Dokument ta' sessjoni

 

A8-0247/2017

29.6.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni

( COM(2016)0551 – C8‑0345/2016 – 2016/0264(COD) )

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Tamás Meszerics

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  76

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  78

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  79

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni

( COM(2016)0551 – C8‑0345/2016 – 2016/0264(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0551 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0345/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A8-0247/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Id-dejta u l-indikaturi statistiċi huma s-sinsla ta' politiki responsabbli bbażati fuq l-evidenza. Għall-fini ta' ħolqien, analiżi u adattament tal-politiki tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u jittieħdu deċiżjonijiet responsabbli, huwa essenzjali li dawk li jfasslu l-politika jkollhom informazzjoni f'waqtha, kumparabbli u preċiża.

 

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 202021 u t-tisħiħ tal-governanza ekonomika, l-indikaturi soċjali għandhom rwol essenzjali li jinfurmaw u jappoġġjaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni għat-tkabbir u l-ħolqien ta' impjieg, it-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, il-kapaċitajiet, il-mobilità u l-ekonomija diġitali. B'mod partikolari, l-indikaturi soċjali jridu jipprovdu bażi statistika soda għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki introdotti mill-Unjoni biex jiġu indirizzati dawk il-prijoritajiet.

(1)  Fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 202021 u t-tisħiħ tal-governanza ekonomika, l-indikaturi soċjali għandhom rwol essenzjali li jinfurmaw u jappoġġjaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli u l-ħolqien ta' impjieg, il-koeżjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar, tal-inugwaljanzi u tal-esklużjoni soċjali, l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kapaċitajiet, il-mobilità u l-ekonomija diġitali. B'mod partikolari, l-indikaturi soċjali jridu jipprovdu bażi statistika soda għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki introdotti mill-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri biex jiġu indirizzati dawk il-prijoritajiet.

__________________

__________________

21 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv COM(2010) 2020 tat-3 ta' Marzu 2010.

21 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv COM(2010) 2020 tat-3 ta' Marzu 2010.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Huwa ta' importanza partikolari li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-miri ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew, appoġġjat bi statistika ta' kwalità għolja fiż-żewġ oqsma, għas-sostenibbiltà u għal-leġittimità tal-unjoni ekonomika u monetarja. Għalhekk, il-miri soċjali u tal-impjieg saru aktar prominenti fis-Semestru Ewropew, fejn kemm ir-rapporti tal-pajjiżi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jindirizzaw l-isfidi soċjali u tal-impjieg u jippromwovu riformi politiċi bbażati fuq l-aħjar prattiki. Għal dan l-għan, l-istatistiċi soċjali għandhom rwol ta' importanza kbira, u huwa essenzjali li tittejjeb il-prontezza tal-indikaturi soċjali sabiex ikunu disponibbli fi żmien xieraq għall-oqfsa tal-politika rilevanti, inkluż is-Semestru Ewropew.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fit-tiswir tal-istatistiċi soċjali Ewropej, jenħtieġ li jitqies b'mod xieraq l-Artikolu 10 TFUE. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat il-ġbir ta' dejta ta' kwalità għolja segregata skont is-sessi u l-età, anke fir-rigward ta' persuni li għandhom aktar minn 74 sena, sabiex jiġu identifikati kwistjonijiet speċifikament dwar is-sessi u l-età, biex b'hekk jippermettu bażi fattwali soda biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u l-età. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa partikolarment għall-manwal ta' referenza "Developing gender statistics: A practical tool" (Niżviluppaw l-istatistika dwar is-sessi: Għodda prattika), imħejji mit-Task Force tal-UNECE dwar Taħriġ fl-Istatistika dwar is-Sessi għall-Istatistiċi b'kontribuzzjonijiet minn diversi esperti1a.

 

__________________

 

1ahttp://www.unece.org/fileadmin/DAM/stats/publications/Developing_Gender_Statistics.pdf

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Il-prodott domestiku gross (PDG) huwa indikatur makroekonomiku fundamentali li juri l-attività ekonomika aggregata. Madankollu huwa essenzjali li l-PDG jiġi kkomplementat b'indikaturi b'saħħithom li jadottaw il-perspettiva tal-unità domestika, jiffukaw fuq is-sitwazzjonijiet taċ-ċittadini, jiddeskrivu d-distribuzzjonijiet tal-kundizzjonijiet tal-għajxien materjali u l-inugwaljanzi kif ukoll jinvestigaw aħjar id-diversi dimensjonijiet tal-kwalità tal-ħajja. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi sett rikk u li jevolvi ta' statistika f'dawn l-oqsma.

Ġustifikazzjoni

Il-politika u l-attenzjoni tal-midja dwar il-PDG huma għolja. Huwa indikatur importanti. Madankollu, l-istatistika jenħtieġ li tiffoka wkoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini, l-inugwaljanzi, il-kwalità tal-ħajja u l-benessri tagħhom, kif iddikjarat fit-TFUE bħala objettiv tal-UE. Għalhekk, id-dejta f'dawn l-oqsma jenħtieġ li tiġi rinfurzata sabiex tappoġġja politiki li jimmiraw lejn ħajja aħjar għaċ-ċittadini.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  F'konformità mal-inizjattiva "Lil hinn mill-PDG"1a , huwa importanti li nimxu lil hinn mill-indikaturi ekonomiċi bħall-PDG billi niżviluppaw indikaturi ta' livell għoli li jirriflettu dimensjonijiet oħra b'mod partikolari aspetti soċjali tal-progress, bħall-kwalità tal-ħajja (inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata), l-inklużjoni, il-benessri u l-koeżjoni soċjali, u tiġi enfasizzata l-importanza li jiġi żgurat li d-dejta rilevanti tkun tista' tiġi segregata sabiex tidentifika, pereżempju, kwistjonijiet speċifiċi għas-sessi;

 

__________________

 

1ahttp://ec.europa.eu/environment/beyond_gdp/background_en.html

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)  L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistiċi Ewropej huma rregolati mill-prinċipji statistiċi tal-indipendenza professjonali, l-imparzjalità, l-oġġettività, l-affidabbiltà u l-kosteffettività.

Ġustifikazzjoni

Dawn huma l-prinċipji ewlenin li jirregolaw il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tal-UE, kif elenkat fir-Regolament 223/2009.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 1f (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f)  Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), li hija s-sħubija bejn il-Kummissjoni (Eurostat), l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli f'kull Stat Membru għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea uffiċjali, għandha l-għan li tipprovdi dejta statistika rilevanti, imparzjali, affidabbli, f'waqtha u komparabbli fil-livell tal-Unjoni.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 1g (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g)  Jenħtieġ li l-istatistika soċjali Ewropea tiġi pprovduta abbażi ta' opportunitajiet ugwali għat-tipi kollha ta' utenti, bħal dawk li jfasslu l-politika, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, ir-riċerkaturi, it-trade unions, l-istudenti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), li jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-dejta b'mod liberu u faċli permezz ta' bażijiet tad-dejta (Eurostat) tal-Kummissjoni fuq is-sit web tagħha. L-EES impenjat ruħha li tinvolvi lill-utenti b'mod proattiv u li tissodisfa d-domandi tagħhom b'mod risponsiv.

Ġustifikazzjoni

Dan il-prinċipju huwa stabbilit fir-Regolament 223/2009. Fil-prattika, kulħadd jista' jaċċessa online l-Bażi tad-dejta tal-Eurostat, li tinkludi l-firxa sħiħa ta' dejta aggregata disponibbli pubblikament fil-Eurostat. Dawn huma ppreżentati f'tabelli multidimensjonali b'karatteristiċi varji ta' għażla u formati tal-esportazzjoni. Il-komunità tar-riċerka tgawdi minn aċċess usa' b'mod partikolari għad-dejta kunfidenzjali, għall-analiżi fl-interess tal-progress xjentifiku - dan l-aċċess huwa soġġett għal regoli stretti taħt ir-Regolament 557/2003.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 1h (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1h)  Huwa meħtieġ bilanċ xieraq bejn il-miri ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew, appoġġjat bi statistika ta' kwalità għolja, għat-titjib tar-reżiljenza tal-Unjoni u l-miri ta' koeżjoni u l-preservazzjoni tal-livelli tal-benessri tagħha.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 1i (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1i)  Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minħabba dan, l-indikaturi soċjali għandhom ikunu tal-kwalità għolja meħtieġa, b'mod partikolari f'termini tas-sodezza tagħhom, il-puntwalità tagħhom, ir-rilevanza tagħhom, l-adattabilità tagħhom għal talbiet ta' utenti ġodda, kif ukoll il-kumparabilità u l-effiċjenza tagħhom.

(2)  Huwa għalhekk fundamentali li l-indikaturi soċjali jkunu tal-ogħla kwalità, b'mod partikolari f'termini tas-sodezza, il-preċiżjoni, il-puntwalità, l-użu, l-aċċessibbiltà, ir-rilevanza, l-adattabilità tagħhom għal talbiet ta' utenti ġodda, kif ukoll il-kumparabbiltà, il-koerenza u l-effiċjenza tagħhom.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Id-dħul ta' unità domestika huwa l-fattur ewlieni li jiddetermina l-istandards tal-għajxien u l-approċċ tal-baġit ta' referenza huwa l-aktar metodoloġija dettaljata li tiddefinixxi l-livell minimu ta' riżorsi meħtieġa għal parteċipazzjoni b'mod adegwat fis-soċjetà kif ukoll il-prezz tal-basket meħtieġ ta' prodotti u servizzi. Jekk ikun meħtieġ titjib fil-ġbir tad-dejta u fil-metodoloġija tal-istimi tal-baġit ta' referenza fuq bażi reġjonali f'kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali permezz ta' studji pilota, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tipprovdi riżorsi finanzjarji għal dawn l-istudji pilota.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Id-dħul jintuża ħafna meta tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi. Il-konsum, il-ġid u d-djun, inkluż djun possibbli f'munita barranija, huma madankollu importanti wkoll li jitkejlu, kemm minn perspettiva ta' unità domestika kif ukoll minn perspettiva makroekonomika.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul, il-konsum u l-ġid, inkluż id-djun jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet tal-għajxien materjali tal-unitajiet domestiċi. Id-djun, li kultant isiru f'muniti barranin, jistgħu jirrappreżentaw ammonti konsiderevoli għal xi unitajiet domestiċi, b'mod relattiv għad-dħul tagħhom. Dan iħalli impatt fuq l-unitajiet domestiċi, imma potenzjalment ukoll fuq l-ekonomija b'mod aktar ġenerali kif urew reċentement bosta kriżijiet tad-dejn.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Il-faqar huwa fenomenu multidimensjonali. Jinvolvi mhux biss kundizzjonijiet tal-għajxien materjali bħad-dħul, il-konsum, il-ġid jew id-dejn, imma wkoll is-saħħa, l-edukazzjoni, l-aċċess u l-użu ta' servizzi. Barra minn hekk, il-faqar irid jitqies ukoll fil-kuntest tas-soċjetà li n-nies jgħixu fiha. Għalhekk huwa importanti li d-dejta statistika tipprovdi bażi rikka, soda, kumparabbli u robusta għall-istabbiliment ta' indikaturi adattati għall-varjetà ta' użi possibbli.

Ġustifikazzjoni

Bosta opinjonijiet u analiżi dwar il-faqar iridu jkunu permessi, bħall-faqar multidimensjonali jew il-faqar relattiv jew assolut. L-istatistika jenħtieġ li toffri bażi li tippermetti din il-multipliċità ta' approċċi.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 2d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d)  Huwa importanti li d-diżabilità tiġi deskritta b'mod preċiż, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajxien indipendenti, tal-akkomodazzjoni raġonevoli fis-suq tax-xogħol u tal-ostakoli possibbli għall-integrazzjoni soċjali u fid-dinja tax-xogħol; Għalhekk huwa importanti li tiġi żgurata kopertura aħjar tal-popolazzjonijiet ikkonċernati u li jitħallew jieħdu sehem sħiħ fil-ġabriet tad-dejta permezz ta' stħarriġ kompletament aċċessibbli.

Ġustifikazzjoni

L-istħarriġ għandu jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità għaliex dan jiżgura l-parteċipazzjoni tagħhom.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Statistika Ewropea marbuta ma' persuni u unitajiet domestiċi bħalissa tinġabar fuq il-bażi ta' numru ta' atti leġiżlattivi li jkopru stħarriġ dwar persuni u unitajiet domestiċi, statistika demografika, ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar, u statistika miġbura l-aktar minn sorsi amministrattivi. Xi dejta tinġabar ukoll minn stħarriġ tan-negozji. Minkejja titjib sinifikanti f’dawn l-aħħar snin hemm bżonn li nkomplu nintegraw il-ġbir ta' statistika abbażi ta' stħarriġ imwettaq ma’ persuni u unitajiet domestiċi.

(3)  Statistika Ewropea marbuta ma' persuni u unitajiet domestiċi bħalissa tinġabar fuq il-bażi ta' numru ta' atti leġiżlattivi li jkopru stħarriġ dwar persuni u unitajiet domestiċi, statistika demografika, ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar, u statistika miġbura l-aktar minn sorsi amministrattivi. Xi dejta tinġabar ukoll minn stħarriġ tan-negozji. L-utenti tar-riċerka enfasizzaw problemi relatati mal-puntwalità u l-kwalità tad-dejta, inkluż il-komparabbiltà. Minkejja titjib sinifikanti f'dawn l-aħħar snin hemm bżonn li nkomplu nintegraw u nissimplifikaw il-ġbir ta' statistika b'mod aktar olistiku abbażi ta' stħarriġ imwettaq ma' persuni u unitajiet domestiċi fl-Unjoni kollha. Sabiex ikollna dejta soda għar-riċerka u t-tfassil tal-politika, huwa essenzjali li nkomplu ninvestu fil-ġbir ta' dejta ta' kwalità għolja, aktar preċiża u olistika u mhux innaqqsu l-investimenti, peress li dejta soda hija prerekwiżit għal tfassil ta' politika responsabbli.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-possibilità li jintużaw sorsi amministrattivi għal skopijiet statistiċi twessgħet b'mod sinifikanti, bis-saħħa ta' avvanzi teknoloġiċi. L-użu ta' sorsi amministrattivi għandu jkun promoss b'mod attiv fil-qasam tal-istatistika soċjali, filwaqt li dejjem jiġu żgurati l-kwalità, l-eżattezza, il-prontezza u l-kumparabilità ta' dik l-istatistika.

(4)  Sabiex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tad-dejta, jenħtieġ li jitħeġġeġ, safejn hu possibbli, l-użu ta' reġistri amministrattivi; Il-possibilità li jintużaw sorsi amministrattivi għal skopijiet statistiċi diġà twessgħet b'mod sinifikanti, bis-saħħa ta' avvanzi teknoloġiċi rapidi. L-użu ta' sorsi amministrattivi għandu jkun promoss aktar b'mod attiv fil-qasam tal-istatistika soċjali, filwaqt li dejjem jiġu żgurati l-kwalità, l-eżattezza, il-prontezza u l-kumparabbiltà ta' dik l-istatistika. Strumenti oħra adattati għal persuni jew suġġetti rilevanti li ma jistgħux jiġu aċċessati permezz ta' rekords amministrattivi jenħtieġ li jinżammu, filwaqt li jiġi salvagwardjat id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fl-2011, f'Wiesbaden, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) approvat il-Memorandum tagħha dwar Disinn Kunċettwali Ġdid għall-Istatistika dwar l-Unitajiet Domestiċi u l-Istatistika Soċjali. Fl-opinjoni tagħha, l-istħarriġ Ewropew li jipprovdi dejta marbuta ma' persuni u unitajiet domestiċi għandu jkun simplifikat, u ġabriet addizzjonali anqas frekwenti ta' mikrodejta għandhom jintużaw biex jikkomplementaw dak l-istħarriġ soċjali ewlieni. Barra minn hekk, għandu jkun hemm aċċess aħjar għal dejta amministrattiva, u l-użu mill-ġdid ta' sorsi ta' dejta eżistenti u għandu jkun żviluppat aċċess għal sorsi ta' dejta ġodda fil-livell nazzjonali u tal-UE.

(6)  Fl-2011, f'Wiesbaden, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) approvat il-Memorandum tagħha dwar Disinn Kunċettwali Ġdid għall-Istatistika dwar l-Unitajiet Domestiċi u l-Istatistika Soċjali. Fl-opinjoni tagħha, l-istħarriġ Ewropew li jipprovdi dejta marbuta ma' persuni u unitajiet domestiċi għandu jkun simplifikat, u ġabriet addizzjonali anqas frekwenti ta' mikrodejta għandhom jintużaw biex jikkomplementaw dak l-istħarriġ soċjali ewlieni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm aċċess aħjar għal dejta amministrattiva, li s-sit web tal-Eurostat ikun aktar faċli għall-utent, u li l-użu mill-ġdid ta' sorsi ta' dejta eżistenti u aċċess għal sorsi ta' dejta ġodda jenħtieġ li jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Huwa ta' importanza kruċjali li jitqies b'mod xieraq l-input mill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-utenti tal-politika u dawk akkademiċi, il-produtturi, is-soċjetà ċvili u l-gruppi ta' interess, meta jiġi addattat u mmodernizzat l-istħarriġ soċjali.

 

___________

 

1a.  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament jenħtieġ li jaġixxi ta' katalist sabiex isaħħaħ u jirrinforza l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat), il-banek ċentrali nazzjonali u l-Kumitat Konsultattiv tal-Istatistika. Jenħtieġ li jipprevedi wkoll aktar integrazzjoni mal-NSIs u jiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-iżviluppi deskritti hawn fuq għandhom jiġu simplifikati b'mod gradwali, u l-leġiżlazzjoni statistika fil-qasam tal-istatistika soċjali trid tiġi modernizzata, sabiex ikun żgurat li l-indikaturi soċjali ta' kwalità għolja jiġi prodotti b'mod aktar integrat, flessibbli u effiċjenti. Fl-istess ħin, trid tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-utenti, lill-piż fuq ir-rispondenti, lir-riżorsi tal-Istati Membri, lill-affidabbiltà u l-preċiżjoni tal-metodi użati, il-fattibbiltà teknika tal-produzzjoni tal-istatistika, iż-żmien li fih tista' tkun disponibbli u l-affidabilità tar-riżultati.

(7)  L-iżviluppi deskritti hawn fuq għandhom jiġu simplifikati b'mod gradwali, u l-leġiżlazzjoni statistika fil-qasam tal-istatistika soċjali trid tiġi modernizzata, sabiex ikun żgurat li l-indikaturi soċjali ta' kwalità għolja jiġi prodotti b'mod aktar integrat, adattabbliflessibbli, effiċjenti u veloċi, sabiex jibqgħu aġġornati mal-iżviluppi fis-soċjetà. Fl-istess ħin, mingħajr ebda tnaqqis fil-kwalità, fl-effiċjenza jew fil-puntwalità, trid tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-utenti, lill-ħtiġijiet tar-rispondenti li għandhom jiġu rispettati, lill-kapaċitajiet u lir-riżorsi tal-Istati Membri, lill-affidabbiltà u l-preċiżjoni tal-metodi użati, il-fattibbiltà teknika tal-produzzjoni tal-istatistika, iż-żmien li fih tista' tkun disponibbli u l-affidabbiltà tar-riżultati.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Id-dritt tal-Unjoni li jikkonċerna d-dejta bbażata fuq l-istatistika soċjali fil-livell individwali ġiet adottata biex twieġeb għal ċerti ħtiġijiet ta' politika li kienu eżistenti fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu. Il-qasam soċjali huwa, madankollu kkaratterizzat minn realtajiet ġodda u li qed jinbidlu malajr. Qed jitfaċċaw ċirkostanzi u fenomeni soċjali ġodda, u minħabba f'hekk huwa neċessarju li jiġi aġġornat il-qafas legali eżistenti fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi bażi statistika rikka li tkopri u tirrifletti b'mod adegwat il-ħtiġijiet attwali u tippermetti l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' dejta statistika li jkunu reattivi għall-ħtiġijiet futuri ta' dawk li jfasslu l-politika, l-utenti u l-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni tal-kumparabbiltà statistika fil-livell internazzjonali. L-arkitettura legali ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tipprovdi flessibilità għolja għal aktar żviluppi fil-qasam tal-istatistika relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi. Huwa wkoll essenzjali li l-ġbir ta' dejta jinżamm aġġornat mat-tibdil teknoloġiku.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jiġi simplifikat u razzjonalizzat aħjar il-qafas ta' referenza għal statistika soċjali Ewropea miġbura minn kampjuni, statistika Ewropea eżistenti dwar persuni u unitajiet domestiċi bbażata fuq dejta fuq livell individwali għandha tingħaqad flimkien taħt qafas wieħed. Dan jiggarantixxi li l-istatistika soċjali Ewropea miġbura minn kampjuni, inklużi l-oqsma tas-suq tax-xogħol, tal-kundizzjonijiet tad-dħul u tal-għajxien, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tal-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni sseħħ b’mod konsistenti, koerenti u koordinat.

(9)  Sabiex jiġi simplifikat u razzjonalizzat aħjar il-qafas ta' referenza għal statistika soċjali Ewropea miġbura minn kampjuni, id-dispożizzjonijiet legali eżistenti għall-istatistika Ewropea dwar persuni u unitajiet domestiċi bbażata fuq dejta fuq livell individwali għandha tingħaqad flimkien taħt qafas wieħed. Dan jiggarantixxi li l-ġbir ta' kampjuni tal-istatistika soċjali Ewropea inklużi l-oqsma tal-forza tax-xogħol, id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-użu tal-ħin, il-konsum, l-istatus tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja u l-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jseħħ b'mod li jkun aktar konsistenti, koerenti u koordinat. Dan jenħtieġ li jiżgura, għal finijiet ta' tfassil ta' politika aħjar, il-provvista ta' dejta rilevanti rigward il-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, xejriet ġodda fl-impjiegi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, il-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, l-esklużjoni soċjali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-aċċess għall-ICT, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet edukattivi, in-nefqa fuq il-konsum u l-kapaċità tal-akkwist.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Filwaqt li tikkonforma mal-objettivi ta' dan ir-Regolament u sabiex ittejjeb il-kwalità tas-settijiet ta' dejta u l-indikaturi soċjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri sabiex timplimenta studji dwar il-fattibbiltà u studji pilota bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-istatistika soċjali, fosthom il-kumparabbiltà, timmodernizza l-ġbir tad-data, u tissodisfa d-domandi ġodda tal-utenti b'mod kosteffiċjenti u risponsiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw fir-rigward ta' dawk l-istudji dwar il-fattibbiltà u studji pilota u jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li jitwettqu studji dwar il-fattibbiltà u studji pilota oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 13, qabel ma dan il-qafas leġiżlattiv jiġi modifikat b'mod sinifikanti, kemm f'termini ta' metodoloġiji kif ukoll ta' kontenut.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Sabiex l-oqsma tas-suq tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tad-dħul u tal-għajxien, jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għal aspettativi ġodda tal-utenti, id-dejta tista' tinġabar fuq suġġett ad-hoc, f'punt speċifiku ta' żmien sabiex il-varjabbli miġbura b'mod permanenti jkunu kkumplimentati minn varjabbli supplementari, filwaqt li jiġu enfasizzati l-aspetti mhux esplorati tas-suq tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tad-dħul u tal-għajxien. F'każijiet ġustifikati, dik id-dejta tista' tkopri wkoll suġġetti li ma kinux previsti f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 4. Sabiex isir adattament għall-ħtiġijiet emerġenti, huwa meħtieġ ċertu grad ta' adattabbiltà u flessibbiltà.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Jenħtieġ li għal kull qasam jinġabar sett prinċipali ta' varjabbli armonizzati, bl-għan li d-dejta disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) tintuża u tinxtered aħjar u, b'mod partikolari, bħala prerekwiżit għat-tqabbil tad-dejta u għall-analiżi trasversali. Dan se jgħin biex jiżdied il-potenzjal analitiku tas-settijiet ta' dejta permezz tal-applikazzjoni ta' tekniki ta' mudellar u l-kisba ta' ekonomiji ta' skala.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' sett prinċipali u armonizzat ta' varjabbli tippermetti lill-utenti biex jaħdmu stħarriġ trasversali. Mingħajr spejjeż addizzjonali, dan itejjeb b'mod sostanzjali l-possibbiltajiet analitiċi.

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)  Jenħtieġ li ssir investigazzjoni metodoloġika permezz ta' studji pilota biex jiġi skopert sa liema punt il-persuni huma esklużi mill-istħarriġ kopert b'dan ir-Regolament. Din l-investigazzjoni tkun trid tiġi segwita bi proposti biex jiġu aġġustati u adattati, fejn ikun fattibbli, in-nuqqas ta' rappreżentazzjoni u n-nuqqas ta' kopertura mill-istħarriġ u dan ikun materjal importanti għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u għall-Aġenda 2030.

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 9e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e)  Peress li huwa diffiċli biex l-istħarriġ jilħaq subpopolazzjonijiet speċifiċi, u dawk is-subpopolazzjonijiet xi kultant huma aktar vulnerabbli mill-popolazzjoni ġenerali, jew jippreżentaw karatteristiċi speċifiċi oħra, hemm il-bżonn li tinstab kopertura aħjar ta' dawk is-subpopolazzjonijiet permezz ta' investigazzjoni metodoloġika bil-għan li jitressqu proposti relatati mal-aġġustament u l-adattament tal-kamp ta' applikazzjoni tal-istħarriġ. Sadanittant, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-firxa tan-nuqqas ta' kopertura ta' persuni li ma jgħixux f'unitajiet domestiċi privati, bħalma huma l-persuni fid-djar tal-kura u l-persuni mingħajr dar.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li d-dejta tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi, madankollu, hemm subpopolazzjonijiet diffiċli biex jintlaħqu (pereżempju persuni bla dar) li mhumiex inklużi de facto u dan x'aktarx għandu impatt fuq l-istatistika li hija prodotta (pereżempju dwar il-faqar). Jenħtieġ li jkun hemm investigazzjoni metodoloġika u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fi ħdan l-EES u, b'mod aktar wiesa', fi ħdan is-sistema tal-istatistika tan-NU bl-għan li, fit-tul, jingħelbu dawk l-ostakli.

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Bħalissa l-ġabriet ta' dejta fl-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum qed jitwettqu b'mod volontarju minn diversi Stati Membri, fuq il-bażi ta' linji gwida ġenerali miftiehma. Dawn iż-żewġ oqsma għandhom ikunu modernizzati, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-avvanzi teknoloġiċi ġodda. Il-ġabriet ta' dejta f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom ikunu organizzati skont dan ir-Regolament sabiex jinfetħu possibilitajiet u jinħolqu opportunitajiet għal aktar żviluppi fil-futur, biex ikun żgurat li d-dejta tkun aktar puntwali u rilevanti, u li tiġi prodotta b'mod aktar effiċjenti. Sadanittant, l-approċċi attwali tal-Istati Membri m'għandhomx jinbidlu.

(10)  Bħalissa l-ġabriet ta' dejta fl-oqsma tal-użu tal-ħin u tal-konsum fil-livell tal-Unjoni qed jitwettqu b'mod volontarju minn diversi Stati Membri, fuq il-bażi ta' ftehim u linji gwida ġenerali. Ir-riċerka bbażata fuq l-Istħarriġ tal-Użu tal-Ħin uriet l-importanza kbira tagħha fil-valutazzjoni fost l-oħrajn tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qsim tar-responsabilitajet tax-xogħol u tal-kura. Id-dimensjoni tal-ġeneri hija wkoll ta' importanza kbira fil-qasam tal-konsum tal-unitajiet domestiċi. L-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prinċipju fundamentali tal-Unjoni, tipprovdi raġuni oħra għall-integrazzjoni sħiħa ta' dawk iż-żewġ ġabriet tad-dejta fis-sett tal-istatistika soċjali Ewropea. Dawn iż-żewġ oqsma jipprovdu dejta importanti b'użu multiplu għall-politiki tal-Unjoni li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini. Dawn għandhom ikunu modernizzati, inkluż il-ġbir tad-dejta, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-avvanzi teknoloġiċi ġodda u jsiru disponibbli għal kollox fil-livell tal-Unjoni biex jiġi pprovdut tfassil tal-politika b'bażi ta' statistika soda. Il-ġabriet ta' dejta f'dawn iż-żewġ oqsma għandhom ikunu organizzati skont dan ir-Regolament sabiex jinfetħu possibilitajiet u jinħolqu opportunitajiet għal aktar żviluppi fil-futur, biex ikun żgurat li d-dejta tkun aktar puntwali, kumparabbli u rilevanti, u li tiġi prodotta b'mod aktar effiċjenti. Meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jiġi pprovdut għall-immodernizzar u l-implimentazzjoni ta' dan il-ġbir ta' dejta. Sadanittant, l-approċċi attwali tal-Istati Membri jistgħu jitkomplew iżda jenħtieġ li jiġu adattati għall-iżviluppi ġodda u l-ħtiġijiet tal-politika matul iż-żmien, inkluż fil-livell tal-Unjoni u f'konverġenza lejn kumparabbiltà akbar.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-istatistika m'għadhiex meqjusa bħala sors wieħed minn ħafna sorsi ta' informazzjoni għal skopijiet ta' tfassil ta' politika, iżda din għandha rwol ċentrali fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. It-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tissodisfa kriterji ta' kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, skont l-iskopijiet li qed iservu.

(12)  L-istatistika soċjali għandha rwol ċentrali fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod partikolari għall-politiki li jimmiraw li jtejbu l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u l-ħajja u l-benessri taċ-ċittadini billi tiżgura n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi. L-istatistika m'għadhiex meqjusa bħala sors wieħed minn ħafna sorsi ta' informazzjoni għal skopijiet ta' tfassil ta' politika, iżda din għandha rwol ċentrali fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. It-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tissodisfa kriterji ta' kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, skont l-iskopijiet li qed iservu. Id-dejta statistika hija essenzjali biex tiddeskrivi, tivvaluta u tappoġġja t-titjib tal-għajxien u tal-benessri taċ-ċittadini, l-ekonomija u l-ambjent. Dejta soda hija ta' importanza kbira bħala murata kontra fatti ffalsifikati, fatti alternattivi, u aħbarijiet foloz.

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

25 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Id-dħul, il-konsum u l-ġid huma tliet dimensjonijiet li jiddeterminaw il-benessri materjali tal-unitajiet domestiċi. Huwa importanti li jsir sforz, fost is-sorsi tad-dejta eżistenti, biex dawn id-dimensjonijiet jiġu deskritti aħjar, kif ukoll id-distribuzzjoni ta' kull waħda minnhom u d-distribuzzjoni konġunta tagħhom fost l-unitajiet domestiċi, billi titqies l-eżistenza ta' bosta sorsi tad-dejta u filwaqt li wieħed ifittex li jsaħħaħ l-użu konġunt tagħhom. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi u jtejjeb id-dominju tal-konsum u r-rabtiet bejn it-tliet dimensjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Jikkoeżistu bosta sorsi tad-dejta, li jiddeskrivu kull dimensjoni tad-dħul, konsum jew ġid. Madankollu, huwa meħtieġ li dawn id-dimensjonijiet jitqiesu b'mod konġunt fil-livell tal-unità domestika. Għalhekk, id-dominju tal-konsum għandu jiġi introdott fil-qafas regolatorju, u s-sinerġiji bejn id-dominji tad-dħul, il-konsum u l-ġid (il-ġid li huwa s-suġġett ta' stħarriġ imwettaq mill-BĊE jenħtieġ li ma jkunx regolat bħala tali permezz ta' dan ir-Regolament) jeħtieġ li jiġu żviluppati, mingħajr duplikazzjoni tal-ġabriet ta' dejta eżistenti.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi qafas ta' referenza għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji ta' kwalità speċifikati fir-Regolament. Rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva Standard tal-ESS għall-Istruttura tar-Rapporti ta' Kwalità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dan għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni ta' rappurtaġġ ta' kwalità taħt dan ir-Regolament.

(14)  L-istatistika soċjali Ewropea jenħtieġ li tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda fuq il-bażi ta' approċċ komprensiv u armonizzat (bi standards uniformi) sabiex tiġi garantita kwalità għolja tar-riżultati; jenħtieġ li dan mhux biss ikun konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni iżda jmur ukoll lil hinn minnhom, abbażi wkoll tal-ESS Lil hinn mill-20201a sabiex jiġu appoġġjati l-politiki li jiffavorixxu l-proċess ta' integrazzjoni ulterjuri tal-Unjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi qafas ta' referenza għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji ta' kwalità speċifikati fir-Regolament. Rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva Standard tal-ESS għall-Istruttura tar-Rapporti ta' Kwalità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Barra minn hekk, fl-2014, l-ESS ippubblikat il-Viżjoni ESS 2020, "Building the future of European statistics"(Nibnu l-futur tal-istatistika Ewropea)1b , bħala l-qafas ta' gwida għall-iżvilupp tal-ESS matul is-snin sal-2020. F'dan l-isfond, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa bl-ispjegazzjoni tal-metodoloġija użata u bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' rilevanza, preċiżjoni u affidabbiltà, tempestività u puntwalità, koerenza u kumparabbiltà, aċċessibbiltà u ċarezza. Jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tevalwa l-kwalità tad-dejta trażmessa u jenħtieġ li tipprepara u tippubblika rapporti dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Dan għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni ta' rappurtaġġ ta' kwalità taħt dan ir-Regolament.

 

__________________

 

1a http://ec.europa.eu/eurostat/documents/42577/6906243/ESS+vision+2020+brochure/4baffcaa-9469-4372-b1ea-40784ca1db62

 

1b http://ec.europa.eu/eurostat/documents/42577/6906243/ESS+vision+2020+brochure/4baffcaa-9469-4372-b1ea-40784ca1db62

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Dan ir-Regolament jiżgura d-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u għall-familja u l-ħarsien tad-data personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jiżgura wkoll il-ħarsien tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali u jispeċifika, f'dak li għandu x'jaqsam mal-istatistika Ewropea, ir-regoli stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

___________________

 

1a Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinkludi regoli dwar it-trażmissjoni ta' dejta mill-Istati Membri, inkluż it-trażmissjoni ta' dejta kunfidenzjali. Miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li dejta kunfidenzjali hi protetta, u li ma jsir l-ebda żvelar illegali jew użu mhux statistiku tad-dejta matul il-produzzjoni u t-tqassim ta' statistika Ewropea.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinkludi regoli dwar it-trażmissjoni ta' dejta mill-Istati Membri, inkluż it-trażmissjoni ta' dejta kunfidenzjali. Miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li dejta kunfidenzjali hi protetta, u li ma jsir l-ebda żvelar illegali jew użu mhux statistiku tad-dejta matul il-produzzjoni u t-tqassim ta' statistika Ewropea, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-istatistika hi meħtieġa f'livell nazzjonali u reġjonali wkoll. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/200327, l-istatistika kollha tal-Istati Membri li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u li trid tiġi kkategorizzata skont l-unitajiet territorjali jenħtieġ li tuża l-klassifikazzjoni tan-NUTS. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita statistika reġjonali kumparabbli, id-dejta dwar l-unitajiet territorjali għandha tkun ipprovduta skont il-klassifika NUTS.

(16)  L-istatistika hi meħtieġa f'livell nazzjonali u reġjonali wkoll u fejn hija meħtieġa kumparabbiltà aħjar huwa importanti li d-dejta aggregata ssir disponibbli għall-unitajiet territorjali kumparabbli bħal NUTS2, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż u billi l-Istati Membri jiġu pprovduti b'riżorsi finanzjarji xierqa. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, l-istatistika kollha tal-Istati Membri li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u li trid tiġi kkategorizzata skont l-unitajiet territorjali jenħtieġ li tuża l-klassifikazzjoni tan-NUTS. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita statistika reġjonali kumparabbli, id-dejta dwar l-unitajiet territorjali għandha tkun ipprovduta skont il-klassifika NUTS. Fuq terminu itwal, jenħtieġ li jsiru sforzi biex tinkiseb ġeolokalizzazzjoni aktar dettaljata tar-rispondenti, abbażi tal-infrastruttura stabbilita bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a.

__________________

__________________

27 Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

27 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

 

27a Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għal Informazzjoni Ġeografika fil-Komunita' Ewropea (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Sabiex dejta ta' kwalità għolja u komparabbli fil-livell ta' NUTS 2 tkun tista' tiġi prodotta u sabiex fuq terminu itwal jingħelbu diffikultajiet metodoloġiċi li għandhom x'jaqsmu mal-ġeolokalizzazzjoni, jenħtieġ li jiġu previsti studji dwar il-fattibbiltà f'dik id-direzzjoni, kif ukoll rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-iżviluppi fil-kuntest ta' ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tipprovdi riżorsi finanzjarji adegwati għal dan l-għan.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-suġġetti dettaljati stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tistabbilixxi jew tadatta l-pjan kontinwu pluriennali fuq tmien snin għall-ġbir ta' dejta koperta minn dan ir-Regolament skont il-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(17)  Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-suġġetti dettaljati stabbiliti fl-Annessi Ib sa Ig, jiġifieri n-numru, it-titlu u d-deskrizzjoni tal-varjabbli, il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjoni statistika, l-unitajiet ta' osservazzjoni u r-rispondenti, il-perjodi u d-dati ta' referenza, kif ukoll fir-rigward ta' ċerti derogi u l-awtorizzazzjonijiet għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni jenħtieġ ikollha wkoll is-setgħa li tistabbilixxi jew tadatta l-pjan kontinwu pluriennali fuq tmien snin għall-ġbir ta' dejta koperta minn dan ir-Regolament skont il-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV u skont il-Programm Ewropew tal-Istatistika. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

 

____________________

 

1a. ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar is-settijiet ta' dejta partikolari, l-oġġetti tekniċi meta dawn ikunu komuni għal diversi settijiet ta' dejta, l-istandards tekniċi meħtieġa biex ikun faċilitat l-iskambju u l-qsim ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri, l-oqfsa ta' ġbir ta' kampjuni, l-aktar li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi tagħhom, it-termini u l-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, u fir-rigward ta' kwalunkwe deroga. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201128.

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar is-settijiet ta' dejta partikolari, l-oġġetti tekniċi meta dawn ikunu komuni għal diversi settijiet ta' dejta, l-istandards tekniċi meħtieġa biex ikun faċilitat l-iskambju u l-qsim ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri, l-oqfsa ta' ġbir ta' kampjuni, l-aktar li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi tagħhom, it-termini u l-format tar-rapporti ta' kwalità. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201128.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tirrikjedi adattamenti maġġuri għas-sistemi ta' statistika nazzjonali, u għalhekk il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri.

(19)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tirrikjedi adattamenti maġġuri għas-sistemi ta' statistika nazzjonali, u għalhekk jenħtieġ li jingħataw derogi limitati lill-Istati Membri. Meta jkun xieraq, jenħtieġ ukoll li jingħata kontribut finanzjarju tal-Unjoni lill-Istati Membri fil-forma ta' għotjiet, b'mod partikolari għall-finijiet ta' bini tal-kapaċità u ta' appoġġ ta' studji dwar il-fattibbiltà u studji pilota, u f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

______________

 

1a Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għad-dejta statistika koperta minn dan ir-Regolament.. B'mod partikolari, dejta statistika meħtieġa għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet u strateġiji tal-Unjoni u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha titqies bħala dejta pproċessata għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali.

(20)  Id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għad-dejta statistika koperta minn dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dejta statistika meħtieġa għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet u strateġiji tal-Unjoni u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha titqies bħala dejta pproċessata għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali, f'konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

__________________

__________________

29 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

30 Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

30 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Il-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet fil-qafas tal-ESS jenħtieġ li jissaħħu biex jiġu żgurati l-koerenza u l-kumparabbiltà tal-istatistiċi soċjali Ewropej prodotti skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 338(2) TFUE. Hemm ukoll il-ġbir tad-dejta minn korpi oħra tal-Unjoni kif ukoll mill-komunità akkademika, lil hinn minn dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament. Il-kooperazzjoni bejn tali atturi u dawk involuti fl-ESS jenħtieġ li tissaħħaħ sabiex jittieħed vantaġġ mis-sinerġiji.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Jenħtieġ li jkun hemm obbligu li jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-dejta personali lill-awtoritajiet superviżorji fil-każ ta' operazzjonijiet ta' proċessar tad-dejta li jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jew li jkunu ta' għamla ġdida u fejn ma tkun twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta qabel mill-kontrollur, jew fejn isiru meħtieġa fid-dawl taż-żmien li jkun għadda sa mill-ipproċessar inizjali.

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)  Meta tintuża dejta minn sorsi ta' dejta ġodda, pereżempju dejta dwar il-lok miksuba minn rekords tat-telefonija mobbli, jenħtieġ li tapplika d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________

 

1a.  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU L 201,31, 7.2002, p 37; emendata mid-Direttiva 2009/136/KE.

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-għan ta' dan ir-Regolament, l-aktar it-twaqqif ta' qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta f'livell individwali miġbura minn kampjuni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda minflok, għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni u kumparabilità, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE. Għalhekk, l-UE tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(21)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, l-aktar it-twaqqif ta' qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta f'livell individwali miġbura minn kampjuni, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba raġunijiet ta' armonizzazzjoni, kwalità tad-dejta u kumparabbiltà, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-istatistika li tinġabar b'mod uniformi u ta' kwalità għolja, tipprovdi valur miżjud ewlieni għat-tfassil tal-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

Kif imsemmi hawn fuq, dejta statistika ta' kwalità għolja u speċjalment kumparabbli, hija ferm importanti għat-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza.

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-istatistika soċjali Ewropea miġbura minn kampjuni u l-proċess ta' ġbir ta' dejta għandhom isiru aktar effiċjenti u rilevanti. Għandhom ikunu żgurati l-kumparabilità u l-koerenza tad-dejta tul iż-żmien. L-istatistika Ewropea dwar persuni u unitajiet domestiċi abbażi ta' dejta fil-livell individwali miġbura minn kampjuni bħalissa hija rregolata f'għadd ta' atti leġiżlattivi separati li għandhom ikunu sostitwiti minn dan ir-Regolament. Għalhekk hu meħtieġ li jitħassru r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/9831 u r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.

(22)  L-istatistika soċjali Ewropea miġbura minn kampjuni u l-proċess ta' ġbir ta' dejta jenħtieġ li jsiru aktar effiċjenti u rilevanti. Jenħtieġ li jkunu żgurati l-kumparabbiltà u l-koerenza tad-dejta tul iż-żmien. L-istatistika Ewropea dwar persuni u unitajiet domestiċi abbażi ta' dejta fil-livell individwali miġbura minn kampjuni bħalissa hija rregolata f'ħames atti leġiżlattivi separati li jenħtieġ li jkunu sostitwiti kompletament jew parzjalment minn dan ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/31 u r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 huma koperti fit-totalità tagħhom minn dan ir-Regolament u għalhekk huwa meħtieġ li dawn jitħassru. Ir-Regolamenti (KE) Nru 808/200432a, (KE) Nru 1338/200832b u (KE) Nru 452/200832c tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikopru unitajiet statistiċi oħra għajr individwi u unitajiet domestiċi, kif ukoll dominji u suġġetti oħra għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament. Filwaqt li dawn ir-regolamenti jenħtieġ li jinżammu fis-seħħ, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom il-partijiet rispettivi li jittrattaw il-ġbir ta' dejta minn individwi u unitajiet domestiċi li huma koperti minn dan ir-Regolament.

__________________

__________________

31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3)

31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3)

32 Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1).

32 Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1).

 

32a Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49)

 

32b Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

 

32c Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227)

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni ta' dawk il-persuni u unitajiet domestiċi.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni ta' dawk il-persuni u unitajiet domestiċi b'konformità mal-Programm Ewropew tal-Istatistika.

2.  Ir-Regolament ma japplikax għal ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 763/200833.

2.  Ir-Regolament ma japplikax għal ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 763/200833.

__________________

__________________

33 Regolament (KE) 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar

33 Ir-Regolament (KE) 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

(-a)  "mikrodejta" tfisser osservazzjonijiet jew miżuri mhux aggregati ta' karatteristiċi ta' unitajiet individwali;

(a)  "dejta jew mikrodejta kkontrollata minn qabel" tfisser dejta u mikrodejta verifikata mill-Istati Membri, abbażi ta' regoli ta' validazzjoni komuni miftiehma;

(a)  "ikkontrollata minn qabel" tfisser verifikata mill-Istati Membri, abbażi ta' regoli ta' validazzjoni komuni miftiehma;

(b)  "qasam" tfisser sett ta' dejta jew diversi settijiet organizzati sabiex jiġu koperti suġġetti partikolari;

(b)  "qasam" tfisser sett ta' dejta jew diversi settijiet organizzati biex jiġu koperti suġġetti partikolari;

(c)  "unità ta' osservazzjoni" tfisser entità li tista' tiġi identifikata li dwarha tista' tinkiseb dejta;

(c)  "unità ta' osservazzjoni" tfisser entità li tista' tiġi identifikata li dwarha tista' tinkiseb dejta;

(d)  "suġġett" tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-unitajiet ta' osservazzjoni, kull suġġett ikopri numru ta' suġġetti dettaljati;

(d)  "suġġett" tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-unitajiet ta' osservazzjoni, kull suġġett ikopri numru ta' suġġetti dettaljati;

(e)  "rekords amministrattivi" tfisser dejta ġġenerata minn sors mhux statistiku, ġeneralment entità pubblika, li m'għandux l-għan li jipprovdi statistika, għall-iskopijiet tiegħu stess;

(e)  "rekords amministrattivi" tfisser dejta ġġenerata minn sors mhux statistiku, (ġeneralment, imma mhux dejjem, entità pubblika), għal skopijiet oħra mhux statistiċi;

(f)  "suġġett ad hoc" tfisser temi li huma ta' interess partikolari għall-utenti f'punt speċifiku fiż-żmien, imma li mhumiex inklużi fis-settijiet ta’ dejta regolari.

(f)  "suġġett ad hoc" tfisser temi jew suġġetti li huma ta' interess partikolari għall-utenti f'punt speċifiku fiż-żmien, imma li mhumiex inklużi fis-settijiet ta' dejta regolari.

(g)  "indikatur primarju" tfisser informazzjoni użata b'mod ġenerali li sservi għall-monitoraġġ ta' objettiv ċentrali tal-politika tal-UE.

(g)  "indikatur primarju" tfisser informazzjoni użata b'mod ġenerali li sservi għall-monitoraġġ ta' objettiv ċentrali tal-politika tal-UE.

 

(ga)  "metadejta" tfisser informazzjoni li hija meħtieġa biex l-istatistika tkun tista' tintuża u tiġi interpretata u li tiddeskrivi d-dejta b'mod strutturat billi tagħti definizzjonijiet u informazzjoni dwar materji bħal ma huma l-popolazzjonijiet, l-oġġetti, il-varjabbli, il-metodoloġija u l-kwalità;

 

(gb)  "rapport ta' kwalità" tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar id-dimensjonijiet kollha tal-kwalità ta' prodott jew proċess statistiku;

 

(gc)  "l-oqsfa tal-kampjunar" tfisser lista, mappa jew speċifikazzjoni oħra tal-unitajiet li jiddefinixxu popolazzjoni li għandha tiġi kompletament enumerata jew miġbura fil-kampjun.

 

(gd)  "unità domestika privata" tfisser persuna li tgħix waħedha jew grupp ta' persuni li jgħixu flimkien u jipprovdu għalihom stess l-essenzjali għall-għajxien;

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Settijiet ta' dejta

Settijiet ta' dejta

1.  Il-ġbir ta' dejta li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 għandu jkun organizzat fl-oqsma li ġejjin:

1.  Il-ġbir ta' dejta li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 għandu jkun organizzat fl-oqsma li ġejjin:

(a)  is-suq tax-xogħol,

(a)  il-forza tax-xogħol;

(b)  id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien,

(b)  id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien;

(c)  is-saħħa,

(c)  fis-saħħa;

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ,

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(e)  l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni,

(e)  l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(f)  l-użu tal-ħin,

(f)  l-użu tal-ħin;

(g)  il-konsum.

(g)  il-konsum.

 

1a.  Is-settijiet tad-dejta għandhom ikopru d-dominji kollha, kif stabbilit fl-Anness Ia.

2.  Is-settijiet tad-dejta għandhom ikopru suġġetti komuni għall-oqsma kollha kif ukoll is-suġġetti speċifiċi li ġejjin, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness I:

2.  Apparti s-suġġetti li huma komuni għad-dominji kollha, is-settijiet tad-dejta għandhom ikopru suġġetti għall-oqsma rispettivi, kif stabbilit fl-Annessi Ib sa Ig.

(a)  il-karatteristiċi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi,

 

(-b)  il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;

 

(c)  iż-żamma tax-xogħol u esperjenza ta' xogħol preċedenti,

 

(d)  il-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

 

(e)  il-kisba u l-isfond edukattivi,

 

(f)  il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

 

(g)  is-saħħa: l-istatus u diżabilità, kura u determinanti,

 

(h)  id-dħul, il-konsum u l-ġid, inkluż id-dejn,

 

(i)  il-kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż privazzjoni materjali, abitazzjoni, l-ambjent tal-għajxien u l-aċċess għas-servizzi,

 

(j)  il-kwalità tal-ħajja, inkluż il-parteċipazzjoni u l-benesseri soċjali u kulturali,

 

(k)  l-allokazzjoni tal-ħin, u

 

(l)  l-parteċipazzjoni fis-soċjetà tal-informatika.

 

3.  Ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni u l-karatteristiċi tal-kampjuni li jintużaw għall-oqsma differenti għandhom ikunu kif speċifikati fl-Annessi II u III rispettivament.

3.  Ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni u l-karatteristiċi tal-kampjuni li jintużaw għall-oqsma differenti għandhom ikunu kif speċifikati fl-Annessi II u III rispettivament.

 

3a.  Id-dejta għandha tinqasam sabiex tiddeskrivi subpopolazzjonijiet ta' interess u għandha tirrifletti l-inugwaljanzi, kull meta jkun rilevanti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom ukoll jipproduċu informazzjoni li permezz tagħha tkun tista' tinġabar informazzjoni valida fil-livell territorjali NUTS2, sabiex tkun permessa kumparabbiltà aħjar tad-data bejn il-pajjiżi, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex temenda s-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness I sabiex ikunu riflessi l-iżviluppi tekniċi, soċjali u ekonomiċi rilevanti u tirrispondi għall-ħtiġijiet ġodda tal-utenti. Fl-eżerċizzju ta' din is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li:

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 abbażi ta' studju dwar il-fattibbiltà sabiex temenda s-suġġetti dettaljati elenkati fl-Annessi Ib sa Ig sabiex ikunu riflessi l-iżviluppi leġiżlattivi, tekniċi, soċjali, ċivili u ekonomiċi rilevanti u tirrispondi għall-ħtiġijiet ġodda tal-utenti, ukoll skont il-Programm Ewropew tal-Istatistika, filwaqt li jiġi evitat li jitqiegħed piż addizzjonali fuq ir-rispondenti.

(a)  tali atti delegati ma jimponux piż jew spiża sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti;

 

(-b)  mhux aktar minn 20 fil-mija tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness I jinbidlu għal kull qasam permezz ta' atti delegati. Għall-oqsma li għalihom tinġabar id-dejta b'perjodiċità infra-annwali jew annwali, dawn il-bidliet għandhom jirrappreżentaw massimu ta' 10 fil-mija tal-lista ta' suġġetti dettaljati. Dawk il-perċentwali massimi għandhom japplikaw għal erba’ snin konsekuttivi. L-għadd ta' suġġetti dettaljati li jistgħu jinbidlu għandhom jitqarrbu għall-eqreb valur sħiħ.

Sakemm ma jkunx iġġustifikat b'mod xieraq minn ċirkustanzi eċċezzjonali, mhux aktar minn 20 fil-mija tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Annessi Ib sa Ig jistgħu jinbidlu għal kull qasam permezz ta' atti delegati. Għall-oqsma li għalihom tinġabar id-dejta b'perjodiċità infra-annwali jew annwali, dawn il-bidliet għandhom jirrappreżentaw massimu ta' 10 fil-mija tal-lista ta' suġġetti dettaljati. Dawk il-perċentwali massimi għandhom japplikaw għal erba’ snin konsekuttivi. L-għadd ta' suġġetti dettaljati li jistgħu jinbidlu għandhom jitqarrbu għall-eqreb valur sħiħ.

 

(Fir-Regolament kollu, il-qasam "suq tax-xogħol" huwa sostitwit minn "forza tax-xogħol")

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Ippjanar kontinwu pluriennali

Ippjanar kontinwu pluriennali

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 biex tistabbilixxi jew tadotta pjan kontinwu pluriennali għal tmien snin għall-ġbir ta' dejta koperta minn dan ir-Regolament, skont il-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż jew spiża addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi jew tadotta pjan kontinwu pluriennali għal tmien snin għall-ġbir ta' dejta koperta minn dan ir-Regolament, skont il-perjodiċità speċifikata fl-Anness IV u skont il-Programm Ewropew tal-Istatistika.

2.  Dan il-pjan kontinwu pluriennali għandu jispeċifika l-perjodu li matulu tinġabar id-dejta:

2.  Dan il-pjan kontinwu pluriennali għandu jispeċifika l-perjodu li matulu tinġabar id-dejta:

(a)  għas-suġġetti dettaljati marbuta mal-oqsma,

(a)  għas-suġġetti dettaljati marbuta mal-oqsma,

(-b)  suġġetti ad hoc mitluba mill-utenti, għall-oqsma tas-suq tax-xogħol u d-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, kif stabbilit fl-Anness IV. F'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati, din id-dejta tista' tkopri suġġetti dettaljati oħra apparti dawk elenkati fl-Anness I.

(-b)  suġġetti ad hoc mitluba mill-utenti, għall-oqsma tal-forza tax-xogħol u d-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, kif stabbilit fl-Anness IV. F'każijiet ġustifikati, din id-dejta tista' tkopri suġġetti dettaljati oħra apparti dawk elenkati fl-Annessi Ib sa Ig.

3.  L-adattamenti tal-ippjanar imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom isiru mhux aktar tard mill-24 sahar qabel il-bidu ta' kull perjodu ta' ġbir ta' dejta, kif speċifikat fl-ippjanar. Dawn l-adattamenti għandhom jimmiraw biex jiżguraw l-effettività u l-konsistenza tal-ippjanar mal-ħtiġijiet tal-utenti.

3.  L-adattamenti tal-ippjanar imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom isiru mhux aktar tard mill-24 xahar qabel il-bidu ta' kull perjodu ta' ġbir ta' dejta, kif speċifikat fl-ippjanar. Dawn l-adattamenti għandhom jimmiraw biex jiżguraw l-effettività u l-konsistenza tal-ippjanar mal-ħtiġijiet tal-utenti.

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jestendu l-kopertura tal-ġbir tad-dejta lil hinn mill-unitajiet domestiċi privati, dment li d-dejta trażmessa tippermetti l-identifikazzjoni tal-unitajiet ta' osservazzjoni li ma jappartjenux għal unitajiet domestiċi privati u li normalment jirrisjedu f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-Istati Membri jippruvaw ikopru liċ-ċittadini lil hinn mill-unitajiet domestiċi privati. Dan huwa għan importanti fit-tul, peress li l-istatistika titjieb jekk fil-ġbir tad-dejta jkunu jistgħu jiġu koperti wkoll persuni li jgħixu fi djar tal-kura - kemm jekk ikunu anzjani, persuni b'diżabilità, morda b'mard kroniku jew oħrajn - u persuni bla dar.

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Speċifikazzjonijiet tas-settijiet tad-data

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika dawn l-elementi li ġejjin tas-settijiet tad-dejta differenti, anke meta dawk is-suġġetti jkunu komuni għal diversi settijiet tad-dejta, sabiex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti:

 

(a)  in-numru, it-titolu u d-deskrizzjoni ta' varjabbli;

 

(b)  il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjonijiet statistiċi, l-unitajiet ta' osservazzjoni u r-rispondenti;

 

(c)  il-perjodi ta' referenza u dati.

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet tad-dejta

Speċifikazzjonijiet tekniċi tas-settijiet tad-dejta

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu speċifikati s-suġġetti tekniċi li ġejjin tas-settijiet tad-dejta individwali:

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin tas-settijiet tad-dejta individwali:

(a)  in-numru u d-deskrizzjoni ta' varjabbli;

 

(b)  il-klassifikazzjonijiet statistiċi;

(a)  il-klassifikazzjonijiet statistiċi;

(c)  il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjonijiet statistiċi, l-unitajiet ta' osservazzjoni u r-rispondenti;

 

(d)  il-perjodi ta' referenza u dati;

 

(e)  ir-rekwiżiti relatati mal-kopertura ġeografika, karatteristiċi tal-kampjun li jinkludu subkampjunar, aspetti tekniċi tal-field work, editjar u imputazzjoni, ponderazzjoni, stima u stima tal-varjanza;

(e)  ir-rekwiżiti relatati mal-kopertura ġeografika, karatteristiċi tal-kampjun li jinkludu subkampjunar, aspetti tekniċi tal-field work, editjar u imputazzjoni, ponderazzjoni, stima u stima tal-varjanza;

(f)  fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq livell għoli ta' kumparabbiltà għal dejta dwar l-impjieg u dwar il-qgħad fil-qasam tas-suq tax-xogħol, il-metodoloġija biex tinġabar id-dejta. Dan jista' jinkludi, fejn meħtieġ, l-ordni u t-tqegħid tal-mistoqsijiet fil-kwestjonarju. Din il-ħtieġa għandha tkun debitament ġustifikata.

(f)  il-metodoloġija li tipprovdi l-kumparabbiltà tad-dejta miġbura; għall-impjieg u l-qgħad fid-dominju tal-forza tax-xogħol u għall-privazzjoni materjali fid-dominju tad-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, jista' jinkludi, f'każijiet iġġustifikati b'mod xieraq, l-ordni tal-mistoqsijiet. Il-kwestjonarji mudell m'għandhomx ikunu mandatorji, iżda rakkomandazzjonijiet biss.

2.  Meta s-suġġetti jkunu komuni għal diversi settijiet ta' dejta, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi li ġejjin tas-settijiet tad-dejta:

 

(a)  il-lista u d-deskrizzjoni ta' varjabbli;

 

(b)  il-klassifikazzjonijiet statistiċi;

 

(c)  il-karatteristiċi preċiżi tal-popolazzjonijiet statistiċi u tal-unitajiet tal-osservazzjoni.

 

3.  Għas-settijiet tad-dejta dwar il-qgħad mensili li jirrelataw mal-qasam tas-suq tax-xogħol, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu deskritti l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta' dettall tas-serje tal-ħin li għandhom ikunu trażmessi.

3.  Għas-settijiet tad-dejta dwar il-qgħad mensili li jirrelataw mal-qasam tal-forza tax-xogħol, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-iskop li jiġu deskritti l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta' dettall tas-serje tal-ħin li għandhom ikunu trażmessi.

4.  Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

L-istandards għat-trażmissjoni u l-iskambju tal-informazzjoni

L-istandards għat-trażmissjoni u l-iskambju tal-informazzjoni

1.  L-istandards tekniċi għandhom jiġu stabbiliti biex ikunu faċilitati l-iskambju u l-qsim tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri, b'mod partikolari għall-iskop li jingħata appoġġ lill-ġestjoni tal-kwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċess relatati mal-istatistika koperta minn dan ir-Regolament.

1.  L-istandards tekniċi għandhom jiġu stabbiliti biex ikunu faċilitati l-iskambju u l-qsim tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat), b'mod partikolari għall-iskop li jingħata appoġġ lill-ġestjoni tal-kwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċess relatati mal-istatistika koperta minn dan ir-Regolament.

2.  L-istandards tekniċi għandhom ikopru kunċetti, proċessi u prodotti statistiċi, inkluż dejta u metadejta.

2.  L-istandards tekniċi għandhom ikopru kunċetti, proċessi u prodotti statistiċi, inkluż dejta u metadejta.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex ikunu stabbiliti l-istandards tekniċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Sorsi ta' dejta u metodi

Sorsi ta' dejta u metodi

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 billi jużaw wieħed jew diversi minn dawn is-sorsi li ġejjin, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità mogħtija fl-Artikolu 12:

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 billi jużaw wieħed jew diversi minn dawn is-sorsi li ġejjin, sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità mogħtija fl-Artikolu 12 u jinġabru u jiġu pproċessati ulterjorment f'konformità mas-salvagwardji previsti fil-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta u jkunu soġġetti għalihom:

(a)  informazzjoni pprovduta direttament mir-rispondenti;

(a)  informazzjoni pprovduta direttament mir-rispondenti fuq bażi volontarja, fuq il-bażi tal-kunsens tas-suġġetti tad-dejta li jipprovdu d-dejta, sakemm il-provvista tal-informazzjoni mhijiex speċifikament meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur u li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa biex jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta u l-interess leġittimu;

(b)  rekords amministrattivi u kwalunkwe sors ieħor, metodi jew approċċi innovattivi safejn dawn jippermettu għall-produzzjoni ta' dejta li hija kumparabbli u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli stipulati f'dan ir-Regolament.

(b)  rekords amministrattivi u kwalunkwe sors ieħor, metodi jew approċċi innovattivi, inklużi tekniki ta' stima ta' żona żgħira, maħsuba biex ikopru d-diversità territorjali safejn dawn jippermettu l-produzzjoni ta' dejta li hija kumparabbli u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli stipulati f'dan ir-Regolament u jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'informazzjoni dettaljata dwar is-sorsi u l-metodi użati.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'informazzjoni dettaljata dwar is-sorsi u l-metodi użati kif ukoll id-dejta relatata skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3).

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Trażmissjoni tad-dejta u skadenzi

Trażmissjoni tad-dejta u skadenzi

1.  L-iskadenzi għat-trażmissjoni se jkunu kif speċifikat fl-Anness V.

1.  L-iskadenzi għat-trażmissjoni se jkunu kif speċifikat fl-Anness V.

2.  Għal kull sett ta' dejta, l-Istati Membri ser jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) mikrodejta kkontrollata minn qabel mingħajr identifikazzjoni diretta.

2.  Għal kull sett ta' dejta, l-Istati Membri ser jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz ta' sistemi sikuri ta' trażmissjoni, mikrodejta kkontrollata minn qabel mingħajr identifikazzjoni diretta.

3.  Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 2, id-dejta aggregata kkontrollata minn qabel għandha tkun trażmessa għall-kumpilazzjoni ta' statistika mensili dwar il-qgħad.

3.  Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 2, id-dejta aggregata kkontrollata minn qabel għandha tkun trażmessa għall-kumpilazzjoni ta' statistika mensili dwar il-qgħad.

4.  L-Istati Membri għandhom jiġbru u jittrażmettu dejta skont dan ir-Regolament mill-2019.

4.  L-Istati Membri għandhom jiġbru u jittrażmettu dejta skont dan ir-Regolament mill-2019.

 

4a.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, ħlief f'każijiet iġġustifikati b'mod xieraq, tippubblika d-dejta aggregata fuq is-sit web tal-Eurostat b'mod li jkun faċli għall-utent fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tal-mikrodejta finali, dment li d-dejta min-nofs l-Istati Membri tkun disponibbli.

 

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Oqfsa tal-kampjunar

Oqfsa tal-kampjunar

1.  Id-dejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi meħuda minn oqfsa tal-kampjunar stabbiliti fil-livell nazzjonali li jippermettu li l-persuni jew l-unitajiet domestiċi jintgħażlu b'mod każwali, bi probabilità tal-għażla magħrufa. L-oqfsa tal-kampjunar għandu jkollhom l-għan li jkopru b'mod estensiv u esklużiv il-popolazzjoni ta' interess, u għandhom ikunu aġġornati b'mod regolari. Dawn għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-disinn tal-kampjun, bħall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' stratifikazzjoni u biex jiġu kkuntattjati l-persuni jew l-unitajiet domestiċi. Il-qafas tal-kampjunar għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa sabiex l-individwi jintrabtu ma' rekords amministrattivi oħra, safejn dan ikun permess taħt ir-regoli għall-protezzjoni tad-dejta.

1.  Id-dejta għandha tkun ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi meħuda minn oqfsa tal-kampjunar stabbiliti fil-livell nazzjonali li jippermettu li l-persuni jew l-unitajiet domestiċi jintgħażlu b'mod każwali, bi probabilità tal-għażla magħrufa. L-oqfsa tal-kampjunar għandu jkollhom l-għan li jkopru b'mod estensiv u esklużiv, bl-iżball fil-kopertura tas-soltu aċċettat, il-popolazzjoni fil-mira, u għandhom ikunu aġġornati b'mod regolari. Dawn għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-disinn tal-kampjun, bħall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' stratifikazzjoni u biex jiġu kkuntattjati l-persuni jew l-unitajiet domestiċi. Il-qafas tal-kampjunar għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa sabiex l-individwi jintrabtu ma' rekords amministrattivi oħra, safejn dan l-irbit ma' dawn ir-rekords ikun meħtieġ u proporzjonat u speċifikament permess skont il-liġi applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta, li jenħtieġ ukoll li tistabbilixxi miżuri xierqa biex tissalvagwardja d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta. Il-qafas tal-kampjunar għandu jipprovdi salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-dejta.

2.  Meta dan il-qafas tal-kampjunar ma jkunx disponibbli fl-Istat Membru, għandhom jintużaw oqfsa tal-kampjunar oħra li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin. Dawn l-oqfsa tal-kampjunar għandhom:

2.  Meta dan il-qafas tal-kampjunar ma jkunx disponibbli fl-Istat Membru, għandhom jintużaw oqfsa tal-kampjunar oħra li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin. Dawn l-oqfsa tal-kampjunar għandhom:

(a)  jidentifikaw l-unitajiet tal-kampjuni, li jistgħu jkunu persuni, unitajiet domestiċi, abitazzjonijiet jew indirizzi;

(a)  jidentifikaw l-unitajiet tal-kampjuni, li jistgħu jkunu persuni, unitajiet domestiċi, abitazzjonijiet jew indirizzi;

(b)  ikunu jistgħu jipprovdu l-probabilità tal-għażla;

(b)  ikunu jistgħu jipprovdu l-probabilità tal-għażla;

 

(ba)  jagħtu informazzjoni dwar id-daqs tas-subpopolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu;

(c)  ikunu aġġornati regolarment.

(c)  ikunu aġġornati regolarment.

 

2a.  Fejn rilevanti għall-finijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-oqfsa tal-kampjunar tal-istituti nazzjonali tal-istatistika għal stħarriġ mhux tal-ESS.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-oqfsa tal-kampjunar, l-aktar billi jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-oqfsa tal-kampjunar, b'mod partikolari billi jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Il-kwalità

Il-kwalità

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta u l-metadejta trażmessa.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li d-dejta u l-metadejta trażmessi jkunu tal-ogħla kwalità.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità kif definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità kif definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tal-metadejta dwar l-ispeċifikazzjonijiet, tad-dejta trażmessa u tal-oqfsa tal-kampjunar.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tal-metadejta dwar l-ispeċifikazzjonijiet, tad-dejta trażmessa u tal-oqfsa tal-kampjunar filwaqt li tqis ukoll kif xieraq li tesponihom b'mod faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Eurostat.

4.  Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu, fir-rigward tad-dejta u tal-metadejta msemmija fl-Artikolu 10:

4.  Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu, fir-rigward tad-dejta u tal-metadejta msemmija fl-Artikolu 10:

(a)  metadejta li tiddeskrivi l-metodoloġija użata u kif intlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b'referenza għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(a)  metadata li tiddeskrivi l-metodoloġija użata, inklużi s-sorsi tad-data u l-metodi msemmija fl-Artikolu 8 u kif intlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b'referenza għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(-b)  informazzjoni dwar konformità mar-rekwiżiti minimi għall-oqfsa tal-kampjunar użati, inkluż fl-iżvilupp u l-aġġornament tagħhom, kif stipulat minn dan ir-Regolament.

(-b)  informazzjoni dwar konformità mar-rekwiżiti minimi għall-oqfsa tal-kampjunar użati, inkluż fl-iżvilupp u l-aġġornament tagħhom, kif stipulat minn dan ir-Regolament.

 

(ba)  informazzjoni dwar is-subpopolazzjonijiet li ma ntlaħqux mill-ġbir tad-data.

5.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-metadejta u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, tal-anqas fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta u l-mikrodejta. Din l-informazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' rapporti dwar il-kwalità li juru, b'mod partikolari, kif id-dejta u l-mikrodejta trażmessi, u l-metadejta u l-informazzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità.

5.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-metadata u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11, tal-inqas fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data u l-mikrodata. Din l-informazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' rapporti dwar il-kwalità li juru, b'mod partikolari, kif id-dejta u l-mikrodejta trażmessi, u l-metadejta u l-informazzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, bir-rispett dovut għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kontenut tar-rapporti dwar il-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-modalitajiet u l-format tar-rapporti dwar il-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) malajr kemm jista' jkun dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-dejta trażmessa.

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) malajr kemm jista' jkun dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-dejta trażmessa.

8.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

8.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tevalwa l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Studji ta' fattibilità u studji pilota

Studji ta' fattibilità u studji pilota

Sabiex jittejbu s-settijiet tad-data, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha,fejn ikun meħtieġ, twaqqaf u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw f'diversi studji ta' fattibilità u pilota, b'mod partikolari biex tittejjeb il-kwalità inkluża l-kumparabbiltà, bħala kontribut għall-modernizzazzjoni fl-oqsma tal-konsum u tal-użu tal-ħin, biex jiġu esplorati u implimentati mezzi ġodda għal titjib fil-kapaċità ta' rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti, għal integrazzjoni aħjar tal-ġbir ta' data u l-użu ta' sorsi oħra ta' data, u biex il-ġbir ta' data fl-Istati Membri jsir iktar effiċjenti, b'kunsiderazzjoni għal-iżviluppi teknoloġiċi.

1.  Filwaqt li tikkonforma mal-objettivi ta' dan ir-Regolament u sabiex ittejjeb is-settijiet tad-dejta u l-indikaturi soċjali, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jipparteċipaw f'numru limitat ta' studji ta' fattibilità u studji pilota, billi jevalwaw u jiżviluppaw metodoloġiji alternattivi, b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari sabiex:

 

(a)  jittejbu l-kwalità u l-kumparabbiltà tas-settijiet tad-dejta;

 

(b)  tiġi estiża l-kopertura tal-ġbir tad-dejta għall-persuni li ma jgħixux f'unitajiet domestiċi privati jew għas-subpopolazzjonijiet li huwa diffiċli biex jintlaħqu;

 

(c)  jiġu żviluppati, ivvalutati u implimentati tekniki li jippermettu kopertura aħjar tad-diversità territorjali fil-livell NUTS2 u fil-livell lokali;

 

(d)  ikun hemm segwitu tal-kopertura statistika taċ-ċittadini migranti li jibdlu l-pajjiż ta' residenza;

 

(e)  jiġu żviluppati u ttestjati suġġetti dettaljati ġodda għall-ġbir tad-dejta;

 

(f)  jingħata kontribut għall-immodernizzar tal-oqsma tal-konsum u tal-użu tal-ħin, inkluż dejta dwar il-volum tal-konsum;

 

(g)  jiġu esplorati u implimentati modi ġodda biex tittejjeb il-kapaċità ta' rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti;

 

(h)  jiġi integrat aħjar il-ġbir tad-dejta kif ukoll l-użu ta'sorsi oħra tad-dejta; kif ukoll

 

(i)  il-ġbir tad-dejta fl-Istati Membri jsir aktar effiċjenti u sabiex l-istrumenti tal-ġbir tad-dejta jittejbu biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ.

 

Fil-każ ta' studju ta' fattibilità jew studju pilota obbligatorju, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi l-finanzjament xieraq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14.

 

2.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn ikun rilevanti, tistieden lill-Aġenziji tal-Unjoni li jwettqu stħarriġ soċjali Ewropew mhux tal-ESS biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' indikaturi ġodda u għall-ġbir ta' dejta pilota dwar suġġetti ad hoc kif imsemmi fl-Anness IV jew suġġetti ta' interess futur għall-ESS.

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

L-aċċess għal għanijiet xjentifici għad-dejta kunfidenzjali

 

Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tagħti aċċess fuq il-post tagħha għal dejta kunfidenzjali jew tirrilaxxa settijiet ta' mikrodejta anonimizzata mis-sorsi tas-settijiet ta' dejta għall-oqsma kif elenkati fl-Artikolu 3, għal għanijiet xjentifiċi u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 557/20131a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 tas-17 ta' Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 16).

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni tal-ġabriet ta' dejta jew tal-metodi tal-ġbir ta' dejta għal statistika soċjali, inkluż oqfsa tal-kampjunar, matul l-ewwel erba' snin tal-ġbir tas-settijiet tad-dejta;

(a)  l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni tal-ġabriet ta' dejta jew tal-metodi tal-ġbir ta' dejta għal statistika soċjali, inkluż oqfsa tal-kampjunar, matul l-ewwel ċiklu tal-ġbir tas-settijiet tad-dejta għal kull qasam kopert minn dan ir-Regolament;

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iżvilupp ta' metodoloġiji, inkluż l-istudji ta' fattibilità u pilota msemmija fl-Artikolu 13;

(b)  l-iżvilupp ta' metodoloġiji, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istudji ta' fattibilità u studji pilota msemmija fl-Artikolu 13;

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  L-NSIs għandhom jingħataw ir-riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti identifikati għall-għan preċiż tal-kompiti addizzjonali deskritti f'dan ir-Regolament li għalihom bħalissa m'għandhomx. Ir-riżorsi meħtieġa għandhom jiġu evalwati mill-ġdid skont l-evoluzzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, l-Artikolu 16(1) (a) tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, l-Artikolu 58 tar-Regolament 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 għandha tingħata skont regolamenti korrispondenti rigward il-Programm Ewropew tal-Istatistika, il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), it-Tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u l-Programm ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali.

__________________

 

34 Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

 

35 Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (‘EaSI’) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

 

36 Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

 

37 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

 

38 Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

 

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

L-eżerċizzju tad-delega

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5a u l-Artikolu 17(1),(2),(3) u (4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(4) u 4(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa mogħtija speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5a u l-Artikolu 17(1), (2), (3) u (4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa mogħtija speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201639.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat taħt l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 17(1),(2),(3) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

__________________

 

39OJ L 123, 12.5.2016, p. 1.

 

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Derogi

Derogi

1.  Jekk l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew il-miżuri ta' implimentazzjoni u atti delegati adottati taħtu, f'sistema statistika nazzjonali ta' Stat Membru tkun tinħtieġ adattamenti maġġuri, il-Kummissjoni tista' tagħti, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, deroga sa żmien ta' tliet snin. Deroga tista' tingħata biss jekk din ma tikkompromettix il-kumparabilità tad-dejta tal-Istati Membri li jirrelataw mal-indikaturi prinċipali, jew ixxekkel il-kalkolu tal-aggregati Ewropej meħtieġa f'waqthom u rappreżentattivi.

1.  Jekk l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew il-miżuri ta' implimentazzjoni u atti delegati adottati taħtu, f'sistema statistika nazzjonali ta' Stat Membru tkun tinħtieġ adattamenti maġġuri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament dwar l-għoti ta' deroga sa żmien ta' erba' snin. Deroga tista' tingħata biss dment li l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx ingħatat u jekk din ma tikkompromettix il-kumparabbiltà tad-dejta tal-Istati Membri li jirrelataw mal-indikaturi prinċipali, jew ixxekkel il-kalkolu tal-aggregati Ewropej meħtieġa f'waqthom u rappreżentattivi.

2.  Meta fi tmiem ta' perjodu li fih tkun ingħatat deroga, din tkun għadha ġustifikata, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga sussegwenti għal perjodu massimu ta' tliet snin, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

2.  Meta fi tmiem ta' perjodu li fih tkun ingħatat deroga, din tkun għadha ġustifikata b'evidenza suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament dwar l-għoti ta' deroga sussegwenti għal perjodu massimu ta' sena.

3.  Meta l-uniku mezz li bih Stat Membru jkun jista' jipprovdi s-settijiet ta' dejta meħtieġa jkun bl-użu ta' metodi oħra differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew fil-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skontu, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'mod eċċezzjonali, l-użu ta' dawn il-metodi għal perjodu massimu ta' ħames snin, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

3.  Meta l-uniku mezz li bih Stat Membru jkun jista' jipprovdi s-settijiet ta' dejta meħtieġa jkun bl-użu ta' metodi oħra differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew fil-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skontu, u fil-każ li dik id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx ingħatat, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'mod eċċezzjonali, l-użu ta' dawn il-metodi għal perjodu massimu ta' ħames snin, permezz ta' atti delegati sabiex tissupplimenta dan ir-regolament skont l-Artikolu 15.

4.  Meta fi tmiem ta' perjodu li fih tkun ingħatat awtorizzazzjoni, din tkun għadha ġustifikata, il-Kummissjoni tista' tagħti awtorizzazzjoni sussegwenti għal perjodu massimu ta' ħames snin, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

4.  Meta fi tmiem ta' perjodu li fih tkun ingħatat awtorizzazzjoni, din tkun għadha ġustifikata b'evidenza suffiċjenti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tagħti awtorizzazzjoni sussegwenti għal perjodu massimu ta' sentejn.

5.  Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 sa 4, l-Istat Membru għandu jissottometti talba ġustifikata kif dovut lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat, jew sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih tkun ingħatat id-deroga jew l-awtorizzazzjoni attwali. Meta jagħmel talba għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeskrivi fid-dettall il-metodi użati u juri li dawn iwasslu għal riżultati kumparabbli.

5.  Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 sa 4, l-Istat Membru għandu jissottometti talba ġustifikata kif dovut lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat, jew sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih tkun ingħatat id-deroga jew l-awtorizzazzjoni attwali. Meta jagħmel talba għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddeskrivi fid-dettall il-metodi użati u juri li dawn iwasslu għal riżultati kumparabbli.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

 

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 808/2004

 

Ir-Regolament (UE) Nru 808/2004 huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Moduli

 

Il-moduli f'dan ir-Regolament għandhom ikopru l-qasam intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni, kif definit fl-Anness I."

 

(2)  L-Anness II huwa mħassar.

 

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 17b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1338/2008

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

Artikolu 2

 

Kamp ta' applikazzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istatistika lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar l-oqsma li ġejjin:

 

(a)  il-kura tas-saħħa, kif iddefinita fl-Anness II,

 

(b)  il-kaġunijiet tal-mewt, kif iddefiniti fl-Anness III,

 

(c)  l-inċidenti fuq ix-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness IV,

 

(d)  il-mard relatat max-xogħol u problemi ta' saħħa u mard ieħor relatati max-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness V."

 

(2)  L-Anness I huwa mħassar.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 17c (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17c

 

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 452/2008

 

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 huwa emendat kif ġej:

 

(1)  L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 3

 

Oqsma

 

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-produzzjoni tal-istatistika f'żewġ oqsma:

 

(a)  Il-Qasam 1 għandu jkopri l-istatistika dwar is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ;

 

(b)  Il-Qasam 2 għandu jkopri statistika oħra dwar l-edukazzjoni, bħal statistika dwar kapital uman u dwar il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-edukazzjoni, mhux koperta mill-Qasam 1 u mir-Regolament (UE) Nru ... [Ir-Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea, COD 2016/0264];

 

Il-produzzjoni ta' statistika f'dawk l-oqsna għandha titwettaq skont l-Anness.";

 

(2)  Fl-Anness, it-taqsima intitolata "Qasam 2: Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja" hija mħassra.

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – dominju "Għad-dominji kollha"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Elementi tekniċi

Informazzjoni tal-ġbir tad-dejta

 

Identifikazzjoni

 

Piżijiet

 

Karatteristiċi tal-intervista

 

Lokalizzazzjoni

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Demografija

 

Ċittadinanza u sfond tal-migranti

 

Kompożizzjoni tal-unità domestika

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Stat tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

 

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Elementi tekniċi

Informazzjoni tal-ġbir tad-dejta

 

Identifikazzjoni

 

Piżijiet

 

Karatteristiċi tal-intervista

 

Lokalizzazzjoni

il-karatteristiċi fundamentali tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi,

Demografija

 

Ċittadinanza u sfond tal-migranti

 

Kompożizzjoni tal-unità domestika

Diżabilità

Diżabilità

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Stat tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

 

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

Livell edukattiv milħuq, kontinwità edukattiva u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq

 

Kontinwità edukattiva

Karatteristiċi tad-dħul bażiku ta' unità domestika

Id-dħul globali ta' unità domestika

(L-Anness I huwa maqsum f'annessi separati abbażi tad-dominji)

 

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid) – dominju "Forza tax-xogħol"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

 

Tul ta' żmien fil-pajjiż

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Stat ta' impjieg

 

Tul tal-kuntratt

 

Tul tal-kuntratt - informazzjoni sekondarja

 

Status full-time jew part-time - raġuni

 

Ħaddiem għal rasu dipendenti

 

Responsabbiltajiet ta' superviżjoni

 

Daqs tal-istabbiliment

 

Post tax-xogħol

 

Xogħol mid-dar

 

Tiftix għax-xogħol

 

Ħerqa għax-xogħol

 

Disponibbiltà

 

Tieni impjieg

 

Tiftix għal impjieg ieħor

 

Rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja

 

Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

 

Sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

 

Tranżizzjoni lejn l-irtirar

 

Ħtiġijiet tal-kura

Żamma ta' impjieg u esperjenza ta' xogħol preċedenti

Bidu ta' impjieg

 

Kif instab ix-xogħol

 

Esperjenza ta' xogħol preċedenti

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Ħinijiet tax-xogħol

 

Sigħat tax-xogħol

 

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (4 ġimgħat)

 

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)

Saħħa: status u diżabbiltà, kura u determinanti

Aċċidenti fuq ix-xogħol u problemi ta' saħħa oħrajn marbuta max-xogħol

 

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

karatteristiċi addizzjonali tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

 

Tul ta' żmien fil-pajjiż

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Stat ta' impjieg

 

Tul tal-kuntratt

 

Tul tal-kuntratt - informazzjoni sekondarja

 

Status full-time jew part-time - raġuni

 

Ħaddiem għal rasu dipendenti

 

Responsabbiltajiet ta' superviżjoni

 

Daqs tal-istabbiliment

 

Post tax-xogħol

 

Xogħol mid-dar

 

Tiftix għall-impjieg

 

Ħerqa għax-xogħol

 

Disponibbiltà

 

Tieni impjieg jew impjiegi multipli

 

Tiftix għal impjieg ieħor

 

Sottoimpjieg

 

Rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja

 

Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

 

Persuni b'diżabbiltà fis-suq tax-xogħol

 

Sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

 

Tranżizzjoni lejn l-irtirar

 

Ħtiġijiet u obbligi tal-kura

iż-żamma ta' impjieg, il-bijografija professjonali u esperjenza ta' xogħol preċedenti,

Bidu ta' impjieg

 

Kif instab ix-xogħol

 

Tmiem ta' impjieg

 

Kontinwità u pawżi tal-karriera

 

Esperjenza ta' xogħol preċedenti

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Ħinijiet tax-xogħol

 

Sigħat tax-xogħol

 

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (4 ġimgħat)

 

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)

status tas-saħħa, diżabiltà, aċċess, disponibilità u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Aċċidenti fuq ix-xogħol u problemi ta' saħħa oħrajn marbuta max-xogħol

 

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

 

Dħul minn gratifiki

 

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness Ib (ġdid) – dominju "Dħul u kundizzjonijiet tal-għajxien"

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

 

Tul ta' żmien fil-pajjiż

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

 

Tul tal-kuntratt

 

Stat ta' impjieg

 

Sitwazzjoni dettaljata tas-suq tax-xogħol

 

Responsabbiltajiet ta' superviżjoni

Żamma ta' impjieg u esperjenza ta' xogħol preċedenti

Esperjenza ta' xogħol preċedenti

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Kalendarju ta' attivitajiet

 

Ħinijiet tax-xogħol

Saħħa: status u diżabbiltà, kura u determinanti

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

 

Status tas-saħħa u diżabbiltà

 

Saħħa tat-tfal

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa

 

Kura tas-saħħa

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa (tfal)

 

Determinanti tas-saħħa

Kwalità tal-ħajja, inkluż parteċipazzjoni soċjali u kulturali u benessri

Kwalità tal-ħajja

 

Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

 

Benessri

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Deprivazzjoni materjali

 

Deprivazzjoni tat-tfal

 

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

 

Dettalji tal-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, inkluż deprivazzjoni

 

Spejjeż tal-abitazzjoni, inkluż kera implikata

 

Ambjent tal-għajxien

 

Użu ta' servizzi, inkluż servizzi tal-kura

 

Affordabbiltà

 

Ħtiġijiet mhux sodisfati u raġunijiet

 

Indukrar tat-tfal

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

 

Dħul minn gratifiki

 

Dħul minn pensjonijiet

 

Dħul ieħor

 

Taxxi u kontribuzzjonijiet

 

Dħul totali

 

Djun żejda

 

Arretrati

 

Ġid

 

Komponenti ewlenin tal-konsum

 

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

karatteristiċi addizzjonali tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

 

Unitajiet domestiċi b'diversi ġenerazzjonijiet qiegħda fit-tul

 

Tul ta' żmien fil-pajjiż

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

 

Tul tal-kuntratt

 

Stat ta' impjieg

 

Sitwazzjoni dettaljata tas-suq tax-xogħol

 

Responsabbiltajiet ta' superviżjoni

żamma ta' impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta' xogħol preċedenti,

Esperjenza ta' xogħol preċedenti

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Kalendarju ta' attivitajiet

 

Ħinijiet tax-xogħol

Status tas-saħħa u diżabilità, aċċess, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa,

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

 

Status tas-saħħa u diżabilità

 

Saħħa tat-tfal

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa

 

Kura tas-saħħa

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa (tfal)

 

Determinanti tas-saħħa

Kwalità tal-ħajja, inkluż parteċipazzjoni soċjali, ċivili, ekonomika u kulturali, inklużjoni u benessri

Kwalità tal-ħajja

 

Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

 

Benessri

 

Kapaċità ta' għajxien indipendenti ta' persuni b'diżabbiltà

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, saħħa u edukazzjoni, ħtiġijiet mhux sodisfati u valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji, aċċess għas-servizzi

Deprivazzjoni materjali

 

Deprivazzjoni tat-tfal

 

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

 

Dettalji tal-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, inkluż deprivazzjoni

 

Spejjeż tal-abitazzjoni, inkluż kera implikata

 

Spejjeż tal-abitazzjoni inklużi spejjeż ta' utilità mnaqqsa

 

Akkomodazzjoni raġonevoli pprovduta għal persuni b'diżabbiltà

 

Ambjent tal-għajxien

 

Diffikultajiet ta' abitazzjoni (inklużi diffikultajiet fil-kera)

 

Użu ta' servizzi, inkluż servizzi tal-kura

 

Affordabbiltà

 

Ħtiġijiet mhux sodisfati u raġunijiet

 

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji

 

Indukrar tat-tfal

 

Il-kura

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul mix-xogħol

 

Dħul minn gratifiki

 

Dħul minn pensjonijiet

 

Dħul ieħor

 

Taxxi u kontribuzzjonijiet, inklużi krediti ta' taxxa għal familji bit-tfal

 

Dħul totali - dettalji addizzjonali (unità domestika u rispondent)

 

Djun żejda inklużi r-raġunijiet

 

Arretrati

 

Ġid (inkluż l-assi kollha)

 

 

 

Komponenti ewlenin tal-konsum

 

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

 

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi

 

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness Ic (ġdid) – dominju "Saħħa"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Saħħa: status u diżabbiltà, kura u determinanti

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

 

Mard u kundizzjonijiet kroniċi

 

Inċidenti u korrimenti

 

Uġigħ

 

Saħħa mentali

 

Limitazzjonijiet funzjonali

 

Diffikultajiet f'attivitajiet ta' kura personali

 

Diffikultajiet f'attivitajiet ta' unità domestika

 

Limitazzjoni temporanja fl-attività (minħabba problemi ta' saħħa)

 

Ostakli għall-parteċipazzjoni f'dominji speċifiċi tal-ħajja

 

Użu tal-kura tas-saħħa u kura għal żmien twil

 

Użu tal-mediċina

 

Kura preventiva

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa

 

Tul u piż

 

Attività fiżika

 

Vizzji nutrittivi

 

Tipjip

 

Konsum tal-alkoħol

 

Impatti soċjali u ambjentali

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul totali

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Saħħa: Status tas-saħħa u diżabbiltà, aċċess, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

 

Mard u kundizzjonijiet kroniċi

 

Inċidenti u korrimenti

 

Uġigħ

 

Saħħa mentali

 

Dipendenza

 

Limitazzjonijiet funzjonali

 

Diżabbiltà - dettalji speċifiċi addizzjonali

 

Diffikultajiet f'attivitajiet ta' kura personali

 

Diffikultajiet f'attivitajiet ta' unità domestika

 

Il-persuni b'diżabbiltà: għajxien indipendenti

 

Limitazzjoni temporanja fl-attività (minħabba problemi ta' saħħa)

 

Ostakli għall-parteċipazzjoni f'dominji speċifiċi tal-ħajja

 

Użu tal-kura tas-saħħa u kura għal żmien twil

 

Użu tal-mediċina

 

Kura preventiva

 

Aċċess għall-kura tas-saħħa

 

Tul u piż

 

Attività fiżika

 

Vizzji nutrittivi

 

Tipjip

 

Konsum tal-alkoħol

 

Impatti soċjali u ambjentali

 

 

 

Emenda    73

Proposta għal regolament

Anness Id (ġdid) – dominju "Edukazzjoni u taħriġ"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Tul ta' żmien fil-pajjiż

żamma ta' impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta' xogħol preċedenti,

Bidu ta' impjieg

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Daqs tal-istabbiliment

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

 

Sfond edukattiv

 

Ħiliet awtorapportati

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Aċċess għal informazzjoni dwar possibilitajiet ta' tagħlim u gwida (12-il xahar)

 

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (12-il xahar)

 

Attività ta' edukazzjoni formali l-iktar riċenti - dettalji (12-il xahar)

 

Użu tal-ICT f'edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f'edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Pagament u sigħat ta' edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Riżultati u użu ta' ħiliet minn edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali - dettalji (12-il xahar)

 

Użu ta' ICT f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Pagament u sigħat ta' attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Riżultati u użu ta' ħiliet minn edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Ostakli għall-parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ (12-il xahar)

 

Tagħlim informali

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul totali

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

karatteristiċi addizzjonali tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Tul ta' żmien fil-pajjiż

żamma ta' impjieg, bijografija professjonali u esperjenza ta' xogħol preċedenti,

Bidu ta' impjieg

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Daqs tal-istabbiliment

Livell edukattiv milħuq u sfond edukattiv

Livell edukattiv milħuq - dettalji

 

Sfond edukattiv

 

Ħiliet awtorapportati

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Aċċess għal informazzjoni dwar possibilitajiet ta' tagħlim u gwida inkluż għall-persuni b'diżabbiltà (12-il xahar)

 

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (12-il xahar)

 

Attività ta' edukazzjoni formali l-iktar riċenti - dettalji (12-il xahar)

 

Użu tal-ICT f'edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f'edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Pagament u sigħat ta' edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Riżultati u użu ta' ħiliet minn edukazzjoni formali l-iktar riċenti (12-il xahar)

 

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali - dettalji (12-il xahar)

 

Użu ta' ICT f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Pagament u sigħat ta' attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Riżultati u użu ta' ħiliet minn edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

 

Ostakli għall-parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ (12-il xahar)

 

Tagħlim informali

 

Parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Valur totali tal-assi eskluż id-dħul

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Anness Ie (ġdid) – dominju "Użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Aċċess għall-ICT

 

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

 

Ostakli u problemi għall-użu

 

Effett tal-użu

 

Sigurtà, privatezza, fiduċja

 

Konnessjoni mal-internet minn kwalunkwe post

 

Ħiliet Diġitali

 

Attivitajiet tal-internet

 

Kummerċ elettroniku

 

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul totali

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Aċċess għall-ICT

 

Użu u frekwenza tal-użu tal-ICT

 

Ostakli u problemi għall-użu

 

Effett tal-użu

 

Sigurtà, privatezza, fiduċja

 

Konnessjoni mal-internet minn kwalunkwe post

 

Ħiliet Diġitali

 

Attivitajiet tal-internet

 

Kummerċ elettroniku

 

Interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Valur totali tal-assi eskluż id-dħul

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Anness If (ġdid) – Dominju "Użu tal-ħin"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Saħħa: status u diżabbiltà, kura u determinanti

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Pussess ta' oġġetti durabbli

 

Indukrar tat-tfal

 

Indukrar tal-morda u l-anzjani

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Ħinijiet tax-xogħol

 

Sigħat tax-xogħol

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Produzzjoni għall-awtokonsum u bejgħ, tiswija

 

Dħul mix-xogħol

 

Dħul totali

Allokazzjoni tal-ħin

Użu tal-ħin, tipi ta' attivitajiet

 

Attivitajiet parallelli

 

Post tal-attività

 

Preżenza ta' oħrajn waqt l-attività

 

Valutazzjoni tal-attività

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

karatteristiċi addizzjonali tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Status tas-saħħa u diżabilità, aċċess, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

Modulu Minimu tas-Saħħa Ewropea

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, saħħa u edukazzjoni, ħtiġijiet mhux sodisfati u valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji, aċċess għas-servizzi

Pussess ta' oġġetti durabbli

 

Indukrar tat-tfal

 

Indukrar tal-morda u l-anzjani

kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż sigħat tax-xogħol u arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol,

Ħinijiet tax-xogħol

 

Sigħat tax-xogħol

 

 

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Produzzjoni għall-awtokonsum u bejgħ, tiswija

 

Dħul mix-xogħol

 

imħassar

Allokazzjoni tal-ħin

Użu tal-ħin, tipi ta' attivitajiet

 

Attivitajiet parallelli

 

Post tal-attività

 

Preżenza ta' oħrajn waqt l-attività

 

Valutazzjoni tal-attività

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness Ig (ġdid) – Dominju "Konsum"

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Suġġetti dettaljati

Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Tul tal-kuntratt

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul totali

 

Taxxi u kontribuzzjonijiet

 

Dħul in natura minn attivitajiet mingħajr salarju

 

Kera implikata

 

Sors ewlieni ta' dħul

 

Ġid

 

Djun

 

Arretrati

 

Konsum skont COICOP

 

Infiq ta' konsum transfruntier skont COICOP

 

Konsum proprju

Emenda

Suġġett

Suġġetti dettaljati

il-karatteristiċi tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi,

Kompożizzjoni tal-unità domestika - dettalji speċifiċi addizzjonali

Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż deprivazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, saħħa u edukazzjoni, ħtiġijiet mhux sodisfati u valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji, aċċess għas-servizzi

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni u taħriġ

Parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' edukazzjoni formali (preżenti)

Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Tul tal-kuntratt

Dħul, konsum u ġid, inkluż djun

Dħul totali - dettalji addizzjonali (unità domestika u rispondent)

 

Dħul mix-xogħol

 

Taxxi u kontribuzzjonijiet

 

Dħul in natura minn attivitajiet mingħajr salarju

 

Kera implikata

 

Spejjeż tal-abitazzjoni inklużi spejjeż ta' utilità mnaqqsa

 

Sors ewlieni ta' dħul

 

Valur totali tal-assi eskluż id-dħul

 

Ġid

 

Djun

 

Arretrati

 

Konsum skont COICOP

 

Infiq ta' konsum transfruntier skont COICOP

 

Konsum proprju

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Statistika affidabbli u ta' kwalità hija s-sinsla tat-tfassil ta' politika tajba. Bħala dawk li nfasslu l-politika, aħna jrid ikollna informazzjoni b'bażi soda dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tad-dħul taċ-ċittadini Ewropej, l-istat tas-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom, il-modi tal-konsum tagħhom, l-użu tal-ħin u l-użu tat-teknoloġija tagħhom sabiex inkunu nistgħu niżviluppaw politiki sodi u bbażati fuq l-evidenza. Dan il-Qafas Statistiku li jgħaqqad flimkien seba' stħarriġ tal-unitajiet domestiċi huwa pass notevoli f'din id-direzzjoni u se jwassal għal aktar żvilupp ta' kwalità tal-istatistika soċjali. Għalhekk huwa importanti li flimkien niżviluppaw leġiżlazzjoni li tkun soda, taħdem fil-prattika, tipprovdi dejta ta' kwalità għolja, fil-ħin, kumparabbli u affidabbli u li tista' tiġi adattata għal ħtiġijiet li jinbidlu matul iż-żmien.

Fl-abbozz ta' rapport I tal-Parlament, ġew rinfurzati l-elementi u ġew żviluppati aktar proposti sabiex jiġu enfasizzati l-objettivi li ġejjin. Jenħtieġ li l-istatistika Ewropea tiġbor dejta affidabbli u kumparabbli li hija adattata għall-ħtiġijiet tal-utenti, kemm jekk huma dawk li jfasslu l-politika, riċerkaturi jew partijiet ikkonċernati oħra. Jenħtieġ li din tirrispondi b'mod effettiv għall-isfidi soċjali li l-Unjoni taffaċċja sabiex tkun tista' tappoġġa miżuri ta' politika b'bażi soda.

Huwa importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għall-affidabbiltà tad-dejta. L-istħarriġ tal-unitajiet domestiċi jkopri persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi privati, filwaqt li dawk li jgħixu f'istituzzjonijiet jew li ma għandhomx dar mhumiex se jiġu intervistati u dan huwa ta' tħassib kbir speċjalment fil-każ tad-dejta relatata mas-saħħa. Jenħtieġ li l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jirrapportaw l-ammont tan-nuqqas ta' koperturi eżistenti. Jenħtieġ li fit-tul, l-atturi kollha jiżviluppaw modi alternattivi biex ikopru ċittadini lil hinn mill-unitajiet domestiċi privati. L-Istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien jipprovdi informazzjoni siewja ħafna dwar il-persuni mingħajr dar fil-forma ta' mistoqsijiet retrospettivi, li jeħtieġ iktar żvilupp billi nħarsu lejn dak li huwa ddefinit l-aħjar bħala "diffikultajiet tal-abitazzjoni".

Għal raġunijiet ta' kumparabbiltà u kwalità tajba, jenħtieġ li l-livell ta' aggregazzjoni tad-dejta statistika jkun ta' daqs simili. It-tqabbil tal-Lussemburgu mal-Ġermanja jista' jkollu n-nuqqasijiet statistiċi tiegħu, filwaqt li t-tqabbil tar-reġjuni urbanizzati mar-reġjuni rurali jipprovdi informazzjoni addizzjonali essenzjali. Jien nilqa' dan il-qafas jekk iwitti t-triq għall-aggregazzjoni tad-dejta fil-livell NUTS2. NUTS2 ġiet definita bħala reġjuni statistiċi ta' unitajiet ġeografiċi ta' daqs kumparabbli. Wieħed mill-objettivi ewlenin tar-riforma huwa kumparabbiltà aħjar. Għalhekk jien issuġġerejt li l-għan tal-Istati Membri u tal-Eurostat ikun li jindirizzaw dan fit-tul.

L-istħarriġ f'dan il-qafas leġiżlattiv huwa essenzjali għad-dejta dwar id-dħul u l-konsum u dan huwa essenzjali biex tinkiseb stampa iktar ċara dwar il-benesseri tal-unitajiet domestiċi kif ukoll inputs biex jiġi evalwat il-funzjonament xieraq tas-swieq. Hemm bżonn li l-ġbir u l-analiżi tad-dejta jiffukaw iktar fuq indikaturi kumplessi bħall-ibbaġitjar b'referenza.

Jien naqbel ħafna mar-regolamentazzjoni fil-livell it-tajjeb. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew ikun l-attur li jissalvagwardja s-suċċess tar-Regolament f'termini ta' eżegwibbiltà u kwalità (pereżempju kontenut u kamp ta' applikazzjoni tal-istħarriġ u d-derogi), għalhekk jenħtieġ li dawn l-elementi jiġu deċiżi fl-att leġiżlattiv ewlieni nnifsu jew inkella f'atti delegati. Jenħtieġ li, fl-atti ta' implimentazzjoni, jiġu regolati biss kwistjonijiet purament tekniċi.

Il-konsegwenzi finanzjarji huma kkumpensati bil-potenzjal tat-tfassil ta' politika ta' kwalità mmirat aħjar li dan jippermetti, kif ukoll b'aġġustament fi stadju bikri tal-metodi u użu aħjar ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda. L-iffrankar tal-ispejjeż relatati mal-produzzjoni tad-dejta statistika u l-analiżi statistika jwassal b'mod dirett għal soċjetà fejn dawk li jfasslu l-politika u l-opinjonisti ewlenin tas-soċjetà ma jkunux jistgħu jibqgħu jargumentaw abbażi ta' għarfien b'bażi soda, iżda fuq twemmin, biżgħat u psewdofatti. Aħna kontinwament niżviluppaw il-kumparabbiltà, il-puntwalità, il-preċiżjoni u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta tagħna. Jien nilqa' u nenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni tista' tipprovdi għotjiet lill-istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika b'mod partikolari għal skopijiet ta' bini ta' kapaċità. Jien nappoġġja l-addattabbiltà tal-qafas li jindirizza b'mod suffiċjenti l-ħtiġijiet u l-iżviluppi ġodda, għalhekk jenħtieġ li l-istudji pilota jitħejjew biex jindirizzaw sfidi ġodda.

L-istatistika hija fost l-aqwa għodda li għandna biex nifhmu aħjar l-istatus attwali tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna u dan l-għarfien huwa l-ikbar ġid ewlieni li dak li jfassal il-politika jista' jkollu.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni

Referenzi

COM(2016)0551 – C8-0345/2016 – 2016/0264(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

ECON

12.9.2016

 

 

Opinjonijiet mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

31.8.2016

ECON

15.9.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tamás Meszerics

18.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2017

28.2.2017

12.4.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Dominique Martin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Alex Mayer, Tamás Meszerics, Michaela Šojdrová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Morten Messerschmidt, Monika Smolková, Milan Zver

Data tat-tressiq

29.6.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

ENF

EPP

Verts/ALE

GUE/NGL

S&D

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort

Dominique Martin

Georges Bach, Heinz K. Becker, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Romana Tomc, Milan Zver

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Terry Reintke

Xabier Benito Ziluaga, Lynn Boylan, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Miapetra Kumpula-Natri, Javi López, Alex Mayer, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Monika Smolková, Marita Ulvskog

 

4

-

ECR

Czesław Hoc, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

 

2

0

ENF

NI

Mara Bizzotto

Lampros Fountoulis

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni