Dokument ta' sessjoni
10.5.2017
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Sabine Verheyen, Petra Kammerevert
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0287 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0193/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Diċembru 2016[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0192/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Titolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal | Proposta għal |
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL | DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. | (1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel minħabba l-konverġenza kontinwa bejn is-servizzi tat-televiżjoni u tal-internet. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. Din il-konverġenza tal-midja teħtieġ qafas ġuridiku aġġornat sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq u biex jinkisbu bilanċ bejn l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut online, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività. |
__________________ | __________________ |
27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). | 27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). |
28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1). | 28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1). |
29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). | 29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Fis-6 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa"30 li fiha ħabbret reviżjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. | (2) Fis-6 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa"30 li fiha ħabbret reviżjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016, "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali"30a, il-Parlament Ewropew jistabbilixxi dak li jistenna minn dak ir-rieżami. Il-Parlament Ewropew preċedentement kien talab rieżami fl-4 ta' Lulju 2013 fir-riżoluzzjoni tiegħu "It-TV Konness" 30b u fit-12 ta' Marzu 2014 fir-riżoluzzjoni tiegħu "It-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b'mod komplet"30c u indika l-objettivi ta' dak ir-rieżami. |
__________________ | __________________ |
30 COM(2015) 192 finali | 30 COM(2015) 192 finali |
| 30a P8_TA(2016)0009 |
| 30b P7_TA(2013)0329 |
| 30c P7_TA(2014)0232 |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Id-Direttiva 2010/13/UE għandha tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz, bħal partijiet stand-alone ta' gazzetti onlajn li juru programmi awdjoviżivi jew vidjos maħluqa mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Is-servizzi tal-midja soċjali mhumiex inklużi, ħlief jekk jipprovdu servizz li jaqa' taħt id-definizzjoni tal-pjattaforma ta' video-sharing. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tal-links bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabilità editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-midja awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabilità editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabilità editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | (3) Id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li tkun applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz. Peress li s-servizzi ta' pjattaforma tal-midja soċjali jiddependu dejjem iktar mill-kontenut awdjoviżiv, huma rilevanti għall-finijiet tad-Direttiva 2010/13/UE sa fejn huma jipprovdu servizzi li jissodisfaw il-kriterji li jiddefinixxu pjattaforma ta' video-sharing. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tal-links bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabilità editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-midja awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabilità editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Logħob tax-xorti li jinvolvu riskju li jirrappreżenta somma flus, inklużi l-lotteriji, l-imħatri u forom oħrajn ta' logħob tal-azzard, kif ukoll logħob online u muturi ta' tiftix, għandhom ikomplu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Deċiżjonijiet editorjali huma deċiżjonijiet li jittieħdu fuq bażi ta' kuljum, b'mod partikolari minn diretturi u kapijiet edituri ta' programmi, fil-kuntest ta' skeda ta' programmi approvata. Il-post li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet editorjali huwa l-post normali tax-xogħol tal-persuni li jeħduhom. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, huwa kruċjali għall-Istati Membri li jżommu rekords aġġornati tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva u tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u b'mod regolari jikkondividu dawk ir-rekords mal-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom u mal-Kummissjoni. Dawk ir-rekords għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni. | (4) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, huwa kruċjali għall-Istati Membri li jżommu rekords aġġornati u trasparenti tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva u tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u b'mod regolari jikkondividu dawk ir-rekords mal-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom u mal-Kummissjoni. Dawk ir-rekords għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni. |
| (Il-parti ta' din l-emenda li tikkonċerna l-"awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti fl-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) għandu jkollu għalhekk is-setgħa biex jipprovdi opinjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. | (5) L-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), magħmul minn awtoritajiet u/jew korpi regolatorji indipendenti fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, għandu jkollu għalhekk is-setgħa biex jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-ġurisdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni Huwa importanti li l-ERGA u l-kumitat ta' kuntatt iżommu lil xulxin infurmati u jikkooperaw ma' awtoritajiet u/jew korpi regolatorji. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE31, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji mfasslin tajjeb, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar32. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Sanzjonijiet gradwati li jżommu element ta' proporzjonalità normalment huma meqjusa bħala approċċ effettiv fl-infurzar ta' skema. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. | (7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE31, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar32. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni , li jikkostitwixxu mezzi addizzjonali jew komplementari utli għal azzjoni leġiżlattiva. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. |
__________________ | __________________ |
31 COM(2015) 215 final | 31 COM(2015) 215 final |
32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation | 32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. | (8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini tal-Unjoni, għan-negozji u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-"inċitament għal mibegħda" għandu jkun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda għandhom jiġu estiżi b'mod konformi mar-raġunijiet li jinsabu fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) Sabiex iċ-ċittadini jkollhom il-possibilità ta' aċċess għall-informazzjoni, għal għażliet infurmati, evalwazzjoni tal-kuntesti tal-midja, u jużaw, jivvalutaw b'mod kritiku u joħolqu kontenut awdjoviżiv b'mod responsabbli, huma jeħtieġu ħiliet ta' litteriżmu medjatiku avvanzat. Tali ħiliet tal-litteriżmu medjatiku jippermettulhom jifhmu n-natura tal-kontenut u s-servizzi, filwaqt li jisfruttaw il-firxa wiesgħa ta' opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-midja b'mod effettiv u sikur. Il-litteriżmu medjatiku m'għandux ikun limitat għat-tagħlim dwar l-għodod u t-teknoloġiji, iżda jenħtieġ li jkollu l-għan li jgħammar liċ-ċittadini bil-ħiliet ta' riflessjoni kritika meħtieġa biex jeżerċitaw il-kapaċità ta' ġudizzju tagħhom, janalizzaw ir-realtajiet kumplessi, jagħrfu d-differenza bejn opinjoni u l-fatti, u jirreżistu l-forom kollha ta' diskors ta' mibegħda. L-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età, għandu jiġi promoss. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. | (9) Sabiex it-telespettaturi, b'mod partikolari l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar tali kontenut, b'mod partikolari l-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jenħtieġ li, bl-istess mod, jipprovdu informazzjoni bħal din, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-iżgurar tal-aċċessibilità ta' kontenut awdjoviżiv huwa rekwiżit essenzjali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Id-dritt tal-persuni b'insuffiċjenza u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut mal-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk, l-Istati Membri jentħieġ li mingħajr dewmien jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu kontenut aċċessibbli għal dawk b'insuffiċjenza fil-vista jew fis-smigħ. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għandhom jiġu ssodisfati permezz ta' proċess progressiv u kontinwu, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet prattiċi u inevitabbli li jistgħu jipprevjenu aċċessibilità sħiħa, bħal xandir ta' programmi jew avvenimenti f'ħin reali. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu żviluppati miżuri ta' aċċessibilità permezz tal-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni u biex jiġu indirizzati lmenti dwar kwistjonijiet ta' aċċessibilità, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu punt ta' kuntatt uniku, li jkun kompletament aċċessibbli online. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ċerti linji gwida nutrittivi rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, bħall-mudell ta' profili nutrizzjonali tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHOgħall-Ewropa, sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrittiva fil-kuntest tal-ikel irriklamat fuq it-televiżjoni għat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx dawn il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. | (10) L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni, inklużi l-kodiċijiet ta' kondotta, jikkontribwixxu għall-objettiv tat-tnaqqis b'mod effettiv tal-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. L-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni għandhom jikkontribwixxu għal dan l-objettiv u għandu jiġi segwit mill-qrib. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jkollhom l-għan li jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jirreletaw mal-promozzjoni tal-logħob tal-azzard. Bosta sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għall-promozzjoni ta' logħob tal-azzard responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari s-sistemi li għandhom l-għan li jiżguraw li l-messaġġi dwar il-logħob tal-azzard responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal-logħob tal-azzard. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. Meta jiġu infurzati u sorveljati sew, il-kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni jistgħu jkunu mezz tajjeb biex ikun żgurat approċċ koerenti u effettiv. | (12) Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Is-suq għax-xandir tat-TV evolva u hemm ħtieġa għal aktar flessibilità fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari, l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u l-isponsorizzazzjoni. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr riklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. | (13) Is-suq għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva u hemm ħtieġa għal ċarezza akbar u aktar flessibilità biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, l-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr reklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabilità editorjali ta' fornituri ta' servizzi tal-midja, l-integrità tal-programmi u servizzi għandha tiġi ssalvagwardjata. Bidliet fil-wiri ta' programmi u servizzi li jkunu nbdew minn min jirċievi servizz għandhom ikunu permessi. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13b) Il-kejl indipendenti tal-udjenza għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, inklużi komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, huwa meħtieġ biex jiżgura l-għoti ta' informazzjoni adegwata u trasparenti lill-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji. |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa ġdida tfittex li tenfasizza li l-kejl ta' regoli kwantitattivi, pereżempju, kwoti għax-xogħlijiet Ewropej, ma jirrikjedix kejl indipendenti biex jiġi żgurat li d-data tkun preċiża u tali dispożizzjonijiet ikunu jagħmlu sens.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġu ffinanzjati s-servizzi jew il-programmi tal-midja awdjoviżiva filwaqt li jiġu promossi l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti ta' persuna fiżika jew ġuridika. Sabiex l-isponsorizzazzjoni tikkostitwixxi forma prezzjuża ta' teknika ta' reklamar għal min jirreklama u għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni jistgħu jinkludu referenzi promozzjonali għall-oġġetti jew is-servizzi tal-isponsor, filwaqt li ma jħeġġux direttament ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut ta' programmi sponsorjati ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | (14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġi ffinanzjat il-kontenut awdjoviżiv. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut sponsorjat ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali b'xi eċċezzjonijiet ma ħolqitx ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandha titħalla fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, soġġetta għal eċċezzjonijiet. | (15) Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali b'xi eċċezzjonijiet ma ħolqitx ċertezza tad-dritt għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandha titħalla fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva u s-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, soġġetta għal eċċezzjonijiet, billi tista' toħloq introjtu addizzjonali għal fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li tiġi riflessa l-integrazzjoni ta' vidjos maħluqa mill-utenti fi ħdan ir-regoli għall-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali taħt fl-AVMS.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) Sabiex tiġi protetta r-responsabilità editorjali tal-fornituri ta' servizzi tal-midja u tal-katina tal-valur awdjoviżiva, huwa essenzjali li tiġi ggarantita l-integrità tal-programmi u s-servizzi fornuti minn fornituri ta' servizz tal-midja. Il-programmi u s-servizzi jenħtieġ li jiġu trażmessi mingħajr ma jitqassru, jinbidlu jew jiġu interrotti. Il-programmi u s-servizzi għandhom jiġu trażmessi mingħajr ma jitqassru, jinbidlu jew jiġu interrotti. |
Ġustifikazzjoni
Partijiet terzi ma għandhomx jitħallew jimmodifikaw programmi u servizzi mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-midja.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. | (16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar attwalità, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi tat-tfal u f'kontenut immirat prinċipalment lejn it-tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-reklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi tat-tfal u fil-kontenut immirat prinċipalment lejn it-tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta' esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b'mod ċar dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata. | imħassar |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Filwaqt li din id-Direttiva ma żżidx l-ammont tal-ħin globali ta' reklamar ammissibbli matul il-perjodu mis-07:00 sal-23:00, huwa importanti li x-xandara jkollhom aktar flessibilità u li jkunu kapaċi jiddeċiedu meta jpoġġu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Il-limitu ta' kull siegħa għalhekk għandu jitneħħa filwaqt li għandu jiġi introdott limitu ta' kuljum ta' 20 % ta' reklamar fil-perjodu mis-07:00 sal-23:00. | (19) Huwa importanti għax-xandara li jkollhom aktar flessibilità u li jkunu jistgħu jiddeċiedu meta jagħmlu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Il-limitu ta' kull siegħa għalhekk għandu jitneħħa filwaqt li għandu jiġi introdott limitu ta' kuljum ta' 20 % ta' reklamar. Huwa neċessarju wkoll, madankollu, li jinżamm livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur f'dak ir-rigward peress li tali flessibilità tista' tesponi lit-telespettaturi għal ammont eċċessiv ta' reklamar matul il-ħin bl-aktar telespettaturi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu applikati limiti speċifiċi matul it-twieqi tal-ħin bl-akbar udjenza. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Bosta xandara huma parti minn gruppi akbar tal-midja u jagħmlu avviżi mhux biss b'konnessjoni mal-programmi tagħhom stess u prodotti anċillari meħudin direttament minn dawk il-programmi iżda wkoll b'rabta ma' programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja. Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal avviżi magħmulin mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja m'għandux ikun inkluż fl-ammont massimu ta' ħin ta' trażmissjoni ta' kuljum li jista' jkun allokat għar-reklamar u għat-telebejgħ. | (20) Bosta xandara huma parti minn gruppi akbar tax-xandir u jagħmlu avviżi mhux biss b'konnessjoni mal-programmi tagħhom stess u prodotti anċillari u servizzi tal-midja awdjoviżiva meħudin direttament minn dawk il-programmi iżda wkoll b'rabta ma' programmi, prodotti u servizzi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tax-xandir. Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal avviżi magħmulin mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tax-xandir jenħtieġ ukoll li ma jkunx inkluż fl-ammont massimu ta' ħin ta' trażmissjoni ta' kuljum li jista' jkun allokat għar-reklamar u għat-telebejgħ. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. | (21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. Dan għandu jippermetti lill-utenti ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand li jiskopru u jsibu xogħlijiet Ewropej faċilment, filwaqt li tiġi promossa d-diversità kulturali. Għal dak l-għan, id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jkunu kapaċi jittikkettaw il-kontenut awdjoviżiv tagħhom li jikkwalifika bħala xogħol Ewropew bħala tali fil-metadata tagħhom u jagħmluha disponibbli lil fornituri ta' servizzi tal-midja. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimponu obbligi finanzjarji għall-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu forma ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni ta' u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll imposti pagabbli lil fond, fuq il-bażi tad-dħul magħmul b'servizzi on-demand li huma pprovduti fi u mmirati lejn it-territorju tagħhom. Din id-Direttiva tiċċara li, minħabba r-rabta diretta bejn l-obbligi finanzjarji u l-politiki kulturali differenti tal-Istati Membri, l-Istati Membri jitħallew ukoll jimponu tali obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fi Stat Membru ieħor li huma mmirati lejn it-territorju tagħhom. F'dan il-każ l-obbligi finanzjarji għandhom jiġu imposti biss fuq id-dħul iġġenerat mill-udjenza f'dak l-Istat Membru. | (22) Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi jimponu obbligi finanzjarji għall-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu forma ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni ta' u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll imposti pagabbli lil fond, fuq il-bażi tad-dħul magħmul b'servizzi on-demand li huma pprovduti fi u mmirati lejn it-territorju tagħhom. Din id-Direttiva tiċċara li, minħabba r-rabta diretta bejn l-obbligi finanzjarji u l-politiki kulturali differenti tal-Istati Membri, l-Istati Membri jitħallew ukoll jimponu tali obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fi Stat Membru ieħor li huma mmirati lejn it-territorju tagħhom. F'dan il-każ l-obbligi finanzjarji għandhom jiġu imposti biss fuq id-dħul li jidħol minn servizzi on-demand u ġġenerat mill-udjenza f'dak l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, jenħtieġ li dan iqis kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istat fil-mira. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. | (26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. Kontenut illegali, ta' ħsara, razzista u ksenofobu u diskors ta' mibegħda ospitat fuq pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Barra minn hekk, id-deċiżjoni li tali kontenut jitneħħa, li ħafna drabi tiddependi minn interpretazzjoni suġġettiva, tista' tnaqqas il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. F'dan il-kuntest, sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda ospitat fuq pjattaformi ta' video-sharing, kif ukoll sabiex jiġu protetti u garantiti d-drittijiet fundamentali tal-utenti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni u proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. Tali regoli għandhom, b'mod partikolari, jiddefinixxu aktar fil-livell tal-Unjoni l-karatteristiċi ta' "kontenut ta' ħsara" u l-"inċitament għall-vjolenza u għall-mibegħda", filwaqt li jqisu l-intenzjoni u l-effett ta' tali kontenut. Miżuri awtoregolatorji u koregolatorji implimentati jew approvati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni jenħtieġ li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tagħha. L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji għandhom iżommu setgħat ta' infurzar effettivi f'dan ir-rigward. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) Fid-Direttiva (UE) 2017/XXX [issostitwixxi b'referenza għad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu ladarba din tiġi ppubblikata, u aġġorna n-numru tal-Artikolu], il-provokazzjoni pubblika sabiex jiġi kommess reat terroristiku hija definita bħala reat marbut ma' attivitajiet terroristiċi u hija punibbli bħala reat kriminali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tneħħija fil-pront ta' kontenut li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika sabiex jiġi kommess reat terroristiku. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar pjattaformi ta' video-sharing, dawn huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, inklużi prattiċi qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed. Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk jikkumplimentaw dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/29/KE, 2003/33/KE u 2014/40/UE. | (27) Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar pjattaformi ta' video-sharing, dawn huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, inklużi prattiki qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed u jenħtieġ li jiġu applikati għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva kollha. Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk jikkumplimentaw dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/29/KE, 2003/33/KE u 2014/40/UE u jistabbilixxu kundizzjonijiet komuni ta' parità għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, is-servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing u l-vidjos maħluqa mill-utenti. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabilità editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (28) Ċertu kontenut ospitat fuq pjattaformi ta' video-sharing jew tal-midja soċjali ma jaqax taħt ir-responsabilità editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu lill-utenti kollha mill-inċitament għat-terroriżmu jew mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentament sesswali, l-istatus ta' residenza jew is-saħħa. Dawk ir-raġunijiet huma maħsuba biex jispeċifikaw aktar il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew għall-mibegħda" iżda m'għandhomx jitqiesu waħedhom bħala bażi biex tiġi limitata d-disponibilità tal-kontenut awdjoviżiv. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Fid-dawl tan-natura tal-involviment tal-fornitur mal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing, dawk il-miżuri xierqa għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabilità għal informazzjoni illegali maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. | (29) Fid-dawl tan-natura tar-relazzjoni tal-fornituri mal-kontenut ospitat fuq pjattaformi ta' video-sharing, dawk il-miżuri xierqa għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabilità għal informazzjoni illegali maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
__________________ | __________________ |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). | 34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni għalhekk għandha tkun imħeġġa. Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. | (30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. L-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni għalhekk għandhom ikunu mħeġġa. Għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq siti web li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja skont id-dritt tal-Unjoni, b'rispett għal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja. |
__________________ | __________________ |
35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). | 35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing kopruti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. | (32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE u ġeneralment jipprovdu servizzi ospitanti skont l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Minħabba l-udjenza wiesgħa tal-pjattaformi ta' video-sharing u tal-midja soċjali, huwa xieraq li l-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni fuq tali pjattaforma, jikkoordinaw mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati mir-regolamentazzjoni ta' dawn il-pjattaformi. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġurisdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. F'dan ir-rigward, il-kunċett ta' "fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing" għandu jinftiehem fl-aktar sens wiesa' tat-terminu, sabiex jinkludi l-fornituri ta' servizz lineari u pjattaformi għat-trażmissjoni mill-ġdid tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, irrispettivament mill-mezzi tekniċi użati għat-trażmissjoni mill-ġdid, bħall-kejbil, satellita jew l-internet. |
Ġustifikazzjoni
Il-pjattaformi ta' video-sharing u l-midja soċjali jistgħu jimmiraw lejn l-udjenza tal-Unjoni kollha, iżda huwa biss l-Istat Membru fejn jitqiesu li huma stabbiliti li jkollu ġurisdizzjoni fuqhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw b'mod effettiv għar-regolamentazzjoni ta' dawn il-pjattaformi, sabiex jiġi ggarantit funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku Diġitali u biex iċ-ċittadini Ewropej jiġu protetti b'mod effettiv.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | (33) L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet u/jew tal-korpi regolatorji kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji jenħtieġ li jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet u/jew tal-korpi regolatorji stabbiliti skont din id-Direttiva jenħtieġ li jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji jappoġġaw il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fl-eżerċizzju tal-indipendenza editorjali tagħhom. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 201436. L-irwol tal-ERGA huwa li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. | (35) Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 201436. Ir-rwol tal-ERGA huwa li jaġixxi bħala grupp ta' konsulenza esperta indipendenti u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji, u bejn l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji u l-Kummissjoni. |
_________________ | _________________ |
36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva. | 36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) L-ERGA ta kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti u ta' livell għoli u ta parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni. Dan jitlob għar-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu f'din id-Direttiva. Il-Grupp għandu għalhekk jerġa' jiġi stabbilit permezz ta' din id-Direttiva. | (36) L-ERGA u l-kumitat ta' kuntatt taw kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti, ta' livell għoli u indipendenti u taw parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minorenni u tad-diskors ta' mibgħeda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b'ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor. | (37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-kumitat ta' kuntatt dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-ERGA jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tikkonsulta lill-kumitat ta' kuntatt fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Il-kumitat ta' kuntatt jenħtieġ li jiddeċiedi dwar opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u r-regoli u l-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minorenni u tad-diskors ta' mibegħda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b'ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor imfassla mill-ERGA, sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abilità tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta' kontenut ta' interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b'mod partikolari l-ħtieġa ta' intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika. | (38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abilità tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex tiġi żgurata l-prominenza xierqa ta' kontenut ta' interess ġenerali f'objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-prominenza xierqa, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 38a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (38a) Il-mezzi għall-ksib ta' aċċessibilità għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għalihom, servizzi ta' aċċess bħall-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ jew bi smigħ batut, is-sottotitoli mitkellma, id-deskrizzjonijiet bl-awdjo u n-navigazzjoni tal-menù li tkun faċli tinftiehem. Il-fornituri ta' servizzi tal-midja għandhom ikunu trasparenti u proattivi fit-titjib tal-aċċess għas-servizzi għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani, u jindikaw b'mod ċar fil-programm ta' informazzjoni kif ukoll fil-gwida elettronika tal-programmi d-disponibilità tagħhom, filwaqt li jelenkaw u jispjegaw l-użu tal-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-servizzi, u jiżguraw li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | (39) Huma u jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ma jdgħajfux direttament jew indirettament id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal u d-dritt tan-nondiskriminazzjoni minquxa fil-Karta. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 1 - punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew taqsima separabbli tiegħu huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, taħt ir-responsabilità editorjali ta' fornitur ta' servizz tal-midja, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, lill-pubbliku ġenerali permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE. Tali servizz tal-midja awdjoviżiva huwa jew xandir televiżiv kif definit fil-punt (e) ta' dan il-paragrafu jew servizz tal-midja awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;”; | (i) servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn l-għan ewlieni tas-servizz jew taqsima separabbli ta' servizz usa' tiegħu huwa ddedikat għall-forniment ta' programmi, taħt ir-responsabilità editorjali ta' fornitur ta' servizz tal-midja, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, lill-pubbliku ġenerali permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE. Tali servizz tal-midja awdjoviżiva huwa jew xandir televiżiv kif definit fil-punt (e) ta' dan il-paragrafu jew servizz tal-midja awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;”; |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"(aa) "(aa) "servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing" ifisser servizz, kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: | "(aa) "(aa) "servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing" ifisser servizz, kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin: |
(i) is-servizz jikkonsisti fil-ħżin ta' ammont kbir ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabilità editorjali; | (i) funzjonalità prinċipali tas-servizzi tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabilità editorjali, lill-pubbliku ġenerali; |
(ii) l-organizzazzjoni tal-kontenut maħżun hija determinata mill-fornitur tas-servizz inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari b'akkoljenza, wiri, tagging u sekwenzar; | (ii) l-organizzazzjoni tal-kontenut li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku hija determinata mill-fornitur tas-servizz inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari b'akkoljenzahosting, wiri, tagging u sekwenzar; |
(iii) l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu huwa għalhekk dedikat għall-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; | (iii) l-għan ewlieni tas-servizz, jew ta' servizz li huwa taqsima separabbli ta' servizz usa', huwa għalhekk dedikat għall-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni, jew dak is-servizz għandu rwol sinifikanti fil-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; u |
(iv) is-servizz isir disponibbli permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE."; | (iv) is-servizz isir disponibbli permezz ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE." |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) "programm" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur ta' servizz tal-midja, inklużi films prinċipali, vidjos qosra, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali, dokumentarji, programmi tat-tfal u drama oriġinali;"; | (b) "programm" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur ta' servizz tal-midja, inklużi films prinċipali, vidjos qosra, avvenimenti sportivi, sitcoms, dokumentarji, programmi tat-tfal, programmi ta' divertiment u ta' "reality" u teledrammi oriġinali; |
Ġustifikazzjoni
Peress li hawnhekk aħna qegħdin nittrattaw il-programmi affettwati mil-limitazzjonijiet jew l-adattamenti tar-reklamar, id-definizzjoni ta' "programm" trid tiġi estiża biex tinkludi l-programmi tal-familja, bħal programmi ta' divertiment u ta' "reality", li huma segwiti mill-adulti, kif ukoll mit-tfal bl-istess mod.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt d
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ba) "vidjo maħluq mill-utenti" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa maħluq u/jew imtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn utent wieħed jew aktar; | (ba) "vidjo maħluq mill-utenti" jfisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa mtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing; |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) jiddaħħal il-punt (bb) li ġej: |
| "(bb) "deċiżjoni editorjali" tfisser deċiżjoni meħuda kuljum għall-fini tal-eżerċizzju tar-responsabilità editorjali;" |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt db (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (db) jiddaħħal il-punt (bc) li ġej: |
| "(bc) "servizz ta' aċċess" tfisser karatteristika miżjuda tas-servizz tal-midja awdjoviżiva li ttejjeb l-aċċessibilità tal-programmi għal nies li għandhom limitazzjonijiet funzjonali, inkluż il-persuni b'diżabilità;" |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ea (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt k
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (ea) il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
‘(k) "sponsorizzazzjoni" tfisser kwalunkwe kontribut magħmul minn impriżi pubbliċi jew privati jew persuni fiżiċi li mhix involuta fil-provvista ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jew fil-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi, għall-finanzjament ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jew programmi bil-ħsieb li tippromwovi isimhom, il-marka tal-fabbrika, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti; | ‘(k) "sponsorizzazzjoni" tfisser kwalunkwe kontribut dirett jew indirett magħmul minn impriżi pubbliċi jew privati jew persuni fiżiċi li mhumiex involuti fil-provvista ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing jew vidjos maħluqa mill-utenti jew fil-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi, għall-finanzjament tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew is-servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing, jew il-vidjos maħluqa mill-utenti jew il-programmi bil-ħsieb li jippromwovu isimhom, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti;" |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt eb (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt m
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (eb) il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
‘(m) "tqegħid ta' prodott" tfisser kwalunkwe komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta' jew referenza għal prodott, servizz jew il-marka tal-fabbrika tagħhom sabiex dan jidher fi programm, bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili; | ‘(m) "inklużjoni ta' prodotti kummerċjali" tfisser kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li tikkonsisti fl-inklużjoni ta' jew referenza għal prodott, servizz jew it-trademark tagħhom sabiex dan jidher fi programm jew vidjo maħluq mill-utenti, bi ħlas jew għal remunerazzjoni simili;" |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: | imħassar |
“(b) jekk fornitur ta' servizz tal-midja jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-midja awdjoviżiva jittieħdu fi Stat Membru ieħor, dan għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn taħdem il-maġġoranza tal-impjegati involuti fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-midja awdjoviżiva;" |
|
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 – paragrafu 4
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (aa) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. Fornituri ta' servizzi tal-media li għalihom ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fil-każijiet li ġejjin: | ‘4. Fornituri ta' servizzi tal-midja li għalihom ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 għandhom jitqiesu li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fil-każijiet li ġejjin: |
(a) huma jużaw up-link satellitari li tinsab f'dak l-Istat Membru; | (a) huma jużaw up-link satellitari li tinsab f'dak l-Istat Membru; jew |
(b) għalkemm ma jużawx up-link satellitari li tinsab f'dak l-Istat Membru, huma jużaw kapaċità satellitari li tappartjeni għal dak l-Istat Membru; | (b) huma jużaw kapaċità satellitari li tappartjeni għal dak l-Istat Membru. |
(Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti - l-Artikolu 2(4)(m) - li ma hemmx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu jekk jogħġbok innota li din l-emenda ma tiftaħ l-ebda punt sostanzjali ġdid fir-reviżjoni tad-Direttiva, iżda sempliċiment tintroduċi bidla meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza legali mal-pożizzjoni tar-Rapporteurs.)
