Dokument ta' sessjoni

 

A8-0205/2017

1.6.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

( COM(2017)0038 – C8-0021/2017 – 2017/0013(COD) )

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur:Adina-Ioana Vălean

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  9

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  12

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  13

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

( COM(2017)0038 – C8-0021/2017 – 2017/0013(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2017)0038 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0021/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A8-0205/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-operazzjonijiet tas-suq sekondarju għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li jinvolvu tiswija, bdil ta' spare parts, rinnovazzjoni u użu mill-ġdid, għandhom jiġu ffaċilitati biex tiġi promossa ekonomija ċirkolari fl-Unjoni. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż permezz tal-irkupru u tar-rimi mingħajr preġudizzju għall-ambjent ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Għandu jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi tas-suq. Id-Direttiva 2011/65/UE tippermetti li t-tagħmir EEE li jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6, iżda li ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/65/UE, jibqa' magħmul disponibbli fis-suq sat-22 ta' Lulju 2019. Madankollu, wara dik id-data, kemm l-ewwel tqegħid fis-suq kif ukoll l-operazzjonijiet tas-suq sekondarju tal-EEE li ma jkunux konformi huma pprojbiti. Din il-projbizzjoni ta' operazzjonijiet tas-suq sekondarju hija inkonsistenti mal-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-miżuri tal-Unjoni dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet rigward prodotti u għalhekk għandha titneħħa.

(2)  L-operazzjonijiet tas-suq sekondarju għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li jinvolvu tiswija, bdil ta' spare parts, rinnovazzjoni u użu mill-ġdid, u modifiki, għandhom jiġu ffaċilitati biex tiġi promossa ekonomija ċirkolari fl-Unjoni. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż permezz tal-irkupru u tar-rimi mingħajr preġudizzju għall-ambjent ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Għandu jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi tas-suq. Id-Direttiva 2011/65/UE tippermetti li t-tagħmir EEE li jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6, iżda li ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/65/UE, jibqa' magħmul disponibbli fis-suq sat-22 ta' Lulju 2019. Madankollu, wara dik id-data, kemm l-ewwel tqegħid fis-suq kif ukoll l-operazzjonijiet tas-suq sekondarju tal-EEE li ma jkunux konformi huma pprojbiti. Din il-projbizzjoni ta' operazzjonijiet tas-suq sekondarju hija inkonsistenti mal-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-miżuri tal-Unjoni dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet rigward prodotti u għalhekk għandha titneħħa.

_________________

_________________

6 Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19).

6 Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19).

Ġustifikazzjoni

B'appoġġ għall-idea wiesgħa ta' ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li nużaw il-modifiki (retrofitting) bħala proċess għall-evalwazzjoni tal-kundizzjoni tat-tagħmir eżistenti sabiex niddeċiedu liema komponenti jeħtieġu li jinbidlu, liema jeħtieġu li jissewwew jew jiġu mmodifikati u liema jistgħu jerġgħu jintużaw, kollha bbażati wkoll fuq ir-rekwiżiti futuri tas-sid/utent tat-tagħmir.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2011/65/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Att delegat individwali jista' jkopri numru limitat ta' miżuri teknikament relatati jew interdipendenti."

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2011/65/UE

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ba)   fi żmien xahar minn mindu tirċievi applikazzjoni, tipprovdi lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew bi kronoloġija ċara għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha."

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2011/65/UE

Artikolu 24 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta' din id-Direttiva, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk tkun xierqa."

'2.   Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta' din id-Direttiva, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva."

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

 

Il-leġiżlazzjoni tal-UE li tillimita l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) ilha fis-seħħ minn Awwissu 2004. Il-"leġiżlazzjoni RoHS" tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li għandhom x'jaqsmu ma' dawk is-sustanzi. Id-Direttiva attwali, id-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi f'EEE (jew id-Direttiva RoHS 2) daħlet fis-seħħ f'Lulju 2011. Hija riformulazzjoni ta' Direttiva preċedenti (id-Direttiva 2002/95/KE, jew id-Direttiva RoHS 1).

 

Il-proposta tal-Kummissjoni temenda l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2. Dan ir-rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni huwa meħtieġ b'mod espliċitu fid-Direttiva (l-Artikolu 24(1)). Huwa għandu l-għan li jindirizza "effetti sekondarji mhux previsti" tad-Direttiva li jistgħu jinqalgħu wara t-22 ta' Lulju 2019. Il-proposta tressqet tard, peress li d-data ta' skadenza stipulata fid-Direttiva RoHS 2 hija t-22 ta' Lulju 2014.

 

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni bħala pass meħtieġ biex jiġu solvuti kwistjonijiet urġenti marbuta mad-diċitura attwali tad-Direttiva RoHS 2, u b'hekk iżżid iċ-ċertezza ġuridika filwaqt li tippreserva s-saħħa ambjentali u pubblika. Ir-rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2, b'mod partikolari, se jgħin biex jippreserva l-impjiegi fl-SMEs, jappoġġja lis-settur tas-saħħa pubblika li jiddependi fuq tagħmir mediku rinnovat, u jħeġġeġ l-ekonomija ċirkolari.

 

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li l-għan ta' dan ir-rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni mhuwiex li jeżamina l-funzjonament kollu tad-Direttiva RoHS 2. Ir-Rapporteur temmen li l-possibbiltà ta' tibdil aktar fil-fond tad-Direttiva RoHS 2 m'għandhiex tkun l-iskop ta' din il-proċedura, iżda li jkun hemm rieżami ġenerali tad-Direttiva, li għandu jitwettaq mill-Kummissjoni sat-22 ta' Lulju 2021, kif stabbilit fl-Artikolu 24(2).

 

Id-Direttiva RoHS 2

 

Fil-qosor, id-Direttiva RoHS 2 tistabbilixxi r-regoli dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) (iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE)). Kif stabbilit fid-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/863, ir-restrizzjoni tal-erba' ftalati se tapplika mit-22 ta' Lulju 2019 (il-bis (2-etileżil) ftalat (DEHP), il-butil benżil ftalat (BBP), id-dibutilftalat (DBP), il-ftalat tad-diisobutil (DIBP)). Dawn is-sustanzi m'għandhomx ikunu ogħla minn ammont preskritt. Il-lista ta' sustanzi ristretti hija rieżaminata perjodikament mill-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja tagħha jew wara s-sottomissjoni ta' proposta minn Stat Membru (l-Artikolu 6).

 

Diversi gruppi ta' prodotti huma espliċitament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (l-Artikolu 2(4)), bħat-tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju. Barra minn hekk, materjali u komponenti tal-EEE għal applikazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu eżentati mir-restrizzjoni tas-sustanza għal perjodu limitat ta' żmien, permezz ta' atti delegati. L-eżenzjonijiet m'għandhomx idgħajfu l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) u kull waħda minn dawn il-kundizzjoni li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati: l-affidabbiltà tas-sostituti ma tkunx żgurata, jew l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tas-sustanzi ristretti ma tkunx prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku, jew l-impatti negattivi kollha fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi kkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx li jaqbżu l-benefiċċji kollha ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom (l-Artikolu 5).

 

Ir-Rapporteur temmen li r-rieżami ġenerali li jmiss tad-Direttiva RoHS 2 għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

 

Id-Direttiva RoHS 2 għandha kamp ta' applikazzjoni usa' meta mqabbel mad-Direttiva RoHS 1: huwa jkopri apparat mediku u strumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll, u huwa kkaratterizzat minn l-hekk imsejjaħ "ambitu mhux ristrett" marbut mat-twaqqif tal-kategorija 11 ġdida ("EEE ieħor mhux kopert mill-kategoriji t'hawn fuq") fl-Anness I, li jelenka l-kategoriji ta' EEE koperti mid-Direttiva RoHS 2. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-EEE hija usa' milli fid-Direttiva RoHS 1: EEE hu kull biċċa tagħmir li jeħtieġ kurrenti elettriċi jew kampijiet elettromanjetiċi għal tal-inqas waħda mill-funzjonijiet maħsuba tiegħu. F'dan il-kuntest, il-kunċett ta' "EEE b'ambitu ġdid" jirreferi għal EEE li kien barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 1 iżda li issa hu kopert mid-Direttiva RoHS 2.

 

Il-proposta

 

Kif imsemmi hawn fuq, il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza problemi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2, li jistgħu jinqalgħu wara t-22 ta' Lulju 2019. Din id-data tikkorrispondi għal tmiem il-perjodu tranżitorju ta' tmien snin introdott permezz tad-Direttiva RoHS 2 li matulu EEE b'ambitu ġdid ma jeħtiġlux jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva RoHS 2 u jkun għadu jitħalla disponibbli fis-suq tal-UE (l-Artikolu 2(2)). B'mod partikolari, il-proposta tintroduċi dispożizzjonijiet li jsolvu l-erba' problemi li ġejjin:

  Id-diċitura attwali tad-Direttiva RoHS 2 tfisser li operazzjonijiet tas-suq sekondarji (eż. il-bejgħ mill-ġdid, is-suq tal-oġġetti użati) għal apparat mediku, strumenti ta' monitoraġġ u kontroll u EEE b'ambitu ġdid ieħor (eż. magni għall-qtugħ tal-ħaxix għal lonijiet bi tqabbid elettriku, roti elettriċi) se jkunu pprojbiti wara t-22 ta' Lulju 2019. Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari minħabba l-fatt li tnaqqas it-tul tal-ħajja ta' ħafna prodotti, speċjalment meta jeżistu swieq sekondarji għal tagħmir rinnovat. Barra minn hekk, din is-sitwazzjoni ma tkunx konformi mal-armonizzazzjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti.

  Wara t-22 ta' Lulju 2019, mhux se jkun possibbli li jissewwa EEE b'ambitu ġdid ħlief apparat mediku u strumenti ta' monitoraġġ u kontroll bi spare parts li ma jkunux konformi mad-Direttiva RoHS 2. Din is-sitwazzjoni tqassar ukoll it-tul tal-ħajja ta' din il-kategorija ta' EEE, li jkun jeħtiġilha tiġi skreppjata aktar kmieni.

  Minħabba d-diċitura attwali tad-definizzjoni ta' Makkinarju Mobbli Mhux għal fuq it-Triq (NRMM) li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali, żewġ tipi ta' NRMM simili ħafna se jkunu ttrattati b'mod differenti wara t-22 ta' Lulju 2019: NRMM b'sors ta' enerġija abbord (batterija jew magna) se jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2, billi NRMM b'sors ta' enerġija estern (bil-kejbil) ser jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2. Ċerti tipi ta' NRMM huma prodotti fuq l-istess linji ta' produzzjoni, bl-unika differenza tkun is-sors tal-enerġija. Din is-sitwazzjoni tista' twassal għal tneħħija gradwali tal-mudelli mħaddma bil-kejbil, filwaqt li l-benefiċċji ambjentali ta' dawn l-NRMM, li jkunu fil-kamp ta' applikazzjoni, ikunu limitati.

  It-tqegħid tal-orgnijiet bil-kanen fis-suq tal-UE se jkun ipprojbit. L-orgnijiet bil-kanen huma prodotti b'ambitu ġdid, peress li jużaw komponenti elettriċi (jiġifieri blowers elettriċi), u l-kanen tagħhom huma magħmula minn liga taċ-ċomb, li għaliha m'hemmx sostituti. Minħabba l-preżenza ta' komponenti elettriċi, l-orgni kollu, inklużi l-kanen, jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva RoHS 2, li jfisser li l-orgnijiet bil-kanen ma jkunux konformi mad-Direttiva RoHS 2 wara t-22 ta' Lulju 2019 u l-bejgħ tagħhom ikun ipprojbit.

Il-proposta temenda wkoll l-Artikolu 5 dwar l-eżenzjonijiet, fejn tistabbilixxi perjodu massimu ta' validità għal eżenzjonijiet applikabbli għall-kategorija 11 tal-EEE u tħassar l-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-eżenzjonijiet eżistenti. Fi kwalunkwe każ, l-eżenzjonijiet jibqgħu validi sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid mill-Kummissjoni, u mill-inqas 12-il xahar wara f'każ li tkun revokata. Fid-dawl tan-numru dejjem jikber u tal-kumplessità tal-eżenzjonijiet skont id-Direttiva RoHS, u għal raġunijiet ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' prevedibbiltà ġuridika, ir-Rapporteur tintroduċi rekwiżit għall-Kummissjoni li tipprovdi lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, bi kronoloġija ċara għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, fi żmien xahar wara li tkun irċeviet applikazzjoni għal eżenzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

Referenzi

COM(2017)0038 – C8-0021/2017 – 2017/0013(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.2.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.2.2017

JURI

1.2.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

28.2.2017

JURI

28.2.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

31.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Merja Kyllönen, Stefano Maullu, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Siôn Simon

Data tat-tressiq

1.6.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

59

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Eleonora Evi, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

GUE/NGL

Stefan Eck, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Pál Csáky, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Norbert Lins, Stefano Maullu, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Siôn Simon, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec

 

1

-

ENF

Mireille D'Ornano

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni