Dokument ta' sessjoni

 

A8-0189/2017

9.5.2017

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

( COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS) )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Tom Vandenkendelaere

 

PR_CNS_LegAct_am

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  6

NOTA SPJEGATTIVA  14

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni  15

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  21

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

( COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2016)0758 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0529/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni ( A8-0189/2017 ),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-2013, id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-VAT li fil-fatt inġabret (l-hekk imsejħa "diskrepanza tal-VAT") fl-Unjoni kienet ta' madwar EUR 170 biljun, u l-frodi transfruntiera jammontaw għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard.

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard, b'tali mod li toħloq żvantaġġ għall-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament u li żżomm lura l-iżvilupp ta' dan is-suq. Dak l-iżvantaġġ komparattiv jista' jostakola l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali fl-Unjoni.

____________

_____________

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT1a, il-Parlament Ewropew fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik ir-raġuni, huwa sostna li "l-kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament mill-format tagħhom, għandhom jiġu trattati eżattament bl-istess mod".

 

_________________

 

1a P7_TA(2011)0436

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u biex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u l-ambizzjoni tagħha li tiżgura li l-Ewropa tkun kompetittiva u fuq quddiem nett fid-dinja fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, u b'hekk jistimulaw l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, u jiffaċilitaw it-tagħlim diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u l-promozzjoni tagħha.

____________

_____________

COM(2015) 0192 finali

COM(2015) 0192 finali

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet stampati u għal pubblikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jiżgura t-trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-konsumaturi - u b'hekk jippromwovi l-qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

 

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9, il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti.

(3)  Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9, il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti. Din il-proposta hija bi qbil mal-objettiv li l-Istati Membri jingħataw aktar libertà biex jiffissaw ir-rati tal-VAT tagħhom fil-qafas ta' sistema tal-VAT definittiva u bbażata fuq id-destinazzjoni.

_________________

_________________

9 COM(2016) 148 finali

9 COM(2016) 148 finali

 

Emenda     7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jkun hemm sistemi tal-VAT aktar sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u favorevoli għan-negozji fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li jinżamm il-pass mal-ekonomija diġitali u mobbli tal-lum.

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn biex jaqraw materjal stampat skont it-tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma jikkonsistux għalkollox jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati wkoll għal dawn il-formati.

 

__________________

 

1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD) ) (ĠU ..., p. ...).

 

Emenda     9

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-fatt li l-Istati Membri jingħataw il-libertà li japplikaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba elettroniċi, il-gazzetti elettroniċi u l-perjodiċi elettroniċi jista' joħloq opportunità ta' marġni ta' profitt ġodda għall-pubblikaturi u ta' investiment f'kontenut ġdid, meta mqabbel mal-mudell attwali li jiddependi ħafna fuq ir-reklamar. Fil-livell tal-Unjoni għandu wkoll jingħata bidu għal riflessjoni aktar ġenerali fuq il-mudell ta' finanzjament tal-kontenut elettroniku.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Il-flessibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fil-kuntest tal-proposta attwali bl-ebda mod ma tippreġudika r-reġim definittiv tal-VAT biex jiġi varat u li fil-kuntest tiegħu kull żieda fil-flessibbiltà tkun teħtieġ tiġi bbilanċjata mal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq uniku, il-kamp ta' applikazzjoni għall-frodi tal-VAT, iż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju u r-riskju ta' kompetizzjoni inġusta.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Għalkemm din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrettifikaw sitwazzjoni ta' trattament inugwali, hija ma tneħħix il-ħtieġa għal sistema aktar ikkoordinata, effiċjenti u sempliċi ta' rati mnaqqsa tal-VAT b'inqas eċċezzjonijiet.

 

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2006/112/KE

Anness III – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo;

(6)  il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo; inklużi opuskoli, fuljetti u materjal simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.

Ġustifikazzjoni

Fid-Direttiva attwali, il-kategoriji msemmija hawn fuq huma inklużi fl-Anness III, punt (6). Fit-test propost mill-Kummissjoni, dawn il-kategoriji ma jissemmewx aktar. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tikkjarifika jekk id-Direttiva proposta tapplikax ukoll għal opuskoli, fuljetti u oġġetti simili stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.

 

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Monitoraġġ

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa... tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tipproduċi rapport li jidentifika l-Istati Membri li jkunu adottaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom, u tevalwa l-impatt ta' dawk il-miżuri f'termini ta' implikazzjonijiet baġitarji u l-iżvilupp tas-settur kulturali.

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Skont id-Direttiva attwali tal-VAT (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/12/KE), servizzi li jingħataw b'mod elettroniku, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, jistgħu biss jiġu intaxxati bir-rata standard tal-VAT minima ta' 15 %. Fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet stampati, madankollu, l-Istati Membri huma liberi li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT (minimu ta' 5 %). Xi Stati Membri saħansitra kisbu derogi li jippermettulhom japplikaw rati mnaqqsin ħafna (inqas minn 5 %) jew rati żero.

Tali differenza fit-trattament bejn pubblikazzjonijiet stampati u dawk elettroniċi saret inqas u inqas ġustifikabbli hekk kif l-ekonomija diġitali kompliet tiżviluppa. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li temenda d-Direttiva tal-VAT u tagħti lill-Istati Membri kollha l-għażla li japplikaw l-istess rati mnaqqsin, rati mnaqqsin ħafna jew rati żero għall-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament kif kienu diġà disponibbli għall-pubblikazzjonijiet stampati.

Il-forniment ta' kontenut li hu purament magħmul minn mużika jew minn vidjo jibqa' jiġi ntaxxat bir-rata standard tal-VAT, u l-istess fil-każ ta' pubblikazzjonijiet li jikkonsistu b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika u ta' vidjo. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat interpretattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proposta ma tinterferixxix fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri biex jispeċifikaw it-termini ta' "kotba, gazzetti u perjodiċi" u "b'mod predominanti jikkonsistu minn".

Ir-rapporteur jilqa' b'mod favorevoli din il-proposta mmirata biex tikkoreġi l-inugwaljanza fit-trattament tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, li wasslet għal trattament tat-taxxa ferm inqas favorevoli għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi. Huwa jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni f'dan il-qasam li tissepara din il-kwistjoni mill-proposta ġenerali li jmiss dwar ir-rati u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta malajr din l-emenda leġiżlattiva li ilha ħafna mistennija.

 

 

26.4.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

( COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għan u kamp ta' applikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett usa' dwar il-VAT imfassal biex ir-regoli tal-VAT jiġu adattati għar-realtajiet ta' ekonomija dejjem aktar diġitali. Il-pakkett kollu kemm hu jfittex li jnaqqas l-ispejjeż tal-konformità u l-kumplessità għan-negozji, inaqqas it-telf fid-dħul minħabba n-nuqqas ta' konformità għall-Istati Membri u jiżgura li n-negozji tal-UE ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' negozji mhux tal-UE minħabba r-regoli tal-VAT fuq prodotti importati. Il-pakkett kien diġà tħabbar fl-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT.

 

Il-proposta speċifika biex tiġi emendata d-Direttiva 2006/112/KE ("id-Direttiva dwar il-VAT") tippermetti lill-Istati Membri japplikaw l-istess rata tal-VAT kemm għal pubblikazzjonijiet elettroniċi (pereżempju, kotba elettroniċi, gazzetti elettroniċi u perjodiċi elettroniċi) kif ukoll għal pubblikazzjonijiet stampati. Skont ir-regoli eżistenti, il-pubblikazzjonijiet elettroniċi huma meqjusa bħala "servizzi fornuti b'mod elettroniku" u għaldaqstant huma soġġetti għal rata tat-taxxa minima ta' 15 %. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri jistgħu jimponu taxxa fuq il-pubblikazzjonijiet fiżiċi b'rata mnaqqsa (minimu ta' 5 %), filwaqt li xi Stati Membri ngħataw id-dritt li jinżlu għal inqas minn 5 % (rati mnaqqsa ħafna) jew anke li japplikaw rati żero għal ċerti pubblikazzjonijiet.

 

Għaldaqstant, il-proposta tipproponi aġġustamenti tekniċi żgħar għad-Direttiva dwar il-VAT biex tippermetti lill-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero ta' VAT għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi.

 

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta, li tirrifletti l-fehma li l-Parlament ilu jħaddan żmien twil, li d-distinzjoni fil-liġi tal-VAT bejn il-pubblikazzjonijiet fiżiċi u dawk elettroniċi mhijiex sostenibbli fl-era diġitali. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tistabbilixxi ċarezza fil-mezzi tax-xandir u s-suq tal-kotba, tgħin lin-negozji jesploraw mudelli ġodda (bħal offerti li jikkombinaw kotba fiżiċi u kotba elettroniċi, li qabel kienu impossibbli) u fl-aħħar mill-aħħar tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi, u b'hekk ittejjeb l-aċċess għall-kontenut kulturali.

 

Ir-Rapporteur ippropona żewġ emendi mmirati għall-proposta tal-Kummissjoni. L-ewwel waħda tenfasizza li l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tar-regoli tal-VAT bejn il-formats ta' pubblikazzjonijiet fiżiċi u elettroniċi għandu jgħin biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-investiment fil-kontenut kreattiv u b'hekk itejjeb l-aċċess inġenerali għall-beni kulturali u l-materjal edukattiv. Ir-Rapporteur jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol dejjem jikber tad-distribuzzjoni ta' kontenut diġitali kulturali u kreattiv fil-faċilitazzjoni tal-aċċess għal materjali kulturali u li tippermetti lill-awturi u l-fornituri tal-kontenut jilħqu udjenzi ġodda u akbar. It-tieni waħda tikkostitwixxi biss punt ta' kjarifika. Bħalma l-pubblikazzjonijiet awdjo huma attwalment ittrattati għall-finijiet tal-VAT bl-istess mod bħall-pubblikazzjonijiet fiżiċi klassiċi, il-verżjonijiet adattati u awdjo ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-pubblikazzjonijiet elettroniċi ordinarji. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-bidla fir-regoli tal-VAT. Il-Kummissjoni ċċarat li, skont din il-proposta, il-pubblikazzjonijiet elettroniċi adattati u awdjo jikkwalifikaw għal rati ta' VAT imnaqqsa. Għaldaqstant, l-emenda għall-premessa hi inkluża biex tenfasizza dan il-punt u tispjega l-ħsieb warajh.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-futur tal-VAT1a, il-Parlament Ewropew fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik ir-raġuni, huwa sostna li "l-kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament mill-format tagħhom, għandhom jiġu trattati eżattament bl-istess mod".

 

_________________

 

1a P7_TA(2011)0436

 

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

(2)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, sabiex jiġu stimulati l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, u sabiex jiġi faċilitat it-tagħlim diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-aċċess għall-kultura u l-promozzjoni tagħha fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku. Jenħtieġ li d-dħul miġbur permezz tal-allinjament tar-rati tal-VAT elettroniċi u fiżiċi jiġi investit mill-ġdid biex jiġi żgurat it-tkabbir tas-settur.

__________________

__________________

8 COM(2015) 0192 finali

8 COM(2015) 0192 finali

 

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet stampati u għal pubblikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li jiġi żgurat it-trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-konsumaturi - u b'hekk jiġi promoss il-qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

 

 

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

(5)  Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn biex jaqraw materjal stampat skont it-tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma jikkonsistux għalkollox jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati wkoll għal dawn il-formati.

 

__________________

 

1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD) ) (ĠU ..., p. ...).

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

Referenzi

COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

16.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bogdan Andrzej Zdrojewski

15.2.2017

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Elena Gentile, Dietmar Köster, Ilhan Kyuchyuk, Emma McClarkin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ECR

Angel Dzhambazki, Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Elena Gentile, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Ilhan Kyuchyuk, Yana Toom

EFDD

Isabella Adinolfi

ENF

Dominique Bilde

 

0

-

-

-

 

0

0

-

-

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi

Referenzi

COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.1.2017

CULT

16.1.2017

JURI

16.1.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

25.1.2017

JURI

25.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tom Vandenkendelaere

8.12.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2017

3.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Siegfried Mureşan, Catherine Stihler, Nils Torvalds, Auke Zijlstra

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Ska Keller, Juan Fernando López Aguilar, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Csaba Sógor

Data tat-tressiq

9.5.2017

 

 

 

 

 

 

 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Petr Ježek, Michael Theurer, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells, Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Ashley Fox, Jussi Halla-aho, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Miguel Viegas

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Csaba Sógor, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Lucy Anderson, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Costas Mavrides, Emilian Pavel, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Birgit Sippel, Catherine Stihler, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Bas Eickhout, Eva Joly, Ska Keller, Philippe Lamberts

 

1

-

EFDD

David Coburn

 

2

0

ENF

Marco Zanni, Auke Zijlstra

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni