Antanas Guoga, Dieter-Lebrecht Koch, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

0

-

17

0

EFDD

ENF

GUE/NGL

S&D

Verts/ALE

David Coburn

Franz Obermayr, Marcus Pretzell

Dennis de Jong

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

Pascal Durand, Igor Šoltes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

[1] ĠU C 303, 19.8.2016, p. 103.
[2] Il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid jikkonsisti f'żewġ regolamenti (ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008) u deċiżjoni waħda (id-Deċiżjoni 768/2008). Dan hu pakkett ta' miżuri li għandhom l-għan li jtejbu s-sorveljanza tas-suq u jagħtu spinta lill-kwalità tal-valutazzjonijiet ta' konformità. Barra minn hekk, jikkjarifika l-użu tal-marka CE u joħloq sett ta' miżuri biex jintużaw fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti. Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Kummissjoni hu li jġibu l-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' referenza tad-Deċiżjoni 768/2008/KE. Huwa wkoll dak li sar fil-kuntest ta' din id-Direttiva.  
[3] Konvenzjoni tan-NU tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà
[4] Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
[5] 2006/515/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15).