Ġustifikazzjoni
Il-pożizzjoni tal-up-link tista' tinbidel f'perjodu ta' żmien qasir ħafna. Il-fatt li tiġi ċċarata din id-dispożizzjoni jippermetti lill-korpi regolatorji nazzjonali jiddeterminaw malajr liema ġurisdizzjoni hija applikabbli f'mument speċifiku ħafna ta' żmien.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 – paragrafi 5a u 5b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sussegwentement huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet f'dik il-lista mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. | 5a. L-Istati Membri għandhom iżommu lista tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom is-servizz tal-midja awdjoviżiva jitqiegħed għad-dispożizzjoni kif ukoll dwar il-verżjonijiet lingwistiċi tas-servizz. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji jikkondividu listi bħal dawn mal-Kummissjoni u l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) permezz ta' bażi tad-data ċentrali u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku. Dawk il-listi għandhom jiġu aġġornati, mingħajr dewmien żejjed, kull meta jseħħu bidliet. |
5b. Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġuriżdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) biex jipprovdi opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 15-il jum ta' ħidma mis-sottomissjoni tat-talba tal-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni titlob opinjoni mill-ERGA, il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 3(5) u 4(5) għandhom ikunu sospiżi sakemm l-ERGA tkun adottat opinjoni."; | 5b. Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob li l-ERGA jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-preżentazzjoni tat-talba tal-Kummissjoni. L-opinjoni tal-ERGA għandha tintbagħat ukoll lill-kumitat ta' kuntatt. Jekk il-Kummissjoni titlob opinjoni mill-ERGA, il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 3(5) u 4(5) għandhom ikunu sospiżi sakemm l-ERGA jkun adotta opinjoni. |
| Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat u wara l-opinjoni mogħtija mill-ERGA. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 – paragrafu 5ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "5ba. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 5b jew minn meta l-ERGA jagħti l-opinjoni tiegħu." |
Ġustifikazzjoni
L-għan tal-emenda huwa li tistabbilixxi skadenza għall-KE biex tieħu deċiżjoni li ssolvi t-tilwima dwar il-ġurisdizzjoni kompetenti.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Artikolu 3 | "Artikolu 3 |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċeviment u ma għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjonijiet mill-ġdid fit-territorju tagħhom ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva minn Stati Membri oħrajn għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċeviment u ma għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjonijiet mill-ġdid fit-territorju tagħhom ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva minn Stati Membri oħrajn għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri jistgħu proviżorjament jidderogaw mill-paragrafu 1 jekk servizz tal-midja awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru ieħor: | 2. L-Istati Membri jistgħu proviżorjament jidderogaw mill-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-espressjoni u ta' informazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja, jekk servizz tal-midja awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor: |
(a) b'mod ċar, serju u gravi jikser l-Artikoli 6 jew 12, jew it-tnejn li huma; | (a) b'mod ċar, serju u gravi jikser l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 6a(1); jew |
(b) jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-sigurtà pubblika, inkluża s-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali; or | (b) jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-sigurtà pubblika, inkluża s-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, jew għas-saħħa pubblika; |
(c) jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju jew gravi għas-saħħa pubblika. |
|
3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw biss il-paragrafu 2 meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: | 3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw biss il-paragrafu 2 meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
(a) matul it-12-il xahar qabel in-notifika msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, il-fornitur ta' servizz tal-midja, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ikun kiser il-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet; | (a) il-fornitur ta' servizz tal-midja, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat, kiser il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2; |
(b) l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur ta' servizz tal-midja, lill-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur allegat bħal dan; | (b) l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-fornitur ta' servizz tal-midja, lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur u lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-allegat ksur u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta jekk jerġa' jseħħ kwalunkwe ksur allegat bħal dan; |
(c) il-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur u l-Kummissjoni ma waslux għal ftehim amikevoli fi żmien xahar min-notifika prevista fil-punt (b); | (c) il-konsultazzjonijiet mal-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur u l-Kummissjoni ma waslux għal ftehim amikevoli fi żmien xahar min-notifika prevista fil-punt (b); |
(d) il-fornitur ta' servizzi tal-midja jkun kiser il-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mill-inqas darba wara n-notifika prevista fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu; | (d) il-fornitur ta' servizzi tal-midja jkun kiser il-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mill-inqas darba wara n-notifika prevista fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu; |
(e) l-Istat Membru notifikanti jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur ta' servizzi tal-midja kkonċernati u, b'mod partikolari, jkun ta lill-fornitur ta' servizzi tal-midja l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur u l-miżuri li l-Istat Membru bi ħsiebu jieħu. Huwa għandu debitament iqis dawk l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet tal-Istat Membru ta' ġuriżdizzjoni. | (e) l-Istat Membru notifikanti jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur ta' servizzi tal-midja kkonċernati u, b'mod partikolari, jkun ta lill-fornitur ta' servizzi tal-midja l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur u l-miżuri li l-Istat Membru bi ħsiebu jieħu. Huwa għandu debitament iqis dawk l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet tal-Istat Membru ta' ġurisdizzjoni. |
Il-punti (a) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss fir-rigward ta' servizzi lineari. |
|
4. Fi żmien tliet xhur wara n-notifika tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru b'applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. | 4. Fi żmien tliet xhur wara n-notifika tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru b'applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien xahar minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. |
Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. | Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza fi żmien ġimagħtejn mid-data tad-deċiżjoni. |
5. Il-Paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura, rimdeju jew sanzjoni għall-ksur inkwistjoni fl-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-midja kkonċernat. | 5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura, rimedju jew sanzjoni għall-ksur inkwistjoni fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-midja kkonċernat. |
6. L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet urġenti, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3. Meta dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom ikunu notifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-midja, fejn jiġu indikati r-raġunijiet fir-rigward ta' liema l-Istat Membru jqis li hemm tali urġenza li d-deroga minn dawk il-kundizzjonijiet hija meħtieġa. | 6. L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet urġenti, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3. Meta dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom ikunu notifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-midja, fejn jiġu indikati r-raġunijiet fir-rigward ta' liema l-Istat Membru jqis li hemm tali urġenza li d-deroga minn dawk il-kundizzjonijiet hija meħtieġa. |
7. Mingħajr preġudizzju għall-possibilità tal-Istat Membru li jipproċedi bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibilità tal-miżuri notifikati mad-dritt tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. F'każ li tikkonkludi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat iżomm lura milli jieħu kwalunkwe miżura maħsuba jew biex iwaqqaf urġentement dawk il-miżuri. | 7. Mingħajr preġudizzju għall-possibilità tal-Istat Membru li jipproċedi bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibilità tal-miżuri notifikati mad-dritt tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. F'każ li tikkonkludi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex iżomm lura milli jieħu kwalunkwe miżura maħsuba jew biex iwaqqaf urġentement dawk il-miżuri fi żmien ġimagħtejn minn meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li miżuri bħal dawn huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
8. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom regolarment jikkondividu l-esperjenzi u l-aħjar prattiċi dwar il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 fil-qafas tal-kumitat ta' kuntatt stabbilit skont l-Artikolu 29 u l-ERGA."; | 8. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom regolarment jikkondividu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 fil-qafas tal-kumitat ta' kuntatt u l-ERGA."; |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: | (5) L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: | (a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"Artikolu 4 | "Artikolu 4 |
1. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu konformi ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fir-rigward tal-Artikoli 5, 6, 6a, 9, 10, 11, 12, 13, 16, 17, 19 sa 26, 30 u 30a, sakemm tali regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. | 1. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu konformi ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fir-rigward tal-Artikoli 5, 6, 6a, 7, 9, 10, 11, 13, 16, 17, 19 sa 26, 30 u 30a, sakemm tali regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, jirrispettaw il-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja u ma jkunx fihom dispożizzjonijiet diskriminatorji fir-rigward taċ-ċittadinanza jew tal-post tar-residenza tal-fornitur ta' servizzi tal-midja. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ERGA u lill-kumitat ta' kuntatt dwar kwalunkwe miżura aktar stretta jew dettaljata oħra u għandhom jippubblikawhom. |
| (aa) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. F'każijiet fejn Stat Membru: | 2. F'każijiet fejn Stat Membru: |
(a) ikun eżerċita l-libertà tiegħu taħt il-paragrafu 1 li jadotta regoli ta' interess pubbliku ġenerali aktar dettaljati jew aktar stretti; u | (a) ikun eżerċita l-libertà tiegħu taħt il-paragrafu 1 li jadotta regoli ta' interess pubbliku ġenerali aktar dettaljati jew aktar stretti; u |
(b) jivvaluta li xandar taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jipprovdi xandira televiżiva li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħha diretta lejn it-territorju tiegħu; | (b) jivvaluta li fornitur ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jipprovdi servizz tal-midja awdjoviżiva li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħha diretta lejn it-territorju tiegħu, |
huwa jkun jista' jikkuntattja lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bil-ħsieb li tinkiseb soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema kaġunata. Meta l-ewwel Stat Membru jirċievi talba sostanzjata, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lix-xandar biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali in kwistjoni. Fi żmien xahrejn l-Istat Membru bil-ġurisdizzjoni għandu jgħarraf lill-ewwel Stat Membru bir-riżultati miksuba wara din it-talba. Kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jista' jistieden lill-Kumitat ta' Kuntatt stabbilit taħt l-Artikolu 29 biex jeżamina l-każ. | huwa jkun jista' jikkuntattja lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bil-ħsieb li tinkiseb soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema kaġunata. Meta l-ewwel Stat Membru jirċievi talba sostanzjata, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lill-fornitur ta' servizzi tal-midja biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali in kwistjoni. Fi żmien xahrejn l-Istat Membru bil-ġurisdizzjoni għandu jgħarraf lill-ewwel Stat Membru bir-riżultati miksuba wara din it-talba. Kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jista' jistieden lill-Kumitat ta' Kuntatt biex jeżamina l-każ. |
(b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu (b) tal-ewwel subparagrafu: | (b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. L-ewwel Stat Membru jista' jadotta miżuri xierqa kontra x-xandar ikkonċernat fejn jivvaluta li: | 3. L-ewwel Stat Membru jista' jadotta miżuri xierqa kontra l-fornitur ta' servizzi tal-midja ikkonċernat fejn jivvaluta li: |
(a) r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 m'humiex sodisfaċenti; u | (a) ir-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 mhumiex sodisfaċenti; u |
(b) x-xandar in kwistjoni stabbilixxa lilu nnifsu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl-ewwel Stat Membru; | (b) il-fornitur ta' servizzi tal-midja in kwistjoni stabbilixxa lilu nnifsu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl-ewwel Stat Membru. |
L-Istat Membru li jkun ħa passi skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu tal-allegata ċirkomvenzjoni. | L-Istat Membru li jkun ħa passi skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu tal-allegata ċirkomvenzjoni. |
Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b'mod non-diskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu. | Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b'mod nondiskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu. |
(c) il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej: | (c) il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
4. Stat Membru jista' jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati, biss: | 4. Stat Membru jista' jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati, biss: |
(a) huwa jkun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit ix-xandar dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri filwaqt li jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu; | (a) huwa jkun innotifika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur ta' servizzi tal-midja dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu tali miżuri filwaqt li jissostanzja r-raġunijiet li fuqhom jibbaża l-valutazzjoni tiegħu; |
(b) huwa jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tax-xandar ikkonċernat u, b'mod partikolari, ikun ta lix-xandar l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegata ċirkomvenzjoni u l-miżuri li l-Istat Membru notifikanti bi ħsiebu jieħu; | (b) huwa jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur ta' servizzi tal-midja kkonċernat u, b'mod partikolari, ikun ta lill-fornitur ta' servizzi tal-midja l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegata ċirkomvenzjoni u l-miżuri li l-Istat Membru notifikanti bi ħsiebu jieħu; |
(c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom bażi korretta. | (c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun ikkonsultat lill-kumitat ta' kuntatt u lill-ERGA, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom bażi korretta. |
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien 3 xhur wara n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien 3 xhur minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. | 5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur wara n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien xahar minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. |
Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. | Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba. | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba. |
| (ca) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6. L-Istati Membri għandhom, b'mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-leġislazzjoni tagħhom, li fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw effettivament mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | 6. L-Istati Membri għandhom, b'mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-leġislazzjoni tagħhom, li fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw effettivament mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
(d) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: | (d) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi. | 7. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jaġevolaw l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi ġuridiċi tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati li jaġixxu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji għandhom jipprovdu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati f'tali kodiċijiet. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jipprovdu infurzar effettiv u trasparenti min-naħa tal-awtoritajiet u/jew tal-korpi regolatorji, inklużi sanzjonijiet proporzjonati effettivi. |
| L-ERGA għandu jħeġġeġ lill-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar is-sistemi koregolatorji fl-Unjoni kollha. |
Abbozzi ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta' dawn il-kodiċijiet. | F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, meta jkun il-każ, skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità u f'konsultazzjoni mal-kumitat ta' kuntatt, mal-ERGA u mal-fornituri ta' servizzi tal-midja li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-aħjar prattiki identifikati. L-abbozzi tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u l-emendi jew l-estensjonijiet għall-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta' dawn il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi pubbliċità xierqa lil dawn il-kodiċijiet biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. |
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tista' tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ. | L-ERGA għandu, fuq bażi regolari, jimmonitorja u jagħti lill-Kummissjoni u lill-kumitat ta' kuntatt evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ilħuq tal-objettivi mmirati f'dawn il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
| (da) jiżdied il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 7: |
| (7a) Jekk awtorità u/jew korp regolatorja/u nazzjonali indipendenti t/jikkonkludi li xi kodiċi ta' kondotta jew partijiet minnu wrew ruħhom li mhumiex effikaċi biżżejjed, l-Istat Membru tal-awtorità u/jew tal-korp regolatorja/u inkwistjoni jibqa' liberu li jirrikjedi lill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jirrispetta regoli aktar dettaljati u aktar stretti f'konformità ma' din id-Direttiva u mad-dritt tal-Unjoni u fir-rispett tal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-midja. Tali regoli għandhom ikunu rrapportati lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli. |
| (db) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
8. Id-Direttiva 2000/31/KE għandha tapplika ħlief jekk previst mod ieħor f'din id-Direttiva. Fil-każ ta' konflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE u dispożizzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ser jipprevalu, ħlief jekk previst mod ieħor f'din id-Direttiva. | 8. Id-Direttiva 2000/31/KE għandha tapplika ħlief jekk previst mod ieħor f'din id-Direttiva. Fil-każ ta' konflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE u dispożizzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ser jipprevalu, ħlief jekk previst mod ieħor f'din id-Direttiva. |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) fl-Artikolu 5, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej: | (7) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "Artikolu 5 |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħmel tal-anqas din l-informazzjoni li ġejja aċċessibbli faċilment, direttament u permanentement lir-riċevituri tas-servizz: |
| (a) ismu; |
| (b) l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit; |
| (c) id-dettalji, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew is-sit web tiegħu, li jippermettulu li jiġi kkuntattjat malajr b'mod dirett u effettiv; |
‘(d) l-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornituri ta' servizzi tal-midja u l-awtoritajiet regolatorji kompetenti jew korpi superviżorji. | (d) l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuqu u l-awtoritajiet u/jew il-korpiregolatorji jew il-korpi superviżorji kompetenti. |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali." | L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda mis-segwenti: |
| (a) inċitament li jimmina d-dinjità umana; |
| (b) inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra persuna jew grupp ta' persuni definit b'referenza għan-nazzjonalità, is-sess, ir-razza jew il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew ta' kwalunkwe xorta oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid id-diżabilità, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentament sesswali, ir-residenza jew is-saħħa; |
| (c) inċitament għat-terroriżmu." |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: | (9) jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: |
"Artikolu 6a | "Artikolu 6a |
| 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, proporzjonati u effiċjenti sabiex jiżguraw li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva fornuti mill-fornituri tas-servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonati għall-ħsara potenzjali tal-programm u ma għandhom iwasslu għal ebda pproċessar addizzjonali tad-data personali u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
| L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. |
| 2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-minorenni mis-servizzi tal-midja awdjoviżiva fornuti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku jew mentali jew morali tagħhom, ikunu meħtieġa u proporzjonati u jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta, b'mod partikolari dawk imsemmija fit-Titolu III u fl-Artikolu 52 tagħha. |
2. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni. | 4. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni. |
3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 5. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
| ________________ |
| 1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) L-Artikolu 7 jitħassar; | (10) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "Artikolu 7 |
| 1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, mingħajr dewmien żejjed, miżuri biex jiżguraw li s-servizzi fornuti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom isiru kontinwament u gradwalment aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Dawn il-miżuri għandhom jiġu żviluppati b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi fornituri ta' servizzi tal-midja u organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità. |
| 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-fornituri ta' servizzi tal-midja jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri dwar il-passi meħuda u l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għan li progressivament jagħmlu s-servizzi tagħhom aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-passi meħuda mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. |
| 3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri ta' servizzi tal-midja jiżviluppaw, f'kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità u mal-korpi regolatorji, il-pjanijiet ta' azzjoni għall-aċċessibilità fir-rigward taż-żieda fl-aċċessibilità kontinwa u gradwali tas-servizzi tagħhom għal persuni b'diżabilità. Tali pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu żviluppati mingħajr dewmien żejjed u kkomunikati lill-awtoritajiet u/jew lill-korpi regolatorji nazzjonali. |
| 4. Il-miżuri żviluppati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, lill-kumitat ta' kuntatt u lill-ERGA mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-fornituri ta' servizzi tal-midja. |
| 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ta' emerġenza, inklużi l-komunikazzjonijiet u l-avviżi pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali, li tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, tkun fornuta b'tali mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, inklużi s-sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ jew bi problemi ta' smigħ, messaġġi awdjo, deskrizzjonijiet awdjo għal kwalunkwe informazzjoni viżiva u, meta prattikabbli, l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali. |
| 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja jkollhom l-għan, permezz tal-akkwist tal-kontenut tagħhom, u l-politiki ta' programmazzjoni u editorjali, li jagħtu servizzi ta' aċċess bħala parti mill-pakketti offruti mill-produtturi tal-kontenut. |
| 7. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri ta' servizzi tal-midja jippermettu lill-konsumaturi jsibu u jaraw kontenut aċċessibbli, u jagħmlu s-siti web, il-web players, l-applikazzjonijiet online u s-servizzi fuq bażi mobbli, inkużi l-applikazzjonijiet mobbli, użati għall-forniment tas-servizz, aktar aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat biex b'hekk l-utenti jkunu jistgħu jipperċipixxuhom, iħaddmuhom u jifhmuhom, kif ukoll b'mod sod li jiffaċilita l-interoperabilità ma' diversi aġenti utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali." |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: |
| "Artikolu 7a |
| L-Istati Membri jibqgħu liberi li jimponu obbligi li jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva ta' interess ġenerali. |
| L-impożizzjoni ta' tali obbligi għandha tkun proporzjonata u tilħaq l-objettivi tal-interess ġenerali, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma, id-diversità kulturali u l-ugwaljanza tal-ġeneru, li għandha tkun definita b'mod ċar mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni." |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Jiddaħħal l-Artikolu 7b li ġej: |
| "Artikolu 7b |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi u s-servizzi tal-fornituri ta' servizzi tal-midja ma jkunux modifikati jew koperti mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom ħlief għal servizzi mibdija mir-riċevitur ta' servizz għall-użu privat." |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10c (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (10c) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jittrasmettux xogħlijiet ċinematografiċi barra mill-perijodi miftiehma mad-detenturi tad-drittijiet. | "L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-midja kif ukoll il-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jittrasmettux xogħlijiet ċinematografiċi barra mill-perijodi miftiehma mad-detenturi tad-drittijiet. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej: | (11) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| (-a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi provduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi provduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: |
(a) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali. Komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi għandha tkun ipprojbita; | (a) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali u għandha tkun possibbli li ssir distinzjoni mill-kontenut editorjali; komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi għandha tkun ipprojbita; |
(b) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx jużaw tekniċi subliminali; | (b) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx jużaw tekniki subliminali; |
(c) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx: | (c) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx: |
(i) jippreġudikaw ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem; | (i) jippreġudikaw ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem; |
(ii) jinkludu jew jippromwovu xi diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentament sesswali; | (ii) jinkludu jew jippromwovu xi diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali; |
(iii) jinkoraġġixxu mġiba li hija ta' ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà; | (iii) jinkoraġġixxu mġiba li hija ta' ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà; |
(iv) jinkoraġġixxu mġiba li hija gravement preġudizzjali għall-ħarsien tal-ambjent; | (iv) jinkoraġġixxu mġiba li hija preġudizzjali għall-ħarsien tal-ambjent; |
(d) il-forom kollha ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk għandhom ikunu pprojbiti; | (d) il-forom kollha ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal sigaretti, sigaretti elettroniċi u prodotti oħrajn tat-tabakk għandhom ikunu pprojbiti; |
(e) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku m'għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minuri u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta' tali xorb; | (e) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku m'għandhomx ikunu mmirati lejn il-minuri u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta' tali xorb; |
(f) għandha tkun ipprojbita komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għal prodotti mediċinali u trattament mediku disponibbli biss bi preskrizzjoni fi Stat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa' l-fornitur tas-servizz tal-media; | (f) għandha tkun ipprojbita komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għal prodotti mediċinali u trattament mediku disponibbli biss bi preskrizzjoni fi Stat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa' l-fornitur tas-servizz tal-midja; |
(g) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx jikkaġunaw detriment fiżiku jew morali lill-minuri. Għalhekk huma m'għandhomx iħajru direttament lill-minuri sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz billi jisfruttaw in-nuqqas ta. esperjenza jew il-kredulità tagħhom, jinkoraġġuhom direttament sabiex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil oħrajn biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi rriklamati, jisfruttaw il-fiduċja speċjali li l-minuri għandhom fil-ġenituri, l-għalliema jew persuni oħrajn, jew juru lill-minuri b'mod mhux raġonevoli f'sitwazzjonijiet ta' periklu. | (g) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m'għandhomx jikkaġunaw detriment fiżiku lill-minuri. Għalhekk huma m'għandhomx iħajru direttament lill-minuri sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz billi jisfruttaw in-nuqqas ta. esperjenza jew il-kredulità tagħhom, jew juru lill-minuri b'mod mhux raġonevoli f'sitwazzjonijiet ta' periklu. |
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: | (a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. | 2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa fir-rigward tax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa fir-rigward tax-xorb alkoħoliku. |
(b) jiddaħħlu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin: | (b) jiddaħħlu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin: |
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa fir-rigward tax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tat-tfal għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi fir-rigward ta' tali ikel u xorb. L-għan tagħhom huwa li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrittivi ta' tali ikel u xorb. |
4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Jekk jitqies xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżguraw l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. |
| Meta neċessarju, il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiffaċilitaw, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-iżvilupp, il-promozzjoni u l-adozzjoni tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) fl-Artikolu 10, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: | (12) L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "Artikolu 10 |
| 1. Servizzi tal-midja awdjoviżiva jew programmi li huma sponsorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: |
| (a) il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta' xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom m'għandu fl-ebda ċirkostanza jkun influwenzat b'tali mod li jaffettwa r-responsabilità u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizzi tal-midja; |
(b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; | (b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; |
| (c) it-telespettaturi għandhom jiġu mgħarrfa b'mod ċar bl-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni; Programmi sponsorizzati għandhom ikunu identifikati b'mod ċar bħala tali mill-isem, il-logo u/jew kwalunkwe simbolu ieħor tal-isponsor bħal referenza għall-prodott(i) jew s-servizz(i) tiegħu jew sinjal distintiv tiegħu b'mod xieraq għal programmi fil-bidu, matul u/jew fit-tmiem tal-programmi. |
| 2. Servizzi tal-midja awdjoviżiva jew programmi m'għandhomx jiġu sponsorizzati minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' sigaretti u prodotti oħrajn tat-tabakk. |
| 3. L-isponsorizzazzjoni ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jew programmi minn impriżi li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-manifattura jew il-bejgħ ta' prodotti mediċinali u trattament mediku jistgħu jippromwovu l-isem jew ix-xbiha tal-impriża iżda m'għandhomx jippromwovu prodotti mediċinali speċifiċi jew trattamenti mediċi disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jaqa' l-fornitur ta' servizzi tal-midja. |
| 4. Aħbarijiet u programmi ta' attwalità m'għandhomx ikunu sponsorizzati. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxi l-isponsorizzazzjoni tal-programmi tat-tfal jew ta' kontenut immirat primarjament lejn it-tfal. |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw biss għal programmi prodotti wara d-19 ta' Diċembru 2009. | 1. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal programmi prodotti wara d-19 ta' Diċembru 2009. |
2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'numru sinifikanti ta' udjenza tat-tfal. | 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun ammissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar attwalità, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi tat-tfal jew b'kontenut immirat primarjament lejn it-tfal. |
3. Il-programmi li jinkludu l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: | 3. Il-programmi li jinkludu l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: |
(a) il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta' xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom fl-ebda ċirkostanza ma għandu jkun influwenzat b'tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja; | (a) il-kontenut tagħhom u, fil-każ ta' xandir televiżiv, l-iskedar tagħhom fl-ebda ċirkostanza ma għandu jkun influwenzat b'tali mod li jaffettwa r-responsabbiltà u l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja; |
(b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; | (b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; |
| (ba) huma m'għandhomx jagħtu prominenza mhux dovuta lill-prodott inkwistjoni; |
(c) it-telespettaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod ċar bl-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. | (c) it-telespettaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod ċar bl-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. |
Il-programmi li fihom l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom ikunu identifikati b'mod xieraq fil-bidu u fit-tmiem tal-programm, u meta programm jerġa' jibda wara waqfa pubbliċitarja, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni min-naħa tat-telespettatur; | Il-programmi li fihom l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom ikunu identifikati b'mod xieraq fil-bidu u fit-tmiem tal-programm. |
Bħala eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) diment li l-programm ikkonċernat la jkun ġie prodott u lanqas ikkummissjonat mill-fornitur tas-servizz tal-midja nnifsu jew minn kumpanija affiljata mal-fornitur tas-servizz tal-midja. | Bħala eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) diment li l-programm ikkonċernat la jkun ġie prodott u lanqas ikkummissjonat mill-fornitur tas-servizz tal-midja nnifsu jew minn kumpanija affiljata mal-fornitur tas-servizz tal-midja. |
4. Fi kwalunkwe każ il-programmi ma għandux ikun fihom inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ta': | 4. Fi kwalunkwe każ il-programmi ma għandux ikun fihom inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ta': |
(a) prodotti tat-tabakk jew sigaretti jew inklużjoni ta' prodotti kummerċjali minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' sigaretti u ta' prodotti oħrajn tat-tabakk; | (a) prodotti tat-tabakk, sigaretti jew sigaretti elettroniċi jew inklużjoni ta' prodotti kummerċjali minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ ta' sigaretti, sigaretti elettroniċi jew prodotti oħrajn tat-tabakk; |
(b) prodotti mediċinali speċifiċi jew trattamenti mediċi disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jinsab il-fornitur ta' servizz tal-midja." | (b) prodotti mediċinali speċifiċi jew trattamenti mediċi disponibbli biss b'riċetta tat-tabib fl-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jinsab il-fornitur ta' servizz tal-midja." |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej u trasferit għall-Kapitolu III: | (14) L-Artikolu 12 huwa mħassar; |
Artikolu 12 |
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. |
|
L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri.; |
|
Ġustifikazzjoni
Ara l-Artikolu -2, em. 32.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta' 20 % ta' xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom u jiżguraw prominenza ta' dawn ix-xogħlijiet. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta' 30 % ta' xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom u jiżguraw prominenza ta' dawn ix-xogħlijiet. Tali perċentwal għandu jinkludi x-xogħlijiet bil-lingwi uffiċjali tat-territorju li fihom huma distribwiti. |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, inkluż permezz ta' investiment dirett fil-kontenut u kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor jagħmlu tali kontribuzzjonijiet finanzjarji. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata biss fuq dħul miksub fl-Istati Membri speċifiċi. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti mill-Istati Membri speċifiċi. Kull kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. | 2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, b'kunsiderazzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika taż-żona territorjali li jinsabu fiha jew li qed ifornu s-servizz tagħhom fiha, inkluż permezz ta' investiment dirett fil-kontenut u kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda li mhumiex stabbiliti hemmhekk jagħmlu tali kontribuzzjonijiet finanzjarji. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata biss fuq dħul on-demand miksub fl-Istati Membri speċifiċi. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri speċifiċi. Kull kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b'fatturat baxx jew b'udjenza baxxa jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f'każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand. | 5. L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b'fatturat baxx jew b'udjenza baxxa jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi jew produtturi indipendenti. L-Istati Membri għandhom ukoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f'każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand. |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 19 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (15a) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Ir-reklamar televiżiv u t-teleshopping għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli u distinti minn kontenut editorjali. Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' tekniki ta' reklamar ġodda, ir-reklamar televiżiv u t-teleshopping għandhom jinżammu separati sew minn partijiet oħra tal-programm b'mezzi ottiċi u/jew akustiċi u/jew spazjali. | "1. Ir-reklamar televiżiv u t-telebejgħ għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli u distinti minn kontenut editorjali. Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' tekniki ta' reklamar ġodda, ir-reklamar televiżiv u t-telebejgħ għandhom jinżammu separati b'mod ċar minn partijiet oħra tal-programm b'mezzi ottiċi u/jew akustiċi u/jew spazjali." |
(Din l-emenda għandha l-għan li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti - l-Artikolu (19)(1) - li ma hemmx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 19 – paragrafu 2
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (15b) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Spots iżolati ta' reklamar u ta' teleshopping, li m'humiex trasmissjonijiet ta' avvenimenti sportivi, għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni. | ‘2. Spots iżolati ta' reklamar u ta' telebejgħ għandhom ikunu ammissibbli f'avvenimenti sportivi. Apparti l-avvenimenti sportivi, l-ispots iżolati ta' reklamar u ta' telebejgħ għandhom ikunu ammissibbli suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(2)." |
(Din l-emenda għandha l-għan li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti - l-Artikolu (19)(2) - li ma hemmx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 20 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: | (16) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta' mill-inqas 20 minuta. | It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta. It-trażmissjoni ta' programmi tat-tfal tista' tiġi interrotta minn reklamar televiżiv darba għal kull perjodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta, sakemm it-tul ta' ħin skedat tal-programm ikun aktar minn 30 minuta. It-trażmissjoni tat-telebejgħ għandha tkun projbita matul il-programmi tat-tfal. Waqt servizzi reliġjużi ma jista' jiddaħħal l-ebda reklamar televiżiv jew telebejgħ. |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ fil-perjodu bejn is-7:00 u l-23:00 ma għandux jaqbeż l-20 %. | 1. Il-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ ma għandux jaqbeż l-20 %. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jiddefinixxu t-tieqa tal-ħin bl-akbar udjenza, li t-tul tagħha ma għandhiex tkun itwal minn perjodu ta' erba' sigħat konsekuttivi. Matul tali tieqa tal-ħin bl-akbar udjenza, il-proporzjon ta' spots ta' reklamar televiżiv u ta' telebejgħ ma għandux jaqbeż l-20 %. |
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal: | 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal: |
(a) avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja; | (a) avviżi awtopromozzjonali u transpromozzjonali magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari kif ukoll servizzi tal-midja awdjoviżiva meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi, prodotti u servizzi minn entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp tax-xandir; |
(b) avviżi ta' sponsorizzazzjoni; | (b) avviżi ta' sponsorizzazzjoni; |
(c) inklużjoni ta' prodotti kummerċjali; | (c) inklużjoni ta' prodotti kummerċjali; |
| (ca) avviżi tas-servizzi pubbliċi u appelli għall-karità; |
| (cb) fotogrammi newtrali użati biex jiddistingwu bejn kontenut editorjali u avviżi kummerċjali awdjoviżivi, u bejn avviżi kummerċjali awdjoviżivi; |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: | 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa, proporzjonati u effiċjenti biex: |
(a) jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom; | (a) jipproteġu liċ-ċittadini kollha minn kontenut li jkun fih inċitament li jimmina d-dinjità umana, jew kontenut li jkun fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra persuna jew grupp ta' persuni definit b'referenza għan-nazzjonalità, is-sess, ir-razza jew il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew ta' kwalunkwe xorta oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid id-diżabilità, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentament sesswali, ir-residenza jew is-saħħa; |
(b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (b) jipproteġu lill-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom; |
2. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq: | 2. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq: |
(a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; | (a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni, skont l-Artikoli 6(a) u (b) u l-Artikolu 6a rispettivament. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri bbażati fuq it-termini u l-kundizzjonijiet huma permessi biss jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jipprevedu l-possibbiltà għall-utenti biex jasserixxu drittijiethom quddiem qorti wara li jsiru jafu b'dawn il-miżuri; |
(b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; | (b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi trasparenti u b'użu faċli għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 ospitat fil-pjattaforma tiegħu; |
| (ba) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (b); |
(c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; | (c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; tali sistemi ma għandhom iwasslu għal ebda pproċessar addizzjonali tad-data personali u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; | (d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li huma faċli biex jintużaw u li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; |
(e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; | (e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri li jinsabu taħt il-kontroll tal-utent finali u proprozjonati għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu u fil-paragrafu 3 fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji għandhom jagħtu l-linji gwida neċessarji maħsuba biex jiżguraw li l-miżuri meħuda jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u jinkludu rekwiżit biex l-utenti jinżammu informati; |
(f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (b). | (f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' proċeduri trasparenti, faċli li jintużaw u effikaċi għall-ġestjoni u għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn il-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing u l-utenti tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (b) sa (f). |
Dak li jikkostitwixxi miżura xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jiġi determinat fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inklużi dawk tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u l-utenti li ħolqu u/jew tellgħu l-kontenut kif ukoll l-interess pubbliku. | 2a. Dak li jikkostitwixxi miżura xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jiġi determinat fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inklużi dawk tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u l-utenti li tellgħu l-kontenut kif ukoll l-interess pubbliku. Miżuri xierqa għandhom jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif ukoll il-pluraliżmu tal-midja. L-aktar kontenut ta' ħsara għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti. Tali miżuri ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta' kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella. |
3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7). | 3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7) u (7a) bil-għan li tkun żgurata l-konformità min-naħa tal-kodiċijiet ta' kondotta mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u r-rispett sħiħ tad-drittijiet, tal-libertajiet u tal-prinċipji stabbiliti fil-Karta, partikolarment fl-Artikolu 52 tagħha. |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing iwettqu u jippubblikaw awditi regolari tal-prestazzjoni tagħhom f'konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. |
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. | 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw u jirrapportaw dwar l-eżiti u l-effikaċja tal-miżuri meħuda, fid-dawl tal-legalità, tat-trasparenza, tan-neċessità, tal-effikaċja u tal-proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji għandhom jagħtu l-linji gwida neċessarji maħsuba biex jiżguraw li l-miżuri meħuda jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u jinkludu rekwiżit biex l-utenti jinżammu informati. |
5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. | 5. L-Artikolu 8 għandu japplika għall-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing. |
| 5a. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-isponsorizzazzjoni jew l-avviżi kummerċjali awdjoviżivi li huma kummerċjalizzati, mibjugħa jew imfassla mill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 9 u 10. |
| Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing jirrikjedu lill-utenti li jtellgħu kontenut jiddikjaraw li tali kontenut fih reklami, kontenut sponsorizzat jew inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. |
| L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-pjattaformi ta' video-sharing jipprevedu li r-riċevituri tas-servizz jinżammu informati b'mod ċar bil-kontenut iddikjarat jew magħruf inklużi r-reklami, il-kontenut sponsorizzat jew l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli mekkaniżmi ta' lment u rimedju għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
|
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiki dwar sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. Il-Kummissjoni tista' tagħti pubbliċità xierqa lil dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. | 8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn il-kodiċijiet biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbiliti fit-territorju tagħhom u l-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KE u fil-paragrafu 1, li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw il-lista b'mod regolari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. | 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbiliti jew meqjusa stabbiliti fit-territorju tagħhom skont il-kriterji, stabbiliti fil-paragrafu 1, li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw il-lista b'mod regolari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji indipendenti kompetenti kif ukoll il-pubbliku jkollhom aċċess faċli u effikaċi għal din l-informazzjoni. |
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Meta, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-preżentazzjoni tat-talba tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Peress li l-pjattaformi ta’ video-sharing normalment ikollhom lill-udjenzi fl-Unjoni kollha fil-mira tagħhom, jista' jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-Istati Membri kompetenti għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista' taġixxi biex tiddetermina l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, kif tagħmel għal servizzi oħra tal-midja awdjoviżiva skont l-Artikolu 3.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (19a) Jiddaħħal l-Artikolu 28 li ġej: |
| "Artikolu 28c |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħmel tal-anqas din l-informazzjoni li ġejja aċċessibbli faċilment, direttament u permanentement lill-utent: |
| (a) ismu; |
| (b) l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit; |
| (c) id-dettalji, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew is-sit web tiegħu, li jippermettulu li jiġi kkuntattjat malajr b'mod dirett u effettiv; |
| (d) l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuqu u l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji jew il-korpi superviżorji kompetenti. |
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19b (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 29
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (19b) L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej: |
"Artikolu 29 | "Artikolu 29 |
1. Kumitat ta' kuntatt hu stabbilit taħt il-patronaġġ tal-Kummissjoni. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u jiltaqa fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tad-delegazzjoni ta' Stat Membru. | 1. Kumitat ta' kuntatt hu stabbilit taħt il-patronaġġ tal-Kummissjoni. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet jew tal-korpi kompetenti tal-Istati Membri u minn erba' Membri tal-Parlament Ewropew bħala osservaturi nominati kull tliet snin. Għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u jiltaqa' fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tad-delegazzjoni ta' Stat Membru. Għandha titħeġġeġ il-parità tal-ġeneru fil-kompożizzjoni tal-kumitat ta' kuntatt. |
2. Ix-xogħol ta' kumitat ta' kuntatt għandu jkun: | 2. Ix-xogħol ta' kumitat ta' kuntatt għandu jkun: |
(a) li jiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva ta din id-Direttiva permezz ta' konsultazzjoni regolari dwar kull problemi prattiċi li jinqalgħu waqt l-applikazzjoni tiegħu, u b'mod partikolari waqt l-applikazzjoni ta l-Artikolu 2, kif ukoll dwar kull suġġett ieħor li dwaru jkun meqjus utili skambju ta ideat; | (a) li jiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva permezz ta' konsultazzjoni regolari dwar kull problemi prattiċi li jinqalgħu waqt l-applikazzjoni tiegħu, u b'mod partikolari waqt l-applikazzjoni tal-Artikolu 2, kif ukoll dwar kull suġġett ieħor li dwaru jkun meqjus utili skambju ta' ideat; |
(b) li jagħti opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess jew opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva; | (b) li jagħti opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess jew opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva; |
(c) li jkun forum għall-iskambju ta' ideat dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttrattati fir-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 16(3) u dwar il-metodoloġiji tagħhom; | (c) li jkun forum għall-iskambju ta' ideat dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttrattati fir-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 16(3) u dwar il-metodoloġiji tagħhom; |
(d) li jiddiskuti l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari li l-Kummissjoni jkollha ma rappreżentanti ta organizzazzjonijiet tax-xandara, produtturi, konsumaturi, manufatturi, dawk li jipprovdu servizz u trade unions u l-komunità kreattiva; | (d) li jiddiskuti l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari li l-Kummissjoni jkollha ma rappreżentanti ta organizzazzjonijiet tax-xandara, produtturi, konsumaturi, manufatturi, dawk li jipprovdu servizz u trade unions u l-komunità kreattiva; |
(e) li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet regolatorji rigward servizzi tal-media awdjoviżiva, b'kont meħud tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni, kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tekniku; | (e) li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet regolatorji rigward servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'kont meħud tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni, kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tekniku; |
(f) li jeżamina kull żvilupp li jkun hemm fis-settur li dwaru l-iskambju tal-ideat ikun jidher utili." | (f) li jeżamina u jagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni dwar kull żvilupp li jkun hemm fis-settur li dwaru l-iskambju tal-ideat ikun jidher utili." |
(L-emenda għandha l-għan li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti - l-Artikolu 29 - li ma hemmx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.)
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Artikolu 30 | "Artikolu 30 |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali independenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. | 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità u/jew korp regolatorja/u nazzjonali indipendenti wieħed/waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma funzjonalment u effettivament indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u /jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali u lingwistika, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-aċċessibilità, in-nondiskriminazzjoni, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma jeżerċitaw l-ebda influwenza ex ante fuq deċiżjonijiet editorjali, għażliet editorjali jew formati. Il-kompiti tagħhom għandhom ikunu limitati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għall-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali u għall-ottemperanza mal-obbligi statutorji. |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. | L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt id-dritt nazzjonali li jimplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont id-dritt kostituzzjonali nazzjonali. |
3. Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji indipendenti, kif ukoll il-modi ta' kif jagħmluhom responsabbli għandhom jiġu definiti b'mod ċar fil-liġi. | 3. Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet u/jew tal-korpi regolatorji indipendenti, kif ukoll il-modi ta' kif jagħmluhom responsabbli għandhom jiġu definiti b'mod ċar fil-liġi. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. |
| 4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji nazzjonali jaħtru punt ta' kuntatt uniku u disponibbli pubblikament għall-informazzjoni u l-ilmenti dwar il-kwistjonijiet ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 7. |
5. Il-Kap ta' awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stipulati minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha ssir pubblika u għandha tkun disponibbli dikjarazzjoni tar-raġunijiet. | 5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħatra u għat-tkeċċija tal-kap ta' awtorità u/jew korp regolatorja/u nazzjonali jew tal-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu tali funzjoni, inkluż it-tul ta' żmien tal-mandat. L-alterazzjonijiet qabel ma jagħlaq il-mandat għandhom ikunu debitament ġustifikati, suġġetti għal notifika minn qabel u jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji u jiggarantixxu l-grad rikjest ta' indipendenza. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. | 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom allokazzjonijiet tal-baġit annwali separati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe utent jew fornitur ta' servizzi tal-midja jew fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta' appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta' appell. Il-korp ta' appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell. | 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe riċevitur ta' servizz li drittijietu huma affettwati direttament mill-kontenut awdjoviżiv jew fornitur ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jew fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta' appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta' appell. Il-korp ta' appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell. |
Dak il-korp ta' appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta' appell effettiv. | Dak il-korp ta' appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta' appell effettiv. |
Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa' valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont il-liġi nazzjonali." | Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa' valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont id-dritt nazzjonali." |
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Artikolu 30a | "Artikolu 30a |
1. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit. | 1. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit. |
2. Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta' livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f'każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. | 2. Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet u/jew korpi regolatorji indipendenti nazzjonali, li jistgħu jinkludu dawk l-awtoritajiet u l-korpi regolatorji reġjonali indipendenti b'kompetenza totali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta' livell għoli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f'każijiet fejn m'hemmx awtoritàu/jew korp regolatorja/u nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. |
3. ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin: | 3. L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin: |
(a) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; | (a) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fil-kompitu tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri kollha; |
(b) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tal-Kummissjoni. Jekk ikun iġġustifikat sabiex jagħti pariri lill-Kummisjoni dwar ċerti kwistjonijiet, il-grupp jista' jikkonsulta mal-parteċipanti tas-suq, mal-konsumaturi u mal-utenti finali sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa; | (b) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, dwar materji relatati mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tagħha. |
(c) li jipprovdi skambju ta' esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; | (c) li jipprovdi skambju ta' esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; |
(d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 u 4 tagħha; | (d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu u lill-kumitat ta' kuntatt bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 7 tagħha; |
(e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l-inċitament għall-mibegħda. | (e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l-inċitament għall-mibegħda. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-ERGA."; | 4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-ERGA. |
| 4a. L-ERGA għandu jkollu riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettaq il-kompiti tiegħu. L-awtoritajiet u/jew il-korpi regolatorji għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-ERGA u jagħtu kontribut fi ħdanu. |
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 33 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk neċessarju, tifformula proposti ulterjuri għall-adattament tagħha mal-iżviluppi fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, partikolarment fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi reċenti, tal-kompetittività tas-settur kif ukoll ta' rapport dwar il-prattiki, il-politiki u l-miżuri ta' akkumpanjament sostnuti mill-Istati Membri fil-qasam tal-litteriżmu medjatiku. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-25 ta' Mejju 2016 il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għall-emendar tal-hekk imsejħa Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.
Matul l-aħħar mandat, il-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Kumitat CULT li għandu kompetenza esklużiva fil-kwistjoni, talab f'diversi drabi għal tali reviżjoni fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq rapidi, l-introduzzjoni ta' fornituri ġodda ta' servizzi kif ukoll bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, li sfukaw il-linji bejn servizzi tradizzjonali u on-demand.
Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali", tat-12 ta' Marzu 2014 dwar "It-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b'mod komplet", tal-4 ta' Lulju 2013 dwar "It-TV Konness" u tat-22 ta' Mejju 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, il-Parlament Ewropew, filwaqt li jagħti indikazzjonijiet preliminari ċari għal tali reviżjoni, ħeġġeġ lill-Kummissjoni taġġorna d-Direttiva.
Ir-rapporteurs għalhekk jilqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi din ir-reviżjoni f'dan il-punt daqstant kruċjali għas-servizzi awdjoviżivi.
Il-punti prinċipali li jixtiequ jindirizzaw ir-rapporteurs huma:
I. Konverġenza tal-midja: allinjament tad-dispożizzjonijiet għal servizzi lineari u mhux lineari, l-Artikolu -2 sal-Artikolu -2f
Ir-reviżjoni tad-Direttiva timmira li tadatta r-regoli attwali għall-konverġenza li qed tikber tas-swieq u t-teknoloġiji tal-midja fl-Ewropa. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva qiegħed jiġi estiż biex mhux talli jkopri xandir tradizzjonali u on-demand, iżda wkoll servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing kif ukoll vidjos maħluqa mill-utenti.
Sabiex jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet għal dawn is-servizzi u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni ġenwini, il-Kapitolu I ġie ristrutturat, sabiex jiġu stabbiliti regoli komuni għal servizzi tal-midja awdjoviżiva, servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing u vidjos maħluqa mill-utenti. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu I japplikaw għas-servizzi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva bl-istess mod. Iddaħħlu seba' artikoli ġodda (em. 32 sa em. 38), dawn jagħqdu diversi artikoli mid-Direttiva attwali u l-proposta dwar:
- inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, diskriminazzjoni (Artikolu -2),
- protezzjoni tal-minorenni minn kontenut ta' ħsara (Artikolu -2a),
- komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, sponsorizzazzjoni (Artikolu -2b) u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali (Artikolu -2c),
- protezzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi (Artikolu -2d),
- drittijiet għall-informazzjoni għar-riċevituri ta' servizz (Artikolu -2e),
- koregolamentazzjonijiet u awtoregolamentazzjonijiet u kodiċijiet ta' kondotta (Artikolu -2f).
Tali bidliet fl-istruttura tad-Direttiva huma kruċjali sabiex jinkiseb livell ogħla ta' allinjament bejn servizzi lineari u mhux lineari. Permezz ta' dan, id-Direttiva tqis ir-realtajiet tal-konverġenza tal-midja tal-lum filwaqt li tistabbilixxi regoli ġusti għall-kompetizzjoni dwar swieq tal-midja. B'bidliet drastiċi fl-imġiba tal-konsumaturi u l-konsum tal-kontenut, u sabiex jiġu żgurati minn naħa livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumaturi u min-naħa l-oħra kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni ġenwini, għandhom jiġu stabbiliti l-istess rekwiżiti minimi għas-servizzi awdjoviżivi kollha, jiġifieri servizzi tal-midja awdjoviżiva kif ukoll vidjos maħluqa mill-utenti sponsorizzati jew vidjos maħluqa mill-utenti.
II. Protezzjoni tal-minorenni
Ir-rapporteurs jixtiequ jżommu livell għoli ta' protezzjoni għall-minorenni billi jżommu livell gradwat ta' protezzjoni skont il-gravità ta' tfixkil possibbli, kif imsemmi fl-Artikolu -2(1)(b) u (2) (em. 32).
Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw li hemm mezzi tekniċi li jidentifikaw vidjows b'kontenut ta' ħsara u biex jeliminawhom. Madankollu, tali strumenti m'għandhomx jirrestrinġu libertajiet komunikattivi. Il-prinċipju ta' notifika u tneħħija kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/EC (id-Direttiva dwar "il-kummerċ-e") għalhekk għandu japplika.
III. Kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji u awtoregolatorji
Ir-rapporteurs ma jappoġġawx il-proposta tal-Kummissjoni għal armonizzazzjoni sħiħa fil-forma ta' koregolamentazzjoni u awtoregolamentazzjoni għas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing. Peress li l-iskop tad-Direttiva huwa li sempliċiment tikkoordina politiki nazzjonali, jinħoloq livell minimu ta' armonizzazzjoni, li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli aktar stretti.
Biex tiġi żgurata konsistenza, l-istabbiliment ta' kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji u awtoregolatorji ġie ssimplifikat fl-Artikolu -2f (em. 38). F'każ li Stat Membru jkollu prova li xi kodiċi ta' kondotta ma jaħdimx b'mod effettiv, dan jibqa' liberu li jippromulga liġijiet dwar il-kwistjoni kkonċernata.
IV. Regoli ta' reklamar kwantitattivi, avviżi kummerċjali u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali
Huwa meħtieġ livell ogħla ta' flessibbiltà dwar ir-regoli ta' reklamar kwantitattivi.
Fir-rigward tad-dispożizzjoni dwar il-limiti ta' ħin għal spots, filwaqt li hija meħtieġa iktar flessibbiltà, huwa meħtieġ li jinżamm livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-limitu ta' kuljum propost ta' 20 % jista' jesponi lit-telespettaturi għal ammont eċċessiv ta' reklamar matul il-ħin bl-akbar numru ta' telespettaturi. Ir-rapporteurs għalhekk jissuġġerixxu fl-Artikolu 23(1) (em. 77) li għandhom japplikaw limiti aktar stretti bejn it-20:00 u l-23:00 b'limitu ta' 20 % matul dak il-perjodu.
Barra minn hekk, id-dispożizzjoni ta' prominenza mhux dovuta dwar l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tinżamm fl-Artikolu -2c ġdid tad-Direttiva (em. 35).
L-avviżi kummerċjali dwar ix-xorb alkoħoliku, it-tabakk u l-prodotti mediċi għandhom jibqgħu limitati.
Il-limitazzjonijiet għal avviżi kummerċjali dwar in-nutrizzjoni għandu jkun hemm qbil dwarhom fil-kodiċijiet ta' kondotta sabiex jinkiseb livell ogħla ta' protezzjoni.
V. Promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
Ir-rapporteurs jilqgħu l-proposta tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej. Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalogi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' 30 % ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw prominenza adegwata (em. 75).
Ir-rapporteurs jissuġġerixxu wkoll fil-premessa 21 (em. 16) li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-dritt taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jittikkettaw il-kontenut awdjoviżiv tagħhom li jiġi kklassifikat bħala xogħlijiet Ewropej fil-metadata tagħhom u jagħmluh disponibbli għall-fornituri ta' servizzi, sabiex dawn ikunu jistgħu jiddeterminaw faċilment jekk ix-xogħlijiet humiex Ewropej.
VI. Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA)
Ir-rapporteurs japprezzaw il-kontribut tal-ERGA bħala korp informattiv u konsultattiv. Huma madankollu jqisu li biex jiġu ssalvagwardjati l-prerogattivi tal-Istati Membri, dan m'għandu jkollu l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Minflok għandhom jingħataw aktar kompetenzi lill-kumitat ta' kuntatt, stabbilit fl-Artikolu 29 tad-Direttiva attwali (em. 82).
Il-kumitat ta' kuntatt għandu jkun l-uniku kompetenti biex jieħu deċiżjonijiet, inkluż dwar opinjonijiet abbozzati mill-ERGA. F'dak ir-rigward, l-Artikolu -2f, l-Artikolu 2(5b), l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(3) (em. 38, em. 42, em. 51, em. 54, em. 55, em. 56 u em. 57) huma emendati kif xieraq.
VII. Aċċessibilità
Ir-rapporteurs jissuġġerixxu li d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għandhom jibqgħu fit-test tad-Direttiva. L-Artikolu 7 tad-Direttiva eżistenti qiegħed jiġi emendat. Il-fornituri ta' servizzi tal-midja huma meħtieġa jagħmlu aktar sforzi fuq l-aċċessibilità ta' servizzi ta' persuni b'diżabilità ta' vista jew ta' smigħ. Tali aċċessibilità għandha tinkiseb sa tmiem l-2027. Il-formulazzjoni proposta (em 67) tqis il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, filwaqt li tħalli biżżejjed lok għal manuvrar dwar kif jintlaħaq dak l-objettiv.
VIII. Punti oħrajn
Programmi b'udjenza sinifikanti ta' tfal
Ir-rapporteurs iqisu li dan il-kunċett kif issuġġerit mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha la huwa ċar u lanqas legalment sod, peress li l-programmi li inizjalment ma jimmirawx lejn it-tfal, bħal avvenimenti sportivi jew kompetizzjonijiet tal-kant fuq it-TV, jistgħu jaqgħu taħt din il-kategorija.
Ir-rapporteurs jissuġġerixxu li tinżamm it-terminoloġija attwali ta' "udjenza ta' tfal" u "programmi tat-tfal" fil-premessa 16 (em. 12) kif ukoll fl-Artikolu -2c, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 33(2) (em. 35, em. 72 u em. 94).
- Prominenza xierqa ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva ta' interess ġenerali (Artikolu 9a)
Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-pluraliżmu tal-midja u d-diversità, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva ta' interessi ġenerali (em. 70).
- Protezzjoni tal-integrità tas-sinjali ta' fornituri ta' servizzi tal-midja (premessa 13a)
Huwa tal-akbar importanza li tiġi ggarantita l-integrità tas-sinjali ta' fornituri ta' servizzi tal-midja. Partijiet terzi, minbarra r-riċevituri ta' servizz, ma għandhomx ikunu jistgħu jimmodifikaw programmi u servizzi mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-midja kkonċernat (em. 10).
1.2.2017
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Herbert Dorfmann
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu.
Il-proposta għandha l-għan li twieġeb għall-bidliet fis-suq, fil-konsum u fit-teknoloġija fix-xena tal-midja awdjoviżiva, minħabba l-konverġenza dejjem tiżdied bejn it-televiżjoni u s-servizzi mqassma permezz tal-internet. Ix-xandir tradizzjonali fl-UE għadu b'saħħtu f'termini ta' telespettaturi, dħul mir-reklamar, u investiment fil-kontenut (madwar 30 % tad-dħul). Madankollu, ix-xandara qegħdin jestendu l-attivitajiet onlajn tagħhom u parteċipanti ġodda li joffru kontenut awdjoviżiv permezz tal-internet (pereżempju fornituri ta' video-on-demand u pjattaformi ta' video-sharing) qegħdin isiru aktar b'saħħithom u qegħdin jikkompetu għall-istess udjenzi. Minkejja dan, ix-xandir tat-TV, il-video-on-demand u l-kontenut maħluq mill-utenti huma soġġetti għal regoli differenti u livelli li jvarjaw ta' protezzjoni tal-konsumatur.
L-objettivi ġenerali tal-proposta huma li (1) tissaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni u l-konsumaturi b'mod ġenerali permezz, fejn possibbli, ta' standards awdjoviżivi armonizzati Ewropej, (2) jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn xandara tradizzjonali, servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand u pjattaformi ta' video-sharing u (3) jiġi ssimplifikat il-qafas leġiżlattiv, partikolarment f'dak li jirrigwarda komunikazzjoni kummerċjali.
Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi rieżami tal-qafas leġiżlattiv attwali għall-fornituri kollha tas-servizzi awdjoviżivi.
Fir-rigward tal-qafas regolatorju, ir-rapporteur iqis li huwa essenzjali li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kodiċijiet ta' Kondotta għall-awtoritajiet regolatorji, u jitlob għal aktar armonizzazzjoni fil-Kodiċijiet ta' Kondotta nazzjonali, kif ukoll fl-iżvilupp tal-Kodiċijiet ta' Kondotta tal-Unjoni.
Ir-rapporteur jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn is-salvagwardja tal-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tat-telespettaturi, b'mod partikolari t-telespettaturi vulnerabbli. Dan huwa partikolarment minnu għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi rigward ikel u xorb b'ħafna melħ, zokkor jew xaħam, jew rigward xorb alkoħoliku. Il-protezzjoni tat-telespettaturi, b'mod partikolari t-tfal, jeħtieġ tiġi msaħħa b'mod effettiv, partikolarment permezz tal-użu ta' standards u terminoloġija uniformi fil-proposta. Il-limitazzjoni ta' komunikazzjonijiet kummerċjali mhux xierqa għall-minorenni u t-tfal, kif ukoll il-projbizzjoni tat-tqegħid tal-prodott għandhom ikopru l-programmi kollha tat-tfal u l-kontenut li jimmira lejn udjenza ta' tfal, aktar milli programmi b'udjenza sinifikanti ta' tfal.
Il-pjattaformi ta' video-sharing u l-midja soċjali qegħdin dejjem aktar iżidu fl-offerti tagħhom materjal awdjoviżiv. Dawn is-servizzi ta' spiss jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-AVMSD jew għax il-fornituri ma jikkontrollawx l-għażla u l-organizzazzjoni tal-kontenut jew minħabba li l-għan prinċipali tagħhom mhuwiex li joffru kontenut awdjoviżiv. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-pjattaformi ta' video-sharing, li bħalissa qed joperaw taħt reġim anqas strett taħt id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu ta' monitoraġġ obbligatorju biex jiżgura li ma jittella' l-ebda kontenut illegali jew ta' ħsara. Id-dispożizzjonijiet kollha li għandhom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni ta' telespettaturi vulnerabbli għandhom jinkludu mekkaniżmu xieraq ta' monitoraġġ u infurzar.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu, | – Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 53(1), 62 u 168 tiegħu, |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. | (1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinifikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand, netwerks soċjali u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. |
_________________ | _________________ |
27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). | 27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). |
28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1). | 28 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1). |
29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). | 29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Id-Direttiva 2010/13/UE għandha tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz, bħal partijiet stand-alone ta' gazzetti onlajn li juru programmi awdjoviżivi jew vidjos maħluqa mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Is-servizzi tal-midja soċjali mhumiex inklużi, ħlief jekk jipprovdu servizz li jaqa' taħt id-definizzjoni tal-pjattaforma ta' video-sharing. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tal-links bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-midja awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | (3) Id-Direttiva 2010/13/UE għandha tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz, bħal partijiet stand-alone ta' gazzetti onlajn li juru programmi awdjoviżivi jew vidjos maħluqa mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Sakemm in-netwerks soċjali jikkostitwixxu sors ewlieni ta' informazzjoni għall-konsumaturi u jiddependu dejjem aktar minn kontenut awdjoviżiv iġġenerat jew pprovdut mill-utenti tagħhom, dawn in-netwerks għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE meta jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-pjattaforma ta' video-sharing. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tar-rabtiet bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-midja awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE31, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji mfasslin tajjeb, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar32. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Sanzjonijiet gradwati li jżommu element ta' proporzjonalità normalment huma meqjusa bħala approċċ effettiv fl-infurzar ta' skema. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. | (7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE31, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji mfasslin tajjeb, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar32. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar, li jistgħu jikkostitwixxu mezzi anċillari jew komplementari utli għal azzjoni leġiżlattiva. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Sanzjonijiet gradwati li jżommu element ta' proporzjonalità normalment huma meqjusa bħala approċċ effettiv fl-infurzar ta' skema. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. |
_________________ | _________________ |
31 COM(2015) 215 final. | 31 COM(2015) 215 final. |
32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation | 32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. | (9) Sabiex it-telespettaturi, b'mod partikolari l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Id-dritt ta' persuni b'diżabilità u tal-persuni anzjani li jipparteċipaw u li jkunu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali huwa marbut mal-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu l-kontenut aċċessibbli lil persuni b'vista batuta jew bi problemi tas-smigħ malajr kemm jista' jkun. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 9b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-titjib tal-aċċess għal servizzi tal-midja għal persuni b'vista batuta jew bi problemi tas-smigħ għandhom jissaħħu sabiex jiġu żgurati l-progress u l-kontinwità fl-isforzi tal-Istati Membri u l-fornituri tal-midja. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ċerti linji gwida nutrittivi rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, bħall-mudell ta' profili nutrizzjonali tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHOgħall-Ewropa, sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrittiva fil-kuntest tal-ikel irriklamat fuq it-televiżjoni għat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx dawn il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. | (10) Ċerti linji gwida nutrittivi rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrittiva fil-kuntest tal-ikel irriklamat fuq it-televiżjoni għat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji, bħall-Inizjattiva ta' Pleġġ tal-UE u oħrajn żviluppati fil-qafas tal-Pjattaforma tal-Kummissjoni għall-Azzjoni rigward id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx dawn il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jkollhom l-għan li jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jirreletaw mal-promozzjoni tal-logħob tal-azzard. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, sabiex jiġi promoss il-logħob tal-azzard responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li l-messaġġi dwar il-logħob tal-azzard responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal-logħob tal-azzard. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | (11) Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. Meta jiġu infurzati u sorveljati sew, il-kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni jistgħu jkunu mezz tajjeb biex ikun żgurat approċċ koerenti u effettiv. | (12) Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. Meta jiġu infurzati u sorveljati sew, il-kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni għandhom jiżguraw approċċ koerenti u effettiv. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw qafas għall-perjodi li jikkostitwixxu "l-aqwa ħin" ("prime time"). Qafas bħal dan għandu jintuża fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-minorenni. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Is-suq għax-xandir tat-TV evolva u hemm ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari, l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u l-isponsorizzazzjoni. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr riklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. | imħassar |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. | (16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi tat-tfal u kontenut immirat lejn udjenza ta' tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi u kontenut immirati lejn udjenza ta' tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. | (26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing u netwerks soċjali, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza, għall-mibegħda jew għat-terroriżmu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli effettivi u mekkaniżmi ta' monitoraġġ fuq dawk il-kwistjonijiet. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing jew netwerks soċjali ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri huma meħtieġa jieħdu miżuri effettivi adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għat-terroriżmu jew mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Meta jittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut ta' ħsara u taċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda skont din id-Direttiva, id-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu bbilanċjati bir-reqqa. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-dritt tat-tifel/tifla. | (31) Meta jittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut ta' ħsara u taċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għat-terroriżmu, għall-vjolenza jew għall-mibegħda skont din id-Direttiva, id-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu bbilanċjati bir-reqqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji fundamentali applikabbli jiġu kkunsidrati mill-fornituri kollha ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' dejta personali, id-dritt għall-proprjetà privata, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-dritt tat-tifel/tifla. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | (33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-indipendenza u b'hekk l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) is-servizz jikkonsisti fil-ħżin ta' ammont kbir ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali; | (i) is-servizz jikkonsisti fil-ħżin ta', jew il-forniment tal-aċċess għal ammont kbir ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali; |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) "programm" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur ta' servizz tal-midja, inklużi films prinċipali, vidjos qosra, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali, dokumentarji, programmi tat-tfal u drama oriġinali;"; | (b) "programm" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalgu stabbilit minn fornitur ta' servizz tal-midja, inklużi films prinċipali, vidjos qosra, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali, dokumentarji, programmi tat-tfal, programmi ta' divertiment u ta' reality u drama oriġinali;"; |
Ġustifikazzjoni
Peress li hawnhekk aħna qegħdin nittrattaw il-programmi affettwati mir-restrizzjonijiet jew mill-adattamenti tar-reklamar, id-definizzjoni ta' "programm" trid tiġi estiża biex tinkludi l-programmi tal-familja, bħal programmi ta' divertiment u ta' reality, li huma segwiti kemm mill-adulti kif ukoll mit-tfal bl-istess mod.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għat-terroriżmu jew għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'mod effettiv jipprovdu informazzjoni ċara lit-telespettaturi, qabel u waqt il-programmi kif ukoll qabel u wara kwalunkwe interruzzjoni tal-programmi, dwar kontenut li jista' jkun ta' dannu jew jiddisturba lill-minorenni u, b'mod partikolari, jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżviluppaw u jippromwovu l-adozzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) L-Artikolu 7 jitħassar; | (10) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li s-servizzi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom isiru aċċessibbli b'mod gradwali għall-persuni b'diżabilità fil-vista jew fis-smigħ f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD). |
| L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li x-xandara taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ixandru avvenimenti ta' importanza kbira lis-soċjetà b'mod aċċessibbli għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi dawk b'diżabilità." |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (-a) Il-punt (e) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
"(e) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta' tali xorb; " | "(e) l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku għandhom ikunu minimizzati u dawn il-komunikazzjonijiet ma għandhomx jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta' tali xorb u ma għandhomx jakkumpanjaw programm immirat lejn udjenza tat-tfal, fil-forma ta' xandira ta' pawża għal reklami matul, immedjatament qabel jew immedjatament wara tali programm, jew jiġu inklużi f'tali programm, u għandhom ikunu pprojbiti matul is-sigħat bl-akbar numru ta' telespettaturi b'udjenzi ta' tfal;" |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -aa (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-aa) fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej: |
| "(fa) il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal servizzi tal-logħob tal-azzard ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u għandhom jinkludu messaġġ ċar li jindika l-età minima li taħtha l-logħob tal-azzard mhuwiex permess." |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel u xorb mhux alkoħoliku li fihom ħafna xaħam, melħ jew zokkor ma jakkumpanjawx, u ma jkunux inklużi fi programmi mmirati lejn tfal jew programmi murija matul il-ħinijiet l-aktar intensivi u tal-ogħla domanda minn udjenza ta' tfal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi milli jakkumpanjaw kontenut immirat lejn udjenza ta' tfal, jew milli jiġu inklużi fih. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "2a. Għall-finijiet tal-punti (e) u (ea) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-sigħat li matulhom ikun hemm l-akbar udjenzi ta' tfal fit-territorju tagħhom skont is-sitwazzjonijiet nazzjonali rispettivi tagħhom." |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | 3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jimminimizzaw l-esponiment ta' minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali ta' xorb alkoħoliku. Mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' miżuri regolatorji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' inizjattivi awtoregolatorji u koregolatorji, inklużi kodiċijiet ta' kondotta, biex inaqqsu aktar l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi b'udjenza sinifikanti ta' tfal. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għal-logħob tal-azzard. Dawn il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal-logħob tal-azzard. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Jekk jitqies xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżguraw l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżviluppaw u jippromwovu l-adozzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'numru sinifikanti ta' udjenza tat-tfal. | 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi tat-tfal u kontenut immirat lejn udjenza tat-tfal. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. | L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżviluppaw standards tekniċi għal dan il-għan u jiżguraw mekkaniżmu ta' implimentazzjoni effettiv. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: | 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex: |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għat-terroriżmu jew għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. |
| Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. |
| L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza gratwita u l-pornografija, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri. |
Ġustifikazzjoni
L-għan tal-emenda huwa li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-minorenni bil-kuntest ta' pjattaformi ta' video-sharing.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq: | Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżviluppaw standards tekniċi għal dan il-għan u jiżguraw mekkaniżmu ta' implimentazzjoni effettiv. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq: |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiżviluppaw u jippromwovu l-adozzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 33 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jivvaluta l-effikaċja tal-prattiki awtoregolatorji u koregolatorji fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fid-dawl tal-prattiki ta' reklamar, meta jkollhom fil-mira tagħhom it-tfal u l-familji. Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, pereżempju għal ikel mhux tajjeb għas-saħħa u xorb biz-zokkor, ma tawx ir-riżultati mistennija fit-tnaqqis tal-esponiment tat-tfal u l-minorenni għal dawn il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għar-regolamentazzjoni ta' dan is-suġġett speċifiku. |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li tiġi stabbilita klawsola ta' reviżjoni, b'mod partikolari għall-prattiki ta' reklamar, sabiex id-drittijiet, is-saħħa u l-benesseri tat-tfal jiġu protetti b'mod adegwat.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | |||
Referenzi | COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 9.6.2016 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 9.6.2016 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Herbert Dorfmann 14.7.2016 | |||
Eżami fil-kumitat | 29.11.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 31.1.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 29 7 30 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Clara Eugenia Aguilera García, Inés Ayala Sender, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Martin Häusling, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, James Nicholson, Gabriele Preuß, Bart Staes, Tibor Szanyi, Tiemo Wölken | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Dieter-Lebrecht Koch, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández | |||
19.12.2016
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
Rapporteur: Emma McClarkin
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Mill-2010, id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (id-Direttiva 2010/13/UE, AVMSD) ipprovdiet qafas regolatorju qawwi li saħħaħ lill-industriji kulturali u kreattivi u ħares lill-konsumaturi vulnerabbli, bħalma huma l-minorenni, permezz ta' approċċ ta' armonizzazzjoni minima għal standards tal-industrija tas-servizzi tal-media awdjoviżiva Ewropea.
Fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda, id-domanda tal-konsumatur u l-bidla kontinwa li tirriżulta minn xandir lineari għal metodi ta' xandir mhux lineari, ir-reviżjoni tal-AVMSD għandha l-għan li toħloq kundizzjonijiet aktar ekwi biex tippermetti lix-xandara u l-produtturi tal-kontenut jużaw teknoloġiji kemm ġodda kif ukoll tradizzjonali biex jikkompetu, jipproteġu, jqassmu u jinvestu f'kontenut kulturali.
Il-kamp ta' applikazzjoni
Ir-rapporteur temmen li huwa vitali li kwalunwe twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' filmati, ma jiksirx id-Direttiva 2000/31/KE (id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) u jkun speċifiku biss għas-settur awdjoviżiv. Il-parametri attwali tal-AVMSD huma utli għaliex diġà jinkludu bosta teknoloġiji ġodda b'definizzjoni li tikkonċentra fuq it-tip ta' produzzjonijiet u mhux fuq il-mezzi tad-distribuzzjoni.
Kull twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni jeħtieġ jiżgura li dejjem ikun hemm l-istess livell ta' protezzjoni. Il-kopertura ġeografika tar-regolament attwali għadha xierqa u għandha twassal sabiex jinkiseb suq uniku b'saħħtu għas-servizzi tax-xandir.
Definizzjonijiet
B'mod ġenerali, id-definizzjonijiet attwali stipulati fid-Direttiva 2010/13/UE għadhom rilevanti. Ir-rapporteur tinnota li, fejn seħħet il-konverġenza tal-media, hemm valur fil-ħolqien ta' differenza fil-kontenut li jkun sar b'responsabbiltà editorjali jew mingħajrha. Dan se jevita li jkun hemm xi tirkib fuq id-Direttiva dwar il-Kummerċ elettroniku, biex b'hekk tiġi ssalvagwardjata l-interpretazzjoni tar-reġim ta' responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji.
Il-pajjiż tal-oriġini (COO)
Il-prinċipju tas-COO huwa s-sinsla ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe pass li jdgħajfu jkun kontroproduttiv għall-industrija tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, is-suq uniku u l-kapaċità ta' distribuzzjoni tal-kontenut b'mod transfruntier. Il-prinċipju tas-COO jissimplifika l-piż regolatorju fuq ix-xandara u jipprovdi responsabbiltà legali ċara u editorjali tas-sjieda tal-kontenut.
Il-proposta tal-Kummissjoni li tippermetti l-imposti nazzjonali dwar il-konsenja transfruntiera tmur kontra s-COO u hija l-ewwel pass lejn l-approċċ ta' pajjiż ta' destinazzjoni. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur neħħietha minn dan l-abbozz ta' opinjoni tal-IMCO. Il-Kumitat IMCO jeħtieġ li jimpenja ruħu li jissalvagwardja l-prinċipju tas-COO, minħabba li huwa ċentrali għal għadd ta' regolamenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat IMCO, speċifikament id-Direttiva 2000/31/KE.
Madankollu, it-tħassib rigward l-evażjoni tar-regoli nazzjonali permezz tal-prinċipju tas-COO jeħtieġ li jiġi indirizzat. Għalhekk għandhom ikunu esplorati aktar l-idea ta' kooperazzjoni akbar, u ta' mekkaniżmi ta' rimedju aktar veloċi għall-użu tal-Istati.
Ir-regoli ta' komunikazzjoni kummerċjali
Filwaqt li flessibilità akbar fir-regoli ta' komunikazzjoni kummerċjali hija ħaġa pożittiva, l-emendi għal dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx idgħajfu l-protezzjoni tal-konsumatur. Huwa pożittiv li wieħed jara t-tneħħija tal-"prominenza debita" dwar it-tqegħid tal-prodott kummerċjali, fejn l-ambigwità regolatorja ta' dan it-terminu preċedentement illimitat il-ħila tax-xandara li jużaw dan id-dħul kummerċjali.
Madankollu, flessibbiltà akbar rigward il-minutaġġ u l-limiti kwantitattivi ma jikkunsidrawx id-diversi modi li bihom ir-reklami huma ffinanzjati fl-UE kollha, kemm f'termini ta' impatt kif ukoll ta' minuti. Dan mhux se jżid in-nefqa tar-reklamar għax-xandir lineari. Din il-flessibbiltà se twassal għal konġestjoni fl-eqqel sigħat, iddgħajjef l-impatt tar-reklamar, u toħloq perjodi ta' saturazzjoni għad-detriment tal-konsumaturi. Fl-interess tal-konsumaturi, dan l-abbozz ta' opinjoni ineħħi l-miżuri mfassla biex jidderegolaw il-minutaġġ tar-reklamar.
Xogħlijiet Ewropej
Ir-rapporteur temmen li, filwaqt li l-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej għandha titħeġġeġ, l-approċċ adottat għandu jkun immexxi mis-suq u ma għandux jimponi l-prominenza u l-viżibilità tal-kontenut. L-użu tal-kwoti għandu jkun limitat u bl-ebda mod ma għandu jaqbeż il-proposti tal-Kummissjoni. Kwoti akbar u aktar dispożizzjonijiet speċifiċi huma ekwivalenti għal protezzjoniżmu tas-swieq kulturali u jonqsu milli japprezzaw is-suq globali akbar, li tiegħu s-suq uniku diġitali tal-UE jifforma parti. L-investiment f'kontenut Ewropew jiġi massimizzat meta jiġi ġġenerat permezz tal-kompetizzjoni u d-domanda tas-suq u mhux minn indikaturi artifiċjali u minn imposti.
L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (ARN)
Il-proposti tal-Kummissjoni biex tittejjeb l-effettività tal-ARN huma meħtieġa biex tkun żgurata implimentazzjoni universali u komprensiva tal-AVMSD. Għalkemm l-ERGA għandha rwol importanti fil-koordinazzjoni u l-iskambju bejn il-korpi regolatorji, il-piż tal-AVMSD jerfgħuh l-Istati Membri u l-ARN. L-Istati Membri għandhom jiddedikaw riżorsi adegwati biex dawn il-korpi jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u jipprovdu rimedju u proċessi tal-ilmenti.
Il-protezzjoni tal-minorenni
Fid-dawl tal-konverġenza tal-media, ir-reviżjoni tal-AVMSD tipprovdi opportunità biex, fejn meħtieġ, jiżdied il-livell ta' protezzjoni tal-minorenni fil-qasam mhux lineari. Huwa importanti li kull definizzjoni ġdida jew bidla fil-kamp ta' applikazzjoni tal-AVMSD tfittex li ttejjeb il-protezzjoni tal-minorenni filwaqt li tibqa' tipprovdi flessibilità lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-attivitajiet illegali.
L-aċċessibbiltà
Filwaqt li hu vitali biex jitkomplew l-isforzi tal-integrazzjoni tal-aċċessibilità, l-Artikolu 7 tal-AVMSD attwali għandu jinżamm u jiġi mtejjeb b'referenzi għas-servizzi tal-media awdioviżivi mħassra mill-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità (EAA). L-EAA, li jħallat iż-żewġ aspetti vinkolanti u mhux vinkolanti tal-provvista tal-AVMS[3], ma jirrikonoxxix biżżejjed ir-realtajiet u l-ħtiġijiet tas-settur tal-media awdjoviżiva, u dan jista' joħnoq l-innovazzjoni ġenwina li, fil-futur, se tkun l-aħjar mezz li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi individwali.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. | (1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill27, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-media awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. Id-drawwiet ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi qalbu għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand, media soċjali u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. |
__________________ | __________________ |
27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). | 27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). |
28 Id-Direttiva 2010/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.1989, p. 1). | 28 Id-Direttiva 2010/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.1989, p. 1). |
29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). | 29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). |
Ġustifikazzjoni
Ir-rwol tal-media soċjali fis-soċjetà tagħna huwa dejjem aktar importanti, b'mod speċjali għall-ġenerazzjonijiet l-ġodda u issa jikkostitwixxi punt ta' aċċess privileġġjat għall-kontenut tal-media awdjoviżiva.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Id-Direttiva 2010/13/UE għandha tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz, bħal partijiet stand-alone ta' gazzetti onlajn li juru programmi awdjoviżivi jew vidjos maħluqa mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Is-servizzi tal-midja soċjali mhumiex inklużi, ħlief jekk jipprovdu servizz li jaqa' taħt id-definizzjoni tal-pjattaforma ta' video-sharing. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tal-links bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-midja awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | (3) Id-Direttiva 2010/13/UE għandha tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li huma maħsuba biex jiġu riċevuti minn proporzjon sinifikanti tal-pubbliku ġenerali, u li jista' jkollhom impatt ċar fuqhom, u li l-prinċipju ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Ir-rekwiżit tal-għan ewlieni għandu jitqies ukoll issodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizz, bħal partijiet stand-alone ta' gazzetti onlajn li juru programmi awdjoviżivi jew vidjos maħluqa mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Is-servizzi tal-media soċjali jirrappreżentaw punt ta' aċċess għal informazzjoni għall-konsumaturi u jiddependu dejjem aktar fuq kontenut awdjoviżiv iġġenerat jew magħmul disponibbli mill-utenti tagħhom. Is-servizzi tal-media soċjali b'mod ġenerali mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva iżda jeħtieġ li jiġu inklużi meta s-servizzi tagħhom jissodisfaw il-kriterji kollha li jiddefinixxu pjattaforma ta' video-sharing. B'mod simili, is-servizzi tal-media awdjoviżiva li jipprovdu u jiddistribwixxu kontenut tal-media awdjoviżiva u li ma jikkompetux max-xandir televiżiv, pereżempju, billi jipprovdu u jiddistribwixxu l-kontenut awdjoviżiv tal-utenti privati għall-kondiviżjoni fil-komunitajiet ta' interess, ma għandhomx jiġu inklużi. Servizz għandu jitqies biss bħala kumpliment mhux separabbli mill-attività ewlenija bħala riżultat tar-rabtiet bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija. Bħala tali, il-kanali jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-media awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fil-qafas ta' pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Deċiżjonijiet editorjali huma deċiżjonijiet li jittieħdu fuq bażi ta' kuljum, b'mod partikolari minn diretturi u kap edituri ta' programmi, fil-kuntest ta' skeda ta' programmi approvata. Il-post li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet editorjali huwa l-post normali tax-xogħol tal-persuni li jeħduhom. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Is-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jikkompetu għall-istess udjenza bħax-xandiriet bit-televiżjoni u n-natura u l-mezzi ta' aċċess għal dawk is-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand iwasslu lill-utent biex jistenna, b'mod raġonevoli, protezzjoni regolatorja fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fid-dawl ta' dan il-fatt, u sabiex ikunu evitati disparitajiet fir-rigward tal-moviment liberu u l-kompetizzjoni, il-kunċett ta' "programm" għandu jiġi interpretat b'mod dinamiku, li jqis l-iżviluppi fil-forniment ta' kontenut tas-servizzi tal-media awdjoviżiva li jkunu diretti lejn udjenzi sinifikanti u li jkunu kkunsidrati bħala komunikazzjoni tal-massa. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti fl-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) għandu jkollu għalhekk is-setgħa biex jipprovdi opinjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. | (5) L-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti fl-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) għandu jkollu għalhekk is-setgħa biex jipprovdi opinjonijiet, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, dwar il-ġuriżdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b’mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. | (8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq u fejn ikun applikabbli għall-Istati Membri, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. | (9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. Il-mezzi differenti tad-deskritturi tal-kontenut għandhom ikunu ċari biżżejjed li jistipulaw jekk il-kontenut speċifiku jistax ikun ta' ħsara għall-minorenni. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ċerti linji gwida nutrittivi rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, bħall-mudell ta' profili nutrizzjonali tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHOgħall-Ewropa, sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrittiva fil-kuntest tal-ikel irriklamat fuq it-televiżjoni għat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx dawn il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. | (10) L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni, inklużi l-kodiċijiet ta' kondotta jintużaw biex jimminimizzaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew inkella li ma jissodisfawx il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali, bħal dawk żviluppati fil-qafas tal-Pjattaforma tal-Kummissjoni għall-Azzjoni rigward id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa u l-mudell ta' profili nutrizzjonali tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa. L-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni għandhom jikkontribwixxu għal dan il-għan. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | (11) Bl-istess mod, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. Meta jiġu infurzati u sorveljati sew, il-kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni jistgħu jkunu mezz tajjeb biex ikun żgurat approċċ koerenti u effettiv. | (12) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa pubblika, filwaqt li jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. Meta jiġu infurzati u sorveljati sew, il-kodiċijiet ta' kondotta fil-livell tal-Unjoni jistgħu jkunu mezz tajjeb biex ikun żgurat approċċ koerenti u effettiv. Dawn għandhom ikunu ta' assistenza għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-abbozzar tal-kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali tagħhom u jistgħu jgħinu biex itejbu l-koerenza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Is-suq għax-xandir tat-TV evolva u hemm ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari, l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u l-isponsorizzazzjoni. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr riklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Ir-regola kwantitattiva eżistenti għar-reklamar uriet li hija effettiva biex jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-finanzjament tal-media awdjoviżiva. Iż-żieda fl-offerta awdjoviżiva ma għandhiex tiġġustifika tnaqqis ġenerali fil-livell tal-protezzjoni offrut lill-konsumaturi minn kontenut ta' reklamar. L-abolizzjoni tar-regola kwantitattiva taffettwa wkoll setturi mhux awdjoviżivi li huma vitali, bħall-istampa, li jiddependu ħafna fuq ir-reklamar u diġà jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-Direttiva 2010/13/UE, b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-media, l-integrità tal-programmi u tas-servizzi għandha tiġi ssalvagwardjata. Il-partijiet terzi għajr ir-riċevitur ta' servizz ma għandhomx jimmodifikaw programmi u servizzi mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-media kkonċernat. Bidliet fil-wiri ta' programmi u servizzi li ġew awtorizzati jew inizjati mir-riċevitur għandhom jiġu permessi. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġu ffinanzjati s-servizzi jew il-programmi tal-midja awdjoviżiva filwaqt li jiġu promossi l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti ta' persuna fiżika jew ġuridika. Sabiex l-isponsorizzazzjoni tikkostitwixxi forma prezzjuża ta' teknika ta' reklamar għal min jirreklama u għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni jistgħu jinkludu referenzi promozzjonali għall-oġġetti jew is-servizzi tal-isponsor, filwaqt li ma jħeġġux direttament ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut ta' programmi sponsorjati ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | (14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġu ffinanzjati s-servizzi jew il-programmi tal-media awdjoviżiva filwaqt li jiġu promossi l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti ta' persuna fiżika jew ġuridika. Sabiex l-isponsorizzazzjoni tikkostitwixxi forma prezzjuża ta' teknika ta' reklamar għal min jirreklama u għall-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva, l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni jistgħu jinkludu referenzi promozzjonali għall-oġġetti jew is-servizzi tal-isponsor, filwaqt li ma jkunux permessi jinkoraġġixxu direttament ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut ta' programmi sponsorjati ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-media awdjoviżiva. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) Sabiex tiġi protetta r-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' servizzi tal-media u tal-katina tal-valur awdjoviżiva, huwa essenzjali li tiġi ggarantita l-integrità tal-programmi u s-servizzi fornuti minn fornituri ta' servizz tal-media. Il-programmi u s-servizzi għandhom jiġu trażmessi mingħajr ma jiġu mqassra, mibdula, jew interrotti. Il-programmi u s-servizzi m'għandhomx jiġu mmodifikati mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizz tal-media. |
Ġustifikazzjoni
Il-partijiet terzi ma għandhomx jitħallew jimmodifikaw programmi u servizzi mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-media.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. | (16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi għat-tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew valutazzjoni ġenwina u onesta tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta' esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b'mod ċar dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata. | (17) Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b'mod ċar dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-media awdjoviżiva mhijiex affettwata. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Filwaqt li ż-żieda fin-numru ta' servizzi ġodda wasslet għal għażla akbar għat-telespettaturi, ix-xandara jingħataw aktar flessibbiltà fir-rigward tal-inserzjoni ta' spots ta' reklamar u ta' telebejgħ fejn dan ma jtellifx indebitament l-integrità tal-programm. Madankollu, sabiex il-karattru speċifiku tax-xena televiżiva Ewropea jiġi salvagwardjat, l-interruzjonijiet għal xogħlijiet ċinematografiċi u films magħmulin għat-televiżjoni kif ukoll għal xi kategoriji ta' programmi li għadhom jeħtieġu protezzjoni speċifika għandhom jibqgħu limitati. | (18) Minkejja li ż-żieda fin-numru ta' servizzi ġodda wasslet għal għażla akbar għat-telespettaturi, jibqa' meħtieġ li tibqa' tiġi protetta l-integrità tal-programmi u tal-konsumaturi minn spots ta' reklamar u telebejgħ frekwenti b'mod sproporzjonat. Għalhekk, sabiex il-karattru speċifiku tax-xena televiżiva Ewropea jiġi salvagwardjat, l-interruzjonijiet għal xogħlijiet ċinematografiċi u films magħmulin għat-televiżjoni kif ukoll għal xi kategoriji ta' programmi li għadhom jeħtieġu protezzjoni speċifika għandhom jibqgħu limitati u ma jkunux soġġetti għal aktar flessibbiltà. |
Ġustifikazzjoni
Jenfasizza l-importanza li jinżammu r-regoli ta' 30 minuta bejn l-interruzzjonijiet tar-reklamar għal xogħlijiet ċinematografiċi, peress li dan jaffettwa b'mod sproporzjonat l-integrità tal-programmi u ma jikkorrispondix għad-drawwiet tal-konsumaturi, u lanqas għal ħtieġa imperattiva għas-servizzi tal-media awdjoviżiva.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Filwaqt li din id-Direttiva ma żżidx l-ammont tal-ħin globali ta' reklamar ammissibbli matul il-perjodu mis-07:00 sal-23:00, huwa importanti li x-xandara jkollhom aktar flessibbiltà u li jkunu kapaċi jiddeċiedu meta jpoġġu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Il-limitu ta' kull siegħa għalhekk għandu jitneħħa filwaqt li għandu jiġi introdott limitu ta' kuljum ta' 20 % ta' reklamar fil-perjodu mis-07:00 sal-23:00. | imħassar |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Bosta xandara huma parti minn gruppi akbar tal-midja u jagħmlu avviżi mhux biss b'konnessjoni mal-programmi tagħhom stess u prodotti anċillari meħudin direttament minn dawk il-programmi iżda wkoll b'rabta ma' programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja. Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal avviżi magħmulin mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja m'għandux ikun inkluż fl-ammont massimu ta' ħin ta' trażmissjoni ta' kuljum li jista' jkun allokat għar-reklamar u għat-telebejgħ. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Jekk il-gruppi tal-media jitħallew jagħmlu avviżi b'mod liberu fl-istazzjonijiet kollha li jxandru li huma proprjetà tagħhom b'konnessjoni mal-programmi tax-xandara bi sjieda privata, dan ikun ta' detriment għal kompetizzjoni ġusta fis-settur, peress li dan jagħti vantaġġ mhux xieraq lill-atturi dominanti. Dan iwassal ukoll għal żieda bla bżonn fl-ammont ta' reklamar minħabba li dawn l-avviżi jiġu esklużi mir-regoli kwantitattivi.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. | (21) il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li, fejn ikun prattiku u b'mezzi xierqa, il-katalgi tagħhom ikollhom sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej mingħajr ma jaffettwaw il-prinċipju tal-pluraliżmu tal-media u fejn tali miżuri ma jaffettwawx is-servizzi mogħtija lill-konsumatur. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand għandhom jiġu mħeġġa biex jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej sabiex jiġi żgurat li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem ta' xogħlijiet Ewropej u li l-esperjenza ta' kif il-konsumatur jara t-televiżjoni ma tiġix affettwata minn dan. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimponu obbligi finanzjarji għall-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu forma ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni ta' u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll imposti pagabbli lil fond, fuq il-bażi tad-dħul magħmul b'servizzi on-demand li huma pprovduti fi u mmirati lejn it-territorju tagħhom. Din id-Direttiva tiċċara li, minħabba r-rabta diretta bejn l-obbligi finanzjarji u l-politiki kulturali differenti tal-Istati Membri, l-Istati Membri jitħallew ukoll jimponu tali obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fi Stat Membru ieħor li huma mmirati lejn it-territorju tagħhom. F’dan il-każ l-obbligi finanzjarji għandhom jiġu imposti biss fuq id-dħul iġġenerat mill-udjenza f’dak l-Istat Membru. | (22) Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jimponu obbligi finanzjarji għall-fornituri tas-servizzi on-demand stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu forma ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u l-akkwist ta' drittijiet fihom. L-obbligi finanzjarji jistgħu jiġu imposti biss f'livell domestiku mill-Istati Membri fuq servizzi on-demand fi ħdan il-ġurisdizzjoni interna tagħhom, skont il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Meta Stat Membru jivvaluta każ b'każ jekk servizz tal-midja awdjoviżiva on-demand stabbilit fi Stat Membru ieħor ikunx qiegħed jindirizza udjenzi fit-territorju tiegħu, huwa għandu jirreferi għal indikaturi bħar-reklamar jew promozzjonijiet oħrajn li jimmiraw speċifikament lejn il-konsumaturi fit-territorju tiegħu, il-lingwa ewlenija tas-servizz jew l-eżistenza ta' kontenut jew komunikazzjonijiet kummerċjali li jimmiraw speċifikament lejn l-udjenza fl-Istat Membru li jirċievi. | imħassar |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Meta Stati Membri jimponu kontribuzzjonijiet finanzjarji fuq fornituri ta' servizzi on-demand dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ifittxu promozzjoni adegwata ta' xogħlijiet Ewropej filwaqt li jevitaw riskji ta' impożizzjoni doppja għall-fornituri tas-servizzi. F’dan il-kuntest, jekk l-Istat Membru li fih huwastabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti mill-Istati Membri speċifiċi. | imħassar |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi dwar il-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ma jdgħajfux l-iżvilupp tas-suq u sabiex jitħalla possibbli d-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, il-kumpaniji mingħajr preżenza sinifikanti fis-suq ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti bħal dawn. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kumpaniji b’fatturat baxx u livell ta’ udjenzi baxx u l-intrapriżi żgħar u mikro, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE33. Jista’ wkoll ma jkunx xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu imposti f’każijiet fejn – minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand – dawn ikunu imprattikabbli jew mhux iġġustifikati. | (25) Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi dwar il-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ma jdgħajfux l-iżvilupp tas-suq u sabiex jitħalla possibbli d-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, il-kumpaniji mingħajr preżenza sinifikanti fis-suq ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti bħal dawn. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kumpaniji b'fatturat baxx u livell ta' udjenzi baxx u l-intrapriżi żgħar u mikro, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE33. Lanqas mhuwa xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu imposti f'każijiet fejn – minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jew il-kompetizzjoni ma' xogħlijiet Ewropej ekwivalenti – dawn ikunu imprattikabbli jew mhux iġġustifikati. Fl-istess ħin, jista' jkun utli li jkun hemm sistema li tinkoraġġixxi l-għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ta' kwalità, bħal permezz ta' inċentivi fiskali. |
__________________ | __________________ |
33 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). | 33 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (25a) Il-Kummissjoni għandha tiżgura finanzjament adegwat u ġeografikament iddiversifikat skont il-programm "Creative Europe Media" biex tappoġġja ċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut kreattiv bejn il-fruntieri, inkluż it-titjib tad-distribuzzjoni diġitali tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-iżvilupp ta' mudelli innovattivi ta' finanzjament għal kontenut kreattiv. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. | (26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Filwaqt li t-tneħħija arbitrarja ta' dan il-kontenut, li sikwit tiddependi fuq interpretazzjonijiet suġġettivi, tista' tipperikola l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, huwa meħtieġ li l-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament, fost l-oħrajn, għall-vjolenza, għall-mibegħda jew it-terroriżmu. Jeħtieġ ukoll li l-pjattaformi ta' video-sharing jiġu mħeġġa jdaħħlu fis-seħħ miżuri volontarji fuq dawk il-kwistjonijiet, b'konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u skont linji gwida regolari maħruġa mill-awtoritajiet, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandu jkun soġġett għall-aktar miżuri stretti. |
| ______________________ |
| 1a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, ċerti fornituri juru abbiltà li jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari permezz tat-tagging u s-sekwenzar. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom, sal-punt li huma jkunu kisbu għarfien reali tal-kontenut imsemmi u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. Fejn ikun prattiku u disponibbli, it-tneħħija ta' tali kontenut permezz tal-użu ta' sistemi affidabbli ta' rikonoxximent awtomatiku tista' tiġi kkunsidrata. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni għalhekk għandha tkun imħeġġa. | (30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni trasparenti u responsabbli għalhekk għandha tkun imħeġġa u mmonitorjati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti. |
Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. | Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. |
__________________ | __________________ |
35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). | 35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 31a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31a) Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-utenti jiġu protetti, l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-ERGA u l-Kummissjoni, għandhom joħorġu b'mod regolari linji gwida dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għat-tneħħija tal-kontenut ta' ħsara, f'konformità mal-liġi nazzjonali u mad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing kopruti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. | (32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing kopruti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. F'dan ir-rigward, il-kunċett ta' "fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing" għandu jinftiehem fl-aktar sens wiesa' tat-terminu, sabiex jinkludi l-fornituri ta' servizz lineari u pjattaformi għat-trażmissjoni mill-ġdid tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, irrispettivament mill-mezzi tekniċi użati għat-trażmissjoni mill-ġdid, bħall-kejbil, satellita jew internet. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta’ indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b’sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta’ infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta’ impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta. | (33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati u indipendenti b'mod funzjonali tal-organi ta' dawn l-entitajiet. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. Hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti ċerti obbligi sabiex l-Istati Membri jkollhom awtoritajiet regolatorji indipendenti u effikaċi. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sett ta' rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji sabiex jiffaċilitaw dawn l-awtoritajiet regolatorji indipendenti u effikaċi. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minorenni u tad-diskors ta’ mibgħeda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b’ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor. | (37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-media awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minorenni u tad-diskors ta' mibgħeda. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta' kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta' intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika. | (38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jieħdu miżuri biex jiżguraw il-possibbilità nondiskriminatorja tas-sejbien u l-aċċess għal kontenut ta' interess ġenerali fl-ambitu ta' objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-media, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu introdotti biss meta jkunu meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b'mod partikolari l-ħtieġa ta' intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jieħdu biss miżuri proporzjonati fir-rigward tal-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 38a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (38a) Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huma marbuta b'mod li ma jistax jinfired mal-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li l-aċċessibilità tiġi indirizzata kif xieraq fid-Direttiva 2010/13/UE, f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 38b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (38b) Il-mezzi għall-kisba tal-aċċessibilità għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għalihom, servizzi ta' aċċess bħall-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, is-sottotitoli mitkellma, id-deskrizzjonijiet bl-awdjo u n-navigazzjoni tal-menu li tkun faċli tinftiehem. Il-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva għandhom ikunu trasparenti u proattivi fit-titjib tal-aċċess għas-servizzi għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani, u jindikaw b'mod ċar fil-programm ta' informazzjoni kif ukoll fil-Gwida Elettronika tal-Programmi d-disponibbiltà tagħhom, filwaqt li jelenkaw u jispjegaw l-użu tal-karatteristiki ta' aċċessibilità tas-servizzi, u jiżguraw li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 39a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (39a) Kwalunkwe miżura awtoregolatorja jew koregolatorja implimentata fil-livell tal-Istat Membru għandha tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikulari l-Artikolu 52. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) is-servizz jikkonsisti fil-ħżin ta' ammont kbir ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali; | (i) is-servizz jikkonsisti fil-ħżin jew il-forniment ta' ammont kbir ta' programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, li għalihom il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing ma għandux responsabbiltà editorjali; |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) l-organizzazzjoni tal-kontenut maħżun hija determinata mill-fornitur tas-servizz inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi, b'mod partikolari b'akkoljenza, wiri, tagging u sekwenzar; | (ii) l-organizzazzjoni tal-kontenut maħżun hija determinata mill-fornitur tas-servizz; |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa – punt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu huwa għalhekk dedikat għall-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; | (iii) l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima tiegħu huwa għalhekk dedikat għall-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: |
| (bb) "servizz ta' aċċess" tfisser karatteristika miżjuda tas-servizz tal-midja awdjoviżiva li ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-programmi għal nies li għandhom limitazzjonijiet funzjonali, inkluż il-persuni b'diżabilità. Is-servizzi ta' aċċess jinkludu s-sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, id-deskrizzjoni bl-awdjo, is-sottotitoli mitkellma jew is-sottotitoli bl-awdjo u l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali; |
| (bc) "sottotitoli ggħall-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ" tfisser alternattiva ta' testi viżivi sinkronizzati għall-informazzjoni awdjo, kemm bi kliem kif ukoll mingħajr, meħtieġa biex jinftiehem il-kontenut tal-media; |
| (bd) "deskrizzjoni awdjo" tfisser narrattiva akustika addizzjonali, ikkombinata mad-djalogu, li tiddeskrivi aspetti sinifikanti tal-kontenut viżiv tal-programm li ma jistax jinftiehem mit-traċċa prinċipali tal-awdjo; |
| (be) "sottotitoli mitkellma" jew "sottotitoli awdjo" tfisser sottotitoli moqrija b'vuċi għolja bil-lingwa nazzjonali meta d-dikors awdjo jkun b'lingwa differenti; |
| (bf) "interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali" tfisser traduzzjoni simultanja tal-informazzjoni awdjo kemm mitkellma kif ukoll mhux mitkellma, meħtieġa għall-fehim tal-programm, ipprovduta bil-lingwa tas-sinjali nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Emenda marbuta mal-introduzzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jekk fornitur ta’ servizz tal-midja jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-midja awdjoviżiva jittieħdu fi Stat Membru ieħor, dan għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn taħdem il-maġġoranza tal-impjegati involuti fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-midja awdjoviżiva; | (b) jekk fornitur ta' servizz tal-media jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Stat Membru wieħed iżda d-deċiżjonijiet editorjali dwar is-servizz tal-media awdjoviżiva jittieħdu fi Stat Membru ieħor, dan għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn taħdem parti sinifikanti tal-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva. Jekk parti sinifikanti mill-forza tax-xogħol involuta fit-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva topera fiż-żewġ Stati Membri, il-fornitur tas-servizzi tal-media għandu jitqies bħala stabbilit fl-Istat Membru fejn il-maġġoranza tad-deċiżjonijiet editorjali jittieħdu għat-twettiq tal-attività tas-servizz tal-media awdjoviżiva; |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) b'mod ċar, serju u gravi jikser l-Artikoli 6 jew 12, jew it-tnejn li huma; | (a) b'mod ċar, serju u gravi jikser l-Artikoli 6, 7 jew 12; |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) matul it-12-il xahar qabel in-notifika msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, il-fornitur ta' servizz tal-midja, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ikun kiser il-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet; | imħassar |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) il-fornitur ta' servizzi tal-midja jkun kiser il-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 mill-inqas darba wara n-notifika prevista fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu; | imħassar |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) l-Istat Membru notifikanti jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur ta' servizzi tal-midja kkonċernati u, b'mod partikolari, jkun ta lill-fornitur ta' servizzi tal-midja l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur u l-miżuri li l-Istat Membru bi ħsiebu jieħu. Huwa għandu debitament iqis dawk l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet tal-Istat Membru ta' ġuriżdizzjoni. | (e) l-Istat Membru notifikanti jkun irrispetta d-drittijiet tad-difiża tal-fornitur ta' servizzi tal-media kkonċernati u, b'mod partikolari, jkun ta lill-fornitur ta' servizzi tal-media l-opportunità biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur u l-miżuri li l-Istat Membru bi ħsiebu jieħu fi żmien 15-il jum min-notifika prevista fil-punt (b). Huwa għandu debitament iqis dawk l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet tal-Istat Membru ta' ġuriżdizzjoni. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fi żmien tliet xhur wara n-notifika tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru b'applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. | 4. Fi żmien xahrejn wara n-notifika tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru b'applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien xahrejn minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. |
Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. | Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa darba biss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza fi żmien ġimagħtejn mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet urġenti, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3. Meta dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom ikunu notifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-midja, fejn jiġu indikati r-raġunijiet fir-rigward ta' liema l-Istat Membru jqis li hemm tali urġenza li d-deroga minn dawk il-kundizzjonijiet hija meħtieġa. | 6. L-Istati Membri jistgħu, jekk is-servizz ipprovdut minn fornitur ta' servizzi tal-media jikser b'mod gravi l-kundizzjonijiet stipulati mill-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u f'każijiet urġenti, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3. Meta dan ikun il-każ, il-miżuri għandhom ikunu notifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-fornitur ta' servizz tal-media, fejn jiġu indikati r-raġunijiet fir-rigward ta' liema l-Istat Membru jqis li hemm tali urġenza li d-deroga minn dawk il-kundizzjonijiet hija meħtieġa. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istat Membru li jipproċedi bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati mad-dritt tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. F’każ li tikkonkludi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat iżomm lura milli jieħu kwalunkwe miżura maħsuba jew biex iwaqqaf urġentement dawk il-miżuri. | 7. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istat Membru li jipproċedi bil-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati mad-dritt tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. F'każ li tikkonkludi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat iżomm lura milli jieħu kwalunkwe miżura maħsuba jew biex iwaqqaf urġentement dawk il-miżuri fl-iqsar żmien possibbli. |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu konformi ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fir-rigward tal-Artikoli 5, 6, 6a, 7, 9, 10, 11, 12, 13, 16, 17, 19 sa 26, 30 u 30a, sakemm tali regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. | L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu konformi ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fir-rigward tal-Artikoli 5, 6, 6a, 7, 9, 10, 11, 12, 13, 16, 17, 19 sa 26, 30 u 30a, sakemm tali regoli jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u ma jkunx fihom dispożizzjonijiet diskriminatorji li jikkonċernaw an-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tal-fornitur ta' servizzi. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 –punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom bażi korretta. | (c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet fi żmien xahrejn, wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom bażi korretta. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 –punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien 3 xhur wara n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien 3 xhur minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. | 5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien xahrejn wara n-notifika elettronika u formali prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-irċevuta ta' notifika kompluta. In-notifika għandha titqies kompluta jekk, fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal, jew meta tasal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda informazzjoni oħra. |
Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. | Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa darba biss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba; | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, fi żmien ġimagħtejn mill-iskadenza tal-perjodu stabbilit jew wara li tirċievi l-informazzjoni mhux kompluta, li l-miżuri meħuda mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba; |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 –punt d
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi. | 7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu r-reġimi ta' koregolamentazzjoni u/jew awtoregolamentazzjoni, pereżempju permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-passi għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati li jaġixxu fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru. |
Abbozzi ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta' dawn il-kodiċijiet. | Abbozzi ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta' dawn il-kodiċijiet għall-informazzjoni. |
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tista' tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ. | Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk il-kodiċijiet, u tista' tqajjem kuxjenza dwarhom, kif meħtieġ; |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) Jiżdied paragrafu ġdid kif ġej: |
| "8a. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-Istati Membri li jimponu obbligi sabiex jiżguraw l-aċċess u prominenza adegwata għal kontenut ta' interess ġenerali skont l-objettivi ta' interess ġenerali ddefiniti bħal, pereżempju, il-pluraliżmu tal-media, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali."; |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa u applikabbli li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza, jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.; |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw litteriżmu fil-media bħala għodda li tibqa' valida fil-ġejjieni biex tiżviluppa l-ħiliet tat-tfal biex jifhmu d-differenza bejn il-kontenut u l-komunikazzjonijiet kummerċjali. |
Ġustifikazzjoni
It-tfal jaraw ħafna kontenut li oriġinarjament jista' ma jkunx indirizzat għalihom. It-titjib fil-litteriżmu tal-media huwa għodda tajba u li tibqa' valida fil-ġejjieni biex jiġu żviluppati l-ħiliet tat-tfal biex jifhmu aħjar id-differenza bejn kontenut u komunikazzjonijiet kummerċjali.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-media biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni, flimkien mal-ERGA, hija mħeġġa tiżviluppa kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) L-Artikolu 7 jitħassar; | (10) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "Artikolu 7 |
| 1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw miżuri biex jiżguraw li s-servizzi pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom isiru gradwalment aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Dawn il-miżuri għandhom jiġu żviluppati b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi fornituri ta' servizzi tal-media u organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità. |
| 2. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva. |
| 3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-fornituri ta' servizzi tal-media jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri dwar il-passi meħuda u l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għan li progressivament jagħmlu s-servizzi tagħhom aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament. |
| 4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva biex jiżviluppaw, u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, il-pjanijiet ta' azzjoni fir-rigward tal-għan li progressivament jagħmlu s-servizzi tagħhom aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Tali pjanijiet ta' azzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
| 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ta' emerġenza, inklużi l-komunikazzjonijiet u t-tħabbiriet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali, magħmula disponibbli għall-pubbliku permezz ta' servizzi tal-media awdjoviżiva, tiġi pprovduta, fejn ikun prattikabbli, b'mod aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, inkluż b'sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali u messaġġ awdjoviżiv u deskrizzjoni bl-awdjo għal kwalunkwe informazzjoni viżiva. |
| 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jkollhom l-għan, permezz tal-akkwist tal-kontenut tagħhom, u l-politiki ta' programmazzjoni u editorjali, li jagħtu servizzi ta' aċċess bħala parti mill-pakketti offruti mill-produtturi tal-kontenut. |
| 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva jagħmlu s-siti web, l-applikazzjonijiet onlajn u s-servizzi bbażati fuq il-mowbajl tagħhom, inkluż l-applikazzjonijiet tal-mowbajl użati għall-forniment tas-servizz, aktar aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, it-tħaddim u l-fehim min-naħa tal-utenti, u b'mod robust li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti tal-utent u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – punt ii
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (-a) il-paragrafu 1, punt c, punt ii huwa emendat kif ġej: |
"(ii) jinkludu jew jippromwovu xi diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentament sesswali;" | "(ii) jinkludu jew jippromwovu xi diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza ma' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentament sesswali;" |
(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32010L0013)
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -aa (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – punt iva (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-aa) Jiżdied il-punt li ġej: |
| "(iva) ikunu mmirati lejn il-minorenni;" |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -ab (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (-ab) Il-paragrafu 1, punt (e) huwa emendat kif ġej: |
(e) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta' tali xorb; | (e) il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku jew b'kontenut għoli ta' kafeina m'għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minorenni u ma jistgħux jinkoraġġixxu l-konsum eċċessiv ta' tali xorb; |
(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32010L0013&qid=1476777414550&from=FR)
Ġustifikazzjoni
Limitu fuq ir-reklamar ta' xorb enerġetiku
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -ac (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-ac) Jiżdied il-punt li ġej: |
| "(ga) kwalunkwe komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva li takkumpanja jew li hija inkluża fi programmi b'udjenza sinifikanti tat-tfal għandha tiġi pprojbita." |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: | imħassar |
"2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. |
|
Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw sabiex inaqqsu b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ta' ikel u xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew li bi kwalunkwe mod ieħor ma jissodisfawx il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. Dawk il-kodiċijiet għandhom jipprovdu li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jenfasizzaw il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrittivi ta' tali ikel u xorb. |
|
Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni; " |
|
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet, ibbażati fuq l-aħjar prattiki fl-Istati Membri, għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni; | 4. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, u f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni bbażati fuq l-aħjar prattiki fl-Istati Membri; |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 9a |
| L-Istati Membri jibqgħu liberi li jieħdu miżuri xierqa u nondiskriminatorji li jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ta' interess ġenerali. Tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati u jilħqu objettivi ġenerali bħall-pluraliżmu tal-media, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. |
| Dawn il-miżuri għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali ddefiniti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw, b'mod partikolari, il-ħtieġa għal intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika." |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Jiddaħħal l-artikolu li ġej: |
| "Artikolu 9b |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi u s-servizzi tal-fornituri ta' servizz tal-media ma jkunux jistgħu jiġu mmodifikati, pereżempju permezz ta' sovrapożizzjonijiet (overlays) kummerċjali, mingħajr il-kunsens tagħhom." |
Ġustifikazzjoni
Il-partijiet terzi ma għandhomx jitħallew jimmodifikaw programmi u servizzi mingħajr il-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-media.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; | (b) huma ma għandhomx iħeġġu x-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'numru sinifikanti ta' udjenza tat-tfal. | 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal. |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) huma ma għandhomx iħeġġu direttament ix-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; | (b) huma ma għandhomx iħeġġu x-xiri jew il-kiri ta' oġġetti jew servizzi; |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. | L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni, bħar-reklamar tax-xorb alkoħoliku jew tal-logħob tal-azzard, ikunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. |
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri."; | L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri, flimkien mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1."; |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta' 20 % ta' xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom u jiżguraw prominenza ta' dawn ix-xogħlijiet. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun prattiku u b'mezzi xierqa, il-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jipprovdu mill-inqas sehem ta' 20 % ta' xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mal-liġi tal-UE, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u m'għandhiex taffettwa b'mod negattiv lill-konsumaturi. |
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, inkluż permezz ta' investiment dirett fil-kontenut u kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor jagħmlu tali kontribuzzjonijiet finanzjarji. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata biss fuq dħul miksub fl-Istati Membri speċifiċi. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti mill-Istati Membri speċifiċi. Kull kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. | 2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand stabbiliti taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, inkluż permezz ta' investiment dirett fil-kontenut u kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali. |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura finanzjament adegwat u ġeografikament diversifikat skont il-programm "Creative Europe Media" biex tappoġġja ċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut kreattiv bejn il-fruntieri, inkluż it-titjib tad-distribuzzjoni diġitali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-iżvilupp ta' mudelli innovattivi ta' finanzjament għal kontenut kreattiv; |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (15a) L-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: |
"1. Kull Stat Membru jista' jieħu miżuri skont il-liġi tal-Unjoni biex jiżgura li xandara taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu ma jxandrux fuq bażi esklussiva avvenimenti li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru bħala ta' importanza maġġuri għas-soċjetà b'tali mod li jċaħħdu lil proporzjon sostanzjali mill-pubbliku f'dak l-Istat Membru mill-possibbiltà li jsegwi tali avvenimenti permezz ta' xandiriet diretti jew xandiriet differiti fuq televizjoni bla ħlas. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru nvolut għandu jipprepara lista ta' avvenimenti magħżula, nazzjonali jew mhux nazzjonali, li huwa jqis li huma ta' mportanza kbira għas-soċjetà. Huwa għandu jagħmel dan b'mod ċar u trasparenti fi żmien debitu u effettiv. Filwaqt li jagħmel dan l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina wkoll jekk dawn l-avvenimenti għandhomx ikunu disponibbli permezz ta' xandiriet diretti sħaħ jew parzjali, jew, fejn huwa meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi ta' interess pubbliku, xandiriet differiti sħaħ jew parzjali. | ‘1. Kull Stat Membru jista' jieħu miżuri skont il-liġi tal-Unjoni biex jiżgura li xandara taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu ma jxandrux fuq bażi esklussiva avvenimenti li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru bħala ta' importanza maġġuri għas-soċjetà b'tali mod li jċaħħdu lil proporzjon sostanzjali mill-pubbliku f'dak l-Istat Membru mill-possibbiltà li jsegwi tali avvenimenti permezz ta' xandiriet diretti jew xandiriet differiti fuq televizjoni bla ħlas. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll li x-xandara taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ixandru dawk l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà b'mod aċċessibbli għal dawk li għandhom limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b'diżabilità. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfassal lista ta' avvenimenti magħżula, nazzjonali jew mhux nazzjonali, li huwa jqis li huma ta' importanza kbira għas-soċjetà. Huwa għandu jagħmel dan b'mod ċar u trasparenti fi żmien debitu. Filwaqt li jagħmel dan l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina wkoll jekk dawn l-avvenimenti għandhomx ikunu disponibbli permezz ta' xandiriet diretti sħaħ jew parzjali, jew, fejn huwa meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi ta' interess pubbliku, xandiriet differiti sħaħ jew parzjali. |
(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32010L0013&qid=1476777414550&from=FR)
Ġustifikazzjoni
Emenda marbuta mal-introduzzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fl-Artikolu 7
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 20 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 20 minuta."; | It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta. L-ebda reklamar jew telebejgħ ma għandu jiddaħħal matul servizzi reliġjużi jew programmi għat-tfal."; |
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 22
| |
Test fis-seħħ | Emenda |
| (16a) L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej: |
Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin: | "Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku u b'kontenut għoli ta' kafeina għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin: |
(a) ma jistax ikun immirat speċifikament għall-minuri jew, b'mod partikolari, juri l-minuri waq li tjikkonsmaw dan ix-xorb; | (a) ma jistax ikun immirat speċifikament għall-minuri jew, b'mod partikolari, juri l-minuri waqt li jikkonsmaw dan ix-xorb; |
(b) m’għandux jgħaqqad il-konsum tal-alkoħol ma l-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan; | (b) m'għandux jgħaqqad il-konsum tal-alkoħol jew kontenut għoli ta' kafeina mal-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan; |
(c) m’għandux joħloq l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali jew sesswali; | (c) m'għandux joħloq l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jew kontenut għoli ta' kafeina jikkontribwixxu għas-suċċess soċjali jew sesswali; |
(d) m’għandux isostni li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali; | (d) m'għandux isostni li l-alkoħol jew kontenut għoli ta' kafeina għandhom kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali; |
(e) m’għandux jinkoraġġixxi konsum immoderat tal-alkoħol jew jippreżenta l-astinenza jew il-moderazzjoni f’dawl negattiv; | (e) m'għandux jinkoraġġixxi konsum immoderat tal-alkoħol jew kontenut għoli ta' kafeina jew jippreżenta l-astinenza jew il-moderazzjoni f'dawl negattiv; |
(f) m’għandux iqiegħed enfasi fuq il-kontenut alkoħoliku għoli bħala kwalità pożittiva tax-xorb. | (f) m'għandux iqiegħed enfasi fuq il-kontenut alkoħoliku għoli jew il-kontenut għoli ta' kafeina bħala kwalità pożittiva tax-xorb. |
Ġustifikazzjoni
Limitu fuq ir-reklamar ta' xorb enerġetiku
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ fil-perjodu bejn is-7:00 u l-23:00 ma għandux jaqbeż l-20 %. | 1. Il-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ f'siegħa speċifika bl-arloġġ ma għandux jaqbeż l-20 %. |
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal: | imħassar |
(a) avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-media; |
|
(b) avviżi ta' sponsorizzazzjoni; |
|
(c) inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. |
|
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-Kapitolu VIII jitħassar; | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tistabbilixxi l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2010/13/UE, li jinkludi miżuri importanti fir-rigward tal-protezzjoni tal-minorenni fix-xandir televiżiv.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: | 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: |
(a) jipproteġu l-minorenni minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom; | (a) jipproteġu l-minorenni kollha minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom; |
(b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza ma' minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; |
| (ba) jillimitaw l-esponiment tat-tfal għal reklamar ta' ikel u xorb ħżiena għas-saħħa fil-pjattaformi ta' video-sharing. |
2. Dak li jikkostitwixxi miżura xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jiġi determinat fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inklużi dawk tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u l-utenti li ħolqu u/jew tellgħu l-kontenut kif ukoll l-interess pubbliku. |
|
Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq: | 2. Il-miżuri jistgħu jikkonsistu minn, kif xieraq: |
(a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; | (a) l-istabbiliment tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-utenti u d-definizzjoni, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing, fir-rigward ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament u l-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 4; |
(b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; | (b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi faċli li jinftiehmu għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; |
(c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; | (c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età jew miżuri tekniċi oħrajn, għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut magħruf li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minorenni; |
(d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; | (d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; |
(e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni; | (e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku u mentali tal-minorenni; |
(f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (b). | (f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi u proċeduri trasparenti, faċli li jintużaw u effikaċi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jittrattaw u jsolvu kwistjonijiet imqajma minn utenti ta' pjattaforma ta' video-sharing u jikkomunikaw, kif xieraq, x'effett ikun ingħata għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (f). |
| L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-pjattaformi ta' video-sharing, biex kif jiksbu għarfien jew isiru konxji ta' kontenut illegali, jaġixxu b'ħeffa sabiex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal dak il-kontenut f'konformità mad-Direttiva 2000/31/KE; |
| 2a. Dak li jikkostitwixxi miżura xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jiġi determinat fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inklużi dawk tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u l-utenti li ħolqu u/jew tellgħu l-kontenut kif ukoll l-interess pubbliku, il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. |
3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7). | 3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7). |
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. | 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw u jirrappurtaw dwar it-trasparenza, il-ħtieġa, l-effettività u l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. L-Istati Membri għandhom joħorġu d-direttivi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-miżuri meħuda jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u l-ħtieġa li l-utenti jiġu infurmati. Dawn il-linji gwida jistgħu jitfasslu f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-ERGA; |
5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. | 5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli mekkaniżmi ta' lment u rimedju għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
|
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiki dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. Il-Kummissjoni tista' tagħti pubbliċità xierqa lil dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. | 8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni, skont il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. Il-Kummissjoni għandha tagħti pubbliċità xierqa lil dawk il-kodiċijiet ta' kondotta fil-promozzjoni tal-aħjar prattika. |
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom, iżda li għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fit-territorju tagħhom jew li huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fit-territorju tagħhom, jitqiesu li kienu stabbiliti fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KEE. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing |
| (a) li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom, iżda li għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fit-territorju tagħhom jew li huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fit-territorju tagħhom, |
| (b) li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor imma huma mmirati lejn udjenzi fit-territorju tagħhom, jitqiesu li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KEE. |
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, fejn hemm diversi sussidjarji li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stati Membri differenti, jew fejn hemm diversi entitajiet oħrajn tal-grupp li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-fornitur jiddikjara f'liema mill-Istati Membri għandu jitqies li kien stabbilit. | Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, fejn hemm diversi sussidjarji li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stati Membri differenti, jew fejn hemm diversi entitajiet oħrajn tal-grupp li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, huma għandhom jitqiesu li huma stabbiliti fl-Istat Membru fejn il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol topera. |
Ġustifikazzjoni
L-għoti lill-pjattaformi ta' video-sharing tal-kapaċità li jagħżlu f'liema Stat Membru huma meqjusa li għandhom jiġu stabbiliti taħt din id-Direttiva ikun sproporzjonat peress li jippermetti prattiki ta' għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni (forum-shopping). Il-lokalizzazzjoni tal-maġġoranza tal-forza tax-xogħol tikkostitwixxi kriterji ċari u affidabbli biex jiġi ddeterminat fejn il-pjattaforma hija stabbilita fl-Unjoni.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbiliti fit-territorju tagħhom u l-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KE u fil-paragrafu 1, li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw il-lista b'mod regolari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. | 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom u l-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u fil-paragrafu 1, li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw il-lista b'mod regolari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. |
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Meta, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu l-ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba. |
Ġustifikazzjoni
Peress li l-pjattaformi ta' video-sharing normalment ikollhom lill-udjenzi fl-Unjoni kollha fil-mira tagħhom, jista' jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-Istati Membri kompetenti għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista' taġixxi biex tiddetermina l-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni, kif tagħmel għal servizzi oħra tal-media awdjoviżiva skont l-Artikolu 3.
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar u riżorsi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. |
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jaħtru punt ta' kuntatt uniku u disponibbli pubblikament għall-informazzjoni u l-ilmenti dwar il-kwistjonijiet ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 7. |
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. | 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. |
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 u 4 tagħha; | (d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 7 tagħha; |
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l-inċitament għall-mibegħda."; | (e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-media awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni, l-inċitament għall-mibegħda, il-pluraliżmu tal-media, il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni."; |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | |||
Referenzi |
| |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 9.6.2016 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 9.6.2016 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Emma McClarkin 17.6.2016 | |||
Eżami fil-kumitat | 10.10.2016 | 9.11.2016 | 28.11.2016 |
|
Data tal-adozzjoni | 5.12.2016 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 24 3 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Marco Zullo | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Jussi Halla-aho, Anna Hedh, Kaja Kallas, Emma McClarkin, Roberta Metsola, Julia Reda | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Andrejs Mamikins, Andrey Novakov, Tonino Picula, Traian Ungureanu | |||
16.1.2017
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Daniel Buda
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu għanda l-għan li timmodernizza il-panorama tal-midja awdjoviżiva u taġġornaha f'konformità mal-bidliet fis-suq, fil-konsum u dawk teknoloġiċi. Il-konverġenza dejjem akbar bejn it-televiżjoni u s-servizzi distribwiti permezz tal-internet u mudelli tan-negozju emerġenti ġodda bħalma huma l-video-on-demand u kontenut iġġenerat mill-utent jitolbu rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni tal-AVMSD, kif ukoll dwar in-natura tar-regoli li huma applikabbli għal dawk kollha li jieħdu sehem fis-suq, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni tal-minuri u fuq ir-reklamar.
Bħala tali, din il-proposta tifforma parti mill-istrateġija tas-suq uniku diġitali adottata fis-6 ta' Mejju 2016, u tibni fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni REFIT previsti fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2015. Dan il-qafas legali aġġornat għandu jiżgura bilanċ bejn il-kompetittività u l-protezzjoni tal-konsumatur, jiffaċilita l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut online u jiggarantixxi livell adegwat u uniformi ta' protezzjoni, speċjalment tal-minuri u ċ-ċittadini minn kontenut ta' ħsara u diskors ta' mibegħda fuq l-internet.
B'mod speċifiku, l-objettivi prinċipali tal-proposta huma bbażati fuq tliet kwistjonijiet ewlenin: a) il-protezzjoni tal-minuri u tal-konsumaturi fuq pjattaformi ta' video-sharing; b) il-promozzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tradizzjonali u servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand u pjattaformi ta' video-sharing; u c) is-simplifikazzjoni tal-qafas globali leġiżlattiv permezz ta' regoli aktar ċari u aktar flessibbli dwar komunikazzjonijiet kummerċjali.
Bħalissa l-AVMSD tkopri xandara u ċerti servizzi ta' video-on-demand u titlob lill-Istati Membri jimponu regoli minimi għar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva f'oqsma speċifiċi kkoordinati. Permezz ta' dan, hija tistabbilixxi l-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini għar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-midja fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, b'ċerti eċċezzjonijiet biex jiġu evitati l-abbużi. Il-proposta l-ġdida tfittex li toħloq pjattaformi ta' video-sharing fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, kif ukoll l-impożizzjoni ta' obbligi ġodda fuq servizzi on-demand.
Il-proposta tipprevedi l-allinjament tal-istandards ta' protezzjoni tal-minuri minn programmi li jistgħu jkunu ta' tfixkil għall-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom għal xandir bit-televiżjoni u servizzi on-demand. Il-proposta tintroduċi wkoll kwoti kwantitattivi li jiżguraw li servizzi on-demand jippromwovu kontenut mill-UE, kif ukoll il-possibbiltà għall-Istati Membri li jimponu obbligi finanzjarji fuq servizzi on-demand fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom u, f'ċerti ċirkostanzi, fuq servizzi stabbiliti fi Stati Membri differenti, sakemm dawn ikunu mmirati għall-udjenzi nazzjonali tagħhom, u b'hekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwi. Barra minn hekk, hija tintroduċi aktar flessibbiltà għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva kollha, inkluż għax-xandir televiżiv, dwar l-inklużjoni tal-prodott u l-isponsorjar, biex b'hekk jintlaħaq bilanċ bejn il-kompetittività u l-protezzjoni tal-konsumatur. Fl-aħħar nett, il-proposta ġġib fi ħdan l-ambitu regolatorju tagħha s-servizzi tal-pjattaformi ta' video-sharing, li ma jkollhomx responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut li jaħżnu, iżda li jorganizzaw tali kontenut, jimponu regoli dwar il-protezzjoni tal-minuri minn kontenut ta' ħsara u taċ-ċittadini kollha minn diskors ta' mibegħda.
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li din il-proposta għandha wkoll l-għan li tiżgura l-infurzar effettiv tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. F'dan il-kuntest, il-produzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej huma għanijiet importanti, u d-diversità kulturali fl-Ewropa tista' tiġi mħarsa billi jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-dritt tal-awtur, li jiggarantixxu r-remunerazzjoni ġusta lill-awturi u lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur kif ukoll billi tinkoraġġixxi investimenti fis-setturi kulturali u kreattivi. F'dan is-sens, kemm il-prinċipju ta' territorjalità kif ukoll il-valur maħluq minn drittijiet esklussivi huma elementi importanti għas-suċċess tas-settur awdjoviżiv, u s-sostenibbiltà finanzjarja tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-Istati Membri żgħar u medji u l-interessi speċifiċi u l-isfond kulturali u d-diversità tagħhom.
Ir-rapporteur iqis li r-regoli l-ġodda introdotti mill-emenda proposta għandhom jiżguraw ukoll il-konformità mal-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw, inter alia, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej għall-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trasparenza.
Barra minn hekk, fejn jidħlu miżuri kontra kontenut ta' ħsara u diskors ta' mibegħda, għandu jiġi kkunsidrat li l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni huwa dritt fundamentali, li m'għandux jintuża bħala skuża biex jiġu koperti dawn il-prattiki.
Fil-kuntest tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni regolatorju tad-Direttiva 2010/13/UE, ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa u l-importanza tal-allinjament ta' servizzi tal-midja awdjoviżivi lineari u dawk mhux lineari. Id-drittijiet u l-obbligi tas-servizzi tradizzjonali għandhom jiġu allinjati ma' dawk tal-atturi l-ġodda tal-midja; dan l-aspett għandu jiġi integrat bis-sħiħ fil-proċess ta' rieżami tal-AVMSD.
Bħala konklużjoni, ir-rapporteur jilqa' bi pjaċir il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu u jipproponi l-emendi li ġejjin sabiex isaħħaħ ir-rwol tas-settur tal-midja awdjoviżiva fl-oqsma kollha: ekonomiċi, soċjali u kulturali:
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE27 tal-Kunsill, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. | (1) L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva 89/552/KEE27 tal-Kunsill, aktar tard ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel minħabba l-konverġenza gradwali bejn it-televiżjoni u s-servizzi tal-internet. L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi ta' kif in-nies jaraw it-televiżjoni, b'mod partikolari l-ġenerazzjonjiet aktar żgħażagħ, inbidlu b'mod sinfikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparat portabbli ieħor biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal vidjos qosra jew kontenut maħluq mill-utenti, qed jiksbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inklużi fornituri ta' servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. Għalhekk huwa meħtieġ qafas legali aġġornat sabiex jirrifletti l-iżviluppi fis-suq u jikseb bilanċ bejn l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut onlajn u l-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività. |
__________________ | __________________ |
27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-midja Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). | 27 Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-midja Awdjoviżiva) (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). |
28 Id-Direttiva 2010/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-midja Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.1989, p. 1). | 28 Id-Direttiva 2010/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-midja Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.1989, p. 1). |
29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). | 29 Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27). |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti fl-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) għandu jkollu għalhekk is-setgħa biex jipprovdi opinjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. | (5) L-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti fl-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa importanti li l-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), li għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, sabiex jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-ġurisdizzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni mal-liġi tal-Istati Membri. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji mfasslin tajjeb, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Sanzjonijiet gradwati li jżommu element ta' proporzjonalità normalment huma meqjusa bħala approċċ effettiv fl-infurzar ta' skema. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. | (7) Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE31, il-Kummissjoni enfasizzat li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija sejra tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar32. Għadd ta' kodiċijiet stabbiliti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva taw prova li huma mfasslin sew, li jikkostitwixxu mezzi alternattivi jew komplementari utli għal azzjoni leġiżlattiva, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġiżlattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju - jew koregolatorju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-infurzar ta' kodiċijiet awtoregolatorji jew koregolatorji. Huwa daqstant importanti li l-kodiċijiet jistabbilixxu miri speċifiċi u objettivi li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, effiċjenti, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet. Sanzjonijiet gradwati li jżommu element ta' proporzjonalità normalment huma meqjusa bħala approċċ effettiv fl-infurzar ta' skema. Dawn il-prinċipji għandhom ikunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adotatti fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. |
__________________ | __________________ |
31 COM(2015) 215 final. | 31 COM(2015) 215 final. |
32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation. | 32 https://ec.europa.eu/digital-single-market/communities/better-self-and-co-regulation. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b’mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. | (8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza liċ-ċittadini tal-Unjoni, in-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. | (9) Sabiex it-telespettaturi, b'mod partikolari l-ġenituri u l-minuri, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b’mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub u, fejn possibbli, jikkonformaw mas-sistemi ta’ klassifikazzjoni lokali disponibbli ta’ deskritturi. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Id-dritt tal-persuni b'indeboliment u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut mal-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonali biex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu kontenut aċċessibbli għal dawk b'diżabilità fil-vista jew fis-smigħ sal-2027. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għandhom jiġu ssodisfati permezz ta' proċess progressiv u kontinwu, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet prattiċi u inevitabbli li jistgħu jipprevjenu aċċessibilità kompleta, bħal xandir ta' programmi jew avvenimenti f'ħin reali. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex jillimitaw b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | (11) Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa biex jiżguraw li l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni jintużaw biex itemmu b'mod effettiv l-esponiment tat-tfal u tal-minuri għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għall-prodotti alkoħoliċi. Ċerti sistemi koregolatorji jew awtoregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkumerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi għandhom jiġu mħeġġa aktar u l-Istati Membri għandhom jitħallew jieħdu passi ulterjuri fl-abbozzar ta' linji gwida nazzjonali, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għall-prodotti alkoħoliċi. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Is-suq għax-xandir tat-TV evolva u hemm ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari, l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u l-isponsorizzazzjoni. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr riklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. | (13) Is-suq għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva evolva u hemm ħtieġa għal aktar flessibbiltà u aktar ċarezza fir-rigward, b'mod partikolari, ir-regoli eżistenti biex tiżdied il-kompetittività u jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, l-inklużjoni ta' prodott u r-reklam ta' sponsorjar. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inkluż mingħajr riklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġu ffinanzjati s-servizzi jew il-programmi tal-midja awdjoviżiva filwaqt li jiġu promossi l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti ta' persuna fiżika jew ġuridika. Sabiex l-isponsorizzazzjoni tikkostitwixxi forma prezzjuża ta' teknika ta' reklamar għal min jirreklama u għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni jistgħu jinkludu referenzi promozzjonali għall-oġġetti jew is-servizzi tal-isponsor, filwaqt li ma jħeġġux direttament ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut ta' programmi sponsorjati ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | (14) L-isponsorizzazzjoni tirrappreżenta mezz importanti biex jiġu ffinanzjati s-servizzi jew il-programmi tal-midja awdjoviżiva filwaqt li jiġu promossi l-isem, it-trademark, l-immaġni, l-attivitajiet jew il-prodotti ta' persuna fiżika jew ġuridika. Sabiex l-isponsorizzazzjoni tikkostitwixxi forma prezzjuża ta' teknika ta' reklamar għal min jirreklama u għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, l-avviżi ta' sponsorizzazzjoni jistgħu jinkludu referenzi promozzjonali għall-oġġetti jew is-servizzi tal-isponsor, filwaqt li ma jkunux permessi jinkoraġġixxu direttament ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi. L-avviżi ta' sponsorizzazzjoni għandhom ikomplu jinfurmaw b'mod ċar lit-telespettaturi dwar l-eżistenza ta' ftehim ta' sponsorizzazzjoni. Il-kontenut ta' programmi sponsorjati ma għandux ikun influwenzat b'tali mod li jaffettwa l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali b'xi eċċezzjonijiet ma ħolqitx ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandha titħalla fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, soġġetta għal eċċezzjonijiet. | (15) Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali b'xi eċċezzjonijiet ma ħolqitx ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għalhekk għandha titħalla fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, soġġetta għal eċċezzjonijiet, billi tista' toħloq dħul addizzjonali għal fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Filwaqt li ż-żieda fin-numru ta' servizzi ġodda wasslet għal għażla akbar għat-telespettaturi, ix-xandara jingħataw aktar flessibbiltà fir-rigward tal-inserzjoni ta' spots ta' reklamar u ta' telebejgħ fejn dan ma jtellifx indebitament l-integrità tal-programm. Madankollu, sabiex il-karattru speċifiku tax-xena televiżiva Ewropea jiġi salvagwardjat, l-interruzjonijiet għal xogħlijiet ċinematografiċi u films magħmulin għat-televiżjoni kif ukoll għal xi kategoriji ta' programmi li għadhom jeħtieġu protezzjoni speċifika għandhom jibqgħu limitati. | (18) Minkejja li ż-żieda fin-numru ta' servizzi ġodda wasslet għal għażla akbar għat-telespettaturi, jibqa' meħtieġ li tibqa' tiġi protetta l-integrità tal-programmi u tal-konsumaturi minn spots ta' reklamar u telebejgħ frekwenti b'mod sproporzjonat. Għalhekk, sabiex il-karattru speċifiku tax-xena televiżiva Ewropea jiġi salvagwardjat, l-interruzjonijiet għal xogħlijiet ċinematografiċi u films magħmulin għat-televiżjoni kif ukoll għal xi kategoriji ta' programmi li għadhom jeħtieġu protezzjoni speċifika għandhom jibqgħu limitati u ma jkunux soġġetti għal aktar flessibbiltà. |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza li tinżamm ir-regola ta' 30 minuta bejn l-interruzzjonijiet tar-reklamar għal xogħlijiet ċinematografiċi, peress li dan jaffettwa b'mod sproporzjonat l-integrità tal-programmi u ma jikkorrispondix għad-drawwiet tal-konsumaturi, u lanqas għal ħtieġa imperattiva għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Filwaqt li din id-Direttiva ma żżidx l-ammont tal-ħin globali ta' reklamar ammissibbli matul il-perjodu mis-07:00 sal-23:00, huwa importanti li x-xandara jkollhom aktar flessibbiltà u li jkunu kapaċi jiddeċiedu meta jpoġġu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Il-limitu ta' kull siegħa għalhekk għandu jitneħħa filwaqt li għandu jiġi introdott limitu ta' kuljum ta' 20 % ta' reklamar fil-perjodu mis-07:00 sal-23:00. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li tħassar il-proposta tal-Kummissjoni biex tneħħi l-approċċ attwali ta' 20 % għal kull siegħa bl-arloġġ għall-komunikazzjoni kummerċjali. Is-sistema attwali offruta mid-Direttiva 2010/13/UE hija effettiva u tippermetti li jiġi ġġenerat dħul u li dan jiġi investit mill-ġdid f'kontenut ta' kwalità filwaqt li tiġi evitata s-saturazzjoni tal-ħinijiet bl-aktar telespettaturi bir-reklami, li tista' tkun ta' detriment għall-konsumaturi. Ara wkoll il-ġustifikazzjoni għall-emenda għall-Premessa 13.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. | (21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw, permezz ta' mezzi xierqa, li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' varjetà ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. Fil-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-produzzjoni u tad-diversità kulturali Ewropea, il-prinċipji ta’ territorjalità u tal-pajjiż ta’ oriġini għandhom jiġu rispettati. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minorenni - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. | (26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minuri - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex iċ-ċittadini u, partikolarment, il-minuri jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni u proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet, mingħajr ma jippreġudikaw bl-ebda mod id-dritt fundamentali għal-libertà tal-espressjoni u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
| __________________ |
| 1aId-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar pjattaformi ta' video-sharing, dawn huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, inklużi prattiċi qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed. Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk jikkumplimentaw dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/29/KE, 2003/33/KE u 2014/40/UE. | 27. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar pjattaformi ta' video-sharing, dawn huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, inklużi prattiċi qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed u jridu jiġu applikati għall-midja awdjoviżiva kollha. Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk jikkumplimentaw dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/29/KE, 2003/33/KE u 2014/40/UE. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni għalhekk għandha tkun imħeġġa. | (30) Huwa xieraq li jiġu involuti b'mod attiv il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni għalhekk għandha tkun imħeġġa. |
Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minorenni minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. | Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minuri minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. |
__________________ | __________________ |
35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). | 35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing kopruti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. | (32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE u ġeneralment jipprovdu servizzi ospitanti skont l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 32a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Din id-Direttiva, f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, għandha l-għan li tnaqqax l-indipendenza tar-regolaturi tal-midja awdjoviżiva fid-dritt tal-Unjoni billi tiżgura li tali regolaturi jkunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti mill-industrija u l-gvern, fil-mod li dawn la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-industrija jew minn xi gvern, joperaw b'mod trasparenti u responsabbli kif stabbilit fil-liġi, u jkollhom biżżejjed setgħat. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta’ indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b’sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta’ infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta’ impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta. | (33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta’ indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati mill-gvern. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom u għaldaqstant l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b’sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta’ infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta’ impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) L-ERGA ta kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti u ta’ livell għoli u ta parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dan jitlob għar-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu f’din id-Direttiva. Il-Grupp għandu għalhekk jerġa’ jiġi stabbilit permezz ta’ din id-Direttiva. | (36) L-ERGA ta kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti u ta parir ta' livell għoli u indipendenti lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni. Dan jitlob għar-rikonoxximent formali, it-tisħiħ u l-kjarifika ulterjuri tar-rwol ta' koordinazzjoni tiegħu f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha, għaldaqstant, tifformalizza r-rwol tal-ERGA bħala konsulent espert indipendenti għall-Kummissjoni, u bħala forum għall-iskambju ta' esperjenzi u tal-aħjar prattiki bejn ir-regolaturi nazzjonali. L-ERGA għandu jingħata, b'mod partikolari, rwol konsultattiv speċifiku fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni u l-għoti ta' opinjonijiet dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni ibbażati fuq il-koregolamentazzjoni. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minorenni u tad-diskors ta’ mibgħeda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b’ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor. | (37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u r-regoli u l-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minuri u tad-diskors ta' mibgħeda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b'ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor, sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta' kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta' intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika. | (38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta' kontenut b'mod adegwat u non-diskriminatorju ta' interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħal li jiġu garantiti l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, id-drittijiet intelletwali tal-propjetà u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jitqies l-interess tal-pubbliku ġenerali u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt d
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ba) "vidjo maħluq mill-utenti" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa maħluq u/jew imtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn utent wieħed jew aktar;" | (ba) "vidjo maħluq mill-utenti" ifisser xogħol awdjoviżiv li jkun fih sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa maħluq u/jew imtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn utent wieħed jew aktar; |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 2 − paragrafu 5a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sussegwentement huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet f'dik il-lista mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. | 5a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 li fuqhom hija bbażata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sussegwentement huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet f'dik il-lista mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti kompetenti jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni. B'mod konformi mal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista msemmija f'dan il-paragrafu aċċessibbli għall-pubbliku. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 –subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. | Meta l-Kummissjoni tqis in-notifika bħala mhux kompleta, għandha titlob, mingħajr dewmien żejjed, l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar meta tasal ir-risposta għal dik it-talba. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 –subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni jekk il-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2 huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew le. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jwaqqaf il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn u lill-ERGA dwar regoli aktar dettaljati jew aktar stretti adottati skont il-paragrafu 1. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun ikkonsultat lill-ERGA, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom bażi korretta. | (c) il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, wara li tkun ikkonsultat lill-kumitat ta' kuntatt stabbilit skont l-Artikolu 29, li l-miżuri huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari li l-valutazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru li qed jieħu dawk il-miżuri skont il-paragrafi 1 u 3 għandhom bażi korretta. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5 – punt c
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 5 –subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li l-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba; | Meta l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni jew meta jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni jekk il-miżuri meħudin mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3 huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew le. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżuri huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru inkwistjoni ma għandux jieħu l-miżuri maħsuba; |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għat-terroriżmu, għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali."; | "L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għat-terroriżmu, għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur jew l-oriġini etnika jew dik soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon, it-twemmin, l-opinjoni, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali."; |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-fornituri ta' servizzi tal-midja biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 3. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jappoġġjaw lill-fornituri ta' servizzi tal-midja fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) L-Artikolu 7 jitħassar; | (10) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| 1. "L-Istati Membri għandhom iħeġġu kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji ta’ kondotta biex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jagħmlu s-servizzi tagħhom iktar aċċessibbli b'mod progressiv għal persuni b'diżabilità ta' viżjoni jew ta' smigħ bil-mira ta' aċċessibbiltà kważi kompleta sa tmiem l-2022. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport perjodiku dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
| 2. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
| 3. Dawn il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jinkludu r-rekwiżit li l-fornituri ta' servizzi tal-midja jirrapportaw fuq bażi annwali lill-Istati Membri dwar il-passi meħuda u l-progress li sar fir-rigward tal-fatt li s-servizzi tagħhom isiru aktar aċċessibbli b'mod progressiv għall-persuni b'diżabilità fil-vista u/jew fis-smigħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament. |
| 4. Tali kodiċijiet ta' kondotta għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva biex jiżviluppaw, u jagħmlu disponibbli pubblikament, pjanijiet ta' azzjoni ta' aċċessibilità li jsiru fir-rigward tal-fatt li s-servizzi tagħhom isiru aktar aċċessibbli b'mod progressiv għall-persuni b'diżabilità fil-vista u/jew fis-smigħ. Tali pjanijiet ta' azzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali." |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2 –subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. | L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom aspettattiva raġonevoli ta' udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2 –subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jappoġġjaw l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minuri għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. | 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' awtoregolamentazzjoni u koregolamentazzjoni dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għall-prodotti alkoħoliċi. Tali awtoregolazzjoni u koregolazzjoni għandhom jintużaw biex jillimtaw b'mod effettiv l-esponiment tal-minuri għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għall-prodotti alkoħoliċi, pereżempju l-projbizzjoni ta' komunikazzjonijiet kummerċjali għall-prodotti alkoħoliċi matul il-ħinijiet meta wisq probabbli t-tfal se jkunu esposti permezz ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 9a |
| L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw s-sejbien u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva ta' interess ġenerali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u jilħqu objettivi ġenerali bħall-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u tal-informazzjoni u d-diversità kulturali, u jkunu definiti b'mod ċar mill-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkonformaw ma' dawk il-miżuri." |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'numru sinifikanti ta' udjenza tat-tfal. | 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'aspettativi raġjonevoli ta' udjenza tat-tfal. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 3 –subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bħala eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) diment li l-programm ikkonċernat la jkun ġie prodott u lanqas ikkummissjonat mill-fornitur tas-servizz tal-midja nnifsu jew minn kumpanija affiljata mal-fornitur tas-servizz tal-midja. | imħassar |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri; | L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal inċitament għat-terroriżmu, vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri; |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 15
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 13 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b'fatturat baxx jew b'udjenza baxxa jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f'każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand. | 5. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b'fatturat jew b'udjenza partikolarment baxxi, b'mod partikolari meta mqabbla ma' kompetituri fis-suq fil-mira, jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f'każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand, sa fejn tali rinunzja ma tgħawwiġx b'mod sproporzjonat il-kompetizzjoni fis-suq fil-mira; |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 20 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 20 minuta; | It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta; |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ fil-perjodu bejn is-7:00 u l-23:00 ma għandux jaqbeż l-20 %. | 1. Il-proporzjon ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ f'siegħa speċifika bl-arloġġ bejn is-7:00 u l-23:00 ma għandux jaqbeż l-20 %. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Tista' ssir eċċezzjoni għall-proporzjon ta' kuljum ta' spots ta' reklamar fuq it-televiżjoni u spots ta' telebejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 fejn Stat Membru u fornituri ta' servizz tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jistabbilixxu qafas fejn ċertu numru ta' sigħat jiġu ddefiniti bħala l-ħinijiet "bl-aktar telespettaturi". Matul dawn il-ħinijiet bl-aktar telespettaturi, il-proporzjon tal-komunikazzjoni kummerċjali ma għandux jaqbeż l-20 %, iżda ma għandux ikun ristrett għal kull siegħa speċifika bl-arloġġ. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Matul il-ħinijiet bl-aktar telespettaturi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri konkreti kontra komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal prodotti alkoħoliċi sabiex jipproteġu, b'mod partikolari, it-telespettaturi vulnerabbli u l-minuri. Tali miżuri jistgħu jikkonsistu fil-projbizzjoni ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi matul il-ħinijiet bl-aktar telespettaturi. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi jew ma' programmi minn entitajiet oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp tal-midja; | (a) avviżi magħmula mix-xandar b'konnessjoni mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari meħuda direttament minn dawk il-programmi; |
Ġustifikazzjoni
Jekk il-gruppi tal-midja jitħallew jagħmlu avviż b'mod liberu fi ħdan ix-xandara kollha ta’ proprjetà tagħhom b'konnessjoni mal-programmi tax-xandara bi sjieda privata, dan ikun ta' detriment għal kompetizzjoni ġusta fis-settur, peress li dan jagħti vantaġġ mhux xieraq lill-atturi dominanti. Dan iwassal ukoll għal żieda bla bżonn fl-ammont ta' reklamar minħabba li dawn l-avviżi jiġu esklużi mir-regoli kwantitattivi.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. | (c) inklużjoni ta' prodotti kummerċjali li ma jidħlux f'konflitt mal-Artikolu 11(4). |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: | 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-dixxendenza jew l-oriġini etnika jew soċjali, il-lingwa, it-twemmin, l-opinjoni, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; | (a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għat-twettiq ta' atti terroristiċi jew kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza jew mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; | (b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi trasparenti għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. | 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw u jirrappurtaw dwar il-ħtieġa, l-effettività, l-adegwatezza u proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. | 5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali bil-kundizzjoni li kwalunkwe miżura meħuda, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, biex tiġi ristretta d-distribuzzjoni onlajn ta' kontenut illegali, jew biex isir disponibbli b'kull mod ieħor għall-pubbliku, tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat u tittieħed fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja preċedenti. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. | 7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom jappoġġjaw lill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta' dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. Il-Kummissjoni tista' tagħti pubbliċità xierqa lil dawk il-kodiċijiet ta' kondotta. | 8. Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jew, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk il-fornituri f'dan ir-rigward għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni u emendi għal kodiċijiet ta' kondotta eżistenti tal-Unjoni. Fir-rispett debitu tal-prinċipju tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tagħti pubbliċità xierqa lil dawk il-kodiċijiet ta’ kondotta. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, fejn hemm diversi sussidjarji li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stati Membri differenti, jew fejn hemm diversi entitajiet oħrajn tal-grupp li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-fornitur jiddikjara f'liema mill-Istati Membri għandu jitqies li kien stabbilit. | Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, fejn hemm diversi sussidjarji li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stati Membri differenti, jew fejn hemm diversi entitajiet oħrajn tal-grupp li kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur għandu jitqies li huwa stabbiliti fl-Istat Membru fejn il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol topera. |
Ġustifikazzjoni
Jekk il-pjattaformi ta' video-sharing tingħatalhom il-kapaċità li jagħżlu l-Istat Membru li fih huma jitqiesu li jkunu ġew stabbiliti skont din id-Direttiva, dan ikun sproporzjonat peress li jippermetti prattiki ta' forum-shopping. Il-lokalizzazzjoni tal-maġġoranza tal-forza tax-xogħol hija kriterju ċar u affidabbli sabiex jiġi ddeterminat fejn hija stabbilita l-pjattaforma fl-Unjoni.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28b – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Meta, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġuriżdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jipprovdi opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 15-il jum ta' ħidma mis-sottomissjoni tat-talba tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Peress li normalment il-pjattaformi ta' video-sharing jindirizzaw udjenzi fl-Unjoni kollha, jista' jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-Istati Membri kompetenti għall-iskop ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista' taġixxi biex tiddetermina l-Istat Membru li għandu ġuriżdizzjoni, kif tagħmel għal servizzi oħra tal-midja awdjoviżiva skont l-Artikolu 3.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali independenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. | 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali independenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma trasparenti, legalment distinti u funzjonalment indipendenti mill-gvern jew korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċess ta' nomina tal-Kap ta' awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità regolatorja nazzjonali jkun trasparenti u jiggarantixxi l-livell meħtieġ ta' indipendenza għas-sodisfazzjon tal-funzjonijiet tiegħu. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 2 –subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, dwar l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, in-nondiskriminazzjoni, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 2 –subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. | L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor, pubbliku jew privat, b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom l-esperjenza u s-setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv, f'konformità ma' din id-Direttiva u d-dritt tal-Unjoni. |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-Kap ta' awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stipulati minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha ssir pubblika u għandha tkun disponibbli dikjarazzjoni tar-raġunijiet. | 5. Il-Kap ta' awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stipulati minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni debitament sostanzjata ta' tkeċċija iġġustifikata kif xieraq għandha ssir pubblika u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku dikjarazzjoni tar-raġunijiet. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. | 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b'mod attiv fi u jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-kompiti mwettqa mill-ERGA skont din id-Direttiva. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | |||
Referenzi | COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 9.6.2016 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 15.9.2016 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Daniel Buda 13.9.2016 | |||
Eżami fil-kumitat | 7.11.2016 | 28.11.2016 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 12.1.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 15 2 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, József Szájer, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Constance Le Grip, Victor Negrescu | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Andrey Novakov | |||
3.2.2017
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu
( COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Angelika Mlinar
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta leġiżlattiva ġdida li temenda d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) ġiet adottata mill-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta' Mejju 2016. Il-proposta l-ġdida tirrispondi għall-ħtieġa li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni għall-evoluzzjoni teknika kif ukoll il-bżonnijiet tal-konsumaturi u twessa' l-kamp ta' applikazzjoni materjali għal pjattaformi ta' video-sharing għall-finijiet tal-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda u t-tixrid ta' kontenut ta' ħsara għall-minuri.
Ir-rapporteur tilqa' dawk id-dispożizzjonijiet iżda temmen li filwaqt li għandhom jinħolqu "kundizzjonijiet ekwi", id-differenzi bejn ix-xandara tat-televiżjoni u pjattaformi ta' video-sharing għandhom jiġu kkunsidrati, u li l-implimentazzjoni tal-qafas legali futur għandha tiżgura li l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni hija protetta bl-aħjar mod f'ambjent tal-media li qed jevolvi malajr.
Il-Kumitat LIBE ma kienx involut fl-adozzjoni tad-Direttiva preċedenti peress li l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet beda qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u konsegwentement il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma kellhiex l-istess status legali tat-Trattati. Barra minn hekk, il-Kumitat LIBE għandu kompetenza esklużiva fuq kwalunkwe miżura relatata mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u b'mod partikolari, fir-rispons tal-liġi kriminali għar-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskors ta' mibegħda.
Ir-rapporteur iffokat il-ħidma tagħha fuq ħames oqsma bl-għanijiet tat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali, li jinżamm l-ogħla livell ta' imparzjalità u ta' indipendenza tal-media u li tiġi evitata l-arbitrarjetà.
L-approċċ lejn id-diskors ta' mibegħda u l-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda
Sabiex iċ-ċittadini jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u minn kontenut li jkun fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda li jinsab fuq pjattaformi ta' video-sharing, imma wkoll sabiex jiġu protetti u garantiti d-drittijiet fundamentali tal-utenti, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni u proporzjonati dwar dawk il-kwistjonijiet kif ukoll linji gwida Ewropej. Tali regoli għandhom jiddefinixxu aktar il-karatteristiċi ta' "kontenut ta' ħsara" u "inċitament għall-vjolenza u għall-mibegħda", filwaqt li jitqiesu l-intenzjoni u l-effett ta' tali kontenut fil-livell Ewropew.
Il-proposta tal-Kummissjoni ssemmi r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għal vjolenza jew mibegħda fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali. Madankollu, din id-Deċiżjoni Qafas ma tkoprix ir-raġunijiet kollha li huma sussegwentement inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. Allinjament mar-raġunijiet inklużi fid-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità jiggarantixxi livell imtejjeb ta' protezzjoni kontra l-inċitament għall-mibegħda li jimmira wkoll li jiġu speċifikati l-karatteristiċi ta' “inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda”. Madankollu, dawn ir-raġunijiet waħidhom mhumiex maħsuba biex ikunu użati biex jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv.
Il-protezzjoni tal-minuri minn kontenut ta' ħsara;
Ir-rapporteur hija tal-fehma li biex jiġu implimentati b'mod effettiv miżuri li jipproteġu lill-minuri minn kontenut ta' ħsara, bħal kontenut pornografiku, huwa essenzjali li jiġu adottati miżuri effettivi ta' prevenzjoni.
Ir-rapporteur temmen ukoll li huwa importanti ħafna li jkun żgurat li permezz dan ir-rieżami tad-Direttiva, jiġu implimentati miżuri mill-Istati Membri biex jipproteġu lill-minuri minn kontenut li jista' jkun ta' ħsara għall-iżvilupp fiżiku u mentali li huma meħtieġa u proporzjonati u jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
Żviluppi reċenti fil-livell tal-Istati Membri wrew li l-protezzjoni tal-minuri tista' tintuża b'mod eċċessiv bħala raġuni biex jiġi ristrett it-tixrid ta' kontenut awdjoviżiv bl-għan li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru jew tal-orjentament sesswali. Huwa għalhekk essenzjali li, filwaqt li jitqies l-Artikolu 52 tal-Karta, jiġi żgurat li l-ugwaljanza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni jiġu rrispettati u mhux imfixkla b'wisq miżuri ta' protezzjoni tal-minuri minn kontenut ta' ħsara.
Proċess ġust fil-ġlieda kontra l-kontenut illegali
Ir-rapporteur temmen li filwaqt li l-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali, għall-iskop ta' din id-Direttiva, ir-restrizzjoni tad-distribuzzjoni online ta' kontenut illegali lill-pubbliku dejjem għandha tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat u titwettaq abbażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja mogħtija minn qabel.
Proċess ġust huwa importanti biex jiġi żgurat li l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni tista' tiġi ggarnatita b'mod effettiv u tiġi evitata l-arbitrarjetà fid-deċiżjonijiet dwar id-disponibbiltà tal-kontenut. Ir-rapporteur għalhekk tirrakkomanda li jkun ikkjarifikat dan l-element bħala parti mid-dispożizzjoni li tapplika għal servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, li għandhom ikunu suġġetti għall-istess prinċipju bħall-media "tradizzjonali" fil-każ ta' kontenut illegali.
Salvagwardji tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku
Ir-rapporteur tirrakkomanda li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku ma jiġux affettwati minn miżuri li japplikaw għal servizzi ta' pjattaforma ta' video sharing u l-kontenut tal-media awdjoviżiva li jkun fihom. Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE l-Istati Membri m'għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tat-trażmissjoni, ħżin tad-data u hosting biex jissorveljaw l-informazzjoni li jitrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali biex ifittxu fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali. F'dan ir-rigward, huwa wkoll importanti li fir-reviżjoni tiġi inkluża referenza għall-QĠUE, li fis-Sentenzi tagħha C-360/10 u C-70/10, ċaħdet miżuri għall-"monitoraġġ attiv" ta' kważi l-utenti kollha tas-servizzi kkonċernati. Il-preservazzjoni ta' dawn is-salvagwardji hija essenzjali wkoll għal applikazzjoni konsistenti tal-qafas legali fl-Unjoni kollha fir-rigward tal-obbligi u r-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing.
L-indipendenza tar-regolaturi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali
Id-direttiva, f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u b'mod partikolari l-Artikolu 11, għandu jkollha l-għan li tintegra l-indipendenza tar-regolaturi tal-media awdjoviżiva fil-liġi tal-UE billi tiżgura li tali regolaturi jkunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti mill-industrija u l-gvernijiet u joperaw b'mod trasparenti u responsabbli u jkollhom biżżejjed setgħat.
Il-prinċipju tal-indipendenza tar-regolaturi, diġà żviluppat u implimentat sew f'setturi oħra tal-Acquis Communautaire Ewropew, huwa segwit fis-settur awdjoviżiv mill-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 2010/13/UE.
Il-Grupp Regolatorju Ewropew għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) twaqqaf f'Marzu, 2014, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 462 tat-3.2.2014 bħala korp konsultattiv għall-Kummissjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni tifformalizza r-rwol tal-ERGA bħala konsulent espert indipendenti għall-Kummissjoni, u bħala forum għall-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn ir-regolaturi nazzjonali.
Ir-rapporteur tilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni u temmen li l-uniku mezz biex il-korp regolatorju jikseb il-grad ta' indipendenza strutturali rilevanti mill-gvern hu li jkun stabbilit bħala entità legali separata.
EMENDI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 10, 11, 21, 24, 26, 47 u 52 tagħha, |
Ġustifikazzjoni
LIBE AM 1 Mlinar biż-żieda tal-Artikolu 47 (rimedju effettiv)
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta' "inċitament għal mibegħda" għandu, sal-limitu xieraq, ikun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda". Dan għandu jinkludi l-allinjament tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda. | (8) Sabiex tiġi żgurata koerenza u tingħata ċertezza legali lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, "inċitament għal mibegħda" għandu jkun allinjat mad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali li tiddefinixxi diskors ta' mibegħda bħala "inċitament b'mod pubbliku għal vjolenza jew mibegħda", kif ukoll dawk ir-raġunijiet mhux koperti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI bħall-oriġini soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' residenza jew is-saħħa. Dawn ir-raġunijiet huma maħsuba biex jispeċifikaw aktar il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew għall-mibegħda" iżda m'għandhomx jitqiesu waħedhom bħala bażi biex tiġi limitata d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv. Għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, inkluża l-intenzjoni, u għandha tiġi rispettata l-libertà tal-espressjoni, b'mod partikolari dik artistika, letterarja u ġurnalistika. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-diskors ta' mibegħda għandhom jiġu applikati f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-motivi inklużi wkoll fid-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità jiggarantixxu livell aħjar ta' protezzjoni kontra l-inċitament għal mibegħda. Dan l-allinjament għandu l-għan li jispeċifika ulterjorment il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda” iżda waħedhom mhumiex maħsuba biex ikunu użati biex jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) Sabiex jinkiseb suq uniku diġitali reali, jinħtieġu aktar sforzi fil-qasam tat-titjib tal-litteriżmu tal-midja fost iċ-ċittadini. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, għalhekk, isaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu suq uniku diġitali reali fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, b’mod partikolari t-tfal u l-minuri, permezz ta’ inizjattivi u azzjonijiet ikkoordinati, sabiex jiżdied il-fehim tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8b) L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu l-edukazzjoni fil-midja, li tipprovdi għarfien u ħiliet, u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, biex janalizzaw il-kontenut tal-midja u jirreaġixxu għad-diżinformazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jissaħħaħ għarfien fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva u li n-nies jiġu mħeġġa jkunu ċittadini attivi, kif ukoll li jiżviluppaw il-kuxjenzatagħhom bħala konsumaturi tal-midja. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minuri, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. | (9) Sabiex it-telespettaturi, b'mod partikolari l-ġenituri u l-minuri, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri. Dan jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b'mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. |
Ġustifikazzjoni
L-użu tal-kelma "morali" huwa ambigwu. Stati Membri differenti jifhmu l-moralità b'mod differenti.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Id-domanda għal kanali tat-televiżjoni lineari fl-Ewropa għadha prominenti meta mqabbla ma' servizzi oħrajn tal-midja, kif muri mill-istudju "Linear and on-demand audiovisual media services in Europe 2015" (Servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari u on-demand fl-Ewropa 2015), ippubblikat mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew f'Ġunju 2016, li b'mod globali juri kundizzjoni tajba tat-televiżjoni lineari fl-Ewropa, bin-numru ta' kanali tat-televiżjoni lineari disponibbli fl-2015 jiżdied bħala medja b'46 % meta mqabbel mal-2009; |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 9b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Id-domanda miż-żgħażagħ għal kanali tat-televiżjoni lineari naqset bi ftit fl-Ewropa, kif muri mill-istudju “Kejl ta' Udjenzi Awdjoviżivi Frammentati”, ippubblikat mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew f’Novembru 2015, li juri li fl-2014 medja ta’ tnaqqis fl-Unjoni ta’ 4 % biss taż-żgħażagħ bejn it-12 u l-34 sena, meta mqabbel mal-2011. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fil-programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. | (16) L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma għandhiex tkun ammissibbli fl-aħbarijiet u l-programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi, kif ukoll fl-istazzjonijietu l-programmi awdjoviżivi għat-tfal. B'mod partikolari, l-evidenza turi li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm ħtieġa li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tibqa' tiġi pprojbita fl-istazzjonijiet u l-programmi awdjoviżivi għat-tfal. Il-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi, jew li jinkludu kummenti dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Jekk l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali tiġi permessa fi programmi bħal dawn, dan inaqqas id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali għat-telespettaturi li jistgħu jistennew kumment ġenwin u onest tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. | (21) Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand għandhom jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza, mingħajr ma jiġi affettwat il-pluraliżmu tal-midja. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minuri - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda maħżuna fi pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Sabiex il-minuri jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. | (26) Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti - b'mod partikolari dawk minuri - qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. Kontenut illegali, ta' ħsara, razzist u ksenofobiku u diskors ta' mibegħda li jinsab fuq pjattaformi ta' video-sharing wasslu dejjem iżjed għal tħassib. Barra minn hekk, id-deċiżjoni li tali kontenut jitneħħa, li ħafna drabi tiddependi fuq interpretazzjoni suġġettiva, tista' tnaqqas il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. F'dan il-kuntest, sabiex il-minuri jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda li jinsab fuq pjattaformi ta' video-sharing, imma wkoll sabiex jiġu protetti u garantiti d-drittijiet fundamentali tal-utenti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni u proporzjonati fuq dawk il-kwistjonijiet. Tali regoli għandhom, b'mod partikolari, jiddefinixxu aktar fil-livell tal-Unjoni l-karatteristiċi ta' "kontenut ta' ħsara" u "inċitament għall-vjolenza u għall-mibegħda", filwaqt li jqisu l-intenzjoni u l-effett ta' tali kontenut. Il-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji implimentati jew approvati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 52 tagħha. Korpi jew awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iżommu setgħat ta' infurzar effettivi. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/XXX [issostitwixxi b’referenza għad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu ladarba din tiġi ppubblikata, u aġġorna n-numru tal-Artikolu], il-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku hija definita bħala reat marbut ma’ attivitajiet terroristiċi u hija punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment. Kontenut tal-midja awdjoviżiv imqassam, jew magħmul disponibbli permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, kemm online kif ukoll offline, lill-pubbliku bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ reat terroristiku għandu għalhekk jiġi ttrattat bħala kontenut illegali. Minbarra l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri li japplikaw id-Direttiva (UE) 2016/xxx, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-internet, l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali hija essenzjali għall-ġlieda kontra dawn it-tendenzi u biex jiġu elaborati kontronarrativi pożittivi. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 26b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26b) Il-bullying fuq l-internet qed isir dejjem aktar komuni, b'mod partikolari fost l-adolexxenti, u jista' jseħħ ukoll fuq il-pjattaformi ta' video-sharing. Għandhom jiġu stabbiliti programmi biex jiġi evitat il-bullying fuq l-internet permezz ta' kampanji kontra l-bullying u l-promozzjoni ta' struzzjonijiet tas-sikurezza online dwar kif wieħed għandu juża l-Internet kif suppost. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Sehem importanti tal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minuri minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom u jipproteġu liċ-ċittadini kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (28) Sehem importanti tal-kontenut li jinsab fuq pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi jew vidjos maħluqa mill-utenti, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, dawk il-fornituri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu miżuri adatti sabiex jipproteġu l-minuri minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tagħhom u jipproteġu lill-utenti kollha mill-inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta’ residenza jew is-saħħa. Dawn ir-raġunijiet huma maħsuba biex jispeċifikaw aktar il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew għall-mibegħda" iżda m'għandhomx jitqiesu waħedhom bħala bażi biex tiġi limitata d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv. |
Ġustifikazzjoni
Id-Deċiżjoni Qafas ma tkoprix ir-raġunijiet kollha li huma sussegwentement inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. Allinjament mar-raġunijiet inklużi wkoll fid-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità jiggarantixxi livell aħjar ta’ protezzjoni kontra l-inċitament għal mibegħda. Dan l-allinjament għandu l-għan li jispeċifika ulterjorment il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda” iżda dawk ir-raġunijiet waħedhom mhumiex maħsuba biex ikunu użati biex jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Fid-dawl tan-natura tal-involviment tal-fornitur mal-kontenut maħżun fuq pjattaformi ta' video-sharing, dawk il-miżuri xierqa għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabbiltà għal informazzjoni illegali maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. | (29) Fid-dawl tan-natura tal-involviment tal-fornitur mal-kontenut li jinsab fuq pjattaformi ta' video-sharing, dawk il-miżuri xierqa għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabbiltà għal informazzjoni illegali maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet ġudizzjarji minn awtoritajiet nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
__________________ | __________________ |
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). | 34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1). |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Il-koregolamentazzjoni għalhekk għandha tkun imħeġġa. | (30) Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva. Koregolamentazzjoni trasparenti u responsabbli għalhekk għandha tkun imħeġġa. |
Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minuri minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. | Bil-għan li jiġi żgurat approċċ ċar u konsistenti f'dan ir-rigward madwar l-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti, sabiex jipproteġu l-minuri minn kontenut ta' ħsara u liċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda, minn dawk previsti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandu jibqa' possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri aktar stretti bħal dawn fejn dak il-kontenut ikun illegali, diment li jikkonformaw mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, u li jieħdu miżuri fir-rigward tal-kontenut fuq websajts li fihom jew li jxerrdu l-pedopornoografija, kif rikjest minn u permess mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja. |
__________________ | __________________ |
35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). | 35 Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1). |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (30a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura li tittieħed, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, biex tirrestrinġi d-distribuzzjoni online ta' kontenut illegali, jew li b'xi mod ieħor tqiegħed kontenut illegali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonata u tittieħed abbażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja mogħtija minn qabel. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) Meta jittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-minuri minn kontenut ta' ħsara u taċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda skont din id-Direttiva, id-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu bbilanċjati bir-reqqa. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-dritt tat-tifel/tifla. | (31) Meta jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-minuri minn kontenut illegali, ta' ħsara, razzist u ksenofobiku u taċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda skont din id-Direttiva, id-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu bbilanċjati bir-reqqa. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tifel/tifla. L-Istati Membri għandhom obbligu pożittiv li jiżguraw li l-bilanċ ta' inċentivi għall-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti minn din id-Direttiva huwa b'tali mod li l-kontenut legali, inkluż kontenut li jista' joffendi, jaħsad jew jiddisturba lin-nies, jista' jiġi kkomunikat. Bl-istess mod, il-verifika tal-età għandha tkun rikjesta mil-liġi biss jekk tkun meħtieġa u proporzjonata, u għandha tiġi implimentata b'tali mod li toffri l-protezzjoni massima tal-privatezza. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 31a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31a) L-Aġenda tal-UE tal-2011 dwar id-Drittijiet tat-Tfal tiddefinixxi "it-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) bħala bażi komuni għall-azzjoni kollha tal-UE li hija rilevanti għat-tfal". L-Artikoli 5 u 19 tal-UNCRC huma ta' rilevanza partikolari għall-protezzjoni tat-tfal fis-servizzi tal-midja awdjoviżiva. |
Ġustifikazzjoni
L-importanza tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal għall-protezzjoni tal-minuri f'dan is-settur għandha tiġi enfasizzata.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing kopruti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. | (32) Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti minn din id-Direttiva jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fit-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE u ġeneralment jipprovdu servizzi ta' hosting f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva. Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli fis-suq intern stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tkun salvagwardjata l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri u ċ-ċittadini stabbiliti f'din id-Direttiva u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kundizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri għandhom jew kumpanija omm jew sussidjarja li hija stabbilita fi Stat Membru jew fejn dawk il-fornituri huma parti minn grupp u entità oħra ta' dak il-grupp hija stabbilita fi Stat Membru. Għal dak il-għan, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi determinat f'liema Stat Membru dawk il-fornituri għandhom jitqiesu bħala stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull Stat Membru b'applikazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment stipulati f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/31/KE. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 32a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32a) Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi tat-trażmissjoni, ħżin tad-data u hosting biex jissorveljaw l-informazzjoni li jitrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali biex ifittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ('il-Qorti'), fil-Kawżi tagħha C-360/101a u C-70/101b, ċaħdet miżuri għall-‘monitoraġġ attiv’ ta’ kważi kull utent tas-servizzi kkonċernati (f'kawża minnhom il-fornituri tal-aċċess tal-internet u fil-kawża l-oħra netwerk soċjali), u sostniet li għandha tiġi pprojbita kull inġunzjoni li titlob li fornitur ta’ servizz ta’ hosting iwettaq monitoraġġ ġenerali. |
| ___________________ |
| 1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2012, Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM) v Netlog NV, C-360/10, ECLI:EU:C:2012:85. |
| 1b Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 2011, Scarlet Extended SA v Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs SCRL (SABAM), C-70/10, ECLI:EU:C:2011:771. |
Ġustifikazzjoni
F’konformità mad-Direttiva 2000/31 KE u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawżi C-360/10 u C-70/10.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (32b) Id-Direttiva, f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, għandha l-għan li tintegra l-indipendenza tar-regolaturi tal-midja awdjoviżiva billi tiżgura li jkunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti mill-industrija u l-gvern, jiġifieri la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe korp, joperaw b'mod trasparenti u responsabbli kif stabbilit f'liġi u jkollhom biżżejjed setgħat. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri jistgħu jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza strutturali biss jekk ikunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta' impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | (33) L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri għandhom jiksbu il-livell meħtieġ ta' indipendenza billi jkunu stabbiliti bħala entitajiet legali separati. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm mill-gvern kif ukoll minn korpi pubbliċi u mill-industrija bil-għan li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dan ir-rekwiżit ta' indipendenza għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regolaturi b'sorveljanza fuq setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u tat-telekomunikazzjoni. Il-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat ta’ infurzar sħiħ u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' numru ta’ impjegati, għarfien espert, u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u għandhom jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur u n-nondiskriminazzjoni, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(35) Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 201436. L-irwol tal-ERGA huwa li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. | (35) Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 201436. Ir-rwol tal-ERGA huwa li jaġixxi bħala grupp ta' konsulenza esperta indipendenti u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-korpi u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u bejn il-korpi u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. |
_________________ | _________________ |
36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 final tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva. | 36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 final tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 35a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (35a) Din id-Direttiva tifformalizza r-rwol tal-ERGA bħala konsulent espert indipendenti għall-Kummissjoni u bħala forum għall-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-ERGA huwa inkarigat bi rwol konsultattiv speċifiku fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni u l-għoti ta' opinjonijiet dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni ibbażati fuq il-koregolamentazzjoni. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(36) L-ERGA ta kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti u ta' livell għoli u ta parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni. Dan jitlob għar-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu f'din id-Direttiva. Il-Grupp għandu għalhekk jerġa' jiġi stabbilit permezz ta' din id-Direttiva. | (36) L-ERGA ta kontribuzzjoni pożittiva għall-prattika regolatorja konsistenti u ta parir ta' livell għoli u indipendenti lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni. Dan jitlob għar-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu f'din id-Direttiva. Il-Grupp għandu għalhekk jerġa' jiġi stabbilit permezz ta' din id-Direttiva. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minuri u tad-diskors ta' mibegħda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b'ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor. | (37) Il-Kummissjoni għandha tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. L-ERGA għandu jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi l-għarfien espert u l-pariri tiegħu u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha madwar is-Suq Uniku Diġitali. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ERGA għandu jipprovdi opinjonijiet, inkluż dwar il-ġurisdizzjoni u r-regoli u kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-minuri, ir-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskors ta’ mibegħda kif ukoll komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel b'ħafna xaħam, melħ/sodju u zokkor. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta' kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta' intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika. | (38) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġi żgurat l-aċċess għal u prominenza adegwata ta' kontenut ta' interess ġenerali skont l-objettivi ta' interess ġenerali ddefiniti. Dawn l-obbligi għandhom ikunu proporzjonati u jilħqu objettivi ta' interess ġenerali bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali u reġjonali, kif ukoll il-preservazzjoni tal-lingwa, definiti b'mod ċar mill-Istati Membri b'konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-kunċett ta' "possibbilità tas-sejbien" mhu ċar xejn.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | (39) Huma u jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda miżura adottata għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma timmina direttament jew indirettament id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 39a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (39a) Meta jirriżulta li liġi nazzjonali hija tali li tostakola l-eżerċitar ta' libertà fundamentali waħda jew ta' diversi libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, din tista' tibbenefika mill-eċċezzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni biss diment li tikkonforma mad-drittijiet fundamentali infurzati mill-Qorti. Dan l-obbligu ta' konformità mad-drittijiet fundamentali jaqa' b'mod ċar taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, konsegwentement, taħt dak tal-Karta. L-użu, min-naħa ta' Stat Membru, tal-eċċezzjonijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni biex jiġi ġġustifikat ostakolu għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat, għaldaqstant, għandu jitqies bħala "implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni" skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta. |
Ġustifikazzjoni
Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta' April 2014 fil-kawża C-390/12, Pfleger et al
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 40
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(40) Id-dritt ta' aċċess għal programmi tal-aħbarijiet politiċi huwa kruċjali biex tiġi salvagwardjata l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi l-informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-interessi tat-telespettaturi fl-Unjoni jitħarsu bis-sħiħ u b'mod xieraq. Minħabba l-importanza dejjem akbar tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva għas-soċjetajiet u d-demokrazija, ix-xandiriet ta’ aħbarijiet politiċi għandhom, sa fejn ikun possibbli, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur, ikunu disponibbli b’mod transkonfinali fl-UE. | (40) Id-dritt ta' aċċess għal programmi tal-aħbarijiet politiċi huwa kruċjali biex tiġi salvagwardjata l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi l-informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-interessi tat-telespettaturi fl-Unjoni jitħarsu bis-sħiħ u b'mod xieraq. Minħabba l-importanza dejjem akbar tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva għas-soċjetajiet u d-demokrazija, ix-xandiriet ta’ aħbarijiet politiċi għandhom, mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur, ikunu disponibbli b’mod transkonfinali fl-UE. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 42a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (42a) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni korretti, f'waqthom u effettivi ta' din id-Direttiva. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(aa) "servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing" ifisser servizz, kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: | (aa) "servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing" ifisser servizz, kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin: |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa – sottopunt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu huwa għalhekk dedikat għall-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; | (iii) l-għan ewlieni tas-servizz jew ta' taqsima separabbli tiegħu huwa għalhekk dedikat għal, jew is-servizz għandu rwol sinifikanti fil-forniment ta' programmi u vidjos maħluqa mill-utenti lill-pubbliku ġenerali, sabiex jipprovdi informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni; |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ba) "vidjo maħluq mill-utenti" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa maħluq u/jew imtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn utent wieħed jew aktar; | (ba) "vidjo maħluq mill-utenti" ifisser sett ta' immaġni li jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali li huwa maħluq u/jew imtella' fuq pjattaforma ta' video-sharing minn utent wieħed jew aktar indipendenti minn u separati mill-pjattaforma ta' video-sharing; |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 –punt d
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Dawn għandhom jipprovdu infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet effettivi u proporzjonati. | 7. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali nazzjonali. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati u approvati mill-korp jew l-awtorità regolatorji nazzjonali. Il-kodiċijiet ta' kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi u l-miżuri tagħhom b'mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Dawn għandhom jipprovdu infurzar effettiv u trasparenti, li jinkludi fejn xieraq l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u proporzjonati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk il-koregolamentazzjoni ma tilħaqx il-livell mixtieq ta' protezzjoni, il-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar effettivi, inkluż billi joħorġu kodiċijiet ta' kondotta vinkolanti u bl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| 7a. Din id-Direttiva u kwalunkwe att ta' implimentazzjoni tagħha għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 15. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali."; | L-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mezzi xierqa li servizzi tal-midja awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunx fihom ebda inċitament għall-vjolenza jew il-mibegħda (diskors ta’ mibegħda) kontra persuna jew grupp ta' persuni definiti mir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, jew l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' residenza jew is-saħħa; |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 6a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta' deskritturi li jindikaw in-natura tal-kontenut ta' servizz tal-midja awdjoviżiva, li twissi kif xieraq lill-ġenituri biex jżommu lit-tfal tagħhom milli jaraw ċerti programmi. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) L-Artikolu 7 jitħassar; | (10) L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi pprovduti mill-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità fil-vista u/jew fis-smigħ, inkluż bl-użu ta' sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ u dawk b'diffikultajiet fis-smigħ, bl-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali u messaġġ bl-awdjo, kif ukoll b'deskrizzjoni awdjo għal kwalunkwe informazzjoni viżiva. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi tal-midja jirrapportaw fuq bażi annwali dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħhom. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-a) Fil-paragrafu (1), jiżdied il-punt (ga) li ġej: |
| (ga) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal servizzi tal-logħob tal-azzard ma għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minuri u għandhom jinkludu messaġġ ċar "il-logħob tal-azzard għal persuni taħt l-età mhuwiex permess" li jindika l-età minima li taħtha l-logħob tal-azzard mhuwiex permess. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta' tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. | L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fl-istazzjonijietu l-programmi awdjoviżivi għat-tfal, ta' ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b'mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi b'numru sinifikanti ta' udjenza tat-tfal. | 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun amissibbli fis-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumatur, fil-programmi reliġjużi, kif ukoll fl-istazzjonijietu l-programmi awdjoviżivi għat-tfal. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minuri normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm. | L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-programmi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri jkunu disponibbli biss b'tali mod li jiżguraw li l-minuri normalment ma jarawhomx jew ma jismgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħrajn. Huma għandhom ikunu proporzjonali għall-ħsara potenzjali tal-programm u ma għandhom iwasslu għal ebda pproċessar addizzjonali tad-data personali u li jkunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri. | L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija gratwiti, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti, bħal kriptaġġ u kontroll effettiv mill-ġenituri. |
| L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-minuri mill-programmi u l-kontenut ipprovduti mill-fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku jew mentali tagħhom, ikunu meħtieġa u proporzjonati u jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi stipulati fil-Karta, b’mod partikolari dawk stipulati fit-Titolu III u l-Artikolu 52 tiegħu. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: | 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu l-miżuri xierqa biex: |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jipproteġu l-minuri minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom; | (a) jipproteġu lill-minuri kollha minn kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tagħhom; |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għas-sess, ir-razza, il-kulur, ir-reliġjon, id-dixxendenza jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. | (b) jipproteġu ċ-ċittadini kollha minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija ma' minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età il-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' residenza jew is-saħħa; Dawn ir-raġunijiet huma maħsuba biex jikkjarifikaw aktar il-karatteristiċi ta' "inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda" iżda m'għandhomx jitqiesu waħedhom bħala bażi biex jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-kontenut awdjoviżiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, bħall-intenzjoni, u tiġi rispettata l-libertà tal-espressjoni, b'mod partikolari dik artistika, letterarja u ġurnalistika. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) id-definizzjoni u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; | (a) l-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi ta' u l-applikazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing tal-kunċetti ta' inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u tal-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri, skont l-Artikoli 6 u 12 rispettivament; L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri bbażati fuq it-termini u l-kundizzjonijiet huma permessi biss jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jipprovdu possibbiltà għall-utenti biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom quddiem qorti wara t-tagħlim ta' dawn il-miżuri; |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 maħżun fil-pjattaforma tiegħu; | (b) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' mekkaniżmi trasparenti u faċli biex jintużaw mill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jirrappurtaw jew jagħtu sinjal lill-fornitur tal-pjattaforma ta' video-sharing ikkonċernat bil-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1 li jinsabu fil-pjattaforma tiegħu; |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri; | (c) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi effiċjenti ta' verifika tal-età għall-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri; Tali sistemi ma għandhom iwasslu għal ebda pproċessar addizzjonali tad-data personali u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; | (d) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li huma faċli biex jintużaw u li jippermettu lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jikklassifikaw il-kontenut imsemmi fil-paragrafu 1; |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri; | (e) il-provvediment għal sistemi ta' kontroll mill-ġenituri li jkunu taħt il-kontroll tal-utenti finali, fir-rigward ta' kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minuri; |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (b). | (f) l-istabbiliment u t-tħaddim ta' sistemi li permezz tagħhom il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jispjegaw lill-utenti ta' pjattaformi ta' video-sharing il-validità ta', u x'effett ikun ingħata għar-rappurtar u l-għoti ta' sinjal imsemmija fil-punt (b). |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7). | 3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4(7), permezz tal-adozzjoni ta' linji gwida li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. | 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw il-legalità, it-trasparenza, in-neċessità, l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jafdaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 30. Il-korpi jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti għandhom jipprovdu l-linji gwida meħtieġa biex jiġi żgurat li l-miżuri meħuda, jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni, huma bbażati fuq l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel u jinkludu l-ħtieġa li jinformaw lill-utenti. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. | 5. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jimponu miżuri aktar stretti fir-rigward tal-kontenut illegali, minbarra miżuri xierqa diġà meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing, sakemm tittieħed kwalunkwe miżura, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, meħuda biex tirrestrinġi d-distribuzzjoni online, jew li b'xi mod ieħor tqiegħed kontenut illegali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat u tittieħed abbażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja mogħtija minn qabel. Meta jadottaw tali miżuri, huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju, fejn ikun xieraq, dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu li l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing iwettqu kwalunkwe miżura oħra ta' kontroll ex-ante aktar stretta. |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 28a – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli mekkaniżmi ta' lment u rimedju għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2. | 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli mekkaniżmi effettivi ta' lment u rimedju, inkluż proċeduri ta' kontroavviż, għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Direttiva 2010/13/UE
Kapitolu XI – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
AWTORITAJIET REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI; | KORPI JEW AWTORITAJIET REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI; |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali independenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. | 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar b’mod trasparenti korp jew awtorità regolatorju/a nazzjonali independenti waħda jew aktar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe gvern jew korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1 a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċess ta' nomina tal-kap ta' korp jew awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan korp jew awtorità regolatorja nazzjonali jkun trasparenti u jiggarantixxi l-livell meħtieġ ta' indipendenza għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi jew awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-midja, in-nondiskriminazzjoni, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi jew awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom setgħat ta' infurzar adegwati u riżorsi biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Il-Kap ta' awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stipulati minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha ssir pubblika u għandha tkun disponibbli dikjarazzjoni tar-raġunijiet. | 5. Il-Kap ta' korp jew awtorità regolatorja nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan korp jew awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stipulati minn qabel fil-liġi nazzjonali u fuq il-bażi ta' notifika minn qabel iġġustifikata. Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha ssir pubblika u għandha tkun disponibbli dikjarazzjoni tar-raġunijiet. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit. | 1. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit bħala grupp ta' konsulenza espert indipendenti għall-Kummissjoni u bħala forum għall-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-korpi jew awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta' livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f'każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. | 2. Huwa għandu jkun magħmul minn korpi jew awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, li jistgħu jinkludu dawk il-korpi regolatorji reġjonali indipendenti u l-awtoritajiet b'kompetenzi sħaħ fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta' livell ogħli nominati tal-korp jew awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f'każijiet fejn mhemmx korp jew awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; | (a) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni koerenti, konsistenti u trasparenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tal-Kummissjoni. Jekk ikun iġġustifikat sabiex jagħti pariri lill-Kummisjoni dwar ċerti kwistjonijiet, il-grupp jista' jikkonsulta mal-parteċipanti tas-suq, mal-konsumaturi u mal-utenti aħħarin sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa; | (b) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tal-Kummissjoni. Jekk ikun iġġustifikat sabiex jagħti pariri lill-Kummisjoni dwar ċerti kwistjonijiet, il-grupp jista' jikkonsulta mal-parteċipanti tas-suq, mal-konsumaturi, mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u mal-utenti aħħarin sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa; |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jipprovdi skambju ta' esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; | (c) li jipprovdi linji gwida u skambju ta' esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva; |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 u 4 tagħha; | (d) li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 28a tagħha; |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 30a – paragrafu 3 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minuri u l-inċitament għall-mibegħda."; | (e) li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4), 28a u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minuri u l-inċitament għall-mibegħda."; |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23
Direttiva 2010/13/UE
Artikolu 33 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | Mhux aktar tard minn [data – mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż dwar l-impatt tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fuq id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 11. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu | Il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | |||
Referenzi | COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 9.6.2016 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 9.6.2016 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Angelika Mlinar 5.9.2016 | |||
Eżami fil-kumitat | 24.11.2016 | 31.1.2017 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 31.1.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 44 5 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Artis Pabriks, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Josep-Maria Terricabras, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein | |||
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu | |||
Referenzi | COM(2016)0287 – C8-0193/2016 – 2016/0151(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 25.5.2016 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | CULT 9.6.2016 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 9.6.2016 | EMPL 9.6.2016 | ENVI 9.6.2016 | ITRE 9.6.2016 |
| IMCO 9.6.2016 | JURI 15.9.2016 | LIBE 9.6.2016 | FEMM 9.6.2016 |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ECON 12.7.2016 | EMPL 21.6.2016 | ITRE 14.6.2016 | FEMM 7.7.2016 |
Rapporteurs Data tal-ħatra | Sabine Verheyen 9.6.2016 | Petra Kammerevert 9.6.2016 |
|
|
Eżami fil-kumitat | 26.9.2016 | 21.11.2016 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 25.4.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 17 9 4 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Norbert Erdős, Elena Gentile, Dietmar Köster, Ilhan Kyuchyuk, Emma McClarkin | |||
Data tat-tressiq | 10.5.2017 | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
17 | + |
PPE | Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová |
S&D | Elena Gentile, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Momchil Nekov, Krystyna Łybacka |
Verts/ALE | Jill Evans, Helga Trüpel |
9 | - |
ALDE | María Teresa Giménez Barbat, Ilhan Kyuchyuk, Yana Toom |
ECR | Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter |
EFDD | Isabella Adinolfi |
GUE/NGL | Nikolaos Chountis, Curzio Maltese |
4 | 0 |
ECR | Angel Dzhambazki |
ENF | Dominique Bilde |
S&D | Luigi Morgano, Julie Ward |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